30. It-Tħabbira ta’ Marija

the-blessed-mother-eva-campbellIsa, u ejja, ħalli mmorru,
ħa nisimgħu din l-aħbar:
inħallu ftit il-merħla
magħluqa ġo dal-għar.

“Is-sliem għalik, ja merħla,
is-sliem għalik, għarix:
is-sliem, widien u iġbla,
wis-sliem, siġar u ħaxix.”

“Il-passi fittex agħti,
ħalli nsibu l-Anġlu magħha,
isa, w ejja mmorru niġru
għax edina id-dar tagħha.”

“Dak Alla li hu miegħek
bl-akbar grazzja għoġbu jagħnik;
imbierka inti fost in-nisa,
Marija, is-sliem għalik!”

Marija l-kunsens tagħti
fiha nkarna l-Verb Divin;
fil-ġuf purissmu tagħha
jieħu l-forma tal-bnedmin.

Ifirħu, l-aħwa, ifirħu!
immorru nħabbru lil Kulħadd!
Ifirħu, l-aħwa, ifirħu!
Ferħ bħal dan żgur ma kien qatt!

Advertisements