90. Fis-santwarju tal-Madonna

31503077_2016425722010508_8315863322863861760_nHawn quddiemek Madonna mixħut,
għax inħossni hekk mifni u batut.
Jiena ġrejt u staqsejt, fejn insib ftit mistrieħ,
u bagħtuni f’riġlejk minnufih.

Rit: U qaluli, Madonna, li ssebbaħ il-ġonna,
u għaliex inti ommna, taħt ħarstek iżżommna,
u aħna minn qalbna, Madonna nfaħħruk.
U qaluli, Madonna, li ssebbaħ il-ġonna,
u għaliex inti ommna, taħt ħarstek iżżommna,
u aħna, Madonna, bħal ommna nżommuk.

Barra l-ġemgħa titniehed mar-riħ,
fejn tiġġerra fid-dlam u fil-ksieħ.
Għalhekk ġejt għax staqsejt, fejn insib ftit tal-kenn,
u qaluli li inti taf tħenn. Rit:

Xtaqt li miegħi jien ġibtlek ftit ward,
minflok ġibtlek għollieq, xewk u mard.
Għalhekk ġejt għax staqsejt, min jibdilli l-għollieq,
u wegħduni li għandek infiq. Rit: