87. Bħall-warda li tiftaħ

18194103_1817301661922916_3599047274278148123_nBħall-warda li tiftaħ,
fil-ħmura, fid-dinja;
il-ħlewwa ta’ mħabbtek,
dewwaqna Marija.

U l-għana ninsġulek,
bil-ħlewwa flimkien,
u ismek fuq fommna,
fi ġmiel il-ħolqien.
Marija Marija.

Bħall-ġilju fil-bjuda,
bla tebgħa, Marija,
fis-safa, ġo ħdanek
Int żommna bla ħtija.
U l-għana…

Bħall-vjoli fil-weraq,
tul ħajtek moħbija:
int bħalek niċċekknu
għallimna, Marija.
U l-għana…

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford