98. Minn qalbna nħobbuk

tumblr_n3bch5mobd1sknvnko1_540Minn qalbna nħobbuk, kull qima nagħtuk,
kun int il-kewkba li tfarraġ il-qlub.
Fuq dal-mewġ qalil, ninsabu mħabbtin,
fid-dlam mitluqa mingħajr ħarsien.
Omm ta’ Ġesu’, Kewkba tas-sliem,
itlob għal dawn l-ulied imnikktin.

Sultana tal-qlub, meħlusa mid-dnub,
is-safa tiegħek fik ma ntilfet qatt.
Ħu talbna ħerqan għand Ibnek setgħan,
li b’Demmu ħelisna mit-telfien.
Omm ta’ Ġesu’, …

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford