41. Wieqfa taħt is-Salib

sorrows1Wieqfa taħt is-salib b’ħarsitha mbikkija,
Fuq Binha kollu dmija msallab qed imut.

Wieqfa taħt is-salib, Marija f’agunija,
Titniegħed mat-tbatija, titbekka fuq Ġesu’.

Jien mhux lilu l-iżjed nibki,
iżda lilkom midinbin,
għaliex intom u wliedkom
tant minn Alla imbegħdin.
Iva nibki xħin narakom li lil Ibni ma tridux,
tibqgħu ‘l bogħod… u lejh… ma tersqux.

Wieqfa taħt is-salib, ġo folla illi qegħda,
titmasħan bil-mibgħeda ma’ Binha l-maħbub.
Wieqfa taħt is-salib, lejn Binha ċċassatha,
Tassew addolorata, x’ħin hija tarah mislub.

Rit: Jien mhux lilu l-iżjed nibki….

Wieqfa taħt is-salib, ix-xbieha tad-duluri,
li tibqa’ dejjem turi, l-imħabba lejn Ġesu’.
Wieqfa taħt is-salib, b’omm ħati ġiet magħduda,
u qalbha ġiet minfuda ma’ binha li qatluh.

Rit: Jien mhux lilu l-iżjed nibki…

Iva jiena xorta nħobbkom (x5)