32. Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija

19396654_1849133442073071_124292978857308167_nO Qalb bla tebgħa ta’ Marija, mixħutin f’riġlejk nikkonsagraw lilna nfusna lilek. Nifhmu li nikkonsagrawlek dak kollu li aħna u dak kollu li għandna mingħajr ebda riserva.

Nikkonsagrawlek speċjalment il-missjoni li Ġesu’ Ibnek għoġbu jagħżilna għaliha, il-missjoni li nitolbu, ngħinu u nsofru għall-erwieħ saċerdotali, li huma l-erwieħ prediletti ta’ Ġesu’ u tiegħek.

Inti taf biżżejjed, O Marija, liema delikatezza u liema ġenerożita’ titlob minna missjoni bħal din. Imma aħna żguri mill-għajnuna tal-patroċinju tiegħek u għalhekk aħna nirrikorru lejk u f’idejk nerħu l-qadi tal-missjoni tagħna.

O Marija, din il-missjoni ma nistgħux naqduha sewwa mingħajr ma jkollna intimita’ kbira ma’ Ġesu’ Saċerdot Etern u l-ewwel saċerdot. Ressaqna għalhekk dejjem izjed lejn il-Qalb adorabbli tiegħu biex jagħmilna erwieħ tal-Ġetsemani, erwieħ li nkunu nafu nitolbu u nsofru.

Żvojta l-qalb tagħna minn kull imħabba li mhix ta’ Ġesu’, biex nimlewha bih. Rażżan l-amor proprju tagħna, ippurifika l-intenzjonijiet tagħna u agħmel fuq kollox li r-relazzjonijiet tagħna mas-saċerdoti ta’ Ġesu’ Ibnek ikunu kollha kemm huma spiritwali u sopranaturali.

Aċċetta, O Marija, din il-konsagrazzjoni tagħna lilek u nitolbuk biex waqt it-tqarbin tressaqna inti stess quddiem it-tron tal-lben tiegħek Ġesu’. F’ġieħ l-istess Kristu Sidna. Ammen.

Advertisements