Poeżiji dwar Marija

Dokument PDF: Poeżiji dwar Marija
Dokument WORD: Poeżiji dwar Marija

POEŻIJI DWAR IL-MISTERI TAR-RUŻARJU

Tal-Ferħ

b67a680f4e74f57d110f4e527fe84bbe

Sliem għalik, Marija,
b’kull grazzja int mimlija.
‘Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej,
bl-iva tiegħek, tnissel il-Feddej.

Għand Eliżabetta, int mort isservi,
kont ġeneruża, mingħajr riservi.
Inti, Omm is-Salvazzjoni,
u mort issefter, x’umlijazzjoni!

Gerbu x-xhur, wasalt biex tagħti,
‘l Iben t’Alla, is-Sultan tal-Paċi.
‘mma post għalikom, le ma kienx hemm,
ħlief dak l-għar kiesaħ, ġo Betlehem.

Erbgħin jum wara, ippreżentajtu,
x’dulur kbir f’ruħek, kif smajt dwar ħajtu..
kull ħaġa f’qalbek inti għożżejt,
b’imħabba vera, lilu ħabbejt.

Fit-tempju ntilef, kif tagħtkom raskom,
ebda kliem, ma seta’ jsabbarkom.
Ħabib, kif tista’ toqgħod bi kwietek,
jekk lilu titlef, ħabba dnubietek??

Tad-Dawl

Il-jum tal-Ħamis, hu Jum l-Ewkaristija,
ma ninsewx ir-Rużarju, li jgħaqqadna ma’ Marija.
Fil-misteri tad-Dawl, nidħlu f’xenovlopija,
għoxrin minuta mal-ġenna, ejja nkunu għaqlija!

Nibdew bi Ġwanni, jgħammed fil-Ġordan,
Kristu jitgħammed minnu, x’misteru dan!
Il-Ħaruf t’Alla, li jneħħi d-dnubiet,
“Hu l-għaxqa tiegħi”, instema’ l-Leħen mis-Smewwiet.

Għat-tieġ ta’ Kana, ġew mistednin,
“Nagħmel xi ħaġa?” “Mhuwiex il-ħin.”
Obdewh u għamlu, dak li qalilhom,
l-ilma f’inbid, dlonk mar ibiddlilhom.

Fl-iruħla dar u mar ixandrilhom,
li s-saltna t’Alla waslitilhom.
Duru lejn Alla, uru ndiema,
Hu jilqa’ u jaħfer, kull qalb sobgħiena.

Fin-nofs ma’ Mose’ u m’Elija,
Hu kien il-milja ta’ kull profezija.
Ilbiesu sar jgħammex bid-dija,
iżda qabel il-glorja, hemm it-tbatija.

L-Ewkaristija, waqqaf fl-aħħar Ċena,
fi Kristu biss, insibu l-hena.
Ried jibqa’ magħna, permezz tat-Tqarbin,
Issa li l-mewtu, kienet viċin.

Tat-Tbatija

Fl-ort tal-Ġetsemani, għamel l-orazzjoni,
issa kien qorob, ħin il-passjoni.
“Ir-rieda tiegħek Missier, mhux dik tiegħi,”
l-appostli talab: “ishru hawn mieghi.”

Bewsa mar jagħżel, dak li ttradieh,
għal tletin biċċa, lil Kristu kien biegħ.
Hemm ma’ kolonna, qabdu u rabtuh,
Bi ħdura kbir, damu jsawwtuh.

Kuruna nisġulu, magħmulha mix-xewk,
b’insulti, b’kemm bżieq u dmija mlewk?!
Fommok kien sieket, ġarrabt fis-skiet,
Kienet is-siegħa, tad-dlamijiet.

Wara dan kollu, b’salib għabbewk,
b’wieħed mill-agħar, lilek għoddewk.
miegħek fil-vjaġġ, kien hemm Marija,
ma telqitekx, kif għamlu l-bqija.

Fuq is-salib, f’baħar ta’ mrar,
kemm qalb il-bniedem, tasal tiħdar?
Imħabbtek urejt, bil-kliem u bil-fatti,
għall-kbira mħabbtek ngħidulek: “Grazzi!”

Tal-Glorja

Hallelujah! Kristu qam,
u qered għal dejjem, is-saltna tad-dlam.
Il-Maddalena ma sabitux,
“Marjam” sejjħilha, għax hi m’għarfitux.

Għal erbgħin jum, baqa’ jidrilhom,
“id-Difensur nibgħat,” qalilhom.
Jgħarrafkom kollox, kulma għedtilkom,
tgħallmu u twasslu li ppridkajtilkom.

Baqgħu miġbura jitolbu fi stennija,
mad-dixxipli u l-appostli, wkoll ma’ Marija.
Fuq ras kull wieħed, deher ilsien tan-nar,
kulħadd bil-qawwa u l-kuraġġ far.

Issa kien wasal, iż-żmien għal Marija,
li tħalli din l-art u tidħol fit-tgawdija.
Telgħuha l-anġli, fejn Binha ħanin,
Biex issaltan miegħu u mal-qaddisin.

Mit-Trinita’ ġiet inkurunata,
tassew stħaqqilha, li tkun onorata.
Sultana tas-sema u tal-univers,
Hi u Binha, iħobbuna mmens.

POEŻIJI OĦRA

Capture11

O Madonna meta nħares lejk,
u nilmaħ tbissima ta’ mħabba f’għajnejk,
mill-ġdid infittex li ninxteħet f’riġlejk,
u hemm inpoġġi lil ħajti f’idejk.

X’teżor kbir tani Ġesu’ Ibnek,
meta b’Omm tiegħi, mar tani lilek.
Naf li tifhimni, naf li tismagħni,
kull ħin tagħdirni u tikkunslani.

Kuljum nitolbok sabiex tostorni,
u minn id l-għadu ‘l bogħod iżommni.
Mammina għallimni nħobb l’Ġesu’,
Bl-istess imħabba li jħobb Hu.

Jien inqis ruħi mal-fqar u d-dgħajfin,
‘mma lilu jogħġbu t-talb taċ-ċkejknin.
Nixtieq inħobbkom bi mħabba sħiħa,
ħajti u l-offerti jkunu bħal fwieħa.

Kuljum infittex nitlob għoxrin post,
għax lilek u l’Ibnek jistħoqq l-ewwel post.
Intom is-slaten ta’ dil-qalb tiegħi,
kull fejn inkun neħodkom miegħi.

Sakemm fl-art għadni nitlob kull ħin,
għall-konverżżjoni tal-midinbin.
Irid li ngħinnkom isalvaw l-erwieħ,
u l-paċi tagħkom tnissel mistrieħ.

Jiena u ninseġ dil-poeżija,
xtaqt inwasslilkom, kemm tfissru għalija.
Fik u f’Ġesu’ ruħi tithenna,
wasluni intom fil-port tal-Ġenna.

Lil Marija Reġina

1620923_803074963042785_306382554_n

Is-sliem għalik għażiża Marija,
b’kull grazzja mfawwra u b’kull barka mimlija.
Ġesu’ taħt is-salib ta lilek b’Ommna,
taħt il-mant tiegħek, dejjem żommna.

Il-Missier Alla lilek għażel,
il-ħlewwa tiegħek, oħla mill-għasel.
Bl-iva tiegħek, sirt Omm Ġesu’,
dejjem fittixt dak li ried Hu.

L-Ispirtu s-Santu ħadek b’għarusa,
int kbira fil-ġmiel u maestuża.
Miegħek is-setgħani, għamel ħwejjeġ kbar,
għax inti bqajt ċkejkna, qist ruħek maż-żgħar.

Għalhekk għollik, u tak dinjita’,
għax ħadd bħalek mhu kbir fl-umilta’.
Tas-Sema u l-art għamlek Sultana,
u fit-talb tagħna, int żgur tismagħna.

Saltan fuqna u pproteġina,
kun ta’ qalbna r-Reġina.
Kabbar fina nar l-imħabba,
tħallix lir-ruħna, bid-dnub titabba’.

Għallimna nħobbu ‘l Ibnek Ġesu’,
U bħalek inwettqu, dak li jrid minna Hu.
Ħarisna, berikna, ressaqna lejn Ibnek,
Aħna persważi li jisma’ minnek.

Grazzi ta’ kemm tisma’ t-talb tagħna,
ibqa’ mexxina u ggwidana.
Grazzi ta’ mħabbtek, ja Omm ħanina,
Viva l-kbira, Marija Reġina!

tiepolo_the_immaculate_conception

Mal-ewwel iva li tajt bdejt tbati,
sa ma’ lil Ibnek wasalt biex tagħti.
Duluri kbar f’ruħek soffrejt,
biex lil Bin Alla, inti rabbejt.

Meta biex twelled, wasal iż-żmien,
Post fejn toqgħodu, ma sibtu mkien.
F’għar kiesaħ u jinten, sibtu ftit kenn,
għax qalb il-bniedem, insiet kif tħenn!

T’erbgħin ġurnata ppreżentajtu,
ġewwa t-tempju, intom dlonk tlajtu.
Dwar x’għad ikun, Xmuni ħabbarlek
U sejf in-niket nifed b’li qallek.

Int u Ġużeppi, kellkom iġarrbu,
wara twelidu kellkom taħarbu.
Ġewwa l-Eġittu, art barranija,
b’kultura diversa minn dik Lhudija.

Bqajt tieħu ħsiebu matul is-snin,
għall-missjoni ħareġ, kif kellu tletin.
Bqajt miegħu meta, fuq salib sallbuh,
Hu bata fil-ġisem u int daqsu fir-ruħ.

Għalhekk għada hi festa kbira,
tal-assunzzjoni hija t-tifkira,
meta l-anġli ħdejn Ibnek tellgħuk,
Inxteħtu quddiemek u qima żgur tawk.

Int l-isbaħ waħda fil-kobor u d-dinjita’,
għax f’ħajtek ħaddant u għext l-umilta’.
Wara t-tbatija, pront dħalt fit-tgawdija,
b’vuci waħda ngħajjtu: VIVA SANTA MARIJA!

OUR_LADY

Reġina sabiħa!
Turi li tinsab preżenti, f’riħa ħelwa ta’ fwieħa.
Fl-ispirtu spiss immur,
f’Medjugore lilek inżur.

Sentejn għaddew minn dawk il-jiem,
għadna nitbissmu u ntennu xi kliem.
Kif nistgħu ninsew esperjenza tal-ġenn?!,
inżilna b’tant paċi u hena minn hemm…

Kull post f’qalbi mmarkajt,
b’tant imħabba ssiġillajt.
Mal-‘Bronze Cross’ żgur għandi rabta,
inbus riġlejħ f’tgħannieqa mwaħħda.

Kemm nixtieq għat-tielet darba,
nerġa’ nżurek Ma xi darba!
Qabel ma dak li nbeda f’Fatima ttemmu,
U tħalli hemm sinjal biex ilkoll nemmnu.

201407-quadro

Inħares lejn Ġesu’ tarbija,
miżmum b’tant għożża, f’idejn Ommu Marija.
Min jaf kemm kienet taħseb fis-skiet,
dwar li profetizza Xmuni, b’dawk il-kelmiet.

Se jkun sinjal li jmerruh,
hekk kien tabilħaqq, tant li qatluh.
Se jikxef is-sigrieti ta’ ħafna qlub,
fuq salib spiċċa minxur, is-sultan tal-Lhud!

X’fiduċja għamja kellek Marija!
B’kull mod ‘l Alla għedtlu: agħmel li trid bija.
Bl-iva tiegħek, lid-dinja mill-ġdid tajt tama,
sirt Omm Ġesu’, s-Salvazzjoni tagħna.

Xi ġmiel u x’paċi meta nkun miegħek,
tgħallimni nħobb bl-istess imħabba tiegħek.
Grazzi talli, aċċettajt li ssir Omm il-bnedmin,
ħarisna mill-waqa’, kun magħna għax dgħajfin.

Mammina sabiħa, bik ruħi tithenna,
kun int li twassalna, fuq l-għatba tal-ġenna.
F’din l-art qarribna, lejn Ibnek fl-Ewkaristija,
sakemm miegħek u miegħu, nidħlu fit-tgawdija.

37734243_955756414611281_7263165786347274240_n

Ikun imbierek ismek, ja Omm tal-ommijiet,
ħarstek mimlija mħabba, ja Omm tal-imħabbiet.
Dak il-wiċċ ħelu, tas-sema jarmi d-dija,
b’kull ġmiel u grazzja, tassew int mimlija.

Int li bl-iva tiegħek, sirt Omm Ġesu’,
u dejjem wettaqt li ridt minnek Hu.
Jitgħaxxaq min ħalqek, kif ukoll is-smewwiet,
inqimek u nfaħħrek, ningħaqad mal-qtajjiet.

Għaliex Omm għażiża, xi wħud jobgħoduk?
joffendu lil Ibnek u jitgħannqu mad-dnub?
X’qatt għamiltulhom, biex ma jħobbukomx?
u juru b’ħajjithom li ma jridukomx.

Flok jersqu lejkom, arahom jaħarbu,
ifittxu l-pjaċiri, sakemm jiġġarrfu.
Xi bluha jaħasra, xi ħsara mill-agħar,
jaħsbu li sinjuri u f’ruħhom l-aktar fqar.

Tista’ tkun tgħum fil-flus u jkollok li trid,
ma ħafi tkun f’ruħek, jekk bogħod tkun mis-Sid.
Marija u Ġesu’, jistennewk u jistiednuk,
‘mma x’ tagħmel b’ħajtek, fil-liberta’ jħalluk.

Jekk nħawdu u nafġgħu, nagħmluha t’ għorrief,
Huma xorta jħobbuna, bħala wliedhom għeżież,
lesti jilqgħuna, jħaddnuna mill-ġdid,
Huma biss iridulna l-vera u l-aqwa ġid.

Ġesu’ u Marija, huma l-aqwa teżor,
x’qed titlef ja bniedem, jekk lilhom mhux iġorr.
Kemm ferħ u paċi, jitnisslu fil-qalb,
jekk ‘l isimhom tfaħħar bla heda fit-talb.

the-blessed-mother-eva-campbell

Fil-moħbi ta’ darek, lil Kristu ħadt ħsieb,
tajtu l-vera mħabba ta’ Omm lejn l-ulied.
F’ kull ħaġa li tagħmel, kont tieħdu miegħek,
jilgħab maġenbek, basta qrib tiegħek.

Min jaf kemm kont tiggustah,
u tagħmel minn kollox biex tikkuntentah.
Min jaf kemm sajjartlu xi platt favorit,
u tifraħ meta tarah, dlonk jiftaħ l-aptit.

Allura, Ġesu’ kien jgħin fit-tindif?
kien joqgħod attent, meta turih kif?
Ix-xogħol ta’ missieru kien jinteressah?
Kien imur ma’ Ġużeppi, u joqgħod jarah?

O x’għaxqa kien fikom it-tlieta f’salt,
tfittxu li tkunu lkoll qalb ma’ qalb.
Iż-żmien gerbeb u għaddew is-snin,
Ġesu’ baqa’ jikber, kien qrib it-tletin.

“Ma, pa, ħiereġ ngħallem, se nħalli d-dar,
sejjer ngħallem u nfejjaq, lill-fqar u liż-żgħar.
Jeħtieġ li nwettaq, dak li jridni l-Missier.”
“Iva, Ibni, li jrid Hu jeħtieġ li jsir.”

“Is-Saltna t’Alla waslet,” waqt li jterraq fit-toroq,
indmu w duru lejn Alla, iddumux għax qorob.
Għal ħafna Hu kien ta’ kontradizzjoni,
nieħdu l-liġi b’idejna, kienet l-konklużżjoni.

Għal tant ġid li għamel, il-mewt marru jtuh,
ippruvaw jagħlqulu ħalqu, saħansittra sallbuh.
Ħasbu li spiċċa kollox, għaddew tlett ijiem,
‘mma kmieni filgħodu, seħħ il-qawmien.

Hienja dik li emmnet, kulma qalilha l-Mulej,
ma hi ħadd ħlief Marija, Omm Kristu l-Feddej.
Minn fuq is-Salib tahielna, b’Omm l-umanita’,
mezz qawwi hi għalina, biex nidħlu fl-eternita’.

Ħbieb ejja nafdawhom u nintelqu mill-ġdid,
Ġesu’ u l-Marija, jridulna biss ġid.
Ninvolvuhom f’ kollox u nġorruhom magħna,
ejjew u saltnu għal dejjem fil-qlub tagħna.

Our lady of sorrows

Ħajtek marbuta mar-rieda tiegħu,
fis-skiet tar-ruħ int soffrejt miegħu.

Sa minn qabel twieled bdejt iġarrab,
flimkien ma’ Ġużeppi, lejn l-Eġittu taħrab.

Għal ħafna se jkun sinjal li jmerruh,
is-sejf ta’ dulur, se jinfdek fir-ruħ.

Tliftuh u sibtuh fit-tempju ta’ Ġerusalemm,
u fikom ġarrabtu tan-niket ‘il hemm.

Iltqajt miegħu fit-triq, bis-salib fuq spallejh,
B’kefrija kbira firdukom, ma ħallewkx tersaq lejh.

Bqajt miegħu sal-aħħar, sa taħt is-salib,
ta lilek b’Omm tagħna, rigal ieħor ġdid.

Niżżluh minn fuq l-għuda, tawulek f’idejk,
Imbiċċer, bla sura, il-mimmi ta’ għajnejk!

F’liżar abjad kebbuh, f’qabar ġdid difnuh,
min jista’ jsabbar lil din l’Omm fir-ruħ?!

Is-sebgħa fil-Bibbja hu numru perfett,
ħajtek kollha tbatijiet, sa mill-bidu nett.

Is-sebgħa wkoll huwa, numru infinit,
għallimna l-imħabba, fit-triq tas-salib.

mary-rosary

O Sinjura tar-Rużarju, insellimlek ta’ kuljum,
B’tant imħabba u rispett, kif għandu jkun.

Insellimlek Omm tiegħi, infaħħar ismek sabiħ,
grazzi ta’ kemm tieħu ħsiebi, fil-ferħ u fl-uġigħ.

Kull meta nsejjaħlek, ruħi timtela’ bil-ferħ,
meta ngħajjat l’ismek, f’qalbi ġġibli s-serħ.

Naħseb fuq kull misteru, nimmeditah fil-kwiet,
hekk bil-kuruna f’idi, ningħaqad mas-smewwiet.

Is-sliem o Marija, għal ħamsin darba ntennilek,
ma’ kull Ave ninseġ warda, u noffriha lilek.

Waqt li niffissa ħarsti lejk, nilmħek titbissem,
kuntenta naf li tkun, b’dak li nkun qed inlissen.

Meta jingħad sew u b’devozzjoni,
dwar ħajjet Kristu, taħseb fl-orazzjoni.

Hemm ħajtek tinbidel u tibda tinduna,
dwar kemm hi mbierka, dik il-kuruna!

carmel3

Għal disa’ xhur sħaħ ġo ġufi ġarrejtu,
x’ħin tajtu lid-dinja f’maxtura poġġejtu.

Niftakar il-ħarsa li biha ħares lejna,
Insejna kull tbatija kif rajnieh f’idejna.

Il-mimi ta’ għajnejna, it-tifel Ġesu’,
għax konna nafu tassew Hu min Hu.

Wasal iż-żmien u Ġużeppi ħallina,
u bħala familja spiċċajna Hu u jiena.

Ħareġ fit-toroq, ifejjaq u jgħallem,
xi wħud aċċettaw, li jkun tagħhom l-Imgħallem.

‘Mma bosta oħrajn kienu jgħiru għalih,
riduh taħt idejhom, irnexxilhom bis-sħiħ.

Qabduh l-għażiż Ibni, arawh kollu dmija,
qalbi maqsuma, quddiem dil-kefrija!

Minxur fuq l-għuda, hekk pattewlu għal tant ġid,
is-sodda ta’ Ibni, kienet is-Salib!

Għalfejn qed ngħidilkom, dwar dak li għaddejt?
ħa tifhmu kemm batejt, għax Lilu ħabbejt!

loretofinished

F’jum il-preżentazzjoni ta’ Sidtna Marija,
noffri lili nnifsi lilek u kulma fija.

Ħudni għalik, dawwalni w mexxini,
u dak li trid minni, dejjem urini.

Ħajti mingħajrek hi vojta, bla skop,
Int li għallimtni nikber bil-mod.

Saħħaħni fl-imħabba, fil-fidi ssudani,
fakkarni x’ħallast, biex isalvani.

Jekk f’dan niftakar, hu biżżejjed għalija,
u biex tiggwidani, tajtni ‘l Ommok Marija.

Mela ħudni f’idejk, użani w ħeġġiġni,
żommli jdejja, rossni ma’ qalbek, ibdilni.

Ħa jkun minni li trid, jien qaddejja tiegħek,
issa u għal dejjem, irrid biss li nkun miegħek.

conception-1

Mal-pjan tas-salvazzjoni, ikkoperajt,
għal dak li ried minnek, dlonk ingħatajt.

B’bintu ħadek Alla l-Missier,
għax ma ridtx iħalli lill-bniedem ilsir.

L-Iben ħadek, biex tkun Omm tiegħu,
dan fhimtu tant tajjeb, għax f’kollox bqajt miegħu.

B’għarustu ħadek, l-Ispirtu qaddis,
Kollox f’ħinu u f’waqtu, sar kollox preċiż.

Marija min hija, għalik u għalija?
Hi dik li tant ħabbet, u ġarrbet tbatija.

Hi Ommi u Ommok, jekk tħalliha tkun,
jekk fi ħdanha tintelaq, u f’Binha terħi t-tmun.

Hi biss lmmakulata, imnissla mingħajr dnub,
hekk kien xieraq li tkun, Omm Kristu maħbub.

28054233_856930621160528_808611950_n

Min jaf kemm siegħat, f’ġufha aduratu,
lil Binha u Bin ‘l Għoli, sa mad-dinja tagħtu.

Min jaf b’liema għożża u mħabba ġarritu,
sakemm f’għar ġo Betlehem, sa fl-aħħar welditu.

Skumdita’ w tbatijiet,
ġarrbet w għaddiet, l-Omm tal-ommijiet.

U aħna, kas ta’ dan, ma nagħtux,
ħlief inkissru l-ħaddiehor, kultant ma nagħmlux!

Donnu nżiedulhom lil tant qlub miksura,
Flok inrażżnu lsienna, dlonk nobżqu l-ħdura.

Hekk se niċċelebraw, il-Milied li fil-qrib?
żgur u mhux forsi li mhux dan Alla jrid!

Marija spjegalna, urina fit-talb,
ejja ma’ Ibnek, agħmlu ħerba fil-qalb!

Neħħu minn qlubna, tant ħdura u rovina,
Int li tajtu lid-dinja, bi mħabba għalina.

15178198_1721047088215041_781688613473857046_n

B’mod inġenerali kull omm twelled l-isptar,
Omm is-Salvatur, sejra twelled ġo għar!

Fil-kesħa, fil-ħemda, bla ebda kumdita’,
mixħuta fuq ftit tiben, Omm Alla x’umilta’!

Marija u Ġużeppi qalb dik l-intiena,
jistennew li jaraw, wiċċ Alla tal-Ħniena.

Illejla se jseħħ dan it-twelid,
qumu w erfgħu raskom, għax il-fidwa fil-qrib.

Mistiedna mmorru fejn Ġużeppi u Marija,
nakkumpanjawhom fit-twelid tat-Tarbija.

Jien se ħalli d-dar u mmur f’dar it-talb,
b’rigal lill-Bambin, se nagħtih dil-qalb.

Hu żgur jaċċettaha, irrid nikkuntentah,
nixtieq jieqaf mill-biki u jitbissem narah.

Il-ferħ tiegħu hu, li ħafna erwieħ jersqu lejh,
għalhekk sar bniedem, għax aħna l-mimmi t’għajnejh.

28000879_856930627827194_397231155_n

Ersqu lejn Ibni Ġesu’,
agħmlu dak li jitlobkom Hu.

Tkellmu bil-miftuħ fit-talb,
Ħalluh jibdilkom fil-qalb.

Hu l-faraġ u l-fejqan,
Hu biss qawwi u setgħan.

Hu l-vera Triq għall-ferħ,
Fih issib kull paċi u serħ.

Hu l-Verita’, il-Ħajja,
miegħek hu fl-inżul u t-tlajja’.

Għaliex lil Ibni qed twarrbuh?
tagħmlu minn kollox biex leħnu ssiktuh?

Fl-istat li d-dinja tinsab fih,
Intom stess tafu li xejn mhu sabih.

Imma lilu tibqgħu ma tridux,
tibqgħu fil-għama u ma tindmux.

L-imħabba hu Ibni, mingħajru dlam biss,
dan nibqa’ ngħidilkom, sa ma jasal li jmiss…

Infakkarkom li għad jiġi, s-sinjal u l-kastig,
Ibni ħanin imma ġust, issa għamel li trid.

sarto_pieta

Omm u Verġni, sabiħa u ħanina,
bl-iva sirt Omm Ġesu’, dak li kellu jifdina.

Ġarrejtu f’ġufek, ħaddantu miegħek tarbija,
aħna nġorruh u nħaddnuh fina, fl-Ewkaristija.

Xi mmur nagħmel il-knisja, mhux ħela ta’ ħin?
Demmu qed jinħela, għandu l-għatx għall-bnedmin!

Narah bla sura mdendel, u jien ma nagħmel xejn,
inkompli nżid, flok nirrepara d-dejn.

U hemm taħt is-salib, dlonk nilmaħ lil Marija,
issa jinsab f’idejha, imbiċċer ħabba fija.

Sejf in-niket nifidha, f’dak il-mument,
Inħares lejha, bla ebda sentiment.

Jekk dil-qalb taż-żonqor, tinsab fik u fija,
qegħdin fi bruda u f’tant apatija.

Jeħtieġ li nitolbu, lil Alla tal-Ħniena,
biex jagħtina x-xewqa, li jkollna l-indiema.

Għall-umilta’ nitolbu, biex nagħrfu mill-qiegħ,
kemm hu Qaddis, ta’ min iħobbu, lil dak li offendejnieh.

Ejjew ħbieb ma naqtgħux qalbna,
anke jekk f’għajnejna, d-dmugħ hu flok talbna.

Sejjaħlu u jwieġbek, intefa’ f’riġlejh,
b’dirgħajh miftuħa, bi ħlewwa jħares lejk.

Hu jaħfirlek u jħobbok u qatt żgur ma nesiek,
tak ukoll ‘l għażiża Ommu, biex id f’id hi tmexxik.

6f5984da1e61ff365c63b6908c075420-1

Għanja ta’ mħabba, tintiseġ fuq fommi,
meta nħares lejk, għażiża Ommi.

Ma! insejjaħlek u ruħi tithenna,
għax int l-isbaħ warda, li hemm ġewwa l-ġenna.

Irid biss, li narak kuntenta,
B’hekk nevita d-dnub u nkun attenta.

Nitlob ukoll, għal dawk mitlufin,
biex lilek u ‘l Ibnek, le nara mnikktin.

Inħobbkom għal dejjem, irrid inkun xhud,
billi ngħix ħajja tajba, sakemm għandi mmut.

our-lady-on-the-world

F’jum il-mara ma nistax ma naħsibx fik,
ħadd akbar minnek ħlief Alla,
il-pjan tas-salvazzjoni beda bik.

Int l-isbaħ Mara li għażel għalih il-Mulej,
imbierka inti fost in-nisa,
bl-iva tiegħek sirt Omm il-Feddej.

Biex inkunu nisa sew jeħtieġ li nħarsu lejk,
għallimna nħobbu lilu,
sa ma jsejjħilna ħdejh u ħdejk.

Att ta’ Konsagrazzjoni

Immaculate_Heart_of_Mary

Sa fl-aħħar feġġ il-jum tant mistenni,
fejn l-iva lilek o Madonna se ntenni.

F’dil-ġurnata ta’ rabta akbar miegħeK,
b’rieda ħielsa jiena se nkun tiegħeK.

Waqt li ninxteħet quddiemu fl-Ewkaristija,
ningħata mill-ġdid lilU minn idek Marija.

De Montfort, Kolbe, Teresa, Papa Ġwanni Pawl,
tul dal-vjaġġ għalija kontu ispirazzjoni w dawl.

X’imħabba kbira wrejtu u x’devozzjoni!,
ħejjejtuni tassew tajjeb għall-konsagrazzjoni.

Intom se tibqgħu mudell għal tul it-triq,
jekk naqa’ Ma erfgħani ħudni għandU u nfieq.

Tiegħek jien biex mill-qrib ngħin fl-erwieħ,
inti tmur tiġborhom u jien inkennhom mir-riħ.

Ir-riħ li jdur magħhom tal-għadu qarrieq,
dak li jrid joħnoqhom fix-xewk u l-ħurrieq.

B’kull Sliema nkissru u nħaqru bis-sħiħ,
minn idu nisraqlu kemm niflaħ erwieħ.

Inpoġġihom quddiemek Madonna f’riġlejk,
intreċedi għalihom Ma, se nerħihom f’idejk.

“Ħafna qed jintilfu”… dal-kliem tant għożżejt,
naf li Ibnek imweġġa’, il-mimmi t’għajnejk.

Għallimtni xi tfisser tassew dil-missjoni,
għalhekk kien hemm bżonn li nsiru unjoni.

Illum dal-patt minni se jiġi ffirmat,
u int tonqxu f’qalbi u jibqa’ ssiġillat.

71b88c8d8eed5d13bbe0f6c48bf3d1cb

Fil-ġnien tal-Eden, il-bniedem dineb,
mill-għadu ġie mqarraq, u emmen il-gideb.
Qalb is-siġar inħeba, ħakmitu l-biża’,
iżda Alla jsibu w joħorġu fil-wisa.

Il-Mulej staqsa: Adam fejn int?
Stħajt minnek għax għeri, bil-weraq tħażżimt.
Min qallek l’int għeri, x’inhu li għamilt?
Eva tagħtni mill-frotta, jien waqajt u kilt.

Mill-ġenna tal-art ġew imkeċċija,
kellhom jaħdmu, biex jieklu ħobż it-tbatija.
Se nibgħat Mara, Alla qal lis-serpent,
il-pjan tas-Salvazzjoni tħabbar f’dak il-mument.

Sant Anna u San Ġwakkin kienu l-magħżulin,
li minnhom titwieled, Omm il-Bambin.
Imfawwra b’kull grazzja, imnissla bla dnub,
hekk jixraq li tkun, bħal Binha l-Maħbub.

Magħna dal-jum, magħruf bhala l-Vitorja,
għar-rebħa fuq it-torok, kantaw il-Vittorja.
Ikun isbaħ infakkruh bħall-festa tal-Bambina,
għax minnha twieled Ġesu’, Hu ġie biex jifdina.

sorrow

Il-propja tifkira, fil-ħmistax ta’ Settembru,
tal-Omm tad-Duluri, li fuqha wisq nitkellmu.

Noħorġu nimxu warajha fil-purċissjoni,
nitolbu u ngħidu r-rużarju b’devozzjoni.

Xi drabi nistaqsi għalfejn darba biss?
għaliex ma nqerrx u nitqarben ta’ spiss?

Għala diffiċli biex ngħidu xi talba?
bħal mhu r-rużarju li hu tant għal qalbha?

Għalxejn meta nkun warajha ngħid ħafna talb,
imma ‘l Kristu ma nħallihx jibddilli dil-qalb.

Niles, IL Maryhill Cemetery SG Mystic Rose Full

Qegħdin fir-Rebbiegħa taffa’ l-bard,
kullimkien ħdura, qed jiftaħ il-ward.

Lill-isbaħ warda hu ddedikat Mejju,
din hija Marija, ejjew qlubna nħejju.

Omm għażiża tagħna, urina mill-ġdid,
kif inwarrbu l-mibgħeda u nagħmlu l-ġid.

Kif ħabbejt lil Ibnek għallimna nħobbuh,
ma niddubitawx minnu u f’kollox nobduh.

Għalhekk tajtna r-Rużarju biex nikkonsidraw,
fil-waqt li nitolbu nkunu nistgħu naraw.

Jekk hux nixbhu lilek u l’Ibnek Ġesu’,
billi nfittxu li nservuh f’dak li jixtieq minna Hu.

B’kull grazzja mfawwra, bil-ġmiel int mogħnija,
Reġina tal-Paċi, Omm ħelwa Marija.

statue_apparition_hill_twilight

Kemm tifkriet għandna ja Omm wisq għażiża,
tal-jiem li qattajna f’imkejjen qaddisa.

Memorji u aktar li ma ninsa qatt,
imħabba bħal tagħkom ma sibtha mkien f’ħadd.

F’dal-jum speċjali ddedikat ‘l ommijiet,
qalbi tfur bil-ferh u mal-anġli ningħaqad f’innijiet.

Sliem għalik, sliem għalik maħbuba, Ommi Marija,
grazzi li bl-iva tiegħek, Alla nkarna u sar tarbija.

Bħalek irrid inkun ċkejkna, inħobb bl-imħabba tiegħek,
sabiex wara dil-ħajja Lilu ngawdi flimkien miegħek.

Landing_Mary

Illum ġejt nittawwalek għażiża Marija,
kompli kabbar imħabbtek fija.

Kieku, int ma kontx sottomessa,
il-pjan tas-salvazzjoni ma kienx jirnexxa.

Minnek hemm ħafna x’nitgħallem,
biex ħajti tkun togħġob lill-Imgħallem.

Għallimni noqgħodlu lil Ibnek Ġesu’,
u bħalek infittex li jrid minni Hu.

Ma rridx inkun dik li nbikkik bl-uġigħ,
imma dik li nferrħek għax f’qalbi tistrieħ.

Sultana tal-Paċi, li tajtna l-Prinċep Divin,
O kemm nixtieq li nħobbkom kull ħin!

Irrid li f’qalbi flimkien m’Ibnek tkun,
Inħalli u nafda f’idejkom it-tmun.

Int l-qamar u Hu x-xemx tiegħi,
grazzi għax dejjem tinsabu miegħi.

mary2S

Qalbi bħal Tiegħu m’għandix differenza,
it-tnejn għaddejna mill-istess sofferenza.

Dak li hu ġarrab fil-ġisem, jien ġarrabtu fir-ruħ,
u għadni nsofri miegħu, għax Ibni hu miġugħ.

Ftakru li bl-iva tiegħi Hu nkarna fil-ġuf,
iċċekken, sar bniedem ġie jsalva l-mitluf.

Flimkien ma’ Ġużeppi b’tant għożża kabbartu,
u għal dan pattejtulna, billi Lilu sammartu.

Eva dinbet imma għal oħra ħaseb Adam il-ġdid,
għax Omm l-umanita’ għamillni minn fuq is-Salib.

Jien is-sellum għall-ġenna fejn Ibni ħanin,
lesta li niggwidakom, għax naf li dgħajfin.

Inħobbkom bl-istess imħabba li lilu ħabbejt,
moħħni biex nipproteġikom kif l’Ibni pproteġejt.

L-akbar uġigħ għalina, meta lejna ma ddurux,
tagħżlu li tibqgħu mitlufa għaliex lejna ma tersqux.

Hawn fid-dinja qatt mistrieħa, is-serħ meta jiġi t-tmiem,
fejn Hu jagħmel ħaqq mid-dinja, u tal-ħniena jintemm iż-żmien.

18194103_1817301661922916_3599047274278148123_n

Ix-xahar tar-Rużarju jinsab fil-viċin,
nitolbuh ma’ Marija se nsibu ftit ħin?

Tkun qed tistennina biex induru lejha,
uliedha maħbuba, il-mimmi t’għajnejha.

Kull fejn dehret u tidher tlissen dal-kliem,
“Itolbu r-Rużarju ħa jsaltan fostkom is-Sliem.”

O kemm preparamenti jekk iżurna r-Reġina,
imbagħad ħamsin warda nċaħduhom lill-Mammina?!

Kemm hemm bżonn noqgħodu magħha,
nimmeditaw u naduraw lill-Iben tagħha.

Bil-kuruna f’idejna nissieltu għax dgħajfin,
dil-arma tant qawwija li twerwer lill-Ħażin.

Marija hi s-sellum li twassalna l-ġenna,
Ġesu’ t-triq għand il-Missier fejn ruħna tithenna.

Għażiża Madonna, Omm tiegħi tas-Sema,
Int is-skiet tgħallimni, fejn Ibnek jinħema.

Quddiem xbieha tiegħek nintefa’ f’riġlejk,
lili nnifsi u dak li għandi dlonk nafda f’idejk.

Għax Int is-Sultana tal-Qalb ta’ Ġesu’,
id-dixxiplu perfett dejjem wettaqt li ried Hu.

Ħadd bħalek fl-imħabba li għandek għaliH,
għallimni nagħżel lilU u nħobbU bis-sħiħ.

Bir-Rużarju Mqaddes, nidħol f’meditazzjoni,
inħobbok ma’ kull Sliema li ntenni b’devozzjoni.

Imħabbti għalikom la tgħejja w l-anqas tbatti,
meta tqum tempesta, inkompli nikkumbatti.

Bit-talba tar-Rużarju u b’ħarsti fuq is-Salib,
miegħi tkun biex nibqa’ wieqfa minkejja t-tiġrib.

U meta għax dgħajfa naqa’ terfgħani minn idi,
tgħidli “Ma ġara xejn”, teħodni dlonk għand Sidi.

Waqt li tippreżentani bid-dmugħ f’għajnejk,
“Din Binti” ttennilu, mill-ġdid tinsab f’riġlejk.

“Aħfrilha, agħtiha s-sliem u għannaqha miegħeK
Int taf għażiż tiegħi, li hi trid tkun biss tiegħeK.”

Xi ħlew O Mammina, ħarisni Int f’kull żmien,
għalih nagħmel ġenna f’qalbi, għalik noħloq ġnien.

Kull ħames posti nħawwilek ħamsin warda,
waqt li nara kif se nżid fl-imħabba kull darba.

Ftakar li jien tiegħek, taħt mantalek ostorni,
fil-fidi saħħaħni, safja bħal ħamiema żommni.

Fit-taqbida kontra l-għadu nkun bħal kavalliera,
f’isem il-Mulej jien immur bla biża’ għall-ġlieda.

Il-martirju tiegħi mhux darba iżda ta’ kuljum,
imweġġa’ mid-dinja, għax xhud tiegħU nkun.

Min jaf x’għad jiġri u nkunx martri tad-demm…
tkun intemmet xewqti jekk f’dan ikolli sehem.

Ringrazzjament ikun talbi għall-għedewwa qattiela,
għax fis-sema tixxejjer il-bandiera tar-rebbieħa!

Ħares lejn qalbi Mammina u kompli kkultivani,
ibqa’ miegħi tul il-vjaġġ O Kewkba ggwidani.

Our lady of sorrows

Għażiż’Ommi Addolorata b’devozzjoni nersaq lejk,
qalbi nħossha tingħafas meta nara d-dmugħ f’għajnejk.

F’dawk l-għajnejn miksura nara fiex ġabuk ħtijieti,
iva, kont jien li sallabtu, sar dnub minħabba dnubieti.

Int bqajt wieqfa Miegħu sal-aħħar mumenti,
fost l-insulti bla ma jaqgħtu, id-dagħa u l-kummenti.

Kif nista’ ma nibkix miegħek narak f’dan l-istat?
b’Ibnek mejjet fi ħdanek, mimli dmija u sfigurat.

Min jaf x’ħassejt, min se jsabbrek o Marija?
f’dan il-mument meta qalbek tinsab mifnija..

Kif nista’ nfarrġek jekk jien għandi tort?
flok ħabbejt lil Ibnek kontrih f’ħajti dort.

Inħossni tant fqajra m’għandi xejn xi nrodd,
għajr tpattija għall-ħtija, xewqa kbira li nħobb.

Rimors kbir għal dan kollu qed inħoss ġewwa fija,
jiddispjaċini, aħfirli Ma, ismagħni u idħol għalija.

Int dejjem tibqa’ Ommi, mhux biss fid-Duluri,
Għalhekk is-sena kollha mħabbti lejk irid nuri.

Agħti l-kuraġġ lil kull min se jersaq f’dal-jiem,
dewwaqhom l-vera Mħabba t’ Ibnek il-Waħdien.

Jum id-Duluri

Ħafna llejla jterrqu wara Ommna Marija,
tajjeb ferm nersqu lejn il-Qrar u l-Ewkaristija.

Kull sena titnissel f’qalbi l-istess mistoqsija…
imma tgħid vera nħobbuha lil Marija??

Il-knejjes miżgħuda bin-nies f’dan il-jum,
kemm ikun sabiħ kieku mmorru kuljum!

Inutli ngħid “Inħobbha” u warajha mmur,
jekk f’qalbi m’hemmx rieda li lejn Binha ndur.

Binha li ta ħajtu għalija u għalik,
li nħobbuH tassew, dan hu li minna trid.

Li mmur wara d-Duluri se jħalli xi mpatt fija?
ejja ma nħallux biss li tkun tradizzjoni Maltija.

Fil-gżejjer tagħna darbtejn dil-festa nfakkruha,
għax fil-liturġija fil-15 ta’ Settembru nagħmluha.

Sultana tal-martri, faraġ tal-qlub imnikktin,
ħeġġeġ fina l-indiema perfetta kull ħin.

23172755_809735482546709_5118740719464080705_n

Kont għadni ċkejkna f’eta’ bikkrija,
meta bdejt nisma’ fuqek għażiża Marija.

Ridt inkun naf min int qaluli li Int Ommi,
tgħallimt is-sliema biex biha jfaħħrek fommi.

Komplejt nisma’ dwarek u fuq Ġesu’ Ibnek,
l-ewwel miraklu f’Kana u kif Hu sema’ minnek.

Xahar wara xahar igerbeb kull kalendarju,
sirt tifla u ġa kelli għal qalbi r-Rużarju.

Għalaqt dsatax -il sena u ridt nieħu deċiżżjoni,
tlabt b’ħerqa kbira lilek ersaqt b’tant devozzjoni.

B’mudell lilek żammejtek ruħi tgħix biss għaliH,
Ma, fejn ma nafx għallimni biex qatt ma noffendiH.

Meta jogħtru riġlejja u nimtela’ kollni tajn,
aqbadni minn idejja u ħudni f’ras il-għajn.

L-għajn tal-ilma Ħaj biex mill-ġdid Hu jisqini,
dnubi nistqarr fil-Qrar u b’Demmu Hu jiksini.

Bl-istess imħabba tiegħek nixtieq li nħobbu jien,
forsi qed nara kbir għax faċli ngħid bil-kliem.

Marija int ‘l Omm tiegħi li tafni verament,
int l-avukata u l-perit u Ibnek il-pedament.

5215c8f1f32af8b1018b4f6387348553

Dik it-tbissima f’għajnejk,
tant isaħħarni u tiġbidni lejk.

Fis-skiet u l-ġabra waqt it-talb,
naħseb f’kemm ġarrabt f’dik il-qalb.

Il-mara ta’ Alla li wettqet li ridt Hu,
li bl-‘iva’ tagħha saret Omm Ibnu Ġesu’.

In-nar simbolu tal-imħabba mħeġġa għaliH,
Hi l-medjatriċi ta’ kull grazzja, il-faraġ tal-erwieħ.

M’hemmx bżonn kliem is-sinjal hu ċar u tond,
idejk qed jistednuni biex nidħol fil-profond.

Is-simbolu tas-safa hu l-bjuda tal-ward,
“Ersaq lejn Ibni, la għadek hawn mhuwix tard.”

Ma, jiena nagħtik qalbi għaqadha aktar miegħek,
Għallimni nħobb lil Ibnek bl-istess imħabba tiegħek.

e3bc13d83a273d5011ee4ae32df9d707-holy-mary-blessed-mother

Infaħħrek b’qalbi kollha
mhux bit-tpaċpiċ tal-fomm;
kuljum mhux darba f’sena
meta jaħbat Jum l-Omm.

Agħmel li dejjem nogħġbok
sakemm itul iż-żmien;
għax lilek Ma, inħobbok
bil-fatti u mhux bil-kliem.

Kont miegħi fil-maltemp
bqajt hemm ukoll fil-bnazzi;
Int dejjem viċin tiegħi
u ta’ dan kollu Grazzi!