76. Marija, ħarsilna l-fidi li ġabilna San Pawl

Capture6.PNGMarija, int ġejt meħlusa mit-tebgħa tad-dnub tan-nisel, u ġismek ma rax it-taħsir fil-qabar; inti li għalkemm inti xebba bla mittiefsa, sirt il-kamra ta’ ġmiel liema bħalu, għax minnek ħareġ Kristu, hu li kellu jkun il-veru dawl tad-dinja u l-għarus tal-Knisja; inti li bħala bint dan Ibnek ksibt glorja fuq glorja, u llum qed tiddi fuqna l-Insara bħala dawl ta’ tama u ħarsien fil-fidi tagħna.

Nitlobuk, illum, aħna u niċċelebraw it-twelid tal-fidi f’pajjiżna:
idħol għalina quddiem Alla l-Missier, biex bħalma hu ħeles lil San Pawl minn tempesta qalila biex jasal fuq din gżiritna, hekk il-fidi tagħna tibqa’ tiġi meħlusa minn kull qerq u ħażen, u mmexxija mill-Ispirtu qaddis, nagħrfu dejjem iżjed is-sinjali taż-żminijiet, biex dak Ġesu’ li inti wlidt għad-dinja bl-iva tiegħek għall-kliem tal-Anġlu, jibqa’ jitwieled ta’ kuljum fina, f’pajjiżna u fid-dinja kollha.

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford