82. Nitolbu l-barka ta’ Marija, Reġina tar-Rużarju ta’ Pompei

-_pompeii_madonna.jpgO Reġina, nitolbuk tfawwarna bl-imħabba tiegħek li ma tispiċċa qatt u b’mod speċjali bil-barka tiegħek ta’ Omm. Bierek, o Marija f’dan il-mument, lill-Qdusija Tiegħu l-Papa. Mar-rebħiet kbar tar-Rużarju, agħti r-rebħa lir-Reliġjon Nisranija u l-paċi fis-soċjeta’. Bierek lill-isqfijiet tagħna u lis-saċerdoti kollha magħqudin magħhom. Bierek ukoll lil dawk kollha li jħeġġu d-devozzjoni lejn ir-Rużarju Mqaddes.

O Rużarju Mqaddes ta’ Marija, katina ħelwa li tgħaqqadna ma’ Alla, rabta ta’ mħabba li tgħaqqadna mal-Anġli, torri ta’ salvazzjoni minn kull ħażen u port żgur fit-taqlib tal-ħajja tagħna, aħna ma nitilqukx.

Inti illi tkun il-faraġ tagħna fl-aħħar ħinijiet ta’ ħajjitna u għalik nerfgħu l-aħħar bewsa ta’ mħabba tagħna. U l-aħħar ċaqliq ta’ xofftejna jkun it-tifħir ta’ ismek, o Reġina tar-Rużarju ta’ Pompei. O Ommna kollok mħabba, o Omm tal-ħniena u faraġ tal-imnikktin, nibqgħu nfaħħruk għal dejjem. Ammen.

Sliem għalik Sultana…

Advertisements