9. SUPPLIMENT – Kif tista’ tiġi ppratikata din id-Devozzjoni fit-Tqarbin Imqaddes *** 9.1 Qabel it-Tqarbin (Para. 266)

Itlob lil din l-Omm twajba biex qabel it-Tqarbin, tisilfek qalbha, biex ikollok post fejn tilqa’ lil Ġesu’ Ewkaristija, bid-dispożizzjonijiet tagħha. — San Alwiġi Maria De Montford

ingres_the_virgin_of_the_host266.
(1) Umilja ruħek ħafna quddiem Alla.

(2) Iċħad in-natura mħassra tiegħek għal kollox, u anke d-dispożizzjonijiet tiegħek, għalkemm l-imħabba tiegħek innifsek turik li huma tajbin.

(3) Ġedded il-konsagrazzjoni billi tgħid: “Tuus totus ego sum, et omnia mea tua sunt” “Għażiża Sinjur tiegħi, jiena kollni tiegħek, u kull m’għandi hu tiegħek”.

(4) Itlob lil din l-Omm twajba biex tisilfek qalbha, biex ikollok post fejn tilqgħu, bid-dispożizzjonijiet tagħha. Inti turiha li ma jixraqx għall-glorja ta’ Binha li jkun milqugħ f’qalb hekk imtebba’, u inkonsistenti bħal tiegħek, li żgur tnaqqas dik il-glorja, jekk ma titlifhiex għal kollox. Imma jekk hi trid tiġi u tgħammar fik, biex tirċievi lil Binha hi tista’ tiġi għax hi għandha s-setgħa fuq il-qlub tal-bnedmin. Imbagħad Binha jiġi milqugħ kif jixraq minnha; mingħajr l-ebda biża’ li l-glorja Tiegħu tiġi mtebba’, immaqdra jew mitlufa: “Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx” (S 45,6). Kellimha bil-fiduċja, billi tgħidilha li dak kollu li tajtha minn tiegħek u li hu kważi xejn għall-unur tagħha, imma li permezz tat-Tqarbin Imqaddes inti tixtieq tagħtiha l-istess rigal, li ta lilha l-Missier Etern stess, u li b’hekk hi tiġi aktar onorata milli kieku kellek tagħtiha l-ġid kollu tad-dinja. Għidilha li Ġesu’ li jħobbha b’mod speċjali, għadu jixtieq li jsib il-ferħ u l-mistrieħ Tiegħu fiha – għalkemm dan ifisser li jiġi f’ruħek, li hi aktar maħmuġa u fqira mill-maxtura li fiha Ġesu’ ma stmerrx li jitwieled, għaliex hemmhekk kien hemm Marija. Inti titlobha tisilfek qalbha b’dawn il-kelmiet ħelwin: “Nieħdok bħala kollok tiegħi; agħtini qalbek, O Marija!”