8.2.2 Ma’ Marija (Para. 260)

F’kull ħaġa li nindaħlu biex nagħmlu, għandna naraw kif kienet tagħmel dik il-ħaġa Marija, jew kif kienet tagħmilha issa kieku kienet minn flokna. — San Alwiġi Maria De Montford

-_pompeii_madonna260. Għandna nagħmlu l-azzjonijiet tagħna ma’ Marija: jiġifieri f’dak kollu li nagħmlu għandna nħarsu lejn Marija bħala l-mudell bla tebgħa ta’ kull virtu’ u perfezzjoni. L-Ispirtu s-Santu tana fiha x-xbieha li tidher tal-perfezzjoni ta’ sempliċi kreatura, biex aħna nkunu nistgħu nimitawha skont il-kapaċita’ spiritwali tagħna. F’kull ħaġa li nindaħlu biex nagħmlu, għandna naraw kif kienet tagħmel dik il-ħaġa Marija, jew kif kienet tagħmilha issa kieku kienet minn flokna. Għal dan l-għan aħna għandna nistudjaw u naħsbu fuq il-virtujiet kbar li Marija pprattikat matul ħajjitha fuq l-art, b’mod speċjali

(1) Il-Fidi Ħajja tagħha, li ġagħlitha temmen mingħajr tlaqliq il-messaġġ tal-Anġlu; Fidi li hi żammet sa taħt is-Salib;

(2) L-Umilta’ profonda tagħha, li ġagħlitha tistaħba, toqgħod siekta, tissottometti ruħha f’kollox u tieħu l-aħħar post;

(3) Il-Purita’ l-iktar qaddisa tagħha, li la qatt kien hawn u l-anqas għad ikun fid-dinja. Fuq dawn, u fuq il-virtujiet tagħha l-oħra kollha, għandna nimmeditaw.

Ħalluni nerġa’ ntenni lil Marija hi l-forma kbira u waħdanija ta’ Alla, iddestinata biex toħloq forom ħajjin t’Alla, bi ftit flus u f’qasir żmien; u li bniedem li jkun sab din il-forma u li jintilef fiha, jinbidel malajr f’Ġesu’ Kristu, li tiegħu din il-forma hi kopja vera.