94. Fil-ħlewwa ta’ Mejju

Niles, IL Maryhill Cemetery SG Mystic Rose FullFil-ħlewwa ta’ Mejju, Omm tagħna Marija,
O kemm idoqq ħlejju, dak ismek sabiħ.
Kemm toħroġ qawwija, dil-kelma minn qalbna,
bit-tama li talbna, jagħtik l-akbar ġieħ.

Rit: Int l-għaxqa tas-sema, ix-xemx tal-ħolqien.
Int l-omm ta’ min ħalqek. Bik mimli kull żmien.

Jekk tiftaħ fil-ġonna, il-warda Maltija,
tfakkarna, O Madonna, fil-lewn ta’ ħaddejk.
Jekk tidħaq id-dija, tal-kwiekeb irżina,
tfakkarna, O Ħanina, fil-ħarsa t’għajnejk. Rit:

Minn dejjem bint Alla, nadifa mill-ħtija.
Infrixt bħal qawsalla, fuq ras il-bnedmin.
Int ftaħt, O Marija, l-għejjun ta’ kull ħniena,
fuq l-aħwa ħosbiena, fuq l-aħwa ħatjin. Rit:

Għalhekk, ja Sultana, tal-ħlewwa Marija,
int biss tama tagħna, int qawwa tar-ruħ.
Bil-grazzja mimlija, kull waqt insellmulek,
bil-ħrara ngħajtulek, fis-siegħa tad-dmugħ. Rit: