5. Angelus u Regina Coeli (fi żmien l-Għid)

annunciation_detĊ: L-anġlu ta’ Alla ħabbar lil Marija.
P: U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.
Sliema.

Ċ: Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej.
P: Ikun minni skond kelmtek.
Sliema.

Ċ: U l-Iben ta’ Alla sar bniedem.
P: U għammar fostna.
Sliema.

Ċ: Itlob għalina, qaddisa omm Alla.
P: Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

Nitolbu: Xerred, Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek, biex aħna li, bit-tħabbira ta’ l-anġlu, għarafna li Kristu, ibnek, sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu għas-sebħ tal-qawmien mill-imwiet. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Glorja. (x3)

Ċ: San Ġużepp ta’ qalb safja.
P: Itlob għalina.

Ċ: Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
P: Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom.

Ċ: Jistrieħu fis-sliem.
P: Ammen.

Regina Coeli (fi żmien l-Għid)

Ċ: Sultana tas-sema, ifraħ: hallelujah.
P: Għaliex dak li stħaqqlek tkun ommu: hallelujah.

Ċ: Qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal: hallelujah.
P: Itlob ’l Alla għalina: hallelujah.

Ċ: Ifraħ u thenna, verġni Marija: hallelujah.
P: Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: hallelujah.

Nitolbu

O Alla, li bil-qawmien mill-imwiet ta’ ibnek Ġesù Kristu, sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’ommu l-verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu sidna. Ammen.

Glorja. (x3)

Ċ: San Ġużepp ta’ qalb safja.
P: Itlob għalina.

Ċ: Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
P: Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom.

Ċ: Jistrieħu fis-sliem.
P: Ammen.