Konsagrazzjoni – JUM 20

Dokument PDF: Jum 20
Dokument WORD: Jum 20

JUM 20: Konsagrazzjoni totali lil Ġesu’ permezz ta’ Marija

3GĦAN: Insiru nafu iżjed lill-Verġni Mbierka

Atti ta’ mħabba, devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka, imitazzjoni tal-virtujiet tagħha, b’mod speċjali l-umilta’ profonda, il-fidi ħajja, l-ubbidjenza għamja, it-talb kontinwu f’qalbha, il-mortifikazzjoni tagħha f’kull ħaġa, is-safa li fiha tgħaddina lkoll, il-karita’ mħeġġa, il-paċenzja erojka, il-ħlewwa anġelika, u l-għerf divin tagħha: bħalma jgħid San Alwiġi De Montfort, “l-għaxar virtujiet prinċipali tal-Verġni Mbierka.”

Għandna ningħaqdu ma’ Ġesu’ permezz ta’ Marija – din hija l-karatteristika tad-devozzjoni tagħna; għalhekk San Alwiġi De Montfort jitlob li wieħed jimpenja ruħu biex isir jaf sewwa lill-Verġni Mbierka.

Marija hija s-sovjana u l-medjatriċi, Ommna u Sidtna. Mela ejjew inkunu midħla tal-effetti regali tagħha, ta’ din il-meditazzjoni, u ta’ din il-maternita’, kif ukoll tal-kobor u l-prerogattivi li hawn huma fundamentali, flimkien mal-konsegwenzi tagħhom. Ommna hi wkoll taħlita perfetta fejn aħna għandna niġu magħġuna biex tassew nagħmlu tagħna l-intenzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tagħha. Dan ma nistgħux niksbu mingħajr ma nistudjaw bir-reqqa il-ħajja interjuri, prinċiparjament il-virtujiet tagħha, is-sentimenti, l-azzjonijiet, il-parteċipazzjoni fil-misteri ta’ Kristu u l-unjoni tagħha Miegħu.

QARI

Luqa 2: 16-21; 45-52

Ir-rgħajja marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha. Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura, isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kull ma kienu raw u semgħu, kif l-anġlu kien qalilhom.

Jagħtuh l-isem ta’ Ġesu’
Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesù, bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf.

It-tfajjel Ġesù fit-tempju
Il-ġenituri ta’ Ġesù ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh. Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, nstamtu, u ommu qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!” U hu qalilhom: “U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?” Iżda kliemu ma fehmuhx. Mbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. U hekk Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.

TALB

Litanija tal-Ispirtu s-Santu

Mulej ħniena — Mulej ħniena
Kristu ħniena — Kristu ħniena
Mulej ħniena — Mulej ħniena
Missier li tista’ kollox – Ħenn għalina
Ġesù, Iben Etern tal-Missier — Ħenn għalina
Feddej tad-dinja – Salvana
Spirtu tal-Missier u tal-Iben – Salvana
Ħajja bla qies, tagħhom it-tnejn — Qaddisna
Trinità Qaddisa — Ismagħna
Spirtu Santu li ġej mill-Missier — Inżel f’qalbna
Spirtu Santu, li Int daqs il-Missier u l-Iben — Inżel f’qalbna
Wegħda t’Alla l-Missier – Ħenn għalina
Raġġ ta’ dawl mis-sema — Ħenn għalina
Għerq ta’ kull tjubija — Ħenn għalina
Għajn tal-ilma tas-sema — Ħenn għalina
Nar imħeġġeġ — Ħenn għalina
Karità mimlija ħrara — Ħenn għalina
Balzmu ta’ faraġ spiritwali — Ħenn għalina

Spirtu ta’mħabba u verità — Ħenn għalina
Spirtu ta’ għerf u fehma — Ħenn għalina
Spirtu ta’ kunsill u qawwa — Ħenn għalina
Spirtu ta’ għaqal u devozzjoni — Ħenn għalina
Spirtu tal-biża’ qaddis t’Alla — Ħenn għalina
Spirtu ta’ grazzja u talb — Ħenn għalina
Spirtu ta’ paċi u ħlewwa — Ħenn għalina
Spirtu ta’ modestja u innoċenza — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jagħti l-faraġ — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jqaddes — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jmexxi l-Knisja — Ħenn għalina
Don t’Alla l-Għoli — Ħenn għalina

Spirtu li jimla’ l-ħolqien kollu — Ħenn għalina
Spirtu li jagħmilna wlied Alla — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jikxfilna l-kruha tad-dnub — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ejja u ġedded wiċċ id-dinja — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, sawwab id-dawl tiegħek f’ruħna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuqna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuq qalbna — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, iftħilna t-teżori tal-grazzji tiegħek — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, għallimna nitolbu tajjeb — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, dawwalna bl-ispirazzjonijiet tiegħek tas-sema — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, mexxina fit-triq tas-salvazzjoni — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina dak l-għerf li hu biss meħtieġ — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ħeġġiġna biex nagħmlu dak li hu tajjeb — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina l-merti tal-virtujiet kollha — Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kun Int il-premju tagħna ta’ dejjem — Ħenn għalina

Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – Ibagħtilna l-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Ferra’ f’ruħna d-doni tal-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Agħtina l-Ispirtu ta’ għerf u qdusija

Ejja Spirtu s-Santu! Imla’ l-qlub tal-fidili u kebbes fihom in-nar ta’ Imħabbtek

Nitolbu
Agħtina, O Missier ħanin, li l-Ispirtu Divin idawwalna, iħeġġiġna u jippurifikana, hekk li jippenetra fina bħal nida mis-Sema u jagħtina li nagħmlu frott ta’ għemejjel tajba. Nitolbuk dan b’Ibnek Sidna Ġesu’ Kristu, li miegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu, jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.
R. Ammen.

Litanija tal-Verġni Mqaddsa Marija (Litanija ta’ Loretu)

Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ħniena Kristu, ħniena
Mulej, ħniena Mulej, ħniena
Kristu, ismagħna Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna Kristu, ilqa’ t-talb tagħna
Missier etern Alla Ħenn għalina
Iben Alla li fdejt id-dinja Ħenn għalina
Spirtu qaddis Alla Ħenn għalina
Trinità qaddisa, Alla wieħed Ħenn għalina
Imqaddsa Marija Itlob għalina
Imqaddsa Omm Alla Itlob għalina
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet Itlob għalina
Omm ta’ Kristu Itlob għalina
Omm il-Knisja Itlob għalina
Omm tal-grazzja t’Alla Itlob għalina
Omm l-iżjed safja Itlob għalina
Omm l-iżjed nadifa Itlob għalina
Omm u xebba Itlob għalina
Omm bla tebgħa Itlob għalina
Omm li tistħoqq l-imħabba Itlob għalina
Omm tal-għaġeb Itlob għalina
Omm tal-parir it-tajjeb Itlob għalina
Omm ta’ min ħalaqna Itlob għalina
Omm ta’ min salvana Itlob għalina

Xebba kollok għaqal Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull qima Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull foħrija Itlob għalina
Xebba kollok setgħa Itlob għalina
Xebba kollok ħniena Itlob għalina
Xebba dejjem marbuta ma’ Alla Itlob għalina
Mera tal-qdusija Itlob għalina
Tron tal-għerf Itlob għalina
Bidu tal-ferħ tagħna Itlob għalina

Għamara tal-Ispirtu s-Santu Itlob għalina
Għamara ta’ kull grazzja Itlob għalina
Għamara ta’ kull tjieba Itlob għalina
Warda mistika Itlob għalina
Torri ta’ David Itlob għalina
Torri tal-avorju Itlob għalina
Dar tad-deheb Itlob għalina
Arka tar-Rabta l-ġdida Itlob għalina
Bieb tas-sema Itlob għalina
Kewkba ta’ filgħodu Itlob għalina
Saħħa tal-morda Itlob għalina
Kenn tal-midinbin Itlob għalina
Faraġ tal-imnikktin Itlob għalina
Għajnuna tal-insara Itlob għalina
Sultana tal-anġli Itlob għalina
Sultana tal-patrijarki Itlob għalina
Sultana tal-profeti Itlob għalina
Sultana tal-appostli Itlob għalina
Sultana tal-martri Itlob għalina
Sultana tal-konfessuri Itlob għalina
Sultana tal-Verġni Itlob għalina
Sultana tal-qaddisin kollha Itlob għalina
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa Itlob għalina
Sultana mtellgħa s-sema Itlob għalina
Sultana tar-Rużarju mqaddes Itlob għalina
Sultana tal-familja Itlob għalina
Sultana tal-paċi Itlob għalina

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja aħfrilna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ismagħna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ħenn għalina

V. Itlob għalina qaddisa Omm Alla,
R. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

Nitolbu
Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż tal-imqaddsa Marija dejjem Verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna.
R. Ammen.

Sliem għalik, kewkba tal-baħar – Ave Maris Stella

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,
Omm qaddisa u kbira t’Alla,
dejjem Verġni bla mittiefsa,
bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima
Gabrijel qed isemmagħlek,
ibdel fiha l-isem t’Eva
ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,
ġib id-dawl lill-għomja kollha,
biegħed minna l-ħażen tagħna,
niżżel fuqna l-ġid tas-sema.

Uri li tassew int Ommna.
wassal talbna quddiem Alla,
li fi ħnientu twieled minnek
biex issir għalina bniedem.

Verġni fost kulħadd magħżula,
ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,
itlob ’l Ibnek biex jagħtina
maħfra, safa u spirtu ħlejju.

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,
żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,
sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra
ta’ Ġesù għal dejjem miegħek. Ammen.

Talb lil Marija ta’ San Alwiġi De Montfort

Sliem o Marija, Bint maħbuba tal-Missier Etern! Sliem o Marija, Omm ta’ min jammira tal-Iben! Sliem o Marija, Għarusa fidila tal-Ispirtu s-Santu! Sliem o Marija, Ommi l-għażiża, Sidti, u sovrana qawwija tiegħi! Sliem o ferħ tiegħi, glorja tiegħi, qalbi u ruħi!

Int kollok tiegħi permezz tal-ħniena, u jien kollni tiegħek b’ġustizzja. Imma għadni m’iniex biżżejjed tiegħek. Jien issa nagħti lili nnifsi kollni kemm jien lilek, mingħajr ma nżomm xejn lura għalija nnifsi jew għall-oħrajn. Jekk int tibqa’ tara fija xi ħaġa li mhux tiegħek, nitolbok biex din wkoll toħodha għalik u tagħmel lilek innifsek is-Sid assoluta ta’ dak kollu li huwa tiegħi. Iddistruġġi fija dak kollu li mhux qed jogħġob lil Alla, aqalgħu mill-għeruq u ġibu fix-xejn; iżra’ u kabbar fija kull ma jogħġob lilek.

Agħmel li d-dawl tal-fidi tiegħek ikeċċi d-dlam li hemm f’moħħi; agħmel li l-umilta’ profonda tiegħek tieħu post is-suppervja tiegħi; agħmel li l-kontemplazzjoni tiegħek ta’ Alla ma tħallinix niddistratta ruħi b’immaġinazzjonijiet li jtelfuni; agħmel li l-viżżjoni kontinwa tiegħek ta’ Alla timla’ l-memorja tiegħi bil-preżenza ta’ Alla; agħmel lin-nar jaqgħbad ta’ Qalbek iħeġġeġ il-bruda li hemm fija; agħmel li l-virtujiet tiegħek jieħdu post ta’ dnubieti; agħmel li l-merti tiegħek ikunu l-unika tiżjin tiegħi f’għajnejn Alla u jimlew dak li hu nieqes fija.

Fl-aħħar nett, għażiża Ommi, agħtini, jekk hu possibli, li jien ma jkolli l-ebda spirtu ieħor ħlief dak tiegħek biex insir naf lil Ġesu’ u r-Rieda qaddisa Tiegħu; li ma jkolli l-ebda ruħ oħra ħlief dik tiegħek biex infaħħar u niglorifika lill-Mulej; li ma jkolli l-ebda qalb oħra ħlief dik tiegħek biex inħobb lil Alla b’imħabba safja u tħeġġeġ bħalek.

Jien ma nitolbokx għal viżżjonijiet, rivelazzjonijiet, devozzjoni sensibli, jew konsolazzjonijiet spiritwali. Huwa privileġġ tiegħek li tara lil Alla b’mod ċar; huwa privileġġ tiegħek li tgawdi l-hena tas-sema; huwa privileġġ tiegħek li ssaltan glorjuża fil-Ġenna fil-lemin ta’ Ibnek u tiegħek it-treġija assoluta fuq l-anġli, il-bnedmin u d-demonji; huwa privileġġ tiegħek li tiddisponi mill-grazzji kollha ta’ Alla, hekk kif inti fil-fatt tagħmel.

Din hi, o Marija tas-Sema, l-“aqwa parti,” li l-Mulej tak u li qatt mhu ser tittieħidlek — u dan il-ħsieb jimlili lil qalbi bil-ferħ. U għal dak li jmiss lili hawn fl-art, ma nixtieq xejn aktar milli nkun tiegħek: li nemmen b’sinċerita’ mingħajr konsolazzjonijiet spiritwali; li nsofri mingħajr faraġ li jiġi mingħand il-bnedmin; li mmut kontinwament bla ma nieqaf għar-rieda tiegħi u għalija nnifsi; u li naħdem b’zelu u bla egoiżu għalik, sa jum mewti, bħala qaddej mill-aktar umli tiegħek.

L-unika grazzja li nitolbok li tikseb għalija hi dik li kull jum u kull mument ta’ ħajti nkun nista’ ngħid: Ammen, hekk ikun — għal dak kollu li int għamilt meta kont għadek fuq din l-art; Ammen, hekk ikun — għal dak kollu li int qed tagħmel bħalissa fil-Ġenna; Ammen, hekk ikun — għal dak li int qed tagħmel f’ruħi, sabiex inti biss tkun tista’ tiglorifika b’mod sħiħ lil Ġesu’ fija għaż-żmien t’issa u għall-eternita’. Ammen.