28. Sliem għalik Marija

CaptureSliem għalik Marija, O bint il-Missier etern Alla.
Sliem għalik Marija, Omm l-Iben etern t’Alla.
Sliem għalik Marija, O għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu Alla.
Sliem għalik Marija, O għamara tas-Santissima Trinità.

(Tliet Glorjapatri)

Dawn il-versi għandhom eku, għalkemm forsi fil-bogħod, ta’ l-innu lill-Madonna fil-Liturġija Biżantina magħrufa bħala ‘Akathistos’.

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford