37. Talba lil Marija għas-Saċerdoti

Our_Lady_of_Divine_VocationsOmm is-Salvatur tagħna, f’dan iż-żmien iddedikat għalik, b’ferħ kbir insejjħulek imbierka. Inti emmint fil-Kelma t’Alla l-Missier u ddikjarajt lilek innifsek bħala l-qaddejja tiegħu, għalhekk permezz tiegħek, il-Verb sar bniedem u għammar fostna. Insellmulek bħala Omm, Ommna, Omm il-Knisja. Min jaf b’liema mħabba ħadt ħsieb tal-Knisja fil-bidu tagħha u b’liema attenzjoni ta’ omm qawwejt lill-appostli filwaqt li kkommettew lilhom infushom biex iwettqu x-xogħol tal-Iben Divin tiegħek fid-dinja. Agħmel li l-Knisja tkun dejjem is-sinjal u l-istrument ta’ unjoni intima ma’ Alla.

Lilek, Ommna, nafdaw b’mod speċjali l-isqof u s-saċerdoti tad-djoċesi tagħna. Lilhom ingħata li jaqsmu b’mod speċjali fis-saċerdozju tal-Iben Divin tiegħek. Hu għażilhom biex ikunu ministri tal-Kelma Tiegħu u tas-Sagramenti. Itolbu biex jimlihom biż-żelu, biex iżommhom fidili u ferħana fis-servizz tiegħu, konxji tal-fatt li huma jieħdu ħsieb sabiex jagħtu glorja lill-Missier u unur lill-Knisja.

Omm Qaddisa, żid in-numru tas-saċerdoti biex tnebbaħ liż-żgħażagħ tagħna biex ikunu aktar ġenerużi fit-tweġiba tagħhom biex iservu lil Ġesu’ fis-saċerdozju u fil-ħajja reliġjuża. Saħħaħ lilna lkoll, O Verġni Marija, fil-vjaġġ tagħna tal-fidi u għaqlagħlna l-grazzja tas-salvazzjoni eterna.