70. Sultana Awgusta tas-Sema

IMG_1426Sultana Awgusta tas-Sema, Sultana tal-Anġli, inti li mill-bidu nett irċevejt mingħand Alla, l-qawwa u l-missjoni li tisħaq ras Satana, bl-umilta’ kollha nitolbuk tibgħat il-leġjuni qaddisin tiegħek, li taħt il-kmand tiegħek u bil-qawwa tiegħek, huma jfittxu lix-xjaten fil-moħba tagħhom, jitqabdu magħhom, iġibu fix-xejn għemilhom u jwaddbuhom fl-abbiss.

Min hu bħal Alla?

Omm twajba u ħelwa, kun inti dejjem l-imħabba u t-tama tagħna. O Omm Divina, ibgħat l-Anġli u l-Arkanġli sabiex iħarsuna u jżommu l-għadu kiefer ‘l bogħod minna.

Anġli qaddisin u Arkanġli, iddefenduna u ħarsuna. Ammen.

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford