18. Libsa ta’ ġieħ lil Marija – Vestis honoris

2db6f693de244b6609f431eb8f0aa7cfĊ: Alla għażel lil Marija biex tkun ommu.
P: Alla għażel lil Marija biex tkun ommu.

Ċ: Dak li hu fuq kulħadd sar l-iben tagħha.
P: Għażel lil Marija.

Ċ: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
P: Alla għażel lil Marija biex tkun ommu.

Ċ: Lil Marija, Alla qiegħed.
P: Sidt tal-opri ta’ jdejh.

Sinjura tas-sema, tkun lilek qima.
Sinjura tax-xemx, tkun lilek qima.
Sinjura tal-qamar, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tal-kwiekeb, tkun lilek qima.
Sinjura tan-nar, tkun lilek qima.
Sinjura tad-dawl, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tal-art, tkun lilek qima.
Sinjura tal-baħar, tkun lilek qima.
Sinjura ta’ l-għejjun, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tal-jum, tkun lilek qima.
Sinjura tal-lejl, tkun lilek qima.
Sinjura taż-żminijiet, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tal-borra, tkun lilek qima.
Sinjura tal-beraq, tkun lilek qima.
Sinjura tas-sħab, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tat-tajr, tkun lilek qima.
Sinjura tal-ħut, tkun lilek qima.
Sinjura ta’ l-annimali, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tal-fjuri, tkun lilek qima.
Sinjura tal-frott, tkun lilek qima.
Sinjura tas-siġar, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tar-riħ, tkun lilek qima.
Sinjura tal-abissi, tkun lilek qima.
Sinjura tal-ilmijiet, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tal-qawwija, tkun lilek qima.
Sinjura tal-għorrief, tkun lilek qima.
Sinjura tal-qaddisin, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tas-slaten, tkun lilek qima.
Sinjura tal-bnedmin, tkun lilek qima.
Sinjura tal-ispirti, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tal-ħajja, tkun lilek qima.
Sinjura tal-mewt, tkun lilek qima.
Sinjura tal-ħakkiema, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura tad-dinja, tkun lilek qima.
Sinjura ta’ kulma jidher, tkun lilek qima.
Sinjura ta’ l-anġli, tkun lilek qima.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.

Sinjura u omm tagħna, tkun lilek qima għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

San Ġorġ Preca