8. Talba lill-Verġni Mqaddsa Marija (1)

37734243_955756414611281_7263165786347274240_nJa faraġ waħdieni tiegħi,
nida divina, solliev għan-nixfa tiegħi,
xita nieżla mingħand Alla fuq il-qalb bierda tiegħi,
dawl jiddi fid-dlam ta’ ruħi,
mogħdija għall-mixi tiegħi,
għajnuna għad-dgħufija tiegħi,
satra ta’ l-għera tiegħi,
għana fil-miżerja tiegħi bla għadd,
duwa għall-ġrieħi tiegħi bla fejqan,
tmiem tad-dmugħ u ta’ l-ilfiq tiegħi,
ħelsien minn kull għelt,
faraġ fin-niket tiegħi,
ħelsien mill-jasar tiegħi,
tama tas-salvazzjoni tiegħi…

Hekk ikun, ja sidti;
hekk ikun, ja kenn tiegħi,
ħajja u għajnuna tiegħi,
ħarsien u glorja tiegħi,
tama u fortizza tiegħi.

Ġermanu ta’ Kostantinopli

Advertisements