67. Talba lill-Madonna ta’ Pinu għall-Vokazzjonijiet

backgroundO Madonna ta’ Pinu, int li kellek kuraġġ tħaddan fik il-ħolma ta’ Alla, billi qiegħedt iż-żgħożija u l-ħeġġa tiegħek f’idejh; ispira u ħeġġeġ lil dawk li l-Missier isejjaħ għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża biex fuq l-eżempju tiegħek illissnu b’ħeffa l-“Hawn jien” għall-ġid tagħhom, ta’ qrabathom u tad-dinja kollha.

Għin lil dawk li l-Missier u l-Knisja jagħżlu, biex jaqduk fis-Santwarju ta’ Pinu u jżommu ħajja s-sejħa tiegħek f’dan l-imkien qaddis, billi, jilqgħu b’imħabba lil dawk li inti ssejjaħ għal dan il-post, joffrulhom is-silenzju sagru biex jiskopru l-vuċi tiegħek, iwiżnuhom fl-irfieħ ta’ salibhom, u jispirawhom biex jifhmu li ta’ din id-dinja kollox jgħaddi, u li wara kollox Alla biss se jibqa’.

Advertisements