64. Innu lill-Madonna tal-Karmnu (1)

37743312_955756364611286_3867931466696491008_nMadonna tal-Karmnu,
li tant inħobbuk,
arana madwarek,
‘il qlubna nagħtuk

Fil-Labtu li tajtna,
insibu l-mistrieħ
tal-qalb li bla heda,
tissaħħar għalih.

Int, Ommna Marija,
int ġmiel tas-Smewwiet,
ilqagħhom bil-ferħa
ta’ qlubna, l-għanjiet.

Hu ħeles lil Xmuni,
mill-biki w l-imrar
u refa’ lill-Ordni,
kif lemħu fix-xfar.

Hu lilna jeħlisna,
mill-hemm li f’kull ħin,
inġarrbu f’ħajjitna,
imsejkna bnedmin.

Għalhekk fuq sidirna,
ma’qalbna nrossuh,
u bl-akbar imħabba,
ilkoll li ngħożżuh.

Fis-siegħa ta’ mewtna,
nagħfsuh iżjed magħna,
ħdejn Alla hu lilna,
għad jieħu ferħana.

Madonna tal-Karmnu,
kun int l-hena tagħna,
fid-dar ta’ kull malti,
kun ‘l Omm u s-Sultana.

Advertisements