15. Insejjaħ lilek, Marija

bc76ca75f070012e9a147b96395cd96e

Meta jqumu l-irwiefen tat-tentazzjoni, meta niġi mitfugħ fuq is-sikka tat-tribulazzjoni, inħares lejn il-kewkba, insejjaħ lilek, Marija.

Meta niġi mkaxkar mill-mewġ tas-suppervja, ta’ l-ambizzjoni, tal-kalunja, ta’ l-għira, inħares lejn il-kewkba, insejjaħ lilek, Marija.

Meta nħossni mtaqqal bi dnubieti kotrana, imħawwad fil-kuxjenza, imbeżża’ mill-ġudizzju, maħkum mid-dwejjaq u d-disperazzjoni, niftakar fik, Marija.

Fil-perikli, fil-biża’, fl-inċertezza, niftakar fik u nsejjaħ lilek, Marija.
Inżommok dejjem fuq fommi, inżommok dejjem fil-fond ta’ qalbi, omm tiegħi, Marija.

Adattata minn talba ta’ San Bernard ta’ Clairvaux