Konsagrazzjoni – JUM 31

Dokument PDF: Jum 31
Dokument WORD: Jum 31

JUM 31: Konsagrazzjoni totali lil Ġesu’ permezz ta’ Marija

4GĦAN: Insiru nafu iżjed lil Ġesu’

Matul dan il-perjodu se ninpenjaw rwieħna biex insiru nafu iżjed lil Ġesu’ Kristu. X’għandna nistudjaw fi Kristu? L-ewwel nibdew bil-fatt li Hu l-Bniedem-Alla, il-grazzja u l-glorja tiegħu; umbagħad id-dritt tiegħu li jaħkem sovjan fuqna; għaliex, wara li ċħadna għal Satana u għad-dinja, aħna ħadna lil Ġesu’ Kristu bħala l-Mulej tagħna.

Wara dan fuqiex ser nistudjaw? L-azzjonijiet esterjuri tiegħu u wkoll il-ħajja interjuri tiegħu; il-virtujiet u l-azzjonijiet tal-Qalb Imqaddsa tiegħu; l-assoċjazzjoni tiegħu ma’ Marija fil-misteri tat-Tħabbira u l-Inkarnazzjoni, matul it-tfulija u l-ħajja moħbija tiegħu, fit-tieġ ta’ Kana u fuq il-Kalvarju.

QARI

L-Imitazzjoni ta’ Kristu: Ir-4 Ktieb, Kap 2

F’dan is-Sagrament Alla juri lill-bniedem it-tjieba u l-imħabba tiegħu bla tarf

Ir-Ruħ:

Kollni tama fit-tjieba u l-ħniena tiegħek, Mulejja, nersaq lejk, marid kif jien lejn is-Salvatur tiegħi, bil-ġuħ u bil-għatx lejn il-għajn tal-ħajja, fqir lejn is-Sultan tas-Smewwiet, ilsir lejn is-Sid tiegħi, ħolqien lejn min ħalqu, u mnikket kif jien lejn min jista’ jsabbarni.

Imma kif inhi din li inti tiġi għandi? X’jiena jien biex tagħtini lilek innifsek? Kif għandu ħila midneb bħali jersaq biss quddiemek? U kif qatt imbagħad titbaxxa ruħek iżżur wieħed midneb? Int tafu l-qaddej tiegħek, u taf ukoll li xejn ma ħaqqu milli qiegħed tagħmel miegħu! Nistqarr mela l-faqar tiegħi, u fl-istess ħin it-tjieba tiegħek; infaħħar il-ħniena tiegħek, u niżżikħajr għall-imħabba tiegħek bla tarf.

TALB

Litanija tal-Ispirtu s-Santu

Mulej ħniena — Mulej ħniena
Kristu ħniena — Kristu ħniena
Mulej ħniena — Mulej ħniena
Missier li tista’ kollox – Ħenn għalina
Ġesù, Iben Etern tal-Missier — Ħenn għalina
Feddej tad-dinja – Salvana
Spirtu tal-Missier u tal-Iben – Salvana
Ħajja bla qies, tagħhom it-tnejn — Qaddisna
Trinità Qaddisa — Ismagħna
Spirtu Santu li ġej mill-Missier — Inżel f’qalbna
Spirtu Santu, li Int daqs il-Missier u l-Iben — Inżel f’qalbna
Wegħda t’Alla l-Missier – Ħenn għalina
Raġġ ta’ dawl mis-sema — Ħenn għalina
Għerq ta’ kull tjubija — Ħenn għalina
Għajn tal-ilma tas-sema — Ħenn għalina
Nar imħeġġeġ — Ħenn għalina
Karità mimlija ħrara — Ħenn għalina
Balzmu ta’ faraġ spiritwali — Ħenn għalina
Spirtu ta’mħabba u verità — Ħenn għalina
Spirtu ta’ għerf u fehma — Ħenn għalina
Spirtu ta’ kunsill u qawwa — Ħenn għalina
Spirtu ta’ għaqal u devozzjoni — Ħenn għalina
Spirtu tal-biża’ qaddis t’Alla — Ħenn għalina
Spirtu ta’ grazzja u talb — Ħenn għalina
Spirtu ta’ paċi u ħlewwa — Ħenn għalina
Spirtu ta’ modestja u innoċenza — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jagħti l-faraġ — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jqaddes — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jmexxi l-Knisja — Ħenn għalina
Don t’Alla l-Għoli — Ħenn għalina

Spirtu li jimla’ l-ħolqien kollu — Ħenn għalina
Spirtu li jagħmilna wlied Alla — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jikxfilna l-kruha tad-dnub — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ejja u ġedded wiċċ id-dinja — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, sawwab id-dawl tiegħek f’ruħna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuqna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuq qalbna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, iftħilna t-teżori tal-grazzji tiegħek — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, għallimna nitolbu tajjeb — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, dawwalna bl-ispirazzjonijiet tiegħek tas-sema — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, mexxina fit-triq tas-salvazzjoni — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina dak l-għerf li hu biss meħtieġ — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ħeġġiġna biex nagħmlu dak li hu tajjeb — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina l-merti tal-virtujiet kollha — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kun Int il-premju tagħna ta’ dejjem — Ħenn għalina

Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – Ibagħtilna l-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Ferra’ f’ruħna d-doni tal-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Agħtina l-Ispirtu ta’ għerf u qdusija

Ejja Spirtu s-Santu! Imla’ l-qlub tal-fidili u kebbes fihom in-nar ta’ Imħabbtek

Nitolbu
Agħtina, O Missier ħanin, li l-Ispirtu Divin idawwalna, iħeġġiġna u jippurifikana, hekk li jippenetra fina bħal nida mis-Sema u jagħtina li nagħmlu frott ta’ għemejjel tajba. Nitolbuk dan b’Ibnek Sidna Ġesu’ Kristu, li miegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu, jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.
R. Ammen.

Sliem għalik, kewkba tal-baħar – Ave Maris Stella

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,
Omm qaddisa u kbira t’Alla,
dejjem Verġni bla mittiefsa,
bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima
Gabrijel qed isemmagħlek,
ibdel fiha l-isem t’Eva
ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,
ġib id-dawl lill-għomja kollha,
biegħed minna l-ħażen tagħna,
niżżel fuqna l-ġid tas-sema.

Uri li tassew int Ommna.
wassal talbna quddiem Alla,
li fi ħnientu twieled minnek
biex issir għalina bniedem.

Verġni fost kulħadd magħżula,
ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,
itlob ’l Ibnek biex jagħtina
maħfra, safa u spirtu ħlejju.

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,
żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,
sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra
ta’ Ġesù għal dejjem miegħek. Ammen.

Litanija tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesu’

Mulej ħniena — Mulej ħniena
Kristu ħniena — Kristu ħniena
Mulej ħniena — Mulej ħniena
Ġesù, ismagħna.
Ġesu’, nitolbuk ismagħna.
Alla, Missier tas-Sema — Ħenn għalina
Alla l-Iben, Feddej tad-dinja – Ħenn għalina
Alla l-Ispirtu s-Santu – Ħenn għalina
Trinità Qaddisa, Alla wieħed — Ħenn għalina

Ġesu’, Iben Alla l-ħaj — Ħenn għalina
Ġesu’, Glorja tal-Missier — Ħenn għalina
Ġesu’, Dija tad-Dawl etern — Ħenn għalina
Ġesu’, Re tal-Glorja — Ħenn għalina
Ġesu’, Xemx tal-Ġustizzja — Ħenn għalina
Ġesu’, Iben tal-Verġni Marija — Ħenn għalina
Ġesu’, l-aktar maħbub — Ħenn għalina
Ġesu’, l-aktar ammirabli — Ħenn għalina
Ġesu’, Alla setgħan — Ħenn għalina
Ġesu’, Missier id-dinja li għad tiġi — Ħenn għalina
Ġesu’, anġlu tal-akbar kunsill — Ħenn għalina
Ġesu’, l-aktar qawwi — Ħenn għalina
Ġesu’, l-aktar paċenzjuż — Ħenn għalina
Ġesu’, l-aktar ubbidjenti — Ħenn għalina
Ġesu’, ta’ Qalb ħelwa w umli — Ħenn għalina
Ġesu’, li tħobb il-Kastita’ — Ħenn għalina
Ġesu’, Maħbub tagħna — Ħenn għalina

Ġesu’, Alla tal-Paċi — Ħenn għalina
Ġesu’, Awtur tal-Ħajja — Ħenn għalina
Ġesu’, Mudell tal-Virtu’ — Ħenn għalina
Ġesu’, zelanti għall-erwieħ — Ħenn għalina
Ġesu’, Alla tagħna — Ħenn għalina
Ġesu’, Refuġju tagħna — Ħenn għalina
Ġesu’, Missier il-foqra — Ħenn għalina
Ġesu’, it-Teżor tal-fidili — Ħenn għalina
Ġesu’, ir-Ragħaj it-tajjeb — Ħenn għalina
Ġesu’, id-Dawl veru — Ħenn għalina
Ġesu’, l-Għerf etern — Ħenn għalina
Ġesu’, ta’ Tjieba infinita — Ħenn għalina
Ġesu’, it-Triq u l-Ħajja tagħna — Ħenn għalina
Ġesu’, ferħ tal-Anġli — Ħenn għalina
Ġesu’, Sultan tal-Patrijarki — Ħenn għalina
Ġesu’, Sid l-Appostli — Ħenn għalina
Ġesu’, Mgħallem tal-Evanġelisti — Ħenn għalina
Ġesu’, Qawwa tal-Martri — Ħenn għalina
Ġesu’, Dawl tal-Konfessuri — Ħenn għalina
Ġesu’, Safa tal-Verġni — Ħenn għalina
Ġesu’, Kuruna tal-Qaddisin kollha — Ħenn għalina

Kun ħanin, salvana, o Ġesu’!
Kun ħanin, ismagħna, o Ġesu’!

Minn kull ħażen, eħlisna, o Ġesu’.
Minn kull dnub, eħlisna, o Ġesu’.
Mill-korla tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Minn nases tad-demonju, eħlisna, o Ġesu’.
Mill-ispirtu ta’ fornikazzjoni, eħlisna, o Ġesu’.
Mill-mewt ta’ dejjem, eħlisna, o Ġesu’.
Milli nwarbu l-ispirazzjonijiet tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Bil-misteru qaddis tal-Inkarnazzjoni tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz ta’ Twelidek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz ta’ Tfulitek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tal-Ħajja l-aktar divina tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tat-Taħbit tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tal-Agunija u l-Passjoni tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tas-Salib u l-Mewt tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tas-Sofferenzi tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tal-Mewt u d-Difna tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tal-Qawmien tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tat-Tlugħ tiegħek fis-Sema, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tal-Istituzjoni tal-Ewkaristija Mqaddsa, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tal-Ferħ tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.
Permezz tal-Glorja tiegħek, eħlisna, o Ġesu’.

Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – eħlisna, o Ġesu’!
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – ismagħna, o Ġesu’!
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – ħenn għalina, o Ġesu’!

Ġesu’, ismagħna.
Ġesu’, nitolbuk ismagħna.

Nitolbu
O Mulej Ġesu’ Kristu, inti għidtilna, “Itolbu u jingħatalkom; fittxu u ssibu; ħabbtu u jiftħulkom;” nitolbuk bil-ħniena biex tagħti widen għat-talb tagħna, u tagħtina l-grazzja tal-imħabba l-aktar divina tiegħek, biex nistgħu nħobbuk b’qalbna kollha, u b’dak li ngħidu u nagħmlu, u li qatt ma nieqfu nfaħħruk.

Agħmel Mulej li jkollna l-biża’ u l-imħabba ta’ Ismek, għaliex inti qatt ma tieqaf issaltan fuq dawk li int tqawwihom b’imħabbtek. Int li tgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.
R. Ammen.

Talb lil Ġesu’ ta’ San Alwiġi De Montfort

O Ġesu’ l-aktar Maħbub, ħallini nferra’ l-gratitudni tiegħi quddiemek, għall-grazzja li Inti tajni meta tajtni lil Ommok qaddisa permezz tad-devozzjoni tal-Għaqda Qaddisa, ħalli hija tkun l-avukata tiegħi fil-preżenza tal-majesta’ tiegħek, u ta’ sapport għalija fil-miżerja estrema tiegħi.

O Mulej! Jien, li jien ħażin, mingħajr l-għażiża Ommok kont inkun mitluf żgur. Iva, Marija hi ċertament maġenbi u kullimkien: ħalli ttaffi l-korla ġusta tiegħek, għaliex jien tant drabi offendejtek; ħalli hi ssalvani mill-kastig etern tal-ġustizzja tiegħek, li jien jistħoqqli; ħalli hija tikkontemplak, tkellmek, titolbok, tiġi quddiemek u tkun togħġbok; ħalli hija tgħinni nsalva ruħi u l-erwieħ tal-oħrajn; fil-qasir, Marija hija bżonnjuża għalija ħalli dejjem nagħmel ir-rieda mqaddsa tiegħek u nfittex l-akbar glorja tiegħek f’kolllox.

O li kieku nista’ nxandar mad-dinja kollha il-ħniena illi Int wrejt miegħi! Li kieku kulħadd jista’ isir jaf li jien kieku diġa mitluf, li ma kienx għal Marija! Mhux li kien noffrilek ir-ringrazzjament li jistħoqqlok għal din il-barka hekk kbira! Marija hija tiegħi. O x’teżor! O x’konsolazzjoni! U jien m’għandix inkun kompletament tagħha? O x’ingratitudni! Salvatur għażiz, aħjar tibgħatli l-mewt minflok naqa’ f’din id-diżgrazzja, għax nippreferi mmut milli ngħix mingħajr ma nkun kollni ta’ Marija.

Ma San Ġwann l-Evanġelista f’riġlejn is-Salib, jien ħadtha għandi mijjiet ta’ drabi u għal ħafna drabi, jien ingħatajt lilha; imma jekk għadni m’għamiltx dan bl-istess mod kif għamiltu Int, għażiż Ġesu’, jien nixtieq, li issa nġedded l-offerta tiegħi bħalma Int tixtieqni nġeddidha. U jekk inti tara f’ruħi u f’ġismi xi ħaġa li mhiex ta’ din il-prinċipessa awgusta, nitolbok biex tneħħiha u twarrabha ‘l bogħod minni, għax kull ma hemm ġo fija li mhux ta’ Marija, ma jistħoqqlux Lilek.

O Spirtu Qaddis, agħtini dawn il-grazzji kollha tiegħek. Ħawwel f’ruħi s-Siġra tal-vera Ħajja, li hi Marija; ikkultivha int u ħu ħsiebha ħalli tikber, tinfirex u tagħti l-frott tal-ħajja bl-abbundanza. O Spirtu Qaddis, agħtini devozzjoni kbira lejn Marija, l-Għarusa Fidila tiegħek; agħtini fiduċja kbira fil-qalb materna tagħha u li ngħammar għall-kenn tal-ħniena tagħha, ħalli permezz tagħha Int tkun tista’ tassew tifforma fija lil Ġesu’ Kristu, kbir u qawwi, sal-milja taż-żmien tiegħu. Ammen.

O Ġesu’ li tgħix f’Marija

O Ġesu’ li tgħix f’Marija,
ejja u għix fil-qaddejja tiegħek,
fl-Ispirtu tal-Qdusija tiegħek,
fil-milja tal-Qawwa tiegħek,
fis-sewwa tal-Virtujiet tiegħek,
fil-perfezzjoni tat-Triqat tiegħek,
fil-komunjoni tal-misteri tiegħek;
rażżan fina kull qawwa ostili,
fl-Ispirtu tiegħek, għall-glorja tal-Missier. Ammen.

 

Advertisements

Author: devozzjonilejnmarija

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford