93. Lil Marija Reġina

Ourladyof americaO Marija l-iżjed ħelwa, art u sema ifaħħruk.
Ġieħ u qima ta’ Reġina, bl-akbar ferħ it-tnejn jagħtuk.

Rit: B’dik l-imħabba li int biha, l-itjeb, l-oħla, l-eqdes Omm,
O Reġina, il-mant tiegħek, fuqna dejjem dejjem żomm.
O Reġina, liema ħliqa, liema qalb ma tifraħx bik,
ma tixtieqx li d-dinja kollha, bl-akbar qima ġieħ tagħtik? Rit:

It-tron tiegħek, o Reġina, magħruf sewwa minn kulħadd,
jiddi dejjem bl-isbaħ dija, bħal ta’ xemx li ma tgħib qatt. Rit:

Jafuh sewwa u bih jiftaħru, dawk uliedek l-imsejknin,
li lejh jersqu b’toqol f’qalbhom, jerġgħu lura wisq henjin. Rit:

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford