74. Marija, għinna nkunu xandara ta’ Ibnek

b1f73735c30f25cd7d9c67b12d1e48ffVerġni u Omm tagħna Marija, inti li, imqanqla mill-Ispirtu, ilqajt il-Verb tal-ħajja, għinna llisnu l-“Iva” tagħna għas-sejħa urġenti, tagħfas iktar minn qatt qabel, li nsemmgħu mill-ġdid il-Bxara t-Tajba ta’ Ġesu’.

Agħtina l-kuraġġ qaddis li nfittxu toroq ġodda biex jasal għand kulħadd id-don tal-ġmiel li ma jintefiex.

Int, Verġni tas-smigħ u tal-kontemplazzjoni, aqbeż għall-Knisja, li tagħha int ix-xbieha l-iżjed safja, biex qatt ma tingħalaq fiha nfisha u qatt ma tehda fil-passjoni tagħha biex twaqqaf mill-ġdid is-Saltna.

Omm il-Vanġelu ħaj, għajn ta’ ferħ għaċ-ċkejknin, itlob għalina.

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford