11. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (4)

StaroftheSea-770x493O Marija,
medda tas-sema,
pedament tal-art,
profondità ta’ l-ibħra,
dawl tax-xemx,
sbuħija tal-qamar,
sebħ tal-kwiekeb tas-sema…

Il-ġuf tiegħek nissel ’l Alla,
lil dak li l-majestà tiegħu tbeżża’ lill-bniedem.
Ħdanek kellu fih il-faħam jaqbad.
Irkubbtejk rażżnu lill-iljun,
dak li l-majestà tiegħu hi tal-biża’.

Idejk messew
lil dak li ma jistax jintmess
u n-nar tad-divinità li hemm fih.

Subgħajk jixbhu t-tnalja taħraq
li biha l-profeta rċieva l-faħam ta’ l-għotja tas-sema.

Inti l-qoffa ta’ dan il-ħobż ta’ nar jaqbad
u l-kalċi ta’ dan l-inbid.

O Marija, nitolbuk biex,
kif ma tinfiridx il-qatra ilma mill-inbid,
hekk aħna ma ninfirdux minnek u minn ibnek.

Anafora Etjopika