35. Marija, Omm il-Knisja

Capture (5)Marija, Omm il-Knisja, induru lejk. Bl-‘iva’ tiegħek, inti ftaħt il-bieb għall-preżenza ta’ Kristu u għall-appell tal-Maesta’ Divina f’silenzju umli u b’sottomissjoni totali. Agħmel li ħafna rġiel u nisa jsiru jafu u jisimgħu, anki llum, il-vuċi ħelwa tal-istedina ta’ Ibnek: ‘Imxi warajja.’

Oħroġ l-idejn materni tiegħek fuq il-missjunarji mxerrda madwar id-dinja, fuq ir-reliġjużi rġiel u nisa li jassistu l-anzjani, il-morda, in-nies b’kull xorta ta’ diżabilita’, l-orfni; fuq dawk li huma mpenjati li jgħallmu, fuq il-membri ta’ stituti sekulari, il-ħidma tajba li ssir fis-silenzju; fuq dawk li fil-klawsura jgħixu fil-fidi u l-imħabba u jitolbu għas-salvazzjoni tad-dinja. Ammen.

Papa Ġwanni Pawlu II