Konsagrazzjoni – JUM 16

Dokument PDF: Jum 16
Dokument WORD: Jum 16

JUM 16: Konsagrazzjoni totali lil Ġesu’ permezz ta’ Marija

2GĦAN: Biex tikseb għarfien dwarek innifsek

Talb, examijiet tal-kuxjenza, riflessjonijiet, atti li fihom niċħdu għar-rieda tagħna, indiema sinċiera għal dnubiet, nuqqas ta’ importanza żejda fuqna nfusna, kollha magħmula f’riġlejn Marija, għax huwa min għandha li nittamaw fid-dawl li fih naraw lilna nfusna kif aħna tassew. Huwa qrib tagħha li nkunu nistgħu nkejlu l-abbiss tal-miżerja tagħna mingħajr ma niddispraw. Għandna nħaddmu l-azzjonijiet tajba tagħna biex bihom nitolbu għal għarfien dwarna nfusna u ndiema perfetta għal dnubietna: u għadna nagħmlu dan fi spirtu ta’ ġabra u devozzjoni.

Matul dan il-perjodu, ser nikkonsidraw, mhux wisq l-oppożizzjoni li teżisti bejn l-Ispirtu ta’ Ġesu’ u dak tagħna, daqs il-miżerja u l-istat umiljanti għall-aħħar li fih ġabuna dnubietna! Ma’ dan kollu, naraw kif id-Devozzjoni Vera hi l-aktar triq faċli, qasira, żgura u perfetta biex naslu ma’ dik l-unjoni mal-Mulej li hi perfetta bħal dik ta’ Ġesu’ ma’ Alla l-Missier. Jeħtieġ li nidħlu b’serjeta’ f’din it-triq, konvinti b’mod l-aktar qawwi mill-miżerji tagħna u mill-istat ta’ dipendenza totali li għandna fuq Alla għall-għajnuna. Imma kif nistgħu nirċievu din l-għajnuna mingħajr ma’ jkollna għarfien ċar dwarna nfusna.

QARI

Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka Marija (Paragrafu 228)

Eżerċizzi ta’ tħejjija għall-Konsagrazzjoni

Matul l-ewwel il-ġimgħa, huma għandhom joffru t-talb u l-attivitajiet spiritwali kollha tagħhom biex jaqilgħu d-don tal-għarfien tagħhom infushom u l-indiema ta’ dnubiethom. Huma jagħmlu dan kollu fi spirtu ta’ umilta’.

Matul dawn is-sitt ijiem ta’ din il-ġimgħa, huma jistgħu jekk isibuh ta’ għajnuna jimmeditaw fuq dak li diġa’ għidna fuq n-natura tagħna u t-taħsir tagħha; ‘li tħares lejk innifsek bħal bebbuxu, li jħammeġ kollox bil-lgħab tiegħu; jew bħal żrinġ li javvelena kollox bil-velenu tiegħu; jew bħal serp malizzjuż li jfittex biss biex iqarraq’ jew nistgħu jaħsbu fuq dawn it-tliet massimi ta’ San Bernard: “Ftakar f’dak li kont, ftit trab; f’dak li int, ġarra tinten; f’dak li sejjer tkun, ikel għad-dud.”

Huma għandhom jitolbu lis-Sinjur Tagħna u lill-Ispirtu s-Santu biex idawwalhom billi jżommu fuq fommhom dejjem dawn il-kelmiet: “Mulej, agħmel li nara” (Lq. 18,14); jew “Noverim me”, jew “Veni Sancte Spiritus”. U wkoll jgħidu kuljum l-Ave Maris Stella u l-Litanija tal-Ispirtu s-Santu jew il-Litanija tal-Verġni Mqaddsa Marija.

L-Imitzzjoni ta’ Kristu: It-2 Ktieb, Kap 5, 1

Daqqa ta’ għajn fuqna nfusna

Ma għandniex għax nafdaw wisq fina nfusna, għax bosta drabi aħna jonqosna l-grazzja u ddehen. Wisq ftit jinsab fina; u avolja dan il-ftit, malajr nitilfuh, għax ma nafux ingħożżuh. Bosta drabi wkoll ma nintebħux li aħna tant għomi minn ġewwa. Bosta drabi nimxu ħażin, u minn fuq niskużaw irwieħna, u b’hekk nagħmlu agħar. Drabi ninxegħlu bil-korla u naħsbu li hi ħrara għall-ġid. Tarana nċanfru lill-oħrajn għall-ħwejjeġ żgħar, u għall-ħwejjeġ kbar tagħna nagħlqu għajnejna. Jekk insofru xi ħaġa minn ħaddieħor, minnufih inħossuha u niżnuha; imma dak kollu li l-oħrajn ibatu minħabba fina, anqas biss igħaddilna minn rasna! Min jiżen bil-miżien tas-sewwa u tal-ħaqq l-għemil tiegħu, l-għemil ta’ ħaddieħor ma jaraħx dinja.

TALB

Litanija tal-Ispirtu s-Santu

Mulej ħniena — Mulej ħniena
Kristu ħniena — Kristu ħniena
Mulej ħniena — Mulej ħniena
Missier li tista’ kollox – Ħenn għalina
Ġesù, Iben Etern tal-Missier — Ħenn għalina
Feddej tad-dinja – Salvana
Spirtu tal-Missier u tal-Iben – Salvana

Ħajja bla qies, tagħhom it-tnejn — Qaddisna
Trinità Qaddisa — Ismagħna
Spirtu Santu li ġej mill-Missier — Inżel f’qalbna
Spirtu Santu, li Int daqs il-Missier u l-Iben — Inżel f’qalbna
Wegħda t’Alla l-Missier – Ħenn għalina
Raġġ ta’ dawl mis-sema — Ħenn għalina
Għerq ta’ kull tjubija — Ħenn għalina
Għajn tal-ilma tas-sema — Ħenn għalina
Nar imħeġġeġ — Ħenn għalina
Karità mimlija ħrara — Ħenn għalina
Balzmu ta’ faraġ spiritwali — Ħenn għalina

Spirtu ta’mħabba u verità — Ħenn għalina
Spirtu ta’ għerf u fehma — Ħenn għalina
Spirtu ta’ kunsill u qawwa — Ħenn għalina
Spirtu ta’ għaqal u devozzjoni — Ħenn għalina
Spirtu tal-biża’ qaddis t’Alla — Ħenn għalina
Spirtu ta’ grazzja u talb — Ħenn għalina
Spirtu ta’ paċi u ħlewwa — Ħenn għalina
Spirtu ta’ modestja u innoċenza — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jagħti l-faraġ — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jqaddes — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jmexxi l-Knisja — Ħenn għalina
Don t’Alla l-Għoli — Ħenn għalina

Spirtu li jimla’ l-ħolqien kollu — Ħenn għalina
Spirtu li jagħmilna wlied Alla — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jikxfilna l-kruha tad-dnub — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ejja u ġedded wiċċ id-dinja — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, sawwab id-dawl tiegħek f’ruħna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuqna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuq qalbna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, iftħilna t-teżori tal-grazzji tiegħek — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, għallimna nitolbu tajjeb — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, dawwalna bl-ispirazzjonijiet tiegħek tas-sema — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, mexxina fit-triq tas-salvazzjoni — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina dak l-għerf li hu biss meħtieġ — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ħeġġiġna biex nagħmlu dak li hu tajjeb — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina l-merti tal-virtujiet kollha — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kun Int il-premju tagħna ta’ dejjem — Ħenn għalina

Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – Ibagħtilna l-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Ferra’ f’ruħna d-doni tal-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Agħtina l-Ispirtu ta’ għerf u qdusija

Ejja Spirtu s-Santu! Imla’ l-qlub tal-fidili u kebbes fihom in-nar ta’ Imħabbtek

Nitolbu
Agħtina, O Missier ħanin, li l-Ispirtu Divin idawwalna, iħeġġiġna u jippurifikana, hekk li jippenetra fina bħal nida mis-Sema u jagħtina li nagħmlu frott ta’ għemejjel tajba. Nitolbuk dan b’Ibnek Sidna Ġesu’ Kristu, li miegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu, jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.
R. Ammen.

Litanija tal-Verġni Mqaddsa Marija (Litanija ta’ Loretu)

Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ħniena Kristu, ħniena
Mulej, ħniena Mulej, ħniena
Kristu, ismagħna Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna Kristu, ilqa’ t-talb tagħna
Missier etern Alla Ħenn għalina
Iben Alla li fdejt id-dinja Ħenn għalina
Spirtu qaddis Alla Ħenn għalina
Trinità qaddisa, Alla wieħed Ħenn għalina
Imqaddsa Marija Itlob għalina
Imqaddsa Omm Alla Itlob għalina
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet Itlob għalina
Omm ta’ Kristu Itlob għalina
Omm il-Knisja Itlob għalina
Omm tal-grazzja t’Alla Itlob għalina
Omm l-iżjed safja Itlob għalina
Omm l-iżjed nadifa Itlob għalina
Omm u xebba Itlob għalina
Omm bla tebgħa Itlob għalina
Omm li tistħoqq l-imħabba Itlob għalina
Omm tal-għaġeb Itlob għalina
Omm tal-parir it-tajjeb Itlob għalina
Omm ta’ min ħalaqna Itlob għalina
Omm ta’ min salvana Itlob għalina

Xebba kollok għaqal Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull qima Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull foħrija Itlob għalina
Xebba kollok setgħa Itlob għalina
Xebba kollok ħniena Itlob għalina
Xebba dejjem marbuta ma’ Alla Itlob għalina
Mera tal-qdusija Itlob għalina
Tron tal-għerf Itlob għalina
Bidu tal-ferħ tagħna Itlob għalina

Għamara tal-Ispirtu s-Santu Itlob għalina
Għamara ta’ kull grazzja Itlob għalina
Għamara ta’ kull tjieba Itlob għalina
Warda mistika Itlob għalina
Torri ta’ David Itlob għalina
Torri tal-avorju Itlob għalina
Dar tad-deheb Itlob għalina
Arka tar-Rabta l-ġdida Itlob għalina
Bieb tas-sema Itlob għalina
Kewkba ta’ filgħodu Itlob għalina
Saħħa tal-morda Itlob għalina
Kenn tal-midinbin Itlob għalina
Faraġ tal-imnikktin Itlob għalina
Għajnuna tal-insara Itlob għalina
Sultana tal-anġli Itlob għalina
Sultana tal-patrijarki Itlob għalina
Sultana tal-profeti Itlob għalina
Sultana tal-appostli Itlob għalina
Sultana tal-martri Itlob għalina
Sultana tal-konfessuri Itlob għalina
Sultana tal-Verġni Itlob għalina
Sultana tal-qaddisin kollha Itlob għalina
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa Itlob għalina
Sultana mtellgħa s-sema Itlob għalina
Sultana tar-Rużarju mqaddes Itlob għalina
Sultana tal-familja Itlob għalina
Sultana tal-paċi Itlob għalina

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja aħfrilna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ismagħna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ħenn għalina

V. Itlob għalina qaddisa Omm Alla,
R. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

Nitolbu
Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż tal-imqaddsa Marija dejjem Verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna.
R. Ammen.

Sliem għalik, kewkba tal-baħar – Ave Maris Stella

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,
Omm qaddisa u kbira t’Alla,
dejjem Verġni bla mittiefsa,
bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima
Gabrijel qed isemmagħlek,
ibdel fiha l-isem t’Eva
ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,
ġib id-dawl lill-għomja kollha,
biegħed minna l-ħażen tagħna,
niżżel fuqna l-ġid tas-sema.

Uri li tassew int Ommna.
wassal talbna quddiem Alla,
li fi ħnientu twieled minnek
biex issir għalina bniedem.

Verġni fost kulħadd magħżula,
ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,
itlob ’l Ibnek biex jagħtina
maħfra, safa u spirtu ħlejju.

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,
żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,
sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra
ta’ Ġesù għal dejjem miegħek. Ammen.

Advertisements