95. Ismagħha l-Għanja

VirginMary-FlowersoftheFairestIsmagħha l-għanja, Sidtna Marija,
il-għanja ħelwa tagħna l-Maltin.
L-għanja li ntisġet min-nies għaqlija,
u nstemgħet tidwi f’eluf ta’ snin:
Rit: Għażiża ommna, Sidtna Marija,
bis-sliem hennina t’Ibnek Ġesù.

F’kull naħa mwarrba tal-gżira tagħna,
hemm l-isem tiegħek, fil-blat miktub.
Tidħaq xbihetek, fil-knejjes kollha,
fejn tqimek dejjem, l-għanja tal-qlub. Rit:

L-għanja titolbok, Sidtna Marija,
li inti tibqa’, magħna f’kull żmien.
Għalhekk int amar, Ommna Marija,
li l-għanja tiegħek, ma tmut imkien. Rit: