8.1.6 Ir-Reċita tal-Magnificat (Para. 255)

L-għaref Benzonius, waqt li kien jikkummenta fuq il-Magnificat jirrakonta ħafna mirakli li twettqu bil-qawwa tiegħu. Hu jgħid li d-demonji jitregħdu u jaħrabu meta jisimgħu dan il-kliem: “Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom”. — San Alwiġi Maria De Montford

virgin_1255. Is-sitt Prattika. Fuq l-eżempju tal-Beata Marija ta’ Oignies u ta’ ħafna nies qaddisin oħra, l-ilsiera ta’ Ġesu’ f’Marija għandhom igħidu l-Magnificat ta’ spiss b’ringrazzjament lil Alla tal-grazzji li ta lill-Verġni Mqaddsa. Din hi l-unika talba li kkomponiet b’fommha:“Il Magnificat” hu l-iktar sagrifiċċju ta’ tifħir li Alla rċieva taħt l-ordni tal-grazzja. Hu l-innu l-aktar umli, li juri l-gratitudni, kif ukoll l-aktar sublimi u għoli fost il-kantiċi kollha. Hu jħaddan misteri hekk kbar u moħbija li lanqas l-Anġli ma jafu bihom. Gerson, dak il-bniedem qaddis u ta’ skola profonda, għadda biċċa kbira minn ħajtu jikteb trattati ta’ pjeta u għerf fuq l-iktar suġġetti tqal; u kien biss fl-aħħar ta’ ħajtu, li hu ndaħal jirtogħod bil-biża’ biex ifisser il-Magnificat, li bih inkuruna x-xogħol kollu tiegħu. Fi ktieb li kiteb fuq dan is-suġġett, jagħmel xi osservazzjonijiet tal-għaġeb fuq dan il-kantiku. Fost ħwejjeġ oħra, hu jgħid li l-Verġni Mbierka kienet tgħidlu biex jgħidu ta’ spiss, speċjalment wara t-Tqarbin, bħala talba ta’ ringrazzjament. L-għaref Benzonius, waqt li kien jikkummenta fuq il-Magnificat jirrakonta ħafna mirakli li twettqu bil-qawwa tiegħu. Hu jgħid li d-demonji jitregħdu u jaħrabu meta jisimgħu dan il-kliem: “Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom”

Advertisements