Konsagrazzjoni – JUM 15

Dokument PDF: Jum 15
Dokument WORD: Jum 15

JUM 15: Konsagrazzjoni totali lil Ġesu’ permezz ta’ Marija

2GĦAN: Biex tikseb għarfien dwarek innifsek

Talb, examijiet tal-kuxjenza, riflessjonijiet, atti li fihom niċħdu għar-rieda tagħna, indiema sinċiera għal dnubiet, nuqqas ta’ importanza żejda fuqna nfusna, kollha magħmula f’riġlejn Marija, għax huwa min għandha li nittamaw fid-dawl li fih naraw lilna nfusna kif aħna tassew. Huwa qrib tagħha li nkunu nistgħu nkejlu l-abbiss tal-miżerja tagħna mingħajr ma niddispraw. Għandna nħaddmu l-azzjonijiet tajba tagħna biex bihom nitolbu għal għarfien dwarna nfusna u ndiema perfetta għal dnubietna: u għadna nagħmlu dan fi spirtu ta’ ġabra u devozzjoni.

Matul dan il-perjodu, ser nikkonsidraw, mhux wisq l-oppożizzjoni li teżisti bejn l-Ispirtu ta’ Ġesu’ u dak tagħna, daqs il-miżerja u l-istat umiljanti għall-aħħar li fih ġabuna dnubietna! Ma’ dan kollu, naraw kif id-Devozzjoni Vera hi l-aktar triq faċli, qasira, żgura u perfetta biex naslu ma’ dik l-unjoni mal-Mulej li hi perfetta bħal dik ta’ Ġesu’ ma’ Alla l-Missier. Jeħtieġ li nidħlu b’serjeta’ f’din it-triq, konvinti b’mod l-aktar qawwi mill-miżerji tagħna u mill-istat ta’ dipendenza totali li għandna fuq Alla għall-għajnuna. Imma kif nistgħu nirċievu din l-għajnuna mingħajr ma’ jkollna għarfien ċar dwarna nfusna.

QARI

Luqa 13: 1-5

Jekk ma tindmux, tintilfu
Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalu lil Ġesu’ b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm ? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda.”

Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka Marija (paragrafi 81 u 82)

Għandna bżonn lil Marija biex ninżgħu minn dak kollu li hu ħażin fina

It-tieni biex niċħdu lilna nfusna, irridu kuljum immutu għalina nfusna; fi kliem ieħor ma rridux nieħdu gost bil-fakultajiet ta’ moħħna jew bis-sensi ta’ ġisimna bħallikieku dawn kienu skopijiet fihom infushom, irrdu nikkunsidrawhom bħallikieku ma kkunsidrajnihomx u nagħtu kashom daqs li kieku ma tajniex kashom. Dan ikollu jfisser ma’ San Pawl: (1 Kor 7,31) nużaw id-dinja bħallikieku ma wżajnihiex, biex aħna wkoll inkunu nistgħu ngħidu miegħu: “Kuljum f’xifer il-mewt.” (1Kor 15,31). Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha. (Ġw 12,24) – jiġifieri ma tagħmilx frott. Jekk aħna ma mmutux għalina nfusna, u jekk id-devozzjonijiet tagħna ma jmexxuniex lejn din il-mewt meħtieġa li ġġib il-frott, ma nagħmlu l-ebda frott siewi, u d-devozzjonijiet tagħna ma jiswew xejn għalina. Il-virtujiet u l-opri tajba tagħna kollha jkollom it-tebgħa tas-suppervja u r-rieda tagħna, u dan jagħmel mis-sagrifiċċji l-aktar kbar, u mill-isforzi tagħna, biss kruha quddiem l-għajnejn t’Alla. Il-mewt issibna b’idejna vojta mill-virtu’ u l-merti, u mingħajr l-ebda sinjal ta’ dik l-imħabba safja li hi mogħtija biss lil dawk li mietu għalihom infushom u li ħajjithom kienet moħbija ma’ Kristu f’Alla.

It-tielet fost id-devozzjonijiet lejn il-Madonna, għandna nagħżlu li dik li l-aħjar twassalna għall-mewt tagħna nfusna, bħala l-aħjar u li l-iktar tqaddisna. Għaliex hu żball li taħseb li kull ma jleqq hu deheb, u kull ma hu ħelu hu għasel – u dak li hu ħafif biex tagħmlu u li tagħmlu l-maġġoranza, hu bilfors li jqaddes. Fl-ordni tan-natura, hemm xi sigrieti li bihom proċessi naturali jistgħu jsiru bla ħala, u bl-akbar ħeffa hekk ukoll fl-ordni tal-grazzja hemm sigrieti li bihom aħna nistgħu nagħmlu azzjonijiet ta’ fuq in-natura malajr, bil-ħlewwa u bla tfixkil – dawk li permezz tagħhom niċħdu lilna nfusna u niftħu beraħ għall-preżenza t’Alla u nsiru perfetti.

Il-prattika li nixtieq nispjega hawn, huwa wieħed minn dawn is-sigrieti tal-grazzja, moħbi għal ħafna u ħafna Nsara, bil-kemm magħruf fost id-devoti u l-maħbubin, u pprattikat biss mill-ftit. Bħala bidu ta’ dak li rrid ngħid, fuq din il-prattika, hawn ir-raba’ verita’ li toħroġ dritt minn dan li għandna kif ddiskutejna.

TALB

Litanija tal-Ispirtu s-Santu

Mulej ħniena — Mulej ħniena
Kristu ħniena — Kristu ħniena
Mulej ħniena — Mulej ħniena
Missier li tista’ kollox – Ħenn għalina
Ġesù, Iben Etern tal-Missier — Ħenn għalina
Feddej tad-dinja – Salvana
Spirtu tal-Missier u tal-Iben – Salvana
Ħajja bla qies, tagħhom it-tnejn — Qaddisna
Trinità Qaddisa — Ismagħna
Spirtu Santu li ġej mill-Missier — Inżel f’qalbna
Spirtu Santu, li Int daqs il-Missier u l-Iben — Inżel f’qalbna
Wegħda t’Alla l-Missier – Ħenn għalina
Raġġ ta’ dawl mis-sema — Ħenn għalina
Għerq ta’ kull tjubija — Ħenn għalina
Għajn tal-ilma tas-sema — Ħenn għalina
Nar imħeġġeġ — Ħenn għalina
Karità mimlija ħrara — Ħenn għalina
Balzmu ta’ faraġ spiritwali — Ħenn għalina

Spirtu ta’mħabba u verità — Ħenn għalina
Spirtu ta’ għerf u fehma — Ħenn għalina
Spirtu ta’ kunsill u qawwa — Ħenn għalina
Spirtu ta’ għaqal u devozzjoni — Ħenn għalina
Spirtu tal-biża’ qaddis t’Alla — Ħenn għalina
Spirtu ta’ grazzja u talb — Ħenn għalina
Spirtu ta’ paċi u ħlewwa — Ħenn għalina
Spirtu ta’ modestja u innoċenza — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jagħti l-faraġ — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jqaddes — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jmexxi l-Knisja — Ħenn għalina
Don t’Alla l-Għoli — Ħenn għalina
Spirtu li jimla’ l-ħolqien kollu — Ħenn għalina
Spirtu li jagħmilna wlied Alla — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jikxfilna l-kruha tad-dnub — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ejja u ġedded wiċċ id-dinja — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, sawwab id-dawl tiegħek f’ruħna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuqna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuq qalbna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, iftħilna t-teżori tal-grazzji tiegħek — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, għallimna nitolbu tajjeb — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, dawwalna bl-ispirazzjonijiet tiegħek tas-sema — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, mexxina fit-triq tas-salvazzjoni — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina dak l-għerf li hu biss meħtieġ — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ħeġġiġna biex nagħmlu dak li hu tajjeb — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina l-merti tal-virtujiet kollha — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kun Int il-premju tagħna ta’ dejjem — Ħenn għalina

Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – Ibagħtilna l-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Ferra’ f’ruħna d-doni tal-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Agħtina l-Ispirtu ta’ għerf u qdusija

Ejja Spirtu s-Santu! Imla’ l-qlub tal-fidili u kebbes fihom in-nar ta’ Imħabbtek

Nitolbu
Agħtina, O Missier ħanin, li l-Ispirtu Divin idawwalna, iħeġġiġna u jippurifikana, hekk li jippenetra fina bħal nida mis-Sema u jagħtina li nagħmlu frott ta’ għemejjel tajba. Nitolbuk dan b’Ibnek Sidna Ġesu’ Kristu, li miegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu, jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.
R. Ammen.

Litanija tal-Verġni Mqaddsa Marija (Litanija ta’ Loretu)

Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ħniena Kristu, ħniena
Mulej, ħniena Mulej, ħniena
Kristu, ismagħna Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna Kristu, ilqa’ t-talb tagħna
Missier etern Alla Ħenn għalina
Iben Alla li fdejt id-dinja Ħenn għalina
Spirtu qaddis Alla Ħenn għalina
Trinità qaddisa, Alla wieħed Ħenn għalina
Imqaddsa Marija Itlob għalina
Imqaddsa Omm Alla Itlob għalina
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet Itlob għalina
Omm ta’ Kristu Itlob għalina
Omm il-Knisja Itlob għalina
Omm tal-grazzja t’Alla Itlob għalina
Omm l-iżjed safja Itlob għalina
Omm l-iżjed nadifa Itlob għalina
Omm u xebba Itlob għalina
Omm bla tebgħa Itlob għalina
Omm li tistħoqq l-imħabba Itlob għalina
Omm tal-għaġeb Itlob għalina
Omm tal-parir it-tajjeb Itlob għalina
Omm ta’ min ħalaqna Itlob għalina
Omm ta’ min salvana Itlob għalina

Xebba kollok għaqal Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull qima Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull foħrija Itlob għalina
Xebba kollok setgħa Itlob għalina
Xebba kollok ħniena Itlob għalina
Xebba dejjem marbuta ma’ Alla Itlob għalina
Mera tal-qdusija Itlob għalina
Tron tal-għerf Itlob għalina
Bidu tal-ferħ tagħna Itlob għalina

Għamara tal-Ispirtu s-Santu Itlob għalina
Għamara ta’ kull grazzja Itlob għalina
Għamara ta’ kull tjieba Itlob għalina
Warda mistika Itlob għalina
Torri ta’ David Itlob għalina
Torri tal-avorju Itlob għalina
Dar tad-deheb Itlob għalina
Arka tar-Rabta l-ġdida Itlob għalina
Bieb tas-sema Itlob għalina
Kewkba ta’ filgħodu Itlob għalina
Saħħa tal-morda Itlob għalina
Kenn tal-midinbin Itlob għalina
Faraġ tal-imnikktin Itlob għalina
Għajnuna tal-insara Itlob għalina
Sultana tal-anġli Itlob għalina
Sultana tal-patrijarki Itlob għalina
Sultana tal-profeti Itlob għalina
Sultana tal-appostli Itlob għalina
Sultana tal-martri Itlob għalina
Sultana tal-konfessuri Itlob għalina
Sultana tal-Verġni Itlob għalina
Sultana tal-qaddisin kollha Itlob għalina
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa Itlob għalina
Sultana mtellgħa s-sema Itlob għalina
Sultana tar-Rużarju mqaddes Itlob għalina
Sultana tal-familja Itlob għalina
Sultana tal-paċi Itlob għalina

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja aħfrilna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ismagħna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ħenn għalina

V. Itlob għalina qaddisa Omm Alla,
R. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

Nitolbu
Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż tal-imqaddsa Marija dejjem Verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna.
R. Ammen.

Sliem għalik, kewkba tal-baħar – Ave Maris Stella

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,
Omm qaddisa u kbira t’Alla,
dejjem Verġni bla mittiefsa,
bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima
Gabrijel qed isemmagħlek,
ibdel fiha l-isem t’Eva
ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,
ġib id-dawl lill-għomja kollha,
biegħed minna l-ħażen tagħna,
niżżel fuqna l-ġid tas-sema.

Uri li tassew int Ommna.
wassal talbna quddiem Alla,
li fi ħnientu twieled minnek
biex issir għalina bniedem.

Verġni fost kulħadd magħżula,
ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,
itlob ’l Ibnek biex jagħtina
maħfra, safa u spirtu ħlejju.

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,
żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,
sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra
ta’ Ġesù għal dejjem miegħek. Ammen.

Advertisements