36. Talba lil Marija għall-Bżonnijiet tal-Knisja

pope-francis-o-l-fatimaO Verġni Marija li assistejt għat-twelid tal-Knisja ta’ Ġesu’ Ibnek, nissel fi qlubna mħabba kbira lejn il-Knisja.

Inti li sofrejt dulur kbir fil-Qalb tiegħek meta rajt il-Knisja ppersegwitata, agħti nitolbuk, kuraġġ u għajnuna lil dawk kollha li qegħdin isofru u jikkumbattu għaliha.

Inti li t-talb tiegħek għandu tant qawwa fuq il-qalb t’Alla, agħmel li ħutna kollha mxerrdin mad-dinja juru mħabba, rispett u ubbidjenza lejn il-Knisja.

Nissel fina lkoll żelu kbir fis-servizz tal-Knisja, għarusa maħbuba ta’ Ġesu’ Kristu Ibnek, li jgħix u jsaltan mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford