92. Infaħħru lil Marija

The-Immaculate-Conception-1650-75-xx-Jose-AntolinezInfaħħru lil Marija, l-omm t’Alla u tal-bnedmin,
ngħannulha l-isbaħ għanja, bil-ferħ ta’ qlub safjin.

Rit: Marija omm ħanina, minn qalbna nitolbuk,
għallimna dejjem iżjed, ta’ wliedek inħobbuk.

Int l-isbaħ fost il-ġilji, li jgħammru fil-widien,
il-ġmiel tal-bjuda tiegħek, hu l-għaxqa ta’ kull żmien. Rit:

Il-vjola l-iżjed ħelwa, li tfewwaħ ħdejn is-sies,
hi xbieha l-iżjed ċkejkna, ta’ rżintek mingħajr qies. Rit:

M’hemmx warda ġewwa l-ġonna, m’hemmx kewkba fis-smewwiet,
li ġmielhom int ma tisboq, ja omm tal-imħabbiet. Rit:

Int tgħaġġeb bi qdusitek, kemm anġli u qaddisin,
Sultana isellmulek, bi ġmielek imgħaxxqin. Rit:

Advertisements