9. Talba lill-verġni mqaddsa Marija (2)

ta-pinu-paintingSliem għalik, għanja tal-kerubini u foħrija ta’ l-anġli.
Sliem għalik, sliem u hena tal-bnedmin kollha.
Sliem għalik, ġnien mimli bil-ġid.
Sliem għalik, ja għuda tal-ħajja.
Sliem għalik, blata ta’ dawk li jemmnu u post ta’ min ikun ser jegħreq.

Sliem għalik, sieħba ġdida ta’ Adam.
Sliem għalik, rahan ta’ Eva.
Sliem għalik, għajn tal-grazzja u tal-ħajja bla tmiem.
Sliem għalik, maqdes l-iżjed qaddis.
Sliem għalik, tron tal-Mulej.

Sliem għalik, ja omm ta’ Kristu, iben ta’ Alla l-ħaj, li lilu jixirqu l-glorja, il-ġieħ, il-qima u t-tifħir, issa, dejjem u kullimkien. Amen u għal dejjem.

Efrem tas-Sirja

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford