4. Il-misteri tar-Rużarju tal-verġni mqaddsa Marija

36176339_924815231038733_9018280360558985216_n

Tal-ferħ (it-Tnejn u s-Sibt)

1. Meta l-anġlu Gabrijel ħabbar lil sidtna Marija li kellha tkun omm Alla.
2. Meta sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta.
3. Meta sidna Ġesù Kristu twieled fl-għar ta’ Betlehem.
4. Meta sidtna Marija ppreżentat lil binha Ġesù fit-tempju.
5. Meta sidtna Marija tilfet lil binha Ġesù u, wara tlitt ijiem, sabitu fit-tempju jiddisputa mad-dutturi.

 

Tad-dawl (il-Ħamis)

1. Meta sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-xmara Ġordan.
2. Meta sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.
3. Meta sidna Ġesù Kristu ħabbar is-saltna ta’ Alla u sejjaħ għall-indiema.
4. Meta sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-appostli fuq il-muntanja Tabor.
5. Meta sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-misteru ta’ l-Għid.

 

Tal-tbatija (it-Tlieta u l-Ġimgħa)

1. Meta sidna Ġesù Kristu għamel l-orazzjoni fl-ort u għereq l-għaraq tad-demm.
2. Meta sidna Ġesù Kristu kien marbut mal-kolonna u fflaġellat.
3. Meta sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk.
4. Meta sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi s-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.
5. Meta sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u, wara tliet sigħat ta’ l-agunija, miet.

 

Tal-glorja (l-Erbgħa u l-Ħadd)

1. Meta sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.
2. Meta sidna Ġesù Kristu tela’ s-sema.
3. Meta sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli.
4. Meta sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
5. Meta sidtna Marija ġiet inkurunata mit-Trinità qaddisa, u mgħollija fuq il-kori kollha ta’ l-anġli.

16d534cdea49c005c868cc41cd94fffd

Litanija tal-Verġni Mqaddsa Marija

Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ħniena Kristu, ħniena
Mulej, ħniena Mulej, ħniena
Kristu, ismagħna Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna Kristu, ilqa’ t-talb tagħna
Missier etern Alla Ħenn għalina
Iben Alla li fdejt id-dinja
Spirtu qaddis Alla
Trinità qaddisa, Alla wieħed

Imqaddsa Marija Itlob għalina
Imqaddsa omm Alla
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet

Omm ta’ Kristu
Omm il-Knisja
Omm tal-grazzja t’Alla
Omm l-iżjed safja
Omm l-iżjed nadifa
Omm u xebba
Omm bla tebgħa
Omm li tistħoqq l-imħabba
Omm tal-għaġeb
Omm tal-parir it-tajjeb
Omm ta’ min ħalaqna
Omm ta’ min salvana

Xebba kollok għaqal
Xebba li tistħoqq kull qima
Xebba li tistħoqq kull foħrija
Xebba kollok setgħa
Xebba kollok ħniena
Xebba dejjem marbuta ma’ Alla

Mera tal-qdusija
Tron tal-għerf
Bidu tal-ferħ tagħna
Għamara tal-Ispirtu s-Santu
Għamara ta’ kull grazzja
Għamara ta’ kull tjieba
Warda mistika
Torri ta’ David
Torri tal-avorju
Dar tad-deheb
Arka tar-Rabta l-ġdida
Bieb tas-sema
Kewkba ta’ filgħodu
Saħħa tal-morda
Kenn tal-midinbin
Faraġ tal-imnikktin
Għajnuna tal-insara

Sultana tal-anġli
Sultana tal-patrijarki
Sultana tal-profeti
Sultana tal-appostli
Sultana tal-martri
Sultana tal-konfessuri
Sultana tal-verġni
Sultana tal-qaddisin kollha
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa
Sultana mtellgħa s-sema
Sultana tar-Rużarju mqaddes
Sultana tal-familja
Sultana tal-paċi

Ħaruf ta’ Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja aħfrilna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf ta’ Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ismagħna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf ta’ Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ħenn għalina

Itlob għalina, qaddisa omm Alla biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

Nitolbu

(mill-Gandlora sa l-Għid u minn wara żmien il-Għid sa l-Avvent)

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż ta’ l-imqaddsa Marija dejjem verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu sidna. Ammen.

(mill-Avvent sal-Milied)

O Alla, int li ridt li mat-tħabbira ta’ l-anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-verġni mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha omm Alla, li nkunu mgħejjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu sidna. Ammen.

(mill-Milied sal-Gandlora)

O Alla li bis-saħħa ta’ Marija, verġni u omm, tajtna l-ħlas tal-ħajja ta’ dejjem, agħtina, nitolbuk, li nġarrbu l-qawwa tat-talba tagħha, li biha stajna nilqgħu ’l min tana l-ħajja ta’ dejjem, ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.

(fi żmien l-Għid)

O Alla, li, bil-qawmien mill-mewt ta’ ibnek Ġesù Kristu sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’ommu l-verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu sidna. Ammen.

Advertisements