Devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka Marija

INVENTARJU TA’ DAN IS-SIT:

Rużarji fuq YouTube

Talb Marjan
PDF: Talb Marjan
WORD: Talb Marjan

Att ta’ Konsagrazzjoni
PDF: Att ta’ Konsagrazzjoni
WORD: Att ta’ Konsagrazzjoni

Poeżiji dwar Marija
PDF: Poeżiji dwar Marija
WORD: Poeżiji dwar Marija

Posters dwar Marija bil-Malti
Posters oħra dwar Marija bil-Malti
Posters dwar ir-Rużarju
Posters dwar Marija bl-Ingliż
Posters oħra dwar Marija bl-Ingliż
Stampi dwar Marija
GRUPP FUQ FACEBOOK

TRATTAT DWAR ID-DEVOZZJONI VERA LEJN IL-VERĠNI MBIERKA MARIJA
(San Alwiġi Maria De Montford)​

CLICK HERE FOR THE ENGLISH TREATISE
Click here for the 33day Consecration to Jesus through Mary

0.DOKUMENT SĦIĦ
Ktieb sħiħ PDF: Trattat dwar id-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Marija
Ktieb sħiħ WORD: Trattat dwar id-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Marija

0.1 Indiċi
0.2 Introduzzjoni
0.3 Ifhem … (Para. 1-13)

1 KAPITLU
Il-Ħtieġa tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka
1.1 Prinċipji
1.1.1 Is-sehem ta’ Marija fl-Inkarnazzjoni (Para. 14-21)
1.1.2 Is-sehem ta’ Marija fl-Qdusija tal-Erwieħ (Para. 22-36)
1.2 Konsegwenzi
1.2.1 Marija s-Sultana tal-Qlub Kollha (Para. 37-38)
1.2.2 Marija hi meħtieġa għall-bnedmin (Para. 39)
1.2.2.1 Id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi meħtieġa għall-bnedmin kollha jekk iridu jsalvaw (Para. 40-42)
1.2.2.2. Id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi aktar meħtieġa f’dawk li huma msejħin għall-perfezzjoni speċjali (Para. 43-48)
1.2.2.3 Id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka tkun meħtieġa b’mod speċjali fl-aħħar taż-żminijiet
1.2.2.3.1 Is-sehem ta’ Marija fl-aħħar żminijiet (Para. 49-54)
1.2.2.3.2 L-Appostli tal-aħħar żminijiet (Para. 55-59)

2 KAPITLU
Veritajiet fundamentali tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 60)
2.1 Ġesu’ Kristu hu l-aħħar tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 61-67)
2.2 Aħna ta’ Ġesu’ u ta’ Marija bħala lsiera (Para. 68-77)
2.3 Irridu nagħżlu minn dak kollu li hu ħażin fina (Para. 78-82)
2.4 Għandna bżonn ta’ medjatriċi ma’ Ġesu’ Kristu (Para. 83-86)
2.5 Il-periklu li nitilfu t-teżori spiritwali tagħna (Para. 87-89)

3 KAPITLU
L-Għażla tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 90-91)
3.1 Il-karatteristiċi ta’ devozzjoni falza u tad-devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka
3.1.1 Devozzjonijiet foloz (Para. 92)
3.1.1.1 Dawk li jqimuha bil-kritika (Para. 93)
3.1.1.2 Dawk li jqimuha bil-biża’ (Para. 94-95)
3.1.1.3 Dawk li jqimuha minn barra (Para. 96)
3.1.1.4 Dawk li jqimuha bil-preżunzjoni (Para. 97-100)
3.1.1.5 Dawk li m’humiex kostanti fil-qima tagħhom (Para. 101)
3.1.1.6 Dawk li jippretendu li jqimuha (Para. 102)
3.1.1.7 Dawk li jqimuha għall-interessi tagħhom (Para. 103-104)
3.1.2 Il-Karatteristiċi tal-Vera Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 105)
3.1.2.1 Il-Vera Devozzjoni hi interjuri (Para. 106)
3.1.2.2 Il-Vera Devozzjoni hi delikata (Para. 107)
3.1.2.3 Il-Vera Devozzjoni hi qaddisa (Para. 108)
3.1.2.4 Il-Vera Devozzjoni hi kostant (Para. 109)
3.1.2.5 Il-Vera Devozzjoni hi diżinteressata (Para. 110-114)
3.2 Il-Prattiki tad-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka
3.2.1 Il-prattiki interjuri w esterjuri (Para. 115-117)
3.2.2 L-għażla tal-prattika perfetta (Para. 118-119)

4 KAPITLU
In-natura tad-Devozzjoni perfetta lejn il-Verġni Mbierka jew il-Konsagrazzjoni perfetta lil Ġesu’ Kristu (Para. 120)
4.1 Konsagrazzjoni perfetta u sħiħa tagħna nfusna lill-Verġni Mbierka (Para. 121-125)
4.2 Tiġdid perfett tal-wegħdiet tal-Magħmudija (Para. 126-130)
4.3 Tweġibiet għal xi oġġezzjonijiet (Para. 131-134)

5 KAPITLU
Il-mottivi li jħajruna nipprattikaw din id-Devozzjoni
5.1 Din id-Devozzjoni tpoġġina kollha kemm aħna għas-servizz ta’ Alla (Para. 135-138)
5.2 Din id-Devozzjoni ġġegħilna nimitaw l-eżempju ta’ Ġesu’ Kristu u ta’ Alla stess u nipprattikaw l-umilta’ (Para. 139-143)
5.3 Din id-Devozzjoni taqlgħalna l-għajnuna ta’ Marija
5.3.1 Marija tagħti lilha nnifisha lill-ilsir tagħha ta’ mħabba (Para. 144-145)
5.3.2 Marija ssaffi l-opri tajba tagħna, issebbaħhom u tagħmilhom aċċettabbli għal Binha (Para. 146-150)
5.4 Din id-Devozzjoni hija mezz eċċellenti biex nagħtu l-ikbar glorja lil Alla (Para. 151)
5.5 Din id-Devozzjoni tmexxina malajr għall-Għaqda m’Alla
5.5.1 Din id-Devozzjoni hija triq ħafifa (Para. 152-154)
5.5.2 Din id-Devozzjoni hija triq qasira (Para. 155-156)
5.5.3 Din id-Devozzjoni hija triq perfetta (Para. 157-158)
5.5.4 Din id-Devozzjoni hija triq żgura (Para. 159-168)
5.6 Din id-Devozzjoni tagħti liberta’ kbira interjuri (Para. 169-170)
5.7 Din id-Devozzjoni ġġib benefiċċji kbar lill-proxxmu (Para. 171-172)
5.8 Din id-Devozzjoni hi mezz eċċellenti għall-perseveranza (Para. 173-182)

6 KAPITLU
Figura Biblika ta’ din id-Devozzjoni vera: Rebekka u Ġakobb (Para. 183)
6.1 L-Istorja ta’ Ġakobb (Para. 184)
Interpretazzjoni tal-istorja ta’ Ġakobb
6.1.1 Eżaw figura tal-ħżiena (Para. 185-190)
6.1.2 Ġakobb figura tal-magħżulin (Para. 191-200)
6.2 Il-Verġni Mbierka u l-ilsiera tagħha
6.2.1 Hija tħobbhom (Para. 201-207)
6.2.2 Hija tipprovdilhom kollox (Para. 208)
6.2.3 Hija tmexxihom u tiggwidhom (Para. 209)
6.2.4 Hija tiddefendihom u tħarishom (Para. 210)
6.2.5 Hija tinterċedi għalihom (Para. 211-212)

7 KAPITLU
L-effetti tal-għaġeb li din id-Devozzjoni ġġib fir-ruħ fidila lejha
7.1 Tagħraf lilha nnifsha (Para. 213)
7.2 Parteċipazzjoni fil-fidi ta’ Marija (Para. 214)
7.3 Il-grazzja tal-imħabba safja (Para. 215)
7.4 Kunfidenza kbira f’Alla u f’Marija (Para. 216)
7.5 Komunikazzjoni tar-ruħ u tal-Ispirtu ta’ Marija (Para. 217)
7.6 Marija tnissel lil Ġesu’ Kristu fl-erwieħ (Para. 218-221)
7.7 Għall-akbar glorja t’Alla (Para. 222-225)

8 KAPITLU
Prattiki Partikulari ta’ din id-Devozzjoni
8.1 Prattiki esterjuri (Para. 226)
8.1.1 Il-Konsagrazzjoni u t-thejjija (Para. 227-233)
8.1.2 Ir-Reċita tal-Kuruna ż-żgħira tal-Verġni Mbierka (Para. 234-235)
8.1.3 L-Użu tal-ktajjen (Para. 236-242)
8.1.4 Devozzjoni speċjali lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni (Para. 243-248)
8.1.5 Devozzjoni kbira lejn l-Ave Marija u r-Rużarju (Para. 249-254)
8.1.6 Ir-Reċita tal-Magnificat (Para. 255)
8.1.7 Tmaqdir tad-dinja (Para. 256)
8.2 Prattika partikulari u interjuri għal dawk li jixtiequ l-perfezzjoni (Para. 257)
8.2.1 Permezz ta’ Marija (Para. 258-259)
8.2.2 Ma’ Marija (Para. 260)
8.2.3 F’Marija (Para. 261-264)
8.2.4 Għal Marija (Para. 265)

9. SUPPLIMENT
Kif tista’ tiġi ppratikata din id-Devozzjoni fit-Tqarbin Imqaddes
9.1 Qabel it-Tqarbin (Para. 266)
9.2 Fit-Tqarbin (Para. 267-269)
9.3 Wara t-Tqarbin (Para. 270-273)

9.4 Att ta’ Konsagrazzjoni lil Ġesu’ Kristu,l-Għerf Inkarnat minn idejn Marija

Kif wieħed jagħmel il-Konsagrazzjoni Totali
lil Ġesu’ permezz ta’ Marija fi
33 Jum skont De Montford

Il-Programm ta’ 33 Jum sal-Konsagrazzjoni – Dokument Sħiħ
Dokument PDF: Dokument Sħiħ tal-Programm ta’ 33 Jum sal-Konsagrazzjoni
Dokument WORD: Dokument Sħiħ tal-Programm ta’ 33 Jum sal-Konsagrazzjoni

Daħla u tagħrif meħtieġ
Dokument PDF: Daħla u tagħrif meħtieġ
Dokument WORD: Daħla u tagħrif meħtieġ

Jum 1
Dokument PDF: Jum 1
Dokument WORD: Jum 1

Jum 2
Dokument PDF: Jum 2
Dokument WORD: Jum 2

Jum 3
Dokument PDF: Jum 3
Dokument WORD: Jum 3

Jum 4
Dokument PDF: Jum 4
Dokument WORD: Jum 4

Jum 5
Dokument PDF: Jum 5
Dokument WORD: Jum 5

Jum 6
Dokument PDF: Jum 6
Dokument WORD: Jum 6

Jum 7
Dokument PDF: Jum 7
Dokument WORD: Jum 7

Jum 8
Dokument PDF: Jum 8
Dokument WORD: Jum 8

Jum 9
Dokument PDF: Jum 9
Dokument WORD: Jum 9

Jum 10
Dokument PDF: Jum 10
Dokument WORD: Jum 10

Jum 11
Dokument PDF: Jum 11
Dokument WORD: Jum 11

Jum 12
Dokument PDF: Jum 12
Dokument WORD: Jum 12

Jum 13
Dokument PDF: Jum 13
Dokument WORD: Jum 13

Jum 14
Dokument PDF: Jum 14
Dokument WORD: Jum 14

Jum 15
Dokument PDF: Jum 15
Dokument WORD: Jum 15

Jum 16
Dokument PDF: Jum 16
Dokument WORD: Jum 16

Jum 17
Dokument PDF: Jum 17
Dokument WORD: Jum 17

Jum 18
Dokument PDF: Jum 18
Dokument WORD: Jum 18

Jum 19
Dokument PDF: Jum 19
Dokument WORD: Jum 19

Jum 20
Dokument PDF: Jum 20
Dokument WORD: Jum 20

Jum 21
Dokument PDF: Jum 21
Dokument WORD: Jum 21

Jum 22
Dokument PDF: Jum 22
Dokument WORD: Jum 22

Jum 23
Dokument PDF: Jum 23
Dokument WORD: Jum 23

Jum 24
Dokument PDF: Jum 24
Dokument WORD: Jum 24

Jum 25
Dokument PDF: Jum 25
Dokument WORD: Jum 25

Jum 26
Dokument PDF: Jum 26
Dokument WORD: Jum 26

Jum 27
Dokument PDF: Jum 27
Dokument WORD: Jum 27

Jum 28
Dokument PDF: Jum 28
Dokument WORD: Jum 28

Jum 29
Dokument PDF: Jum 29
Dokument WORD: Jum 29

Jum 30
Dokument PDF: Jum 30
Dokument WORD: Jum 30

Jum 31
Dokument PDF: Jum 31
Dokument WORD: Jum 31

Jum 32
Dokument PDF: Jum 32
Dokument WORD: Jum 32

Jum 33
Dokument PDF: Jum 33
Dokument WORD: Jum 33

Konklużjoni
Dokument PDF: Konklużjoni
Dokument WORD: Konklużjoni

TALB MARJAN
(PDF: TALB MARJAN – WORD: TALB MARJAN)

TALB LIL OMMNA MARIJA (mis-Sit Laikos.org)

1. Is-Sliema u l-Qaddisa (Ave Maria)
2. Is-Sliem għalik, Sultana (Salve Regina)
3. Is-Salve Regina bil-Latin
4. Il-misteri tar-Rużarju tal-Verġni mqaddsa Marija
5. Angelus u Regina Coeli (fi żmien l-Għid)
6. Magnificat
7. Sliem għalik, kewkba tal-baħar – Ave Maris Stella
8. Talba lill-Verġni Mqaddsa Marija (1)
9. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (2)
10. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (3)
11. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (4)
12. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (5)
13. Invokazzjonijiet lill-Verġni Mqaddsa Marija
14. Ftakar, ja l-iżjed ħanina
15. Insejjaħ lilek, Marija
16. Konsagrazzjoni lill-Verġni Mqaddsa Marija
17. Taħt il-ħarsien tiegħek – Sub tuum praesidium
18. Libsa ta’ ġieħ lil Marija – Vestis honoris
19. Sliem, bint il-Missier – Salve, filia Patris
20. Tislima lill-Verġni Mbierka
21. Antiphona B.V.M. Immacolata Conceptio
22. Fis-Salib il-fidwa tiegħi

TALB ANTIK LILL-MADONNA (ġabra ta’ Tarcisio Zarb)

23. Omm qaddisa tal-kbir Alla
24. Talba lill-Madonna taċ-Ċintura
25. Warda t’Alla
26. Tislima lill-Madonna
27. Tliet Avemarijiet lill-Madonna
28. Sliem għalik Marija
29. Lill-Madonna fl-Ave Marija (Angelus)
30. It-Tħabbira ta’ Marija
31. O Madonna hawn quddiemek

TALB LIL MARIJA GĦALL-BŻONNIJIET TAS-SAĊERDOTI

32. Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija
33. Lil Ommna Marija taħt is-Salib
34. Talba lis-Sinjura tagħna tas-Santissmu Sagrament
35. Marija, Omm il-Knisja
36. Talba lil Marija għall-Bżonnijiet tal-Knisja
37. Talba lil Marija għas-Saċerdoti

TALB U RIFLESSJONIJIET DWAR ID-DULURI TA’ MARIJA

38. Id-duluri tal-Verġni Marija – Via Matris
39. Il-Kurunella lill-Madonna tad-Duluri
40. Litanija tas-seba’ Duluri u talba lil Marija tad-Duluri
41. Wieqfa taħt is-Salib
42. Jiltaqa’ m’Ommu
43. Fi ħdan Ommu
44. Ma’ Marija taħt is-Salib
45. Stabat Mater – Wieqfa kienet imbikkija
46. Is-seba’ Duluri ta’ Ommna Marija

TALB, KURUNELLI U INNIJIET LILL-MADONNA

47. Talba lill-Madonna tal-Mirakli
48. Talba lill-Madonna Ta’ Pinu
49. Talba lill-Madonna tas-Saħħa
50. Talba lill-Madonna li tħoll l-għoqiedi tal-ħajja
51. Talba lil Marija għajnuna tal-Insara
52. Talba lill-Madonna tal-ward
53. Talba lill-Madonna tas-sokkors perpetwu
54. Talba lill-Madonna ta’ Fatima
55. Talba lil Sidtna Marija tar-Rużarju ta’ Fatima
56. Kurunella tal-Madonna ta’ Fatima
57. Kurunella tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Lourdes
58. Fjur tal-Karmelu (Flos Carmeli)
59. Fjur tal-Karmnu gran Reġina
60. Innu Popolari lil Marija Assunta
61. Innu antik miktub l-Imqabba lil Marija Assunta
62. Kanzunetta lill-Madonna (Charlon Grima)
63. Talba antika lill-Madonna ta’ Pinu għall-Vokazzjonijiet
64. Innu lill-Madonna tal-Karmnu (1)
65. Innu lill-Madonna tal-Karmnu (2)
66. Innu Popolari lill-Madonna tal-Karmnu
67. Talba lill-Madonna ta’ Pinu għall-Vokazzjonijiet

TALB IEĦOR

68. Marija, ħu ħsiebi
69. Talba lill-Madonna għall-ħarsien tal-familja
70. Sinjura Awgusta tas-Sema
71. Talba lil Madonna
72. Talba tal-Familja
73. Talba lil Marija biex inkomplu nitqaddsu fir-Randan
74. Marija, għinna nkunu xandara ta’ Ibnek
75. Il-Verġni Omm Alla, Marija
76. Marija, ħarsilna l-fidi li ġabilna San Pawl
77. Talba ta’ marid lil Marija
78. Talba lill-Verġni Marija kontra il-Ħażin
79. Talba għall-qdusija tal-familja mill-Papa Franġisku
80. Marija, idħol għalina
81. Talba lil Marija għall-Isqfijiet tagħna
82. Nitolbu l-barka ta’ Marija, Reġina tar-Rużarju ta’ Pompei
83. Talba lil Marija ta’ Santa Tereża ta’ Kalkutta
84. Il-Misteri tar-Rużarju f’Poeżija (jitkantaw bl-Innu ta’ Fatima)

INNIJIET MARJAN

85. Innu Verġni mbierka
86. Angelus (Lilek Omm Alla)
87. Bħall-warda li tiftaħ
88. F’dik ħarstek ħanina
89. Talba tal-midneb
90. Fis-santwarju tal-Madonna
91. Ġejt quddiemek nitlob (As I kneel before you)
92. Infaħħru lil Marija
93. Lil Marija Reġina
94. Fil-ħlewwa ta’ Mejju
95. Ismagħha l-Għanja
96. Ħares xi qtajja
97. Madonna Sbejħa tagħna
98. Minn qalbna nħobbuk
99. Oh! Kemm nixtieq narha
100. Reġina tas-Smewwiet

L-UFFIĊĊJU Ċ-ĊKEJKEN TAL-IMBIERKA VERĠNI MARIJA

0. DOKUMENT SĦIĦ
PDF: Uffiċċju 0. DOKUMENT SĦIĦ
WORD: Uffiċċju 0. DOKUMENT SĦIĦ

0.1 Indiċi
PDF: Uffiċċju 0.1 Indiċi
WORD: Uffiċċju 0.1 Indiċi

0.2 Introduzzjoni għall-Uffiċċju
PDF: Uffiċċju 0.2 Introduzzjoni għall-Uffiċċju ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 0.2 Introduzzjoni għall-Uffiċċju ta’ Marija

0.3 Introduzzjoni Ġenerali
PDF: Uffiċċju 0.3 Introduzzjoni Ġenerali għall-Uffiċċju ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 0.3 Introduzzjoni Ġenerali għall-Uffiċċju ta’ Marija

1. Il-Ħadd
PDF: Uffiċċju 1. Il-Ħadd
WORD: Uffiċċju 1. Il-Ħadd

1.1 It-Tnejn
PDF: Uffiċċju 1.1 It-Tnejn
WORD: Uffiċċju 1.1 It-Tnejn

1.2 It-Tlieta
PDF: Uffiċċju 1.2 It-Tlieta
WORD: Uffiċċju 1.2 It-Tlieta

1.3 L-Erbgħa
PDF: Uffiċċju 1.3 L-Erbgħa
WORD: Uffiċċju 1.3 L-Erbgħa

1.4 Il-Ħamis
PDF: Uffiċċju 1.4 Il-Ħamis
WORD: Uffiċċju 1.4 Il-Ħamis

1.5 Il-Ġimgħa
PDF: Uffiċċju 1.5 Il-Ġimgħa
WORD: Uffiċċju 1.5 Il-Ġimgħa

1.6 Is-Sibt
PDF: Uffiċċju 1.6 Is-Sibt
WORD: Uffiċċju 1.6 Is-Sibt

2. Uffiċċju tal-Qari
PDF: Uffiċċju 2. Uffiċċju tal-Qari
WORD: Uffiċċju 2. Uffiċċju tal-Qari

3. Talb ta’ Nofs il-Jum
PDF: Uffiċċju 3. Talb ta’ Nofs il-Jum
WORD: Uffiċċju 3. Talb ta’ Nofs il-Jum

3.1 Salmodija Komplementari
PDF: Uffiċċju 3.1 Salmodija Komplementari
WORD: Uffiċċju 3.1 Salmodija Komplementari

4. Kompjeta – Is-Sibt
PDF: Uffiċċju 4. Kompjeta – Is-Sibt
WORD: Uffiċċju 4. Kompjeta – Is-Sibt

4.1 Kompjeta – Il-Ħadd
PDF: Uffiċċju 4.1 Kompjeta – Il-Hadd
WORD: Uffiċċju 4.1 Kompjeta – Il-Ħadd

4.2 Kompjeta – It-Tnejn
PDF: Uffiċċju 4.2 Kompjeta – It-Tnejn
WORD: Uffiċċju 4.2 Kompjeta – It-Tnejn

4.3 Kompjeta – It-Tlieta
PDF: Uffiċċju 4.3 Kompjeta – It-Tlieta
WORD: Uffiċċju 4.3 Kompjeta – It-Tlieta

4.4 Kompjeta – L-Erbgħa
PDF: Uffiċċju 4.4 Kompjeta – L-Erbgħa
WORD: Uffiċċju 4.4 Kompjeta – L-Erbgħa

4.5 Kompjeta – Il-Ħamis
PDF: Uffiċċju 4.5 Kompjeta – Il-Ħamis
WORD: Uffiċċju 4.5 Kompjeta – Il-Ħamis

4.6 Kompjeta – Il-Ġimgħa
PDF: Uffiċċju 4.6 Kompjeta – Il-Ġimgħa
WORD: Uffiċċju 4.6 Kompjeta – Il-Ġimgħa

4.7 Kompjeta – Dokument Sħiħ
PDF: Uffiċċju 4.7 Talb ta’ Għeluq il-Jum – Dokument Sħiħ
WORD: Uffiċċju 4.7 Talb ta’ Għeluq il-Jum – Dokument Sħiħ)

5. Is-Salmi tal-1 Ġimgħa tas-Salterju
PDF: Uffiċċju 5. Is-Salmi tal-1 Ġimgħa tas-Salterju
WORD: Uffiċċju 5. Is-Salmi tal-1 Ġimgħa tas-Salterju)

6. Komun tal-Madonna
PDF: Uffiċċju 6. Komun tal-Madonna
WORD: Uffiċċju 6. Komun tal-Madonna

6.1 Tifkira ta’ Marija f’Jum is-Sibt
PDF: Uffiċċju 6.1 Tifkira ta’ Marija f’Jum is-Sibt
WORD: Uffiċċju 6.1 Tifkira ta’ Marija f’Jum is-Sibt

7. L-1 ta’ Jannar: Omm Alla
PDF: Uffiċċju 7. L-1 ta’ Jannar – Omm Alla
WORD: Uffiċċju 7. L-1 ta’ Jannar – Omm Alla

7.1 It-2 ta’ Frar: Preżentazzjoni ta’ Ġesu’
PDF: Uffiċċju 7.1 It-2 ta’ Frar – Il-Preżentazzjoni ta’ Ġesu’
WORD: Uffiċċju 7.1 It-2 ta’ Frar – Il-Preżentazzjoni ta’ Ġesu’

7.2 Il-11 ta’ Frar: Il-Verġni ta’ Lourdes
PDF: Uffiċċju 7.2 Il-11 ta’ Frar – Il-Verġni ta’ Lourdes
WORD: Uffiċċju 7.2 Il-11 ta’ Frar – Il-Verġni ta’ Lourdes

7.3 Il-25 ta’ Marzu: It-Tħabbira tal-Mulej
PDF: Uffiċċju 7.3 Il-25 ta’ Marzu – It-Tħabbira tal-Mulej
WORD: Uffiċċju 7.3 Il-25 ta’ Marzu – It-Tħabbira tal-Mulej

7.4 Il-31 ta’ Mejju: Iż-Żjara ta’ Marija
PDF: Uffiċċju 7.4 Il-31 ta’ Mejju – Iż-Żjara ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 7.4 Il-31 ta’ Mejju – Iż-Żjara ta’ Marija

7.5 Is-16 ta’ Lulju: Il-Verġni tal-Karmnu
PDF: Uffiċċju 7.5 Is-16 ta’ Lulju – Il-Verġni tal-Karmnu
WORD: Uffiċċju 7.5 Is-16 ta’ Lulju – Il-Verġni tal-Karmnu

7.6 Il-15 t’Awwissu: Marija Assunta
PDF: Uffiċċju 7.6 Il-15 t’Awwissu – Marija Mtellgħa s-Sema
WORD: Uffiċċju 7.6 Il-15 t’Awwissu – Marija Mtellgħa s-Sema

7.7 It-22 t’Awwissu: Marija Reġina
PDF: Uffiċċju 7.7 It-22 t’Awwissu – Marija Reġina
WORD: Uffiċċju 7.7 It-22 t’Awwissu – Marija Reġina

7.8 It-8 ta’ Settembru: Il-Bambina
PDF: Uffiċċju 7.8 It-8 ta’ Settembru – It-Twelid ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 7.8 It-8 ta’ Settembru – It-Twelid ta’ Marija

7.9 Il-15 ta’ Settembru: Id-Duluri
PDF: Uffiċċju 7.9 Il-15 ta’ Settembru – Marija tad-Duluri
WORD: Uffiċċju 7.9 Il-15 ta’ Settembru – Marija tad-Duluri

8. Is-7 t’Ottubru: Marija tar-Rużarju
PDF: Uffiċċju 8. Is-7 t’Ottubru – Marija tar-Rużarju
WORD: Uffiċċju 8. Is-7 t’Ottubru – Marija tar-Rużarju

8.1 Il-21 ta’ Novembru: Il-Preżentazzjoni ta’ Marija
PDF: Uffiċċju 8.1 Il-21 ta’ Novembru – Il-Preżentazzjoni ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 8.1 Il-21 ta’ Novembru – Il-Preżentazzjoni ta’ Marija

8.2 It-8 ta’ Diċembru: Il-Kunċizzjoni
PDF: Uffiċċju 8.2 It-8 ta’ Diċembru – It-Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 8.2 It-8 ta’ Diċembru – It-Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija

8.3 Il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija
PDF: Uffiċċju 8.3 Il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 8.3 Il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija

8.4 Marija Omm u Xbieha tal-Knisja
PDF: Uffiċċju 8.4 Marija Omm u Xbieha tal-Knisja
WORD: Uffiċċju 8.4 Marija Omm u Xbieha tal-Knisja

9. Antifoni ta’ Marija
PDF: Uffiċċju 9. Antifoni ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 9. Antifoni ta’ Marija

9.1 Ringrazzjament Għall-‘Iva’ ta’ Marija
PDF: Uffiċċju 9.1 Ringrazzjament Għall-‘Iva’ ta’ Marija
WORD: Uffiċċju 9.1 Ringrazzjament Għall-‘Iva’ ta’ Marija

9.2 Talb lil Marija
PDF: Uffiċċju 9.2 Talb lil Marija
WORD: Uffiċċju 9.2 Talb lil Marija

Is-Sigriet tar-Rużarju u Metodi ta’ kif ngħidu r-Rużarju
(San Alwiġi Marija De Monfort)

Ktieb sħiħ PDF: Is-Sigriet tar-Rużarju u Metodi ta’ kif ngħidu r-Rużarju

Ktieb sħiħ WORD: Is-Sigriet tar-Rużarju u Metodi ta’ kif ngħidu r-Rużarju

Werrej

ROSARIUM VIRGINIS MARIAE (Ittra Appostolika tal-Qdusija tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II)

Niżżel Dokument PDF: ROSARIUM VIRGINIS MARIAE

Niżżel Dokument WORD: ROSARIUM VIRGINIS MARIAE

Rużarju tad-Dmugħ tal-Verġni Marija

50 Misteru alternattiv tar-Rużarju mill-ħajja ta’ Ġesu’ u Marija

PDF – L-istess 50 misteru b’qari għall-Meditazzjoni

WORD – L-istess 50 misteru b’qari għall-Meditazzjoni

NEW 50 ALTERNATIVE MYSTERY OF THE ROSARY FROM THE LIFE OF JESUS AND MARY

PDF- 50 Alternative Mystery of the Rosary

Rużarju li junora l-Misteri kollha

PDF – Rużarju li junora l-Misteri kollha

WORD – Rużarju li junora l-Misteri kollha

NEW A Rosary that honours all the Mysteries

PDF – A Rosary that honours all the Mysteries

Ir-Regoli Ewlenin tal-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes

48.Il-membri għandhom:

  1. Ikollhom isimhom miktub fil-ktieb tal-Konfraternità, u jekk inhu possibbli, jersqu għall-qrar u għat-tqarbin u jgħidu r-Rużarju Mqaddes dak il-jum stess li jinkitbu.
  2. Ikollhom kuruna mbierka;
  3. Jgħidu r-Rużarju Mqaddes kuljum jew għall-inqas darba fil-ġimgħa;
  4. Meta jkun possibli jersqu għall-qrar u għat-tqarbin Imqaddes l-ewwel Ħadd ta’ kull xahar u jieħdu sehem fil-purċissjonijiet tar-Rużarju Mqaddes.

Ftakru li ebda waħda minn dawn ir-regoli ma torbot taħt piena ta’ dnub.

Dwar il-Qawwa u d-Dinjità tar-Rużarju

49. “Permezz tar-Rużarju, midinbin xirfin irġiel u nisa ikkonvertew u bdew jgħixu ħajja qaddisa, huma u jibku dnubiethom tal-imgħoddi bi dmugħ ġenwin ta’ ndiema. Saħansitra t-tfal tawha għal penitenzi li ma jitwemmnux; id-devozzjoni lejn Ibni u lejja infirxet hekk fil-milja tagħha li donnhom l-anġli kienu qed jgħammru fl-art. Il-fidi kienet gmielha qiegħda taqbad art, u bosta Kattoliċi kienu jixxenqu jċarċru demmhom għaliha u kontra l-eretiċi.

50. Hekk, bil-ħila tal-priedki tal-wisq maħbub tiegħi Duminku u bil-ħila tal-qawwa tar-Rużarju , l-artijiet tal-eretiċi kollha għaddew f’idejn il-Knisja. In-nies kienu jagħtu karità bil-għama; inbnew sptarijiet u knejjes. In-nies tawha għal ħajja ta’ mġieba tajba u bdew jimxu mal-liġi u bdew jagħmlu l-għeġubijiet għall-glorja t’Alla. Il-qdusija u l-istmellija tad-dinja bdew dejjem iżjed jaqbdu sewwa; il-kleru kien eżermplari, il-prinċpijiet kienu ġusti, in-nies kienu jgħixu fis-sliem bejniethom u l-ġustizzja u s-sewwa kienu jsaltnu fis-soċjetajiet u fid-djar. U ngħidlek ħaġa li saħansitra timpressjonak aktar: il-ħaddiema ma kienux jaqbdu l-għodda tagħhom qabel ma jkunu qalu s-Salterju tiegħi u qatt ma kienu jmorru jorqdu bil-lejl jekk ma jkunux talbuni għarkupptejhom. Jekk kienu jinzertaw jiftakru li ma għamlulix din l-offerta kienu jqumu, wkoll f’nofs ta’ lejl, u mbagħad kienu jsellmuli b’qima kbira u sogħba. Ir-Rużarju tant infirex u tant sar magħruf li n-nies li kienu devoti dejjem kienu kkunsidrati bħala membri tal-Konfraternità. Jekk raġel kien ikun jgħix fid-dnub bid-deher, jew kien jidgħi, ismagħhom jgħidu: ‘Dan ir-raġel ma tantx jista’ jkun ħu San Duminku. Ma rridx ma nsemmix is-sinjali u l-għeġubijiet li jiena għamilt f’artijiet differenti bis-saħħa tar-Rużarju Mqaddes.

Jiena waqqaft l-imxija ta’ mard li jittieħed u ġibt fi tmiemhom gwerer terribbli kif ukoll ma ħallejtx jiġri d-demm u bis-saħħa tar-Rużarju tiegħi l-bnedmin sabu l-kuraġġ li jaħarbu t-tiġrib. Meta tgħid ir-Rużarju l-anġli jithennew, is-Santissima Trinità titgħaxxaq bih, Ibni jifraħ fih ukoll u jiena nnifsi inkun aktar ferħana milli inti tista’ timmaġina. Wara s-sagrifiċċju mqaddes tal-quddiesa, m’hemm xejn fil-Knisja li nħobb daqs ir-Rużarju. (Cf Beatu Alan de la Roche)…

51. Wara li kienu mħeġgin ħafna biex jagħmlu hekk minn San Duminku, l-aħwa kollha rġiel u nisa tal-Ordni tiegħu qiemu lil Ibni u lili bla ma qatgħu xejn b’mod li ma jitfissirx u l-iktar ħlejju billi qalu r-Rużarju Mqaddes. Kuljum kull wieħed u waħda minnhom kienu jgħidu mill-anqas Rużarju wieħed sħiħ. Jekk xi ħadd minnhom kien jonqos li jgħidu kien iħoss li l-ġurnata tiegħu kienet tkun kollha moħlija. L-aħwa ta’ San Duminku tant kellhom imħabba kbira għal din id-devozzjoni qaddisa li kienet igġegħlhom jagħmlu kollox aħjar u kienu jgħaġġlu lejn il-knisja jew lejn il-kor biex ikantaw l-uffiċċju. Jekk xi wieħed minnhom kien jidher qed jaqdi dmirijietu bla kont u bla ħsieb, l-oħrajn kienu jikkummentaw bla biża’ li jitqarrqu: ‘Ja ħuna! Jew m’intix tgħid is-Salterju ta’ Marija iżjed jew qed tgħidu ħażin’.”

Dwar il-Kobor tas-Sliem Għalik, Marija

52. “L-Anġli mqaddsa fil-ġenna isellmu lill-Verġni l-iżjed Imbierka bis-Sliema – mhux b’mod li jinstama’ iżda bl-intelliġenza tagħhom ta’ anġli. Għaliex huma jafu sew li bis-saħħa tagħha saret riparazzjoni għad-dnub tal-angli l-ħżiena, li Alla sar bniedem u d-dinja ġġeddet.” (Il-Beatu Alan).

“Jiena stess, billi naf il-qawwa ta’ din it-tislima tal-Mulej, għidtha b’fervur kbir. Fil-fatt, billi naf in-natura umana tiegħi, tlabt lil Marija biex tagħtini sehem mill-ħajja divina tagħha ta’ grazzja u glorja.” (Il-Beatu Alan).

“Lejla waħda meta waħda mara membru tal-Konfraternità kienet irtirat f’kamritha, dehritilha l-Madonna u qaltilha: ‘Binti, la tibżax minni. Jiena Ommok il-maħbuba li inti tfaħħar b’daqstant fedeltà kuljum. Ibqa’ soda u ppersevera, irridek tkun taf li t-Tislima tal-Anġlu tant tagħtini gost li ebda bniedem ma’ jista’ qatt jasal ifissru’.” (Guillaume Pepin, In Rosario aureo, priedka 47).

53. Dan kien ikkonfermat minn Santa Gertrude f’waħda mid-dehriet tagħha. Fir-Rivelazzjonijiet tagħha, ktieb IV, kap XI, insibu din l-istorja:

“Kienet il-għodwa tal-festa tal-Lunzjata u m’għandniex xi ngħidu kienet qed titkanta s-Sliema fil-monasteru ta’ Gertrude. Matul il-kant kellha dehra li fiha tliet nixxigħat bdew ħerġin mill-Missier, mill-lben u mill-Ispirtu s-Santu u bil-ħlewwa bdew jidħlu fil-qalb verġinali ta’ Marija. Malli kienu jmissu ‘l qalbha kienu

jmorru lura b’qawwa lejn l-għajn minn fejn kienu ġew. Minn dan, Gertrude tgħallmet li s-Santissima Trinità tat li Sidtna Marija tkun l-aktar segħtana wara Alla l-Missier, l-aktar għarfa wara Alla l-Iben, u l-aktar maħbuba wara Alla l-Ispirtu s-Santu. Barra dan, saret taf ukoll li kull darba li tingħad it-Tislima tal-Anġlu mill-fidili, it-tliet nixxigħat misterjużi idawru dawra mejt lill-Madonna b’kurrent jobrom u jidħlu jiġru f’qalbha. Wara li jkunu mlewha f’baħar ta’ hena jerġgħu jinżlu gelgul fi ħdan Alla. Il-qaddisin u l-anġli għandhom sehem f’dan il-baħar ta’ hena kif ukoll għandhom dawk il-fidili fuq l-art li jgħidu din it-talba. Għaliex it-Tislima tal-Anġlu hija l-għajn tat-tieba kollha għal ulied Alla.

54. Isimgħu x’qalet il-Madonna lil Santa Mechtilde: ‘Ebda bniedem qatt ma niseġ xi ħaġa isbaħ mis-Sliema. Ebda tislima ma tista’ tkun iktar għal qalbi minn dawk il-kelmiet ħelwin u ta’ ġieħ li Alla l-Missier għarrafli huwa stess.’ Jum wieħed il-Madonna stqarret lil Santa Mechtilde: ‘Kull Sliema li għidt hija mpingija fuq il-mantell tiegħi.’ Imbagħad firxet biċċa mill-mantel tagħha, u qalet, “Meta din il-biċċa tal-mantell tiegħi timtela bis-Slimiet niġi niġbrok u nieħdok fis-Saltna ta’ Ibni l-maħbub’.”

Denis il-Kartusjan, huwa u jitħaddet fuq dehra tal-Madonna lil wieħed mill-klijenti tagħha, qal: “Għandna nsellmu lill-Verġni Mbierka b’qalbna, b’xufftejna u bl-għemejjel tagħna, sabiex ma tmurx tgħidilna: ‘Dawn in-nies iqimuni b’xufftejhom, imma qalbhom hija ‘l bogħod minni’.”

55. Rikkardu ta’ San Laurent jagħti lista ta’ raġunijiet għaliex jaqbel li tgħid Sliema fil-bidu ta’ priedka:

  1. Il-Knisja li qed titqabad għandha timxi fuq l-eżempju ta’ San Gabriel li sellem lil Marija b’rispett kbir meta qallha ‘Sliem għalik, Marija’, qabel ma taha l-aħbar ferrieħa: ‘Ara, int se tnissel u twelled iben…’ Hekk il-Knisja ssellem lill-Verġni qabel ma tħabbar il-Vanġelu.
  2. Il-kongregazzjoni tikseb iżjed frott minn priedka li tiftaħ bis-Sliema; il-qassis li jgħid il-priedka jagħmel bħallikieku l-parti tal-Anġlu. Imma biex il-kongregazzjoni tkun tista’ twelled lil Kristu f’ruħhom (bil-fidi) iridu qabel xejn jiksbu din il-grazzja mill-Verġni Mbierka li willditu l-ewwel darba, u flimkien magħha jsiru l-Ommijiet tal-Iben t’Alla. Għaliex mingħajr Marija ma jistgħux jkabbru ‘l Ġesù f’ruħhom.
  3. L-Evanġelji jixhdu l-qawwa tas-Sliema; l-erwieħ isibu l-għajnuna ta’ Sidtna Marija bis-saħħa ta’ din it-talba,
  4. Permezz tas-Sliema, is-saċerdoti ma jitfixklux huma u jippridkaw, għaliex Marija ddawwal lill-predikaturi,
  5. Il-membri tal-kongregazzjoni, fuq l-eżempju tal-Madonna, jisimgħu b’attenzjoni akbar u jiftakru iżjed il-kliem t’Alla.
  6. Ix-xitan, li huwa l-għadu tal-ġens uman u tax-xandir tal-Vanġelu, jitkeċċa permezz tas-Sliema. Dan huwa meħtieġ għal kollox għaliex, biex nieħdu kliem Sidna Ġesù Kristu, hemm il-periklu li jiġi biex jisraq il-kelma t’Alla minn qalb in-nies, ‘għax jekk jemmnu, huma jsalvaw.’

56. Fl-ewwel priedka tiegħu fuq ir-Rużarju Mqaddes, Klement Losow jgħid: “Wara li San Duminku kien mar il-ġenna, id-devozzjoni lejn ir-Rużarju battiet sakemm kienet għoddha mietet għal kollox, meta pesta tal-waħx faqqgħet f’bosta naħat tal-pajjiż. L-imsejkna erwieħ talbu l-parir ta’ eremita qaddis li kien jgħix ħajja fid-deżert. Talbuh bil-ħniena biex jidħol għalihom quddiem Alla. Mela l-eremit sejjaħ lil Omm Alla, u talabha bil-ħrara, bħala avukata tal-midinbin, biex tieqaf magħhom. Marija imbagħad dehret u qalet: ‘Dawn l-erwieħ ma baqgħux ikantaw t-tifħir tiegħi. Huwa minħabba f’hekk li ntlaqtu minn dan il-flaġell. Kemm-il darba jerġgħu lura għad-devozzjoni qaddisa tar-Rużarju l-iktar imqaddes tara li jithennew bil-ħarsien tiegħi. Jiena nieħu ħsieb il-ħelsien tagħhom jekk biss jgħidu r-Rużarju, għaliex dan is-salterju jogħġobni ħafna’. Għalhekk in-nies għamlu dak li talbet Marija u ħadmu għalihom nfushom kuruni, u fuqhom qalu r-Rużarju b’qalbhom kollha.”

+ Il-paragrafi 49 sa 56 huma kwotazzjoni kelma b’kelma li de Montfort ħa minn ktieb ta’ priedki fuq il-Litanija ta’ Loreto ta’ Justinus Miechovius O.P. (Priedka 313, numru 6)

* Tajjeb li wara li tkun qrajt ‘Is-Sigriet tar-Rużarju u Metodi ta’ kif ngħidu r-Rużarju’ ta’ San Alwiġi Marija De Monfort, taqra wkoll din l-ittra appostolika fejn fiha l-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II jitkellem, fost affarijiet oħra, dwar il-Misteri tad-Dawl. Tista’ ssib din l-ittra online minn hawn: https://devozzjonilejnmarija.wordpress.com/rosarium-virginis-mariae-ittra-appostolika-tal-qdusija-tieghu-l-papa-gwanni-pawlu-ii/

ROSARIUM VIRGINIS MARIAE (Ittra Appostolika tal-Qdusija tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II)

Niżżel Dokument PDF: ROSARIUM VIRGINIS MARIAE

Niżżel Dokument WORD: ROSARIUM VIRGINIS MARIAE

Il-Ħames Metodu

150 raġuni għaliex għandna ngħidu r-Rużarju.

32. Id-definizzjoni tal-Kredu u l-qofol tar-Rużarju.

1 Missierna Il-kobor tar-Rużarju

1 Sliema        Ir-Rużarju ta’ kuljum

2 Sliema        Ir-Rużarju ordinarju

3 Sliema        Ir-Rużarju perpetwu

33. 2 Missierna Il-kobor tar-Rużarju kif muri minn qabel fit-Testment il-Qadim u l-parabboli tal-Ġdid.

1 Sliema        Is-saħħa tar-Rużarju Mqaddes kontra id-dinja, kif muri minn qabel minn dik il-ġebla żgħira li, mingħajr ma nxeħtet minn ebda id umana, waqgħet fuq l-istatwa ta’ Nabukkodonosor u kissritha biċċiet.

2 Sliema        Il-qawwa tiegħu kontra x-xitan, kif muri minn qabel bl-iżbandola u ċagħqa li bihom David rebaħ lil Gulija.

3 Sliema        Il-qawwa tiegħu kontra kull xorta ta’ għedewwa tas-salvazzjoni, kif muri minn qabel bil-qawwa ta’ David li kellu numri bla għadd ta’ armi tad-difiża u tal-attakk.

4 [Sliema]     Il-miraklu tiegħu kif muri minn qabel fil-ħatar ta’ Mosè li ġiegħel l-ilma joħroġ mill-blat, ikkalma l-baħar, jofroq l-ibħra u wettaq mirakli.

5 [Sliema]     Il-qdusija tiegħu, kif muri minn qabel fl-Arka tal-Patt li kien fih il-liġi, il-manna u l-ħatar u anke bis-salterju ta’ David li fuqu tfassal ir-Rużarju.

6 [Sliema]     Id-dawl tiegħu kif muri fil-kolonna tan-nar matul il-lejl u sħaba mdawla matul il-jum li mexxew lill-Iżraeliti.

7 [Sliema]     Il-ħlewwa tiegħu kif muri fl-għasel li nstab f’ħalq l-iljun.

8 [Sliema]     Is-siwi tiegħu kif muri fix-xibka li San Pietru, fuq l-ordni tal-Mulej, tefa’ fil-baħar u li minkejja li qabdu 153 ħuta ma ċedietx.

9 [Sliema]     Is-siwi tiegħu tal-għaġeb kif muri fil-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda li, għalkemm tant tidher żgħira, ssir siġra kbira li fiha jbejtu l-għasafar tal-ajru.

10 [Sliema]   Il-ġid tiegħu kif muri fil-parabbola tat-teżor moħbi f’għalqa li għalih bniedem għaqli għandu jbiegħ kollox biex jakkwistah.

34. 3 Missierna Huwa rigal ġej mis-sema; rigal kbir li Alla jagħti lill-qaddejja tiegħu l-aktar fidili.

1 Sliema        Alla huwa l-awtur tat-talb li minnu hu magħmul u tal-misteri li fih.

2 Sliema        Hija l-Verġni Mbierka li tagħtu s-sura li għandu.

3 [Sliema]     San Duminku ppriedka u għalkemm hu kien qaddis, ma rnexxielu jikkonverti kważi lil ħadd.

4 [Sliema]     Fil-missjonijiet li wettaq hu kien akkumpanjat minn diversi isqfijiet qaddisa, iżda xorta l-ħidma tiegħu ma ħallietx frott.

5 [Sliema]     Bil-qawwa tat-talb u tal-mortifikazzjoni, hu rċieva r-Rużarju Mqaddes fil-foresta ta’ Toulouse.

6 [Sliema]     Hu daħal f’Toulouse u meta ppriedka r-Rużarju saru għeġubijiet kbar u inqalgħu grazzji kbar.

7 [Sliema]     Hu kompla ħajtu kollha jgħid ir-Rużarju b’riżultati li qatt qabel ma kellu.

8 [Sliema]     L-effetti sbieħ li kellu r-Rużarju kull fejn ġie ppridkat.

9 [Sliema]     Ir-Rużarju beda jitlef il-popolarità.

10 [Sliema]   Ir-Rużarju reġa’ ħa l-ħajja permezz tal-Beatu Alan de la Roche.

35. 4 Missierna Ir-Rużarju huwa l-kuruna bl tlieta li nqiegħdu fuq l-irjus ta’ Ġesù u ta’ Marija u min jgħidu kuljum jirċievi dik il-kuruna.

1 Sliema        Marija għandha tliet kwalitajiet ta’ kuruni.

2 Sliema        Ir-Rużarju ta’ kuljum huwa l-kuruna kbira tagħha.

3 Sliema        Il-ħżiena jinkurunaw lilhom innifishom b’ward midbiel.

4 [Sliema]      It-tajbin jinkurunaw lil Ġesù u lil Marija b’ward etern.

5 [Sliema]      Il-Lhud jinkurunaw lil Ġesù b’xewk li jinfed.

6 [Sliema]      L-Insara veri jinkurunawh b’ward ifuħ.

7 Sliema        L-ewwel kuruna hija dik tal-għarusa, jew kuruna tal-eċċellenza, li nqiegħdu fuq ras Marija bil-misteri tal-ferħ.

8 [Sliema]      It-tieni kuruna hija dik tar-rebħa jew qawwa li nagħtuha bil-misteri tat-tbatija.

9 [Sliema]      It-tielet kuruna hija l-kuruna regali jew ta’ tjubija li nagħtuha bil-miseri tal-glorja.

10 [Sliema]   Hemm tliet kuruni għal min jgħid ir-Rużarju Mqaddes kuljum:

  1. kuruna ta’ grazzji tul ħajtu
  2. kuruna ta’ paċi f’mewtu
  3. kuruna ta’ glorja fl-eternità

36. 5 Missierna Ir-Rużarju huwa ġabra mistika tat-talb sabiħ kollu tal-Knisja.

1 Sliema        Il-Kredu huwa l-Vanġelu fil-qosor.

2 Sliema        Huwa t-talba ta’ min jemmen.

3 Sliema        It-tarka tas-suldati ta’ Ġesù Kristu.

4 [Sliema]     Il-Missierna – talba magħmula kollha kemm hi minn Ġesù Kristu biss.

5 Sliema        It-talba li kien jgħid hu u jitlob lil Missieru u li permezz tagħha qala’ dak li talab.

6 Sliema        It-talba li fiha ġabra ta’ misteri aktar minn ta’ kliem.

7 [Sliema]     It-talba li fiha nsibu d-dmirijiet kollha tagħna lejn Alla.

8 Sliema        It-talba li fiha ġabra ta’ dak kollu li għandna nitolbu minn Alla.

9 Sliema        It-talba li s-siwi tagħha mhux magħruf mill-parti l-kbira tal-Insara u li jgħiduha ħażin ħafna.

10 Sliema      Parafrasi tal-Missierna.

37. 6 Missierna Ir-Rużarju fih it-tislima tal-anġlu li hija t-talba l-aktar li togħġobha li nistgħu noffru lill-Madonna.

1 Sliema        Is-Sliema hija kumpliment divin li jirbaħ il-qalb tal-Verġni Mbierka.

2 Sliema        Hija l-għanja l-ġdida tat-Testment il-Ġdid li l-fidili jkantaw hekk kif jinħelsu minn taħt il-ħakma tax-xitan.

3 [Sliema]     Hija l-innu tal-anġli u tal-qaddisin fil-ġenna.

4 [Sliema]     Hija t-talba tal-predestinati u tal-Kattoliċi.

5 [Sliema]     Hija warda misterjuża li hija għajn ta’ ferħ għall-Verġni Mbierka u għar-ruħ.

6 [Sliema]     Hija ħaġra prezzjuża li ssebbaħ u tqaddes lir-ruħ.

7 [Sliema]     Hija biċċa flus ta’ valur kbir li biha tinxtara l-ġenna.

8 [Sliema]     Hija talba li tagħżel it-tajbin mill-ħżiena.

9 [Sliema]     Hija l-biża’ tax-xitan, id-daqqa li tgħaffġu, il-musmar ta’ Sisera li jinfidlu rasu.

10 Sliema      Parafrasi tas-Sliema.

38. 7 Missierna Ir-Rużarju huwa ġabra divina tal-misteri ta’ Ġesù u ta’ Marija li fih nipproklamaw u nfakkru il-ħajja, passjoni u glorja tagħhom.

1 Sliema        L-isfortuna u r-rovina tal-bniedem jiġu għax ma jafux u ma jagħtux każ tal-misteri ta’ Ġesù Kristu.

2 Sliema        Ir-Rużarju jipprovdi l-għerf tal-misteri ta’ Ġesù u ta’ Marija u jfakkarhomna biex nwettquhom f’ħajitna.

3 Sliema        L-akbar xewqa ta’ Ġesù Kristu kienet u għadha dik li niftakru fih. B’dan il-għan waqqaf is-Sagrifiċċju tal-Quddiesa.

4 [Sliema]     Wara l-Quddiesa, ir-Rużarju huwa l-att u t-talba l-aktar qaddisa li nistgħu noffrulu għaliex hija tifkira u ċelebrazzjoni ta’ dak li Ġesù Kristu għamel u sofra għalina.

5 Sliema        Ir-Rużarju huwa talba tal-anġli u tal-qaddisin fil-ġenna għaliex huma jiċċelebraw il-ħajja, mewt u glorja ta’ Ġesù Kristu.

6 Sliema        Meta ngħidu r-Rużarju niċċelebraw f’ġurnata jew f’ġimgħa, il-misteri kollha li l-Knisja tiċċelebra f’sena għall-qdusija ta’ uliedha.

7 [Sliema]      Dawk li jgħidu r-Rużarju Mqaddes kuljum għandhom sehem f’dak li l-qaddisin qed jagħmlu fil-ġenna, li hu l-istess bħal dak li kienu jagħmlu hawn fl-art b’mertu, għaliex dawk li għadhom fl-art qed jagħmlu dak li qed jagħmlu l-qaddisin fil-ġenna.

8 Sliema        Il-misteri tar-Rużarju mqaddes huma għat-tajbin bħal mirja li fihom jaraw in-nuqqasijiet tagħhom u bħal torċi li jmexxuhom f’din id-dinja ta’ dlam.

9 Sliema        Huma jaraw nixxigħat ta’ ilma ħaj mingħand is-Salvatur li għandu wieħed jista’ jmur biex jixrob mill-ilma tal-grazzja li jsalvana.

10 Sliema      Huma l-15-il tarġa tat-tempju ta’ Salamun u l-15 l-iskaluna tas-sellum ta’ Ġakobb li fuqu l-anġli jinżlu għandhom u jmorru lura l-ġenna u li fuqu jitilgħu l-ġenna.

39. 8 Missierna Ir-Rużarju huwa s-siġra tal-ħajja li tagħti frott bnin is-sena kollha.

1 Sliema        Ir-Rużarju idawwal l-għomja u l-midinbin ħorox.

2 Sliema        Jikkonverti lill-eretiċi ta’ rashom iebsa.

3 Sliema        Jeħles lill-ħabsin.

4 Sliema        Ifejjaq lil dawk b’mard li ma jitfejjaqx.

5 Sliema        Jagħni lill-foqra.

6 Sliema        Iżomm lill-batuti.

7 [Sliema]     Ifarraġ lill-imnikktin u dawk li qed imutu.

8 Sliema        Jirriforma ordnijiet reliġjużi li jkunu llaxkaw.

9 Sliema        Irażżan il-korla t’Alla.

10 Sliema      Jagħmel it-tajbin aħjar.

40. 9 Missierna Ir-Rużarju huwa drawwa li Alla bierek b’ħafna mirakli.

1 Sliema        Mirakli fil-konverżjoni ta’ midinbin.

2 Sliema        Fil-konverżjoni ta’ eretiċi.

3 Sliema        Fil-fejqan ta’ kull xorta ta’ mard.

4 [Sliema]     Jgħin lil ħutna li qed imutu.

5 [Sliema]     Fit-tqaddis tan-nies devoti.

6 [Sliema]     Fil-ħelsien tal-erwieħ mill-purgatorju.

7 [Sliema]     Fid-dħul tal-Konfraternità.

8 [Sliema]     Għall-purċissjoni tar-Rużarju Mqaddes u għal-lampa taż-żejt tar-Rużarju Mqaddes.

9 Sliema        Biex jingħad bid-devozzjoni.

10 [Sliema]   Biex inġorruha fuqna b’devozzjoni.

41. 10 Missierna Ir-Rużarju Mqaddes huwa l-aqwa għaliex kien imwaqqaf għal skopijiet l-aktar nobbli li jagħtu glorja kbira lil Alla u huma ta’ siwi kbir lir-ruħ.

1 Sliema        Meta ninkitbu f’din il-Konfraternità aħna nissaħħu b’mod tal-għaġeb billi ningħaqdu ma’ miljuni ta’ membri ħutna.

2 Sliema        B’hekk insaħħu tifkira kontinwa tal-misteri ta’ Ġesù u ta’ Marija.

3 Sliema        Inkunu kapaċi li nfaħħru ‘l Alla f’kull moment tal-ġurnata u tal-lejl u f’kull post tad-dinja, li wieħed ma jistax jagħmel waħdu.

4 [Sliema]     Biex nirringrazzjaw lill-Mulej għall-grazzji kollha li qed jagħtina kull mument.

5 [Sliema]     Biex il-ħin kollu nitolbu maħfra għad-dnubiet tagħna ta’ kuljum.

6 Sliema        Biex nagħmlu t-talb tagħna aktar qawwi billi jkun magħqud ma’ tal-oħrajn.

7 Sliema        Għall-għajnuna ta’ xulxin fil-pont tal-mewt li huwa ħin tant diffiċli u importanti.

8 Sliema        Biex inkunu megħjuna fis-siegħa tal-ġudizzju b’daqstant interċessuri daqskemm hemm membri fil-Konfraternità tar-Rużarju.

9 Sliema        Biex ningħataw serħan wara mewtna u meħlusin malajr mill-pieni tal-purgatorju permezz tal-Quddies u t-talb li joffru.

10 Sliema      Biex niffurmaw armata lesta għat-taqbida biex tfarrak l-imperu tax-xitan u twaqqaf dak ta’ Ġesù Kristu.

42. 11 Missierna Ir-Rużarju huwa maħżen kbir ta’ indulgenzi fejn papiet taw aktar minn ta’ qabilhom.

1 Sliema        Indulgenza plenarja tal-istazzjonijiet ta’ Ruma u ta’ Ġerusalemm meta nitqarbnu f’ċerti ġranet.

2 Sliema        Indulġenza plenarja meta ninkitbu fil-Konfraternità.

3 Sliema        Indulgenza plenarja fil-punt tal-mewt.

4 Sliema        Indulgenza meta ngħidu r-Rużarju.

5 Sliema        Indulġenza għal dawk li jorganizzaw r-reċta tar-Rużarju.

6 Sliema        Indulgenza għal dawk li jitqarbnu fil-knisja tar-Rużarju fl-ewwel Ħadd tax-xahar.

7 Sliema        Indulgenza fl-okkażżjoni tal-purċissjoni.

8 Sliema        Indulgenza għal dawk li jqaddsu l-quddiesa tar-Rużarju.

9 Sliema        Indulgenza għal ċerti opri tajba.

10 Sliema      Indulġenza għal dawk li ma jistgħux iżuru l-knisja tar-Rużarju, jew jitqarbnu, jew jieħdu sehem f’purċissjoni.

43. 12 Missierna Ir-Rużarju hu approvat mill-eżempju li tawna l-qaddisin.

1 Sliema        San Duminku, il-bidu tiegħu.

2 Sliema        Il-Beatu Alan de la Roche, li reġa’ tah il-ħajja.

3 Sliema        Id-Dumnikani qaddisa li xerrduh.

4 Sliema        Fost il-Papiet: Piju V, Innocenti III, u l-Bonifaċju VIII li rrakkmah fuq is-satin.

5 Sliema        Fost il-kardinali: San Karlo Borromeo.

6 [Sliema]     Fost l-isqfijiet: San Franġisk minn Sales.

7 [Sliema]      Fost ir-reliġjużi: San Injazju, San Filippu Neri, San Feliċ minn Cantalice.

8 (Sliema]      Fost ir-rejiet u rġejjen: San Lwiġi, Filippu I, Re ta’ Spanja. Ir-Reġina Blanche.

9 Sliema        Fost l-għorrief: Albertu l-Kbir, Navarre, eċċ.

10 Sliema      Fost in-nies qaddisa: il-famużi nisa tajba ta’ Ruma, Suor Marija tal-Inkarnazzjoni.

44. 13 Missierna L-għedewwa megħluba tar-Rużarju jagħtuna prova tal-qawwa tiegħu.

1 Sliema        Dawk li jittraskurawh.

2 Sliema        Dawk li jgħiduh mingħajr ma jafu x’qed jgħidu u b’moħħ imtajjar.

3 Sliema        Dawk li jgħiduh bl-għaġġla biex jeħilsuh.

4 Sliema        Dawk li jgħiduh fi stat ta’ dnub il-mejjet mingħajr indiema.

5 Sliema        Dawk li jgħiduh biex jidhru li huma tajbin, mingħajr l-iċken devozzjoni.

6 Sliema        Il-kritiċi li jaħsbu kif se jwarrbuh.

7 Sliema        Ix-xellerati li jitkellmu kontra tiegħu.

8 Sliema        Il-beżżiegħa li jaċċettawh iżda wara jħalluh.

9 Sliema        L-eretiċi li jattakkawh u jżebilħuh.

10 Sliema      Ix-xjaten li jobogħduh u jfittxu li jeqirduh b’ħafna manuvri.

45. 14 Missierna Li jintrebħu l-oġġezzjonijiet li l-eretiċi, kritiċi, dawk li jgħixu kif ġie ġie u dawk li ma jagħtux każ tar-Rużarju ġeneralment jagħmlu jew biex iwarrbuh jew biex ma jgħiduhx.

1 Sliema        Huwa prattika reliġjuża ġdida.

2 Sliema        Huwa invenzjoni tar-Reliġjużi biex jagħmlu l-flus.

3 Sliema        Huwa devozzjoni tan-nisa bla skola li ma jafux jaqraw.

4 [Sliema]      Huwa superstizzjuż għax huwa bbażat li tgħodd it-talb.

5 Sliema        Jixraq aktar li tgħid is-salm penitenzjali.

6 Sliema        Aħjar tagħmel meditazzjoni.

7 Sliema        Huwa talba twila wisq u li tgħajjik wisq.

8 Sliema        Wieħed ma jistax isalva jekk ma jgħidx irRużarju.

9 Sliema        Nagħmlu dnub jekk ma ngħiduhx.

10 Sliema      Huwa ħaġa tajba, iżda ma għandix il-ħin biex ngħidu.

46. 15 Missierna Mod biex ir-Rużarju jingħad sew.

1 Sliema        Għandu jingħad b’qalb safja mingħajr rabta ta’ dnub gravi.

2 Sliema        B’mod xieraq b’intenzjoni retta.

3. Sliema       Bl-attenzjoni nevitaw distrazzjonijiet apposta.

4 Sliema        Bil-mod u bil-kalma b’waqfiet qsar fit-talbiet.

5 Sliema        B’devozzjoni waqt li naħsbu fuq il-misteri.

6 Sliema        Bil-modestja u b’imġieba rispettabbli, sew jekk ngħiduh bil-wieqfa sew jekk għal għarkupptejna.

7 Sliema        B’qalbna kollha u kuljum.

8 Sliema        Ħsiebna hemm meta ngħiduh waħedna.

9 Sliema        Pubblikament u f’żewġ gruppi li jirrispondu lil xulxin.

10 Sliema      Bil-perseveranza sakemm immutu.

47. 16 Missierna Metodi differenti kif ngħidu r-Rużarju.

1 Sliema        Ir-Rużarju Mqaddes jista’ jingħad b’mod sempliċi, fejn ngħidu biss il-Missierna u s-Slimiet bl-intenzjonijiet tal-misteri.

2 Sliema        Nistgħu inżidu kelma lil kull misteru tal-posta.

3 Sliema        Nistgħu nagħmlu ħsieb qasir f’kull posta.

4 (Sliema]     Nistgħu nagħmlu ħsieb aktar twil f’kull posta.

5 [Sliema]     Nistgħu nagħmlu intenzjoni speċjali għal kull Sliema.

6 (Sliema]     Nistgħu ngħiduh miġbura fina nfusna mingħajr ma nitkellmu.

7 Sliema        Nistgħu ninżlu għarkupptejna f’kull Sliema.

8 Sliema        Nistgħu ninxeħtu fl-art ma’ kull Sliema.

9 Sliema        Nistgħu nagħtu lilna nfusna daqqa tad-dixxiplina.

10 Sliema      Nistgħu nfakkru lill-qaddisin f’kull posta u nħalltuhom ma’ waħda mill-metodi ta’ hawn fuq skont kif l-Ispirtu s-Santu jispirana.

Ir-Raba’ Metodu

Ġabra qasira tal-ħajja, mewt u passjoni u glorja tal-ġenna ta’ Ġesù u ta’ Marija fir-Rużarju Mqaddes.

16. Credo: 1. Fidi fil-preżenza t’Alla. 2. Fidi fil-Vanġelu. 3. Fidi u ubbidjenza lejn il-Papa bħala l-Vigarju ta’ Ġesù Kristu.

1 Missierna L-Unità ta’ Alla wieħed, ħaj u veru

1 Sliema        Ad unur tal-Missier Etern li jnissel lil Ibnu hu u jikkontempla lilu nnifsu.

2 Sliema        II-Verb Etern, daqs il-Missier u bl-imħabba tagħhom jiġġeneraw l-Ispirtu s-Santu.

3 Sliema        L-Ispirtu s-Santu li ġej mill-imħabba tal-Missier u tal-lben.

2 Missierna L-imħabba infinita ta’ Alla

L-Inkarnazzjoni

17. 1 Sliema Biex nifhmu l-istat ikrah ta’ Adam li ma obdiex; il-kundanna ġusta

tiegħu u ta’ dawk kollha li ġew warajh.

2 Sliema        Biex nagħtu ġieħ lix-xewqat tal-patrijarki u tal-profeti li talbu biex jiġi l-Messija.

3 [Sliema]     Biex nagħtu ġieħ lix-xewaqt u t-talb tal-Verġni Mqaddsa Marija biex jiġi aktar malajr il-Messija; u ż-żwieġ tagħha ma’ San Ġużepp.

4 [Sliema]     L-imħabba tal-Missier Etern li tana lil Ibnu.

5 Sliema        L-imħabba tal-Iben li ta lilu nnifsu għalina.

6 Sliema        Il-missjoni u t-tislima tal-Anġlu Gabriel.

7 Sliema        Il-biża’ tax-xebba Marija.

8 Sliema        Il-fidi u l-kunsens tal-Verġni Marija.

9 Sliema        Il-ħolqien tar-ruħ u l-formazzjoni tal-ġisem ta’ Ġesù fil-ġuf ta’ Marija mill-Ispirtu s-Santu.

10 Sliema      L-anġli jaduraw il-Verb li sar bniedem fil-ġuf ta’ Marija.

3 Missierna   Il-maestà l-akbar adorabbli t’Alla.

Il-Viżitazzjoni

18. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-ferħ fil-qalb ta’ Marija fl-Inkarnazzjoni u għad-disa’ xhur li l-Verb Etern dam fil-ġuf tagħha.

2 Sliema        Is-sagrifiċċju tiegħu nnifsu li Ġesù Kristu offra lil Missieru meta ġie fid-dinja.

3 Sliema        Il-kuntentizza ta’ Ġesù Kristu fil-ġuf umli u verġinali ta’ Marija u dik ta’ Marija fit-tgawdija ta’ Alla tagħha.

4 Sliema        Id-dubji ta’ San Ġużepp meta nduna li Marija kienet qed tistenna tarbija.

5 Sliema        Il-ftehim bejn Ġesù u Marija fil-ġuf tagħha fl-għażla ta’ dawk li jsalvaw.

6 Sliema        Il-ħeġġa ta’ Marija hi u żżur lill-kuġina tagħha.

7 Sliema        It-tislima ta’ Marija u t-tqaddis ta’ San Ġwann Battista u ta’ ommu Santa Eliżabetta.

8 [Sliema]      Ir-ringrazzjament ta’ Marija lil Alla fl-innu li qalet tal-Magnificat.

9 Sliema        L-imħabba u l-umiltà tagħha fil-qadi tagħha lejn il-kuġina tagħha.

10 Sliema      Id-dipendenza ta’ Ġesù u Marija minn xulxin u d-dipendenza li aħna għandu jkollna minnhom it-tnejn.

4 Missierna Il-ġid infinit ta’ Alla

It-Twelid ta’ Ġesù

19. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ għad-disprezzi u għal kemm ġew imwarrba Marija u Ġużeppi f’Betlehem.

2 Sliema        Il-faqar tal-istalla fejn Alla ġie fid-dinja.

3 Sliema        Il-ħsieb profond tal-imħabba kbira ta’ Marija kif kienet ser twelled lit-tarbija tagħha.

4 Sliema        It-twelid tal-Verb Etern mill-ġuf ta’ Marija mingħajr ma jikser is-siġill tal-verġinità tagħha.

5 Sliema        L-adorazzjoni u l-kant tal-anġli meta Ġesù twieled.

6 Sliema        Is-sbuħija li ssaħħar tal-Iben divin tagħha.

7 Sliema        Il-miġja tar-ragħajja fl-istalla bir-rigali umli tagħhom.

8 Sliema        Iċ-ċirkonċiżjoni ta’ Ġesù u t-tbatijiet tiegħu aċċettati bl-imħabba.

9 Sliema        L-għoli tal-isem ta’ Gesù u n-nobbiltà ta’ dan l-isem.

10 Sliema      L-adorazzjoni tal-Maġi u rigali li ġabu magħhom.

5 Missierna L-għerf etern ta’ Alla.

Il-Purifikazzjoni

20. 1 Sliema L-ubbidjenza ta’ Ġesù u ta’ Marija għal-Liġi.

2 Sliema        Is-sagrifiċċju li Ġesù għamel tal-umanità tiegħu lil-Liġi.

3 [Sliema]     Is-sagrifiċċju tal-unur tagħha li l-Verġni Marija għamlet lil-Liġi.

4 Sliema        Il-ferħ u l-għanjiet ta’ Xmun u Anna l-profitessa.

5 Sliema        It-tifdija ta’ Ġesù bl-offerta taż-żewġ gamimiet.

6 Sliema        Il-massakru tal-Qaddisin Innocenti minn Erodi l-Krudil.

7 Sliema        Il-ħarba ta’ Ġesù lejn l-Eġittu permezz li San Ġużepp obda l-vuċi tal-anġlu.

8 Sliema        Il-misteru taż-żmien li qagħad fl-Eġittu.

9 Sliema        Meta mar lura Nazareth.

10 Sliema      Il-kobor tiegħu fiż-żmien u fl-għerf.

6 Missierna Il-qdusija t’Alla li ma nistgħux nifmuha.

Sidtna Marija ssib lil Ġesù fit-Tempju

21. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-ħajja tiegħu moħbija, ta’ xogħol u ta’ ubbidjenza

f’Nazareth.

2 Sliema        It-tagħlim tiegħu u meta nstab fit-tempju fost id-dutturi.

3 Sliema        Is-sawm u t-tentazzjonijiet tiegħu fid-deżert.

4 Sliema        Il-magħmudija tiegħu minn San Ġwann il-Battista

5 Sliema        It-tagħlim meraviljuż tiegħu.

6 Sliema        Il-mirakli tiegħu li jgħaġġbu.

7 Sliema        L-għażla tat-tnax-il appostlu u s-setgħa li tahom.

8 Sliema        It-trasfigurazzjoni meraviljuża tiegħu.

9 Sliema        Il-ħasil tas-saqajn tal-appostli.

10 Sliema      It-twaqqif tal-Ewkaristija Qaddisa.

7 Missierna Il-bżonn li nkunu kuntenti f’Alla.

L-Agunija ta’ Ġesù

22. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-postijiet fejn f’ħajtu Ġesù għażel biex jirtira

għat-talb, speċjalment il-Ġnien taż-Żebbuġ.

2 Sliema        It-talb umli u ħerqan li Ġesù offra tul ħajtu u fil-lejl ta’ qabel il-passjoni tiegħu.

3 Sliema        Il-paċenzja u l-ġentilezza li wera mal-appostli tiegħu, speċjalment fil-Ġnien taż-Żebbuġ.

4 Sliema        It-toqol li ħass f’ruħu tul ħajtu u speċjalment fil-Ġnien taż-Żebbuġ.

5 Sliema        Id-demm li għereq minħabba t-tbatija li sofra.

6 Sliema        Il-faraġ li aċċetta mill-anġlu tul l-agunija tiegħu.

7 Sliema        Li aċċetta r-rieda tal-Missier minkejja l-istmerrija naturali.

8 Sliema        Il-kuraġġ li bih mar biex jiltaqa’ mal-qattiela tiegħu u l-qawwa ta’ kliemu li bihom għattanhom u mbagħad reġa’ refagħhom.

9 Sliema        Iċ-ċaħda ta’ Ġuda u l-arrest tiegħu mil-Lhud.

10 Sliema      Li l-appostli telquh waħdu.

8 Missierna Is-sabar meraviljuż ta’ Alla

Il-Flagellazzjoni

23. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-ktajjen u ħbula li bihom Ġesù kien marbut.

2 Sliema        Id-daqqa ta’ ħarta li rċieva fid-dar ta’ Kajfa.

3. Sliema       It-tliet ċaħdiet ta’ Pietru.

4 Sliema        Il-mod diżuman li bih ittrattawh f’dar Erodi meta ġie mlibbes libsa bajda.

5 Sliema        Li ċarrtulu minn fuqu ħwejġu kollha.

6 Sliema        Li ddieħku bih u tat-tgħajjir li rċieva mingħand dawk li ttormentawh għax kien għarwien.

7 Sliema        Li sawtuh u čarrtulu ģismu bil-qasab taxxewk u bil-frosti kiefra.

8 Sliema        Il-kolonna li ġie marbut magħha.

9 Sliema        Id-demm li xerred u l-pjagi li ġarrab.

10 Sliema      Li waqa’ f’għadira minn demmu stess għax ma felaħx fuq saqajh.

9 Missierna Is-sbuħija meraviljuża ta’ Alla

Ġesù Inkurunat bix-Xewk

24. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ li neżżgħuh għat-tielet darba.

2 Sliema        Biex nagħtu ġieħ lill-kuruna tiegħu tax-xewk.

3 Sliema        Il-velu li bih għattewlu wiċċu.

4 Sliema        Id-daqqiet ta’ ħarta u l-bżieq li xeħtulu fuq wiċċu.

5 Sliema        Il-mantâr qadim li qiegħdu fuq spallejh.

6 Sliema        Il-qasba li qegħdulu f’idu.

7 Sliema        Il-ġebla bil-ponot li fuqha ġie mġiegħel joqgħod.

8 Sliema        Iż-żufjett u l-insulti li għaddewlu.

9 Sliema        Id-demm li xtered minn rasu l-aktar adorabbli.

10 Sliema      Ix-xagħar u d-daqna li ġebbdulu.

10 Missierna Il-qawwa infinita ta’ Alla

Ġesù jerfa’ s-Salib

25. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-Mulej meta ġie muri lill-poplu bħala l-‘Ecce

Homo”.

2 Sliema        Li għażlu lill-Barabba flok Ġesù.

3 Sliema        Ix-xhieda qarrieqa li taw kontra tiegħu.

4 Sliema        Li kkundannawh għall-mewt.

5 Sliema        L-imħabba li biha ħaddan u bies is-Salib.

6 Sliema        It-tbatijiet kbar li sofra hu u jġorr is-salib.

7 Sliema        Il-waqgħa taħt il-piż tiegħu għax ma felħux.

8 Sliema        Il-qsim ta’ qalb meta iltaqa’ ma’ Ommu.

9 Sliema        Il-velu ta’ Veronica li fuqu ħalla stampa ta’ wiċċu.

10 Sliema      Id-dmugħ tiegħu u dawk ta’ Ommu u tan-nisa twajba li mxew warajh sal-Kalvarju.

11 Missierna Il-ġustizzja ta’ min jibża’ minnha ta’ Alla.

Ġesù jmut fuq is-Salib

26. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-ħames pjagi ta’ Ġesù Kristu u tad-demm li

xerred fuq is-salib.

2 Sliema        Il-qalb tiegħu minfuda u s-Salib li fuqu sallbuh.

3 Sliema        L-imsiemer u l-lanza li biha nifduh, l-isponża, il-morr u l-ħall li tawh jixrob.

4 Sliema        Il-mistħija u l-iskerrija li ġarrab li kien mislub għarwien bejn żewġ ħallelin.

5 Sliema        Il-kompassjoni ta’ Ommu Mqaddsa.

6 Sliema        Is-seba’ l-aħħar kelmiet tiegħu.

7 Sliema        L-abbandun u s-silenzju tiegħu.

8 Sliema        Id-dieqa tal-univers kollu.

9 Sliema        Il-mewt tiegħu kollha uġigħ u mistħija.

10 Sliema      Meta tniżżel mis-salib u d-difna tiegħu.

12 Missierna L-eternità ta’ Alla mingħajr bidu.

Ġesù jqum mill-mewt

27. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ meta r-ruħ ta’ Ġesù niżlet il-limbu.

2 Sliema        Il-ferħ tal-erwieħ it-tajba meta nħelsu mil-limbu.

3 Sliema        Meta ruħu u ģismu reġgħu ingħaqdu fil-qabar.

4 Sliema        Meta qam b’mod mirakuluż mill-qabar.

5 Sliema        Ir-rebħa tiegħu fuq il-mewt u d-dnub, id-dinja u x-xitan.

6 Sliema        L-erba’ kwalitajiet tal-ġisem glorjuż tiegħu.

7 [Sliema]      Il-qawwa li rċieva mingħand Missieru fis-sema u fl-art.

8 Sliema        Meta deher lil Ommu, lill-appostli u lid-dixxipli.

9 Sliema        Il-kliem tiegħu fuq il-ġenna u l-ikla li kellu mad-dixxipli.

10 Sliema      Il-paċi, l-awtorità u l-missjoni li ta lill-appostli biex joħorġu fid-dinja kollha.

13 Missierna Il-preżenza ta’ Alla f’kull post u rokna.

Ġesù jitla’ s-Sema

28. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-wegħda li Ġesù Kristu għamel lill-appostli tiegħu

li jibgħatilhom l-Ispirtu s-Santu u l-kmand li tahom biex jippreparaw ħalli jirċevuh.

2 Sliema        Id-dixxipli kollha jinġabru fuq l-Għolja taż-Żebbuġ.

3 Sliema        Il-barka li tathom hekk kif inqata’ mill-art lejn il-ġenna.

4 Sliema        It-tlugħ glorjuż tiegħu bil-qawwa tiegħu stess fil-ġenna.

5 Sliema        Il-merħba u l-akklamazzjoni trijunfanti li rċieva mingħand Alla Missieru u mill-kori kollha tas-sema.

6 Sliema        Il-qawwa trijunfanti li biha fetaħ il-bibien tal-ġenna li minnhom l-ebda bniedem kien għadu qatt ma għadda.

7 Sliema        Li qiegħed fuq il-lemin ta’ Missieru bħala Ibnu l-maħbub daqs Missieru.

8 Sliema        Is-setgħa li rċieva li jiġġudika l-ħajjin u l-mejtin.

9 Sliema        It-tieni miġja tiegħu fid-dinja meta il-qawwa u I-maestà tiegħu għad jidhru fil-kobor tagħhom kollu.

10 Sliema      Is-sentenza ġusta li jagħti fl-aħħar ġudizzju meta jagħti l-premju lit-tajbin.

14 Missierna Il-Providenza li tħaddan kollox ta’ Alla.

Il-Pentekoste

29. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-verità li Alla l-Ispirtu s-Santu li ġej mill-Missier

u mill-Iben u hu l-imħabba t’Alla.

2 Sliema        L-Ispirtu s-Santu mibgħut fuq l-appostli mill-Missier u mill-Iben.

3 Sliema        L-inżul tiegħu akkumpanjat minn ħoss ta’ riħ qawwi li juri l-qawwa u s-setgħa tiegħu.

4 Sliema        L-ilsna tan-nar li bagħat fuq l-appostli li bihom fehmu l-iskrittura u l-imħabba l’Alla u tal-proxxmu.

5 Sliema        Il-milja tal-grazzja li l-qalb ta’ Marija, l-għarusa fidila tiegħu, kellha l-privileġġi li tirċievi.

6 Sliema        Il-gwida għaqlija li ta lill-qaddisin u anke lill-persuna ta’ Ġesù Kristu tul ħajtu kollha.

7 Sliema       It-tnax-il frott tal-Ispirtu s-Santu.

8 Sliema        Is-seba’ doni tal-Ispirtu s-Santu.

9 Sliema        Biex nitolbu speċjalment għad-don tal-Għerf u li tiġi saltnatu fi qlub il-bnedmin.

10 [Sliema]   Biex nirbħu lit-tliet spirti ħżiena li huma kontra tiegħu, jiġifieri, il-ġisem, id-dinja u x-xitan.

15 Missierna Il-ġenerożità infinita t’Alla.

Marija Mtellgħa s-Sema

30. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-predestinazzjoni eternal ta’ Marija li tkun l-

aqwa opra t’Alla.

2 Sliema        It-tnissil tagħha bla tebgħa u l-milja tal-grazzja u r-raġuni tagħha sa minn ġuf Sant’Anna.

3 Sliema        It-twelid tagħha li ferraħ lid-dinja kollha.

4 Sliema        Il-preżentazzjoni tagħha u ż-żmien li qagħdet fit-tempju.

5 Sliema        Il-ħajja sabiħa tagħha u li nħelset minn kull dnub.

6 Sliema        Il-milja tagħha fl-aqwa virtù.

7 Sliema        Il-verġinità tagħha li tant tat frott u li garret it-tarbija ġo fiha bla uġieħ.

8 [Sliema]      II-Maternità divina tagħha u r-relazzjoni tagħha mat-Tliet Persuni tas-Santissima Trinità.

9 [Sliema]      Il-mewt għażiża tagħha mimlija imħabba.

10 (Sliema]   Il-qawmien tagħha mill-imwiet u t-tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.

16 Missierna Il-glorja li ma tistax tintlaħaq t’Alla.

L-Inkoronazzjoni ta’ Marija

31. 1 Sliema Biex nagħtu ġieħ lill-kuruna bi tlieta li Marija rċeviet mis-Santissima

Trinità.

2 Sliema        Il-ferħ u l-glorja akbar li l-ġenna ħadet bid-daħla trijunfanti tagħha.

3 Sliema        Biex nagħrfuha bħala s-Sultana tas-sema u tal-art, tal-anġli u tal-bnedmin.

4 Sliema        Bħala teżoriera u dispensatriċi tal-grazzji ta’ Alla, tal-merti ta’ Ġesù Kristu u tad-doni tal-Ispirtu s-Santu.

5 Sliema        Medjatrici u avukata tal-bnedmin.

6 Sliema        Li xxejjen u teqred ix-xitan u l-ereżiji.

7 Sliema        Kenn żgur tal-midinbin.

8 Sliema        Omm li tħares lill-midinbin.

9 Sliema        Il-ferħ u t-tgawdija tal-ġusti.

10 Sliema      Kenn tal-ħajjin kollha, sserraħ bil-qawwa kollha lil min hu batut, lil min qed imut u lill-erwieħ tal-purgatorju.

Alla waħdu.

It-Tielet Metodu

tar-Rev. de Montfort biex jingħad b’siwi r-Rużarju, għall-użu tas-Sorijiet Ulied il-Għerf.

7. Jiena ningħaqad mal-qaddisin fil-ġenna, man-nies ġusti fuq l-art, u mal-fidili kollha hawnhekk preżenti. Jiena ningħaqad miegħek, O Ġesù tiegħi, biex infaħħar kif jixraq lill-qaddisa Ommok u biex infaħħrek fiha u permezz tagħha. Jiena nwarrab l-aljenazzjonijiet kollha li jistgħu jiġuni waqt dan ir-Rużarju. Nixtieq li ngħidu bl-attenzjoni u devozzjoni daqslikieku kien l-aħħar Rużarju li se ngħid f’ħajti Ammen. Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, dan il-Kredu ad unur tal-misteri kollha tal-fidi tagħna, il-Missierna u t-tliet Slimiet ad unur tal-għaqda u tat-Trinità tal-persuni tagħkom. Aħna nitolbuk fidi ħajja, tama sħiħa u imħabba taqbad. Ammen.

Jiena Nemmen f’Alla, Missierna, Sliema għal tliet darbiet. F’kull misteru, wara l-kelma Ġesù, żid kelma biex tfakkar u tagħti ġieħ lil dak il-misteru partikolari. Per eżempju: Ġesù li sar bniedem; Ġesù li jqaddes, eċċ, skont ma hu indikat f’kull posta.

Il-Misteri tal-Ferħ

L-Inkarnazzjoni

8. Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din l-ewwel posta biex nagħtu ġieħ lill-Inkarnazzjoni tiegħek fil-ġuf ta’ Marija; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tagħha nitolbuk li nkunu tassew umli. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, inżidu Ġesù li sar bniedem. Il-grazzja tal-misteru tal-Inkarnazzjoni tinżel f’ruħna, Ammen.

Il-Viżitazzjoni

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din it-tieni posta biex nagħtu ġieħ liż-żjara li l-qaddisa Ommok għamlet lill-kuġina tagħha Santa Elizabetta u t-tqaddis ta’ San Ġwann il-Battista; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tagħha nitolbuk li nsiru nħobbu lill-proxxmu tagħna. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù li jqaddes. Il-grazzja tal-misteru tal-Viżitazzjoni tinżel f’ruħna. Ammen.

It-Twelid ta’ Ġesù

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din it-tielet posta biex nagħtu ġieħ lit-Twelid tiegħek fl-istalla ta’ Betlehem; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tagħha nitolbuk li ninqatgħu mill-ħwejjeġ tad-dinja, inwarrbu r-rikkezzi u nħobbu l-faqar. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù li qed jitwieled. Il-grazzja tal-misteru tat-Twelid ta’ Ġesù tinżel f’ruħna. Ammen.

Il-Preżentazzjoni fit-Tempju

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din ir-raba’ posta biex nagħtu ġieħ lill-Preżentazzjoni tiegħek fit-tempju u lill-purifikazzjoni ta’ Marija; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tagħha nitolbuk li nkunu safja fil-ġisem u fir-ruħ. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù li ġie issagrifikat. Il-grazzja tal-misteru tal-Preżentazzjoni tinsel f’ruħna. Ammen.

Ġesù jinstab fit-Tempju

Aħna noffrulek, Mulej Gesù, din il-ħames posta biex nagħtu ġieħ meta Marija sabitek fit-tempju; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tagħha nitolbuk li nkunu tassew għorrief. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù il-Qaddis fost il-qaddisin. Il-grazzja tal-misteru ta’ meta Ġesù instab fit-tempju tinżel f’ruħna. Ammen.

Il-Misteri tat-Tbatija

L-Agunija

9. Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din is-sitt posta biex nagħtu ġieħ lill-Agunija tiegħek fil-Ġnien taż-Żebbuġ; permezz ta’ dan ilmisteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok Marija Santissima nitolbuk li nindmu minn dnubietna. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù fl-agunija. Il-grazzja tal-misteru tal-Agunija ta’ Ġesù tinżel f’ruħna, Ammen.

II-Flagellazzjoni

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din is-seba’ posta biex nagħtu ġieħ lill-Flaġellazzjoni kiefra tiegħek; permez ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok Marija Santissima nitolbuk li taqlagħlna l-grazzja li ngħakksu s-sensi tagħna. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù li qed jiġi fflaggellat. Il-grazzja tal-misteru tal-Flaġellazzjoni ta’ Ġesù tinżel f’ruħna. Ammen.

L-Inkurunazzjoni bix-Xewk

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din it-tmien posta biex nagħtu ġieħ lill-Inkurunazzjoni tiegħek bix-Xewk; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok Marija Santissima nitolbuk li nistmerru l-ħwejjeġ tad-dinja. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù inkurunat bixxewk. Il-grazzja tal-misteru tal-Inkurunazzjoni bix-Xewk tinsel f’ruħna. Ammen.

Ġesù jerfa’ s-Salib

Aħna noffrulek, Mulej Gesù, din id-disa’ posta biex nagħtu gieħ meta Int erfajt is-Salib; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok Marija Santissima nitolbuk li nistabru fis-slaleb kollha tagħna. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù jerfa’ salibu. Il-grazzja tal-misteru ta’ Ġesù jerfa’ Salibu tinżel f’ruħna. Ammen.

Ġesù jmut fuq is-Salib

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din l-għaxar posta biex nagħtu ġieħ lil meta sallbuk u l-Mewt tal-mistħija tiegħek fuq il-Kalvarju; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok Marija Santissima nitolbu għall-konverżjoni tal-midinbin, għall-perseveranza tat-tajbin u biex l-erwieħ tal-Purgatorju jinħelsu mill-pieni tagħhom. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù msallab.

10. F’din il-posta qabel kull Sliema nitolbu ‘l Alla bl-interċessjoni tad-disa’ kori tal-anġli għall-grazzji li għandna bżonn.

Serafini Qaddisa, itolbu ‘l Alla eċċ. Sliem għalik Marija, eċċ.

Kerubini Qaddisa, itolbu eċċ

Troni Qaddisa, itolbu eċċ

Dominazzjonijiet Qaddisa, itolbu ecc

Virtujiet Qaddisa, itolbu eċċ

Qawwiet Qaddisa, itolbu eċċ

Prinċipalitajiet Qaddisa, itolbu eċċ

Arkanġli Qaddisa, itolbu eċċ

Anġli Qaddisa, itolbu eċċ

Qaddisin kollha tal-ġenna, itolbu eċċ

Glorja lill-Missier, eċċ

Il-grazzja tal-misteru ta’ Ġesù jmut fuq is-Salib tinżel f’ruħna. Ammen.

11. F’għeluq it-tieni rużarju ngħidu għal irkubbtejna dan it-talb:

Talba tar-Rev. de Montfort biex nitolbu ‘l Alla jagħtina għerf Divin.

O Alla ta’ missirijietna, Mulej tal-ħniena, Spirtu tal-verità, Jiena, mikrobu tal-art, ninxteħet quddiem il-Maestà divina tiegħek u nagħraf il-ħtieġa kbira li jiena għandi tal-Għerf divin tiegħek li jiena tlift minħabba dnubieti u b’fiducja fil-wegħda solenni li int għamilt lil dawk kollha li jitolbuk bil-fidi, niġi quddiemek illum u nitlob mingħandek din il-grazzja bl-ikbar serjetà u b’umiltà l-aktar profonda. Ibgħatilna, O Mulej, dan l-għerf li qiegħed ħdejn it-tron tiegħek biex iqawwi d-dgħufija tagħna, biex idawlilna moħħna, biex iħeġġilna qalbna, biex jitkellem u jagħmel, jaħdem u jsofri f’għaqda miegħek, biex imexxi l-passi tagħna u jimla qlubna bil-virtujiet ta’ Ġesù Kristu u d-doni tal-Ispirtu s-Santu, għax il-Għerf biss jista’ jagħtina dawn il-grazzji, O Missier tal-ħniena, Alla ta’ kull faraġ, nitolbuk għal dan it-teżor infinit tal-Għerf divin tiegħek, permezz tal-qalb tenera ta’ Marija, permezz tad-Demm Prezzjuż ta’ Ibnek il-għażiż u permezz tax-xewqa kbira li inti għandek li tagħti r-rigali tiegħek lill-kreaturi msejkna tiegħek. Isma’ u aqla’ t-talb tagħna. Ammen.

12. Talba lil San Ġużepp

Sliem għalik, Ġużeppi l-ġust, l-Għerf miegħek, imbierek int fost l-irġiel kollha u imbierek Ġesù, il-frott ta’ Marija, l-għarusa fidila tiegħek. San Ġużepp, missier puttativ den ta’ Ġesù Kristu, itlob għalina midinbin u iksbilna l-Għerf Divin mingħand Alla, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.

Din it-talba tintqal tliet darbiet.

Il-Misteri tal-Glorja

Il-Qawmien mill-Imwiet

13. Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din il-ħdax-il posta biex nagħtu ġieħ lill-Qawmien glorjuż tiegħek mill-mewt; permezz ta’ dan ilmisteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok Marija Santissima nitolbu għall-imħabba t’Alla u ħeġġa fis-servizz tiegħek. Amen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù qam mill-imwiet. Il-grazzja tal-misteru ta’ Ġesù jqum mill-mewt tinżel f’ruħna. Ammen.

It-Tlugħ fis-Sema

Aħna noftrulek, Mulej Ġesù, din it-tnax-il posta biex nagħtu gieħ lit-Tlugħ trijunfanti tiegħek fis-sema; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok Marija Santissima nitolbuk li jkollna xewqa ħerqana għall-ġenna, id-dar vera tagħna, Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù jitla’ s-sema. Il-grazzja tal-misteru ta’ Ġesù jitla’ s-sema tinżel f’ruħna. Ammen.

Il-Pentekoste

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din it-tlettax-il posta biex nagħtu ġieħ lill-misteru ta’ Pentekoste; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok Marija Santissima nitolbuk li l-Ispirtu s-Santu jinżel fi qlubna. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù jimliena bl-Ispirtu s-Santu. Il-grazzja tal-misteru ta’ Pentekoste tinżel f’ruħna. Ammen.

Marija mtellgħa s-Sema

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din l-erbatax-il posta biex nagħtu ġieħ lill-qawmien mill-imwiet u t-tlugħ trijunfanti tal-imqaddsa Ommok fil-ġenna; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tagħha nitolbuk li jkollna devozzjoni tenera lejn Omm hekk twajba. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù jtellgħek s-sema. Il-grazzja tal-misteru ta’ Marija mtellgħa s-sema tinżel f’ruħna. Ammen.

Marija Inkurunata

Aħna noffrulek, Mulej Ġesù, din il-ħmistax u l-aħħar posta biex nagħtu ġieħ lill-Inkurunazzjoni tal-qaddisa Ommok; permezz ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tagħha nitolbuk għall-perseveranza fil-grazzja u għall-kuruna tal-glorja. Ammen.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Ġesù qed jinkurunak.

14. F’din il-posta qabel kull Sliem għalik, Marija nitolbu ‘l Alla bl-interċessjoni tal-qaddisin kollha għall-grazzji li għandna bżonn.

San Mikiel Arkanġlu u l-anġli qaddisin kollha, itolbu ‘l Alla ecc,

Sliem għalik Marija, eċċ.

Sant’ Abraham u l-Patrijarki qaddisa kollha, itolbu ‘l Alla eċċ.

San Ġwann Battista u l-Profeti qaddisa kollha, itolbu ‘l Alla eċċ.

San Pietru u San Pawl u l-Appostli qaddisa kollha, itolbu ‘l Alla eċċ.

San Stiefnu, San Lawrenz u l-Martri kollha, itolbu ‘l Alla eċċ.

Sant’Ilarju u l-Papiet qaddisa kollha, itolbu ‘l Alla eċċ.

San Ġużepp u l-Konfessuri qaddisa kollha, itolbu ‘l Alla eċċ.

Santa Katerina, Santa Tereża u l-Verġni qaddisa kollha, itolbu ‘l Alla.

Sant’Anna u n-Nisa qaddisa kollha, itolbu ‘l Alla eċċ.

Glorja lill-Missier, eċċ.

Il-grazzja tal-misteru tal-Inkurunazzjoni fil-glorja ta’ Marija tinżel f’ruħna. Ammen.

Fi tmiem it-tielet Rużarju tingħad din it-talba:

Talba lill-Verġni Mbierka

15. Sliem għalik, Marija, Bint l-aktar maħbuba tal-Missier Etern, Omm tal-għaġeb tal-Iben, għarusa fidila tal-Ispirtu s-Santu, tempju glorjuż tas-Santissima Trinità. Sliem, Sultana sovrana, li minnek jiddependi kulħadd kemm fis-sema kif ukoll fl-art. Sliem, Kenn żgur tal-midinbin, Madonna tal-ħniena, li qatt ma reġġajt lura lil ħadd. Midneb kif jien, ninxteħet f’riġlejk u nitolbok biex taqlagħli mingħand Ġesù, Ibnek l-għażiż, indiema u maħfra għal dnubieti kollha u r-rigal tal-Għerf divin. Jien nikkonsagra lili nnifsi lilek b’dak kollu li għandi. Illum jiena nagħżel lilek bħala Ommi u s-Sidt tiegħi; ħares lejja bħala l-wild l-aktar batut tiegħek u l-qaddej li l-aktar joqgħod għax-xewqat tiegħek. Isma’, O Sultana tiegħi, it-talb ta’ qalb li tixtieq tħobbok u taqdik fedelment. Tħallix li fost dawk kollha li qatt talbu l-għajnuna tiegħek, jien inkun l-ewwel wieħed li ma smajtx it-talb tiegħu. O tama tiegħi, ħajja tiegħi, Verġni Marija fidila u immakulata, isma’ t-talb tiegħi, ħarisni, qawwini, għallimni, salvani. Ammen.

Ikun imfaħħar, adorat u maħbub Ġesù fis-sagrament l-aktar qaddis tal-altar. Għal dejjem ta’ dejjem.

O Ġesù, Ġesù għażiż tiegħi, o Marija, Omm ta’ Ġesù, maħbuba Ommi, agħtuna l-barka qaddisa tagħkom. Ammen.

leqfu magħna fit-tfixkil tagħna, isimgħuna meta nitolbu, ħarsuna mid-dinja u mix-xitan. Ammen.

Is-superjura tgħid, Nos cum prole pia benedicat Virgo Maria. Ammen.

It-Tieni Metodu aktar qasir

Dwar it-tfakkir tal-ħajja, mewt u glorja ta’ Ġesù u ta’ Marija fir-Rużarju Mqaddes u metodu li jrażżnilna l-ħsibijiet tagħna u jnaqqsilna l-aljenazzjonijiet.

6. Biex naslu għal dan inżidu kelma jew tnejn ma’ kull Sliema tal-posta biex niftakru liema misteru inkunu qegħdin infakkru. Din iż-żieda għandha tidħol wara l-isem ta’ Ġesù f’nofs is-Sliema:

u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek,

Posta

FI-1     Posta              “Ġesù li sar bniedem”

Fit-2                           “Ġesù li jqaddes”

Fit-3                           “Ġesù li twieled fil-faqar”

Fir-4                           “Ġesù li ġie ssagrifikat”

Fil-5                            “Ġesù il-qaddis fost il-qaddisin”

Fis-6                           “Ġesù fl-agunija tiegħu”

Fis-7                           “Ġesù li ġie fflagellat”

Fit-8                           “Ġesù li ġie nkurunat bix-xewk”

Fid-9               “Ġesù li jġorr s-salib”

FI-10                          “Ġesù li ġie mislub”

Fil-11-il                      “Ġesù li qam mill-imwiet”

Fit-12-il                      “Ġesù li tela’ s-sema”

Fit-13-il                      “Ġesù li jimliena bl-Ispirtu s-Santu”

Fl-14-il                       “Ġesù li jerfagħna”

Fil-15-il                      “Ġesù li jagħtina l-kuruna”

Fi tmiem l-ewwel ħames misteri ngħidu:

Il-grazzja tal-Misteri tal-Ferħ tinżel fina u tagħmilna tassew qaddisin.

Fi tmiem it-tieni:

Il-grazzja tal-Misteri tat-Tbatija tinżel fina u tagħmilna tassew nafu nistabru.

Fi tmiem it-tielet:

Il-grazzja tal-Misteri tal-Glorja tinżel fina u tagħmilna dejjem kuntenti. Ammen.

Introduzzjoni u l-Ewwel Metodu ta’ kif ngħidu r-Rużarju

Introduzzjoni għal Metodi ta’ kif ngħidu r-Rużarju

San Lwiġi-Marija de Montfort, missjunarju mimli ħeġġa ta’ esperjenza kbira, wara li wriena l-kobor u l-ħtieġa tar-Rużarju, ma naqasx li jinżel fil-prattika billi tana diversi metodi ħalli nirreċitaw tajjeb ir-Rużarju Mqaddes.

Għalhekk insibu f’din it-taqsima:

1–5                 l-ewwel metodu

6                      metodu ieħor fil-qosor

7–15               metodu għall-Użu tas-Sorijiet Ulied il-Għerf (La Sagesse)

16–4               żewġ metodi oħra li nsibuhom fit-tielet taqsima tal-ktieb tiegħu tal-

priedki

48–56            f’dawn il-paragrafi jagħtina kwotazzjoni meħuda minn ktieb ta’

Justinus Miechovius O.P. dwar (1) il-qawwa u d-dinjita’ tar-Rużarju, u (2) dwar il-kobor tas-Sliema Għalik, Marija.

Fl-aħħarnett San Lwiġi, biex iwassal il-verita’ tal-Fidi lin-nies, kien jinqeda b’ħafna innijiet. Hekk il-kantiku 90 ifisser il-kuruna tar-Rużarju.

Dun Karm Farrugia

Metodi ta’ kif ngħidu r-Rużarju biex niġbdu fuq ruħna l-Grazzji tal-Misteri tal-Ħajja, tal-Passjoni u tal-Glorja ta’ Ġesù u ta’ Marija.

L-Ewwel Metodu

  1. L-Ewwel għidu:

Ejja, Spirtu s-Santu, imla’ l-qlub tal-fidili tiegħek u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.

Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u jinħalqu,

U inti ġġedded il-wiċċ tal-art.

Imbagħad agħmlu din l-offerta tar-Rużarju: “Jiena ningħaqad mal-qaddisin kollha tal-Ġenna u mal-ġusti kollha fuq l-art; ningħaqad miegħek, Ġesù tiegħi, biex infaħħar kif jixraq ‘l Ommok Imqaddsa u biex infaħħar lilek fiha u biha. Jiena nistmerr id-distrazzjonijiet li jistgħu jiġuni jien u ngħid dan ir-Rużarju. O Beata Verġni Marija aħna noffrulek dan il-kredu ħalli nqimu l-fidi li inti kellek fid-dinja u ħalli nitolbuk li jkollna sehem fl-istess fidi. O Mulej aħna noffrulek din il-Missierna biex nadurawk fl-Unita’ tiegħek u nagħrfuk bħala l-bidu u t-tmiem ta’ kull ħaġa. Santissima Trinita’, aħna noffrulek dawn it-tliet Slimiet biex nirringrazzjawk tal-grazzji kollha li tajt lil Marija u dawk li tajtna bis-saħħa tal-interċessjoni tagħha.

Missierna, Sliema għal tliet darbiet, Glorja.

L-Offerti tal-Posti

Il-Misteri tal-Ferħ

2. L-ewwel posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din l-ewwel posta f’ġieħ l-Inkarnazzjoni tiegħek. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk li tnissel fina qalb umli.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tal-Inkarnazzjoni tinżel ġewwa fija u tagħmilni tassew umli.

It-tieni posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din it-tieni posta f’ġieħ iż-Żjara ta’ Ommok l-Imqaddsa lill-kuġina tagħha Santa Eliżabetta. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Marija nitolbuk karita’ perfetta lejn għajrna.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru taż-Żjara tinżel ġewwa fija u tagħmilni tassew karitattevoli.

It-tielet posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din it-tielet posta f’ġieħ it-Twelid imqaddes tiegħek. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk li ninqatgħu mill-ħwejjeġ ta’ din id-dinja u li nħobbu l-faqar u lill-foqra.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tat-Tweild tinżel ġewwa fija u tagħmilni tassew fqir fl-ispirtu.

Ir-raba’ posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din ir-raba’ posta f’ġieħ il-Preżentazzjoni tiegħek fit-tempju minn idejn Marija. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk id-don tal-għerf u tas-safa tal-qalb u tal-ġisem.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tal-Preżentazzjoni tinżel ġewwa fija u tagħmilni tassew għaref u safi.

Il-ħames posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din il-ħames posta f’ġieħ meta Sidtna Marija sabitek fit-tempju fost l-għorrief, wara li kienet tilfitek. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk li tikkonvertina lilna u lill-midinbin, eretiċi, xiżmatiċi u idolaturi kollha.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru ta’ meta Ġesù nstab fit-tempju tinżel ġewwa fija biex nikkonverti bis-serjeta’.

Il-Misteri tat-Tbatija

3. Is-sitt posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din is-sitt posta f’ġieħ l-Agunija kbira tiegħek fil-Ġnien taż-Żebbuġ. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk li tagħtina ndiema sħiħa għal dnubietna u li naqblu dejjem mar-rieda qaddisa tiegħek.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tal-Agunija ta’ Ġesù tinżel ġewwa fija u tagħmilni tassew niedem u għal kollox ubbidjenti għar-rieda t’Alla.

Is-seba’ posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din is-seba’ posta f’ġieħ il-Flaġellazzjoni kiefra tiegħek. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk li nrażżnu s-sensi tagħna.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tal-Flaġellazzjoni tinżel ġewwa fija u tgaħmilni li jiena tassew inrażżan lili nnifsi.

It-tmien posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din it-tmien posta f’ġieħ l-Inkurunazzjoni tiegħek bix-xewk. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbok stmerrija kbira għad-dinja.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tal-Inkurunazzjoni tinżel ġewwa fija u tagħmilni nistmerr id-dinja.

Id-disa’ posta Noffrulek,  Mulej Ġesù, din id-disa’ posta f’ġieħ meta erfajt salibek. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk li tagħtina sabar kbir aħna u nerfgħu salibna fuq il-passi tiegħek il-jiem kollha ta’ ħajjitna.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru ta’ meta Ġesu’ refa’ s-salib tinsel ġewwa fija u tagħmilni xempju tas-sabar.

L-għaxar posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din l-għaxar posta f’ġieħ meta Sallbuk fuq il-Kalvarju. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk li tnissel fina mibgħeda kbira lejn id-dnub, imħabba lejn is-salib u l-grazzja ta’ mewt qaddisa għalina u għal dawk li qegħdin fl-aħħar agunija tagħhom.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tal-Passjoni u tal-Mewt tas-Sinjur Tagħna u Salvatur Ġesù Kristu tinżel ġewwa fija u tagħmilni tassew qaddis.

Il-Misteri tal-Glorja

4. Il-ħdax-il posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din il-ħdax-il posta f’ġieħ il-Qawmien rebbieħ tiegħek mill-mewt. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bis-saħħa tal-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk fidi ħajja.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tal-Qawmien mill-imwiet tinżel ġewwa fija u twettaqni tassew fil-fidi.

It-tnax-il posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din it-tnax-il posta f’ġieħ it-Tlugħ glorjuż tiegħek fis-sema. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Ommok l-iżjed qaddisa, nitolbuk tama qawwija u xenqa kbira għall-ġenna.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tal-misteru tat-Tlugħ fis-sema tal-Mulej tinżel ġewwa fija u tippreparani għall-ġenna.

It-tlettax-il posta Noffrulek, O Spirtu Qaddis, din it-tlettax-il posta f’ġieħ il-misteru ta’ Pentekoste. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni ta’ Marija, l-għarusa tiegħek l-iżjed qaddisa, nitolbuk li tagħtina l-għerf qaddis tiegħek biex inkunu nafu, niggustaw u nipprattikaw il-verita’ tiegħek u naqsmuha ma’ kulħadd.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja ta’ Pentekoste tinżel ġewwa fija u tagħmilni għaref f’għajnejn Alla.

L-erbatax-il posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din l-erbatax-il posta f’ġieħ it-Tnissil bla Tebgħa ta’ Ommok Marija Santissima u t-Tlugħ tagħha fis-sema bir-ruħ u l-ġisem. Bis-saħħa ta’ dawn iż-żewġ misteri u bl-interċessjoni tagħha, nitolbu għar-rigal tad-devozzjoni vera lejha biex ngħixu ħajja tajba u nagħmlu mewta qaddisa.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja. Il-grazzja tat-Tnissil bla Tebgħa u tat-Tlugħ fis-sema ta’ Marija tinżel ġewwa fija u tagħmilni tassew devot tagħha.

Il-ħmistax-il posta Noffrulek, Mulej Ġesù, din il-ħmistax u l-aħħar posta f’ġieħ l-Inkurunazzjoni glorjuża ta’ Ommok Marija Santissima fis-sema. Bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tagħna, nitolbuk il-grazzja tal-perseveranza, li nibqgħu nikbru fil-virtu’ sal-punt tal-mewt u wara dan il-kuruna li ma tintemm qatt li hija mħejjija għalina. Nitolbu l-istess grazzja għan-nies tajbin kollha u għall-benefatturi kollha tagħna.

Missierna, Sliema għal għaxar darbiet, Glorja.

5. Nitolbuk, Mulej Ġesù, bis-saħħa tal-ħmistax-il misteru tal-ħajja, mewt, passjoni u glorja tiegħek u tal-merti ta’ Ommok Marija Santissima, li tikkonverti lill-midinbin, li tieqaf mal-moribondi, li teħles l-erwieħ mill-purgatorju u li tagħtina lkoll il-grazzja tiegħek biex inkunu nistgħu ngħixu ħajja tajba u nagħmlu mewta tajba. Nitolbu wkoll għad-dawl tal-glorja biex narawk wiċċ imb’wiċċ u nħobbuk għall-eternita’ kollha. Ammen.

Ir-Raba’ Posta

Il-mertu kbir tar-Rużarju mqaddes kif jidher mill-opri tal-għaġeb li Alla wettaq permezz tiegħu.

Il-Wieħed u Tlietin Warda

98. It-twajba Blanche ta’ Kastilja, Reġina ta’ Franza, kienet imnikkta ħafna għaliex wara tnax-il sena żwieġ kienet għadha bla tfal. Meta San Duminku mar jaraha taha parir tgħid ir-Rużarju kuljum ħalli titlob ‘l Alla jagħtiha l-grazzja li ssir omm, u hija bis-sinċerita’ għamlet kif qalilha hu. Fis-sena 1213 willdet lill-kbir tagħha, Filippu. Iżda meta t-tarbija mietet, ir-Reġina talbet l-għajnuna tal-Madonna iktar minn qatt qabel u qassmet għadd kbir ta’ kuruni lill-membri kollha tal-qorti tagħha kif ukoll lin-nies f’diversi bliet tar-renju u xtaqithom jitolbu ‘l Alla għal grazzja li din id-darba tkun sħiħa. Din ingħatat lilha għax fl-1215 twieled San Lwiġi, il-prinċep li kellu jkun il-glorja ta’ Franza u eżempju għar-rejiet Insara.

99. Alfonsu VIII, Re ta’ Aragona u Kastilja, kien qiegħed jgħaddi ħajja bla kont u għalhekk Alla kkastigah b’diversi modi, u kellu jfittex kenn f’belt ta’ wieħed minn sħabu.

San Duminku inzerta kien qiegħed f’din il-belt f’jum il-Milied u, bħal ma kien dejjem jagħmel, jippriedka fuq ir-Rużarju u tkellem fuq il-grazzji li naqilgħu permezz ta’ din id-devozzjoni. Fost ħwejjeġ oħra hu semma li dawk li jgħidu r-Rużarju bil-qalb jegħlbu lill-għedewwa tagħhom u jieħdu lura kull ma jkunu tilfu.

Ir-re qagħad jisma’ b’attenzjoni u bagħat għal San Duminku biex jistaqsih jekk dak li kien qal dwar ir-Rużarju kienx tabilħaqq minnu. Il-Qaddis tah il-kelma li xejn ma sata’ jkun aktar minnu, u li jekk hu jħaddan din id-devozzjoni u jidħol fil-Konfraternita’, hu kien jara b’għajnejh stess. Ir-re qatagħha li jgħid ir-Rużarju kuljum u ppersevera jagħmel dan għal sena. Sewwasew fil-Milied ta’ wara, il-Madonna dehritlu hekk kif temm jgħid r-Rużarju u qaltlu: “Alfonsu, inti qdejtni għal sena billi għedt ir-Rużarju tiegħi bil-ħerqa kuljum, mela jien ġejt inħallsek. Jiena qlajtlek il-maħfra ta’ dnubietek mingħand Ibni. Sejra nagħtik din il-kuruna; ilbisha, u nwegħdek li ħadd mill-għedewwa tiegħek ma jerġa’ jista’ jagħmillek xi ħsara.”

Il-Madonna għebet u ħalliet ir-re ferħan se jtir u qalbu mqawwija mhux ftit; dlonk mar ifittex lir-reġina biex jgħarrafha kollox dwar ir-rigal tal-Madonna u l-wegħda marbuta miegħu. Huwa missilha l-kuruna ma’ għajnejha, għax kienet għamiet, u reġgħet ħadet id-dawl.

Ftit taż-żmien wara, ir-re ġabar xi truppi u bil-ħila ta’ sħabu ħabat bi qlubija għall-għedewwa tiegħu. Hu ġegħilhom jagħtuh lura l-art li kienu ħadulu u jpattu għal dak li kienu ħadulu. Hu ħarbathom waħda sew, u tant rebaħ gwerer li suldati kienu jiġu minn kullimkien biex jiġġieldu taħt l-istendard tiegħu, għaliex kull darba li kien imur f’battalja, tista’ tgħid li kien se jirbaħ hu.

Mhux ta’ min jistgħaġeb b’dan, għaliex huwa qatt ma kien imur jiġġieled bla ma qabel jgħid ir-Rużarju bil-qalb għal irkupptejh. Huwa għamel żgur li l-membri kollha tal-qorti tar-renju jingħaqdu fil-Konfraternita’ tar-Rużarju Mqaddes u ħabrek biex l-uffiċċjali u l-qaddejja tiegħu jkunu devoti lejn ir-Rużarju.

Ir-reġina wkoll daħlet fil-Konfraternita’, u hija u żewġha pperseveraw fis-servizz tal-Verġni Mbierka u t-tnejn għexu ħajja tassew qaddisa.

It-Tnejn u Tletin Warda

100. San Duminku kellu kuġin jismu Don Perez jew Pedro, li kien qed jgħix ħajja mill-agħar. Meta sama’ li kuġinuh kien qed jippriedka fuq l-għeġubijiet tar-Rużarju u sar jaf li bosta erwieħ kkonvertew u kienu biddlu ħajjithom permezz tiegħu, qal, “Kont qtajt jiesi għal kollox li nsalva iżda issa qiegħed nerġa’ nibda nqawwi qalbi. Jeħtieġ li akkost ta’ kollox nisimgħu lil dan ir-raġel t’Alla.”

Għalhekk, jum fost l-oħrajn, mar jisma’ waħda mill-priedki ta’ San Duminku. Malli l-qaddis lemħu, beda jfajjar kontra d-dnub bi ħrara liema bħalha u minn qiegħ qalbu talab ‘l Alla biex idawwal lil kuġinuh u jurih f’liema qagħda tal-biża’ kienet tinsab ruħu.

Għall-ewwel, Don Perez bħal inħasad iżda m’għamilhiex f’rasu li jbiddel ħajtu. Ġie għal darb’oħra biex jisma’ lill-Qaddis jippriedka u dan tal-aħħar, fehem li qalb hekk iebsa daqs ta’ kuġinuh setgħet biss titrattab b’xi ħaġa tal-għaġeb, għajjat b’leħen għoli, “Sidi Ġesù, agħmel li din il-ġemgħa kollha kemm hi tara l-qagħda tar-raġel li għadu kif daħal fid-dar tiegħek.”

F’għamża t’għajn kulħadd beda jara li Don Perez kien imdawwar dawra mejt minn qatta’ xjaten b’sura ta’ bhejjem waħxin li kienu qegħdin iżommuh bi ktajjen ħoxnin tal-ħadid. In-nies ħarbu ma’ kullimkien imwerwrin għall-aħħar u Don Perez nnifsu beża’ aktar minnhom meta ra kif kulħadd kien stmerru. San Duminku qal lil kulħadd biex jibqgħu bilwieqfa bla ma jitħarrku u qal lil kuġinuh: “Ja msejken li int, agħraf il-qagħda ta’ għajb li tinsab fiha, u ntefa’ f’riġlejn il-Madonna. Aqbad din il-kuruna, għidha bil-qalb u b’indiema sħiħa għal dnubietek kollha, u agħmel riżoluzzjoni li tbiddel ħajtek.”

Mela Don Perez niżel għal irkupptejh u qal ir-Rużarju; imbagħad ħass il-ħtieġa li jqerr, u għamel hekk b’indiema soda. San Duminku ordnalu jgħid ir-Rużarju kuljum; dan wiegħed li jgħidu u inkiteb fil-Konfraternita’ tar-Rużarju. Meta ħareġ mill-knisja wiċċu ma kienx aktar ta’ min jistkerrhu iżda kien mixgħul b’dija bħal wiċċ t’anġlu.

Minn dak iż-żmien ‘il quddiem baqa’ dejjem jgħid bid-devozzjoni r-Rużarju mqaddes, għex ħajja nisranija kif imiss u għamel mewta tajba.

It-Tlieta u Tletin Warda

101. Meta San Duminku kien qed jippriedka r-Rużarju ħdejn Carcassone ġabulu Albiġensjan li kien invażat bix-xjaten. San Duminku ħelsu minnhom quddiem ġemgħa ġmielha ta’ nies; naħsbu ‘l fuq minn tnax -il elf ruħ kienu ġew jisimgħuh jippriedka. Ix-xjaten li kienu jaħkmu lil dan l-imsejken raġel kienu mġegħlin iwieġbu l-mistoqsijiet ta’ San Duminku minkejja fihom. Stqarrew li:

  1. kien hemm ħmistax-il elf minnhom fil-ġisem ta’ dan l-imsejken raġel, billi kien ħadha kontra l-ħmistax-il misteru tar-Rużarju;
  2. meta jippriedka r-Rużarju inissel biża’ u twerwir fil-qiegħ nett tal-infern u li kien sewwasew hu r-raġel li kienu jobgħodu l-iżjed fid-dinja kollha minħabba li kien jaħtfilhom l-erwieħ bis-saħħa tad-devozzjoni lejn ir-Rużarju mqaddes.
  3. Huma kixfu diversi ħwejjeġ oħra.

San Duminku xeħet il-kuruna tar-Rużarju tiegħu madwar għonq l-Albiġensjan u staqsa lix-xjaten jgħidulu min, mill-qaddisin kollha fis-sema, kien il-wieħed li jibżgħu minnu l-aktar, u li għalhekk għandu jkun l-iżjed wieħed maħbub u meqjum quddiem il-bnedmin.

Malli saqsihom dan, tant bdew iwerżqu twerżiq infernali li l-biċċa l-kbira tan-nies waqgħu mal-art maħkumin bil-biża’. Imbagħad fil-malizzja tagħhom kollha sabiex ma jweġbux, ix-xjaten infexxew jibku u jingħu b’mod hekk ta’ ħasra li bosta minn dawk in-nies infaqgħu jibku huma wkoll, imqanqlin minn ħniena naturali. Ix-xjaten tkellmu b’fomm l-Albiġensjan, u talbuh b’leħen li jaqsamlek qalbek: “Duminku, Duminku, ikollok ħniena minna, nagħtuk il-kelma tagħna li qatt ma mmissuk.”

“Inti dejjem tħenn għall-midinbin u għal min jinsab fil-hemm; ħenn għalina għax ninsabu mħabbtin bl-ikrah. Diġa’ qegħdin inbatu bl-aħrax, mela għaliex togħxa tkompli tgħarraqna? Mhux biżżejjed għalik it-tbatijiet li qed insofru? Ikollok ħniena minna! Ikollok ħniena minna!”

102. San Duminku ma tqanqalx nitfa għal dan il-kliem ta’ ħniena mill-ispirti ħżiena u fissrilhom li ma kienx ser iħallihom qabel ma jkunu wieġbu għall-mistoqsija tiegħu. Imbagħad tarrfulu li kienu sejrin iwieġbuh b’mod li San Duminku biss seta’ jismagħhom. Dan tal-aħħar baqa’ jżomm iebes li kellhom iwieġbu ċar u b’leħen għoli. Imbagħad ix-xjaten siktu u ma ridux jgħidu kelma oħra, u b’hekk urew indifferenza sħiħa għall-kmand ta’ San Duminku.

Għalhekk hu nieżel għal irkupptejh u talab kif ġej lill-Madonna: “O l-aktar glorjuża Verġni Marija, nitolbok bil-qawwa tar-Rużarju mqaddes, ordna lil dawn l-għedewwa tal-bnedmin iweġbuni.”

Bilkemm laħaq temm din it-talba li fjamma mħeġġa ma qabżitx minn widnejn, minn imniffsejn u minn ħalq l-Albiġensjan. Kulħadd beda jirtogħod bil-biża’, iżda n-nar ma waġġa’ lil ħadd. Imbagħad ix-xjaten għajtu: “Duminku, aħna nitolbuk, f’ġieħ il-passjoni ta’ Ġesù Kristu u f’ġieħ Ommu l-Imqaddsa u l-qaddisin kollha, ħallina noħorġu minn ġo dan ir-raġel bla ma nitkellmu iżjed, għaliex l-anġli jwieġbu l-mistoqsija tiegħek xħin trid. Wara kollox, aħna m’aħniex giddibin – mela allura x’kien li trid temminna issa? Tħabbatniex aktar; ikollok ħniena minna.”

“Ħażin għalikom ja spirti ħżiena li mhux ta’ min jismagħkom,” wissa San Duminku, u waqt li niżel għal irkupptejh talab lill-Verġni Mbierka: “O Omm tal-Għerf, l-aktar li jistħoqqlok, jiena qiegħed nitlob għan-nies miġbura hawnhekk li diġa’ tgħallmu jgħidu tajjeb it-Tislima tal-Anġlu. Nitolbok, għas-salvazzjoni ta’ dawn hawnhekk miġbura, ġiegħel lil dawn l-għedewwa tiegħek biex jistqarru l-verita’ hawn u issa quddiem din il-ġemgħa.

Bilkemm laħaq San Duminku temm din it-talba li ma rax hemm fi qribu sew lill-Verġni Mbierka mdawra minn għadd kbir ta’ anġli. Messet lir-raġel imxajtan b’virga dehbija li kellha f’idiha u qalet, “Wieġbu lill-qaddej tiegħi Duminku minnufih, (Wieħed irid ikun jaf li n-nies la raw u lanqas semgħu lill-Madonna, iżda lil San Duminku biss.)

103. Hawn ix-xjaten infexxew iwerżqu:

“O, inti li int il-għadu tagħna, il-waqgħa tagħna u l-qerda tagħna, għaliex ġejt mill-ġenna biex taħqarna hekk bl-ikrah? O avukata tal-midinbin, inti li tisraqhom saħansitra minn ħalq l-infern, inti li int it-triq li twassal fi żgur għall-ġenna, għandna aħna, minkejja fina, ngħidu s-sewwa kollu u nistqarru quddiem kulħadd min hu li jwaqqagħna għall-mistħija u jeqridna? O għajb għalina, prinċpijiet tad-dlamijiet.

“Mela iftħu widnejkom tajjeb, intom l-Insara. Din l-Omm ta’ Ġesù Kristu hija mogħnija b’kull setgħa u tista’ teħles lill-qaddejja tagħha milli jaqgħu fl-infern. Hija x-xemx li tħarrab lid-dalma tal-qerq kollu u tal-brikkunati tagħna. Hija li tikxef il-pjani moħbija tagħna, li tfarrak in-nases tagħna u xxejjen sħiħ it-tentazzjonijiet tagħna.

“Ikollna nistqarru, għalkemm kontra qalbna, li ebda ruħ li baqgħet tassew taqdiha sal-aħħar qatt ma ntilfet hawn ġew magħna; tnehida waħda biss li hi toffri lis-Santissima Trinita’ tiswa wisq aktar mit-talbiet kollha, mix-xewqat u x-xenqat tal-qaddisin kollha. Aħna nibżgħu minnha aktar milli nibżgħu mill-qaddisin l-oħra kollha flimkien fil-ġenna u ma għandna l-ebda qawwa fuq l-qaddejja fidili tagħha.

“Ħafna Nsara li jsejħulha fis-siegħa ta’ mewthom u li fis-sewwa jkollhom għax jintilfu skont ir-regoli ordinarji tagħna, tarahom jinħelsu bl-interċessjoni tagħha. U kieku dik Marietta (hekk sejħulha fil-għadab tagħhom) ma ħarbitilniex il-pjani u l-isforzi tagħna, kieku ilna ħafna li għelibna lill-Knisja u kissirniha, u konna niżguraw li l-Ordnijiet kollha fil-Knisja kienu jaqgħu fl-iżball u jiċħdu twemminhom.

“La darba aħna mġegħlin nitkellmu, irridu ngħidulkom ukoll li ħadd li jibqa’ jgħid ir-Rużarju ma jintilef, għaliex hija taqla’ għall-qaddejja tagħha l-grazzja li jagħmlu indiema sinċiera għal dnubiethom u bis-saħħa ta’ hekk jiksbu l-maħfra u l-ħniena.”

104. Imbagħad San Duminku talab lill-ġemgħa kollha jgħidu r-Rużarju bil-mod ħafna u b’devozzjoni kbira u ġrat ħaġa tal-għaġeb: ma’ kull Sliema li huwa u n-nies bdew jgħidu flimkien, numru kbir ta’ xjaten bdew ħerġin ‘il barra mill-ġisem tal-imsejken raġel taħt sura ta’ faħmiet ħomor nar. Meta x-xjaten kienu tkeċċew kollha u l-eretiku kien fl-aħħar ħieles minnhom għal kollox, il-Madonna, li kienet għadha moħbija minn għajnejhom, tat il-barka tagħha lill-ġemgħa, u għal dan imtlew bil-ferħ.

Permezz ta’ dan il-miraklu għadd kbir ta’ eretiċi ikkonvertew u ssieħbu fil-Konfraternita’ tar-Rużarju Mqaddes.

L-Erbgħa u Tletin Warda

105. Tista’ tgħid li huwa impossibli tagħti l-ġieħ mistħoqq lir-rebħiet li l-Konti Simon de Montfort kiseb kontra l-Albiġensjani taħt il-ħarsien tal-Madonna tar-Rużarju. Dawn ir-rebħiet huma tant famużi li d-dinja qatt ma rat xi ħaġa li toqgħod ħdejhom. Jum wieħed għeleb għaxat elef eretiku b’qawwa ta’ ħames mitt raġel; u darb’oħra għeleb lil tlitt elef bi tletin raġel biss; fl-aħħarnett bi tmien mitt suldat tal-kavallerija u elf suldat tal-art ħarbat għal kollox lill-armata tar-Re ta’ Aragona li kienet tgħodd mitt elf raġel, u min-naħa tiegħu tilef biss suldat wieħed tal-kavallerija, u tmien suldati!

106. Il-Madonna ħarset ukoll lil Alan de l’Avallay, kavallier mill-Bretanja, minn perikli koroh. Huwa wkoll kien qed jiġġieled għall-Fidi kontra l-Albiġensjani. Jum fost l-oħrajn, meta sab ruħu mdawwar min kull naħa mill-għedewwa tiegħu, il-Madonna ġiegħlet mija u ħamsin blata jitgerbu għal fuq l-għedewwa tiegħu u huwa nħeles minn taħt idejhom.

Jum ieħor, meta x-xini tiegħu beda jagħmel l-ilma u kien wasal biex jegħreq, din l-Omm tajba ġagħlet li mija u ħamsin għolja żgħira jfiġġu b’miraklu ‘l fuq mill-ilma u bis-saħħa tagħhom waslu l-Bretanja qawwijin u sħaħ. Biex jirringrazzja lill-Madonna għall-mirakli li hija kienet għamlet miegħu bi tweġiba għar-Rużarju tiegħu ta’ kuljum, hu bena monasteru f’Dinan għar-reliġjużi tal-ordni l-ġdid ta’ San Duminku, u wara li daħal reliġjuż hu nnifsu, miet mewta qaddisa f’Orleans.

107. Othère, li kien ukoll suldat tal-Bretanja, minn Vaucouleurs, sikwit kien joħroġ rebbieħ fuq qtajjiet sħaħ ta’ eretiċi jew ħallelin, hu u jżomm il-kuruna fuq driegħu u fuq il-maqbad tas-sejf tiegħu. Darba waħda, wara li kien rebħilhom, l-għedewwa tiegħu stqarru li kienu raw is-sejf tiegħu jiddi b’qawwa kbira u li darb’oħra kienu lemħu tarka fuq driegħu u li fuqha dehru xbihat ta’ Sidna Ġesù Kristu, tal-Madonna u tal-qaddisin. Din it-tarka għamlitu inviżibbli u tatu s-saħħa biex jaħbat għalihom kif imiss.

Darb’oħra għeleb għoxrin elf eretiku b’għaxar ġemgħat biss u mingħajr ma tilef raġel wieħed biss. Din il-ħaġa hekk laqtet lill-ġeneral tal-armata tal-eretiċi, li wara fittex lil Othère, ċaħad l-ereżija tiegħu u xandar bil-miftuħ li fil-ħin tat-taqbida kien rah imdawwar dawra mejt minn xwabel bi fjammi ħerġin minnhom.

Il-Ħamsa u Tletin Warda

108. Il-Beatu Alan jirrakonta li ċertu Kardinal Pierre, li l-knisja titulari tiegħu kienet dik ta’ Santa Marija lil hinn mit-Tevere, kien ħabib sew ma’ San Duminku u minn għandu kien tgħallem devozzjoni sħiħa lejn ir-Rużarju mqaddes. Bħala riżultat ta’ dan, tant sar iħobbu li qatt ma waqaf ifaħħru b’għaxqa ta’ qalbu, u ma’ kull min kien jiltaqa’, erħilu jqawwilu qalbu ħalli jħaddnu. Maż-żmien intbagħat bħala Legat fl-Art Imqaddsa lill-Insara li kienu qegħdin jitqabdu mal-Misilmin. Tant irnexxielu jikkonvinċi lill-armata Nisranija bil-qawwa tar-Rużarju, li lkoll kemm kienu bdew jgħiduh u talbu ħafna biex is-sema jieqaf magħhom f’taqbida li kienu jafu li l-għadu kellu bil-bosta ħafna ġellieda aktar minnhom. U fil-fatt, l-armata tagħhom ta’ tlett elef għalbet ‘l-għadu li kien jgħodd mitt elf suldat.

Kif rajna, ix-xjaten għandhom biża’ tremend mir-Rużarju. San Bernard jistqarr li t-Tislima tal-Anġlu ġġegħilhom jaħarbu u triegħed l-infern kollu kemm hu. Il-Beatu Alan jgħid li huwa ra bosta erwieħ jinħelsu mill-jasar tax-xitan wara li kienu qabdu d-drawwa tar-Rużarju mqaddes, ukoll jekk qabel huma kienu biegħu ġisimhom u ruħhom lilu billi ċaħdu l-wegħdiet tal-magħmudija u l-lealta’ tagħhom lejn Sidna Ġesù Kristu.

Is-Sitta u Tletin Warda

109. Fl-1578 waħda mara minn Anvers biegħet ruħha lix-xitan u kienet iffirmat il-kuntratt b’demmha stess. Wara ftit taż-żmien bdiet tħoss tniggiż kbir tal-kuxjenza u ġietha xewqa ħerqana li tpatti għal dan l-għamil faħxi. Għalhekk fittxet konfessur ħanin u għaqli biex issir taf kif setgħet tinħeles mill-qawwa tax-xitan.

Hi sabet saċerdot għaref u qaddis li taha parir tmur fil-kunvent tad-Dumnikani għand Patri Enriku, id-direttur tal-Konfraternita’ tar-Rużarju Mqaddes, biex titolbu jiktibha fiha u biex tqerr għandu. Allura marret tistaqsi għalih iżda ltaqgħet, mhux ma’ Patri Enriku, iżda max-xitan taħt sura ta’ Patri Dumnikan. Dan tal-aħħar ċanfarha bil-kbir u fissrilha li hija qatt ma setgħet tittama li terġa’ taqla’ l-grazzja t’Alla kemm iddum ħajja, u li bl-ebda mod ma setgħet tħassar dak li kienet iffirmat. Għal dan hija sewdet qalbha mhux ftit iżda ma qatgħetx qalbha mill-ħniena t’Alla u mill-ġdid fittxet lil Patri Enriku, iżda għat-tieni darba sabet ma’ wiċċha lix-xitan li reġa’ taha ċanfira. Marret lura għat-tielet darba u hekku, fl-aħħar, bil-Providenza Divina, sabet lil Patri Enriku nnifsu, is-saċerdot li kienet qed tfittex, u dan wera lejha mogħdrija li ma bħalha, u ħeġġiġha tintelaq f’idejn il-ħniena t’Alla u tagħmel qrara tajba. Huwa mbagħad daħħalha fil-konfraternita’ u qalilha tgħid ir-Rużarju sikwit.

Jum wieħed, waqt li patri Enriku kien qed iqaddes għaliha, il-Madonna ġiegħlet lix-xitan jagħtiha lura l-kuntratt li hija kienet iffirmat. B’hekk inħelset mix-xitan bis-setgħa ta’ Marija u bid-devozzjoni tagħha lejn ir-Rużarju mqaddes.

Is-Sebgħa u Tletin Warda

110. Wieħed nobbli li kellu diversi bniet daħħal waħda minnhom f’monasteru laxk fejn is-sorijiet kienu moħħhom biss fil-vanita’ u pjaċiri. Il-konfessur tas-sorijiet, min-naħa l-oħra, kien saċerdot ħabrieki u kellu mħabba kbira għar-Rużarju mqaddes. Billi xtaq jieħu taħt idejh lil din is-soru sabiex tgħix ħajja aħjar, ordnalha tgħid ir-Rużarju kuljum f’ġieħ il-Verġni Mbierka waqt li timmedita fuq il-ħajja, il-passjoni u l-glorja ta’ Ġesù Kristu.

Hija ntrabtet bil-ferħa li tibqa’ tgħid ir-Rużarju u bil-mod il-mod bdiet tistmerr id-drawwiet ħżiena ta’ ħutha s-sorijiet. Bdiet trawwem fiha mħabba għas-silenzju u għat-talb u dan minkejja l-fatt li l-oħrajn kienu jmaqdruha u jżebilħuha u jgħajruha miġnuna.

Kien f’dawn il-jiem li wieħed saċerdot qaddis li kien qed iżur il-kunvent, ra dehra stramba waqt li kien qed jagħmel il-meditazzjoni; ra soru f’kamritha, mitlufa fit-talb, għal irkupptejha quddiem Sinjura ta’ ġmiel li ma jitfissirx, u din kienet imdawra mill-anġli. Dawn tal-aħħar kellhom lanez ta’ fjammi li bihom bdew iżommu lura gozz xjaten li riedu jidħlu ġewwa. Dawn l-ispirti ħżiena mbagħad ħarbu lejn il-kmamar tas-sorijiet l-oħra taħt sura ta’ bhejjem moqżieża.

Bis-saħħa ta’ din id-dehra s-saċerdot sar jaf bil-qagħda kerha tal-monasteru u tant indiehex li ħassu għoddu se jmut bil-għali. Hu bagħat għar-reliġjuża żagħżugħa u ħeġġiġha tibqa’ titlob. Waqt li beda jirrifletti dwar is-siwi tar-Rużarju qatagħha li jipprova jtejjeb il-ħajja tas-sorijiet bis-saħħa tiegħu. Huwa xtara għadd ta’ kuruni sbieħ u ta waħda lil kull soru, u talabhom biex jgħidu r-Rużarju kuljum; u wegħidhom li, kieku kellhom biss jgħiduh bis-serjeta’, huwa ma kienx sejjer jipprova jġegħilhom ibiddlu ħajjithom. Għalkemm tista’ tidher ħaġa tal-għaġeb u stramba, is-sorijiet qagħdu għal dan il-ftehim u ferħu li ngħataw il-kuruna tar-Rużarju u tawh il-kelma li jgħiduh. Bil-ftit il-ftit huma bdew iħallu d-drawwiet fiergħa u dinjija tagħhom fil-waqt li bdew jagħtuha għas-silenzju u għall-meditazzjoni. F’inqas minn sena, kollha kemm huma talbu biex issir riforma fil-monasteru.

Mela r-Rużarju ġab tibdiliet f’qalbhom aktar milli sata’ jseħħlu jġib is-saċerdot billi jwiddibhom u jordnalhom.

It-Tmienja u Tletin Warda

111. Waħda kontessa Spanjola li kienet tgħallmet ir-Rużarju mqaddes mingħand San Duminku, kienet tgħidu kuljum bis-sinċerita’ u b’riħet hekk bdiet għaddejja ‘l quddiem ġmielha fil-ħajja spiritwali tagħha. Billi l-ħsieb waħdieni tagħha kien kif tagħmel biex tasal għall-perfezzjoni, talbet wieħed isqof li kien predikatur imsemmi biex jgħidilha xi devozzjonijiet li setgħu jgħinnuha ssir perfetta.

L-isqof fissrilha li qabel ma sata’ jagħtiha xi parir riedet tgħidlu x’kien l-istat ta’ ruħha u x’kienu d-drawwiet reliġjużi tagħha, Hija wieġbet li d-drawwa l-iżjed importanti tagħha kienet ir-Rużarju mqaddes l kienet tgħidu kuljum bil-meditazzjoni fuq il-Misteri tal-Ferħ, tat-Tbatija u tal-Glorja, u li din id-drawwa sabitha ta’ siwi kbir għal ruħha.

L-isqof ried itir bil-ferħ huwa u jismagħha tfisser it-tagħlim imprezzabbli li jħaddnu l-misteri. “Jiena ilni duttur tat-teoloġija għoxrin sena,” stqarr mgħaġġeb, “u qrajt bosta kotba mill-aħjar fuq drawwiet differenti ta’ devozzjonijiet. Iżda qatt qabel ma ltqajt ma’ waħda aħjar minn din jew li taqbel daqshekk mal-ħajja Nisranija. Mil-lum ‘il quddiem ser nimxu fuq l-eżempju tiegħek, u nippriedka r-Rużarju.”

Tant kellu suċċess li fi żmien qasir ra lid-djoċesi tiegħu taqleb għall-aħjar. L-immortalita’ u l-ġibdiet ta’ kull xorta tad-dinja nħassu li naqsu, kif naqas ukoll il-logħob tal-flus. Seħħu bosta ġrajjiet tal-għaġeb fejn l-erwieħ reġgħu ħaddnu l-Fidi; jew ta’ midinbin li għamlu tajjeb għad-deni tagħhom, u ta’ erwieħ oħra li ddeċidew bis-serjeta’ li jaqtgħu l-ħajja tal-vizzju. Il-ħrara reliġjuża u l-imħabba Nisranija bdew jieħdu r-ruħ. Dawn il-bidliet jgħaġġbu iktar meta wieħed jara li dan l-isqof kien ilu għal xi żmien jitħabat biex jirriforma d-djoċesi tiegħu iżda ftit li xejn kien irnexxielu.

Bil-għan li jnisslilhom aħjar f’qalbhom id-devozzjoni tar-Rużarju, l-isqof kien jilbes ukoll fuqu l-kuruna tar-Rużarju sabiħa f’ġenbu u kien dejjem juriha lill-ġemgħa fil-priedki tiegħu. Kien jistqarr: “Ħuti għeżież f’Ġesù Kristu, jiena duttur tat-teoloġija u duttur tal-liġi, kemm dik kanonika kif ukoll dik ċivili, imma jiena ngħidilkom, bħala isqof tagħkom, li iżjed inħossni kburi x’ħin nilbes il-kuruna tar-Rużarju tal-Verġni Mbierka milli x’ħin nilbes l-ilbies dinjituż episkopali jew it-toga akkademika tiegħi.”

Id-Disgħa u Tletin Warda

112. Wieħed saċerdot mid-Danimarka kien iħobb jgħid li l-istess titjib li l-isqof Spanjol kien ra fid-djoċesi tiegħu kien seħħ ukoll fil-parroċċa tiegħu stess. Kien dejjem itenni l-istorja tiegħu b’ferħ kbir f’qalbu għaliex tant kienet tagħti glorja ‘l Alla. Qal:

“Kont ippridkajt mill-aħjar li stajt u semmejt ħafna aspetti tal-Fidi qaddisa tagħna u qbadt kull argument li stajt naħseb fih biex nġiegħel lin-nies ibiddlu ħajjithom, iżda ma rnexxilix. Fl-aħħar iddeċidejt li nippriedka r-Rużarju mqaddes. Fissirt lill-ġemgħat tiegħi kemm huwa prezzjuż u għallimthom kif jgħiduh. Jiena nistqarr li wara li għallimthom japprezzaw din id-devozzjoni, fi żmien sitt xhur kien hemm bidla li tinħass.

“Kemm hu tabilħaqq minnu li din it-talba mogħtija minn Alla għandha qawwa divina li tmissilna qalbna u timliena bil-biża’ tad-dnub u b’imħabba għall-virtu’!”

Jum wieħed il-Madonna għarrfet lill-Beatu Alan: “Hekk kif Alla għażel it-Tislima tal-Anġlu biex isseħħ l-Inkarnazzjoni tal-Verb tiegħu u l-fidwa tal-bnedmin, hekk ukoll kull min irid iġib tibdiliet għat-titjib morali u jrid li n-nies titwieled mill-ġdid f’Ġesù Kristu, għandu jqim lilu u jilqgħani bl-istess tislima. Jiena l-kanal li minnu Alla wasal għand il-bnedmin, u għalhekk, wara Ibni Ġesù Kristu huwa permezz tiegħi li l-bnedmin għandhom jiksbu l-grazzja u l-virtu’.

113. Jiena, li qed nikteb dan, tgħallimt mill-esperjenza tiegħi nnifsi li r-Rużarju għandu s-setgħa jikkonverti saħansitra lil dawk il-qlub ibsin żonqor. Naf nies li marru għall-missjonijiet u semgħu priedki fuq suġġetti li tassew ikexkxuk, iżda lanqas biss ma tqanqlu ħarira; u b’danakollu, wara li bil-parir tiegħi bdew jgħidu r-Rużarju kuljum, ikkonvertew u taw lilhom infushom kollha kemm huma’l Alla.

Meta kont immur lura mill-ġdid ħalli nżur lil dawk il-parroċċi fejn kont nagħmel missjonijiet jiena kont nara bidla tal-għaġeb fihom: fil-parroċċi fejn in-nies kienu qatgħu jgħidu r-Rużarju, il-biċċa l-kbira minnhom kienu reġgħu tawha għall-ħajja tad-dnub, fil-waqt li f’dawk il-postijiet fejn ir-Rużarju kien jingħad bis-sinċerita’ sibt li n-nies baqgħu jipperseveraw fil-grazzja t’Alla u mexjin ‘il quddiem fil-virtu’ jum wara l-ieħor.

L-Erbgħin Warda

114. Il-Beatu Alan de a Roche, Patri Jean Dumont, Patri Thomas, il-ġrajjiet miktuba ta’ San Duminku u kittieba oħrajn li raw dawn il-ħwejjeġ b’għajnejhom stess jitkellmu dwar il-konverżjonijiet li jsaħħruk u li seħħu permezz ta’ din id-devozzjoni tal-għaġeb. Midinbin kbar, kemm irġiel u kemm nisa, ikkonvertew wara għoxrin, tletin jew erbgħin sena ta’ dnub u ta’ vizzji ħorox. M’inix ser nirrakuntalkom dawk li rajt b’għajnejja stess għaliex ma nixtieqx intawwal wisq dan il-ktieb; hemm diversi raġunijiet l-għala jkun aħjar jekk ma nitħadditx fuqhom.

Għażiż qarrej, jekk titħarreġ f’din id-devozzjoni u tippridkaha, inti titgħallem iżjed, mill-esperjenza tiegħek, milli minn kotba spiritwali, u tithenna bil-ħlas mingħand il-Madonna skont il-wegħdiet li hija għamlet lil San Duminku, lill-Beatu Alan de la Roche u lil dawk kollha li jħeġġu għal din id-devozzjoni li hija tant għal qalbha. Għax ir-Rużarju jgħallem lin-nies il-virtujiet ta’ Ġesù u Marija, u jwassalhom għat-talb mentali, biex jimitaw lil Ġesù Kristu, biex jersqu sikwit lejn is-sagramenti, biex jipprattikaw il-virtujiet veri u biex imiddu jdejhom għal kull xorta ta’ għemil tajjeb. Hu jgħinna wkoll biex nirbħu ħafna indulġenzi tal-għaġeb li n-nies ma tafx bihom għaliex min jippriedka din id-devozzjoni rari jsemmihom u jikkuntenta lilu nnifsu li jagħmel priedka sabiħa fuq ir-Rużarju li ħafna drabi jfaħħruha iżda ftit li xejn tkun ta’ tagħlim.

115. Fl-aħħar, ngħidilkom biss, flimkien mal-Beatu Alan de la Roche, li r-Rużarju huwa għajn u l-maħżen ta’ grazzji bla għadd.

  1. Il-midinbin jinħafrulhom dnubiethom;
  2. Dawk li għandhom l-għatx isibu ilma frisk;
  3. Dawk li huma mxekklin jinħelsu;
  4. Dawk li jibku jsibu l-hena;
  5. Dawk li huma ttentati jsibu l-paċi;
  6. Dawk li huma fil-bżonn isibu l-għajnuna;
  7. Ir-reliġjużi jgħixu ħajja aħjar;
  8. Dawk li ma jafux ikunu mgħallmin;
  9. Il-ħajjin jitgħallmu jrażżnu l-bruda spiritwali;
  10. Il-mejtin jittaffulhom it-tbatijiet bis-suffraġji.

Il-Madonna darba qalet lill-Beatu Alan: “Irrid li dawk li huma devoti lejn ir-Rużarju tiegħi jkollhom il-grazzja u l-barka ta’ Ibni tul ħajjithom, fil-pont tal-mewt, u wara mewthom. Irridhom ikunu meħlusin mill-jasar kollu biex ikunu qishom slaten, bil-kuruna fuq rashom u bix-xettru f’idhom, u jsaltnu fil-glorja ta’ dejjem. Ammen.”

Il-Ħames Posta

Kif tgħid ir-Rużarju b’mod xieraq.

II-Wieħed u Erbgħin Warda

116. Dak li jogħġob ‘l Alla u jmisslu qalbu hu mhux it-tul tat-talba, iżda l-ħrara li biha tingħad. Sliema waħda biss li tintqal kif jixraq tiswa aktar minn mija u ħamsin li jingħadu ħażin. Ħafna Kattolici jgħidu r-Rużarju, il-ħmistax-il misteru kollha jew ħamsa minnhom, jew tal-inqas xi ftit posti. Mela kif inhi li ftit ħafna minnhom jaqtgħu d-dnub u jimxu ‘l quddiem fil-ħajja spiritwali, jekk mhux għaliex m’humiex jgħiduh kif għandhom jgħiduh.

117. Hija ħaġa tajba li aħna nixtarru kif imissna nitolbu jekk tassew irridu nogħġbu ‘l Alla u nsiru aktar qaddisin.

1. L-ewwel, biex wieħed jgħid ir-Rużarju bil-fidi, irid ikun fil-grazzja t’Alla jew ta’ lanqas irid ikollu fehma sħiħa li jaqta’ d-dnub il-mejjet, għaliex it-teoloġija kollha tagħna tgħallimna li għemejjel tajbin u t-talb m’humiex ħlief għemejjel mejtin jekk magħmula fi stat ta’ dnub il-mejjet. Mela la jistgħu jogħġbu ‘l Alla u lanqas jistgħu jgħinuna niksbu l-ħajja ta’ dejjem. Kif tgħid l-Iskrittura: “It-tifħir fuq fomm il-midneb hu barra minn postu.” (Ekkles. 15).

It-tifħir t’Alla u t-tislima tal-anġlu u t-talbha nfisha ta’ Ġesù Kristu, ma jogħġbux ‘l Alla meta jingħadu minn midinbin bla ndiema.

“Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini ġieħ, imma qalbhom hija ‘l bogħod minni.” (Mk 7:6)

Dawk li jidħlu fil-Konfraternità tiegħi (jgħid Ġesù Kristu), li jgħidu r-Rużarju kuljum, iżda mingħajr ma jisgħob bihom għal dnubiethom, ikunu qed iqimuni bix-xufftein biss u l-qalb tagħhom hija ‘l bogħod minni.

2. Għadni kif stqarrejt li wieħed irid “għallanqas ikollu fehma sħiħa li jaqta’ d-dnub il-mejjet,”

(1) għaliex li kieku kien minnu li Alla jisma’ biss it-talb ta’ dawk li jinsabu fi stat ta’ grazzja jiġi minnu wkoll li n-nies fi stat ta’ dnub il-mejjet m’għandhomx għalfejn jitolbu xejn. Dan huwa tagħlim żbaljat li hu ikkundannat minn Ommna l-Knisja Mqaddsa, billi, m’għandniex xi ngħidu, il-midinbin jinħtieġilhom jitolbu ħafna iżjed min-nies twajba. Li kieku din id-duttrina kerha kienet minnha, kieku kien ikun bla siwi u fieragħ tħajjar lill-midneb jgħid ir-Rużarju, għaliex qatt ma kien ikunlu ta’ ġid;

(2) għaliex jekk dawn jissieħbu ma’ waħda mill-Konfraternitajiet tal-Madonna  u jgħidu r-Rużarju jew xi talba oħra, iżda mingħajr ma jkollhom l-iċken ħsieb li jaqtgħu d-dnub, jissieħbu mal-qatgħa ta’ devoti foloz. Dawn id-devoti mżattin u bla ndiema, li jistaħbew taħt il-mantell tagħha, bil-labtu madwar għonqhom u bir-Rużarju f’idejhom, jgħajtu: “Verġni Mbierka, Omm twajba, Sliem għalik, Marija!” u b’danakollu fl-istess nifs bi dnubiethom qed isallbu lil Sidna Ġesù Kristu u jtertqulu laħmu mill-ġdid. Hija traġedja kbira, iżda mill-fillieri tal-Konfraternitajiet l-iktar qaddisa tal-Madonna, l-erwieħ qegħdin jaqgħu fin-nirien tal-infern.

118. Aħna minn qalbna nitolbu ‘l kulħadd jgħid ir-Rużarju: it-tajbin biex jipperseveraw u jikbru fil-grazzja ‘l Alla; il-midinbin biex jindmu minn dnubiethom. Iżda allaħares li aħna kellna qatt inqawwu qalb ta’ midneb, hekk li jaħseb li l-Madonna sejra tħarsu taħt il-mantell tagħha, jekk jibqa’ miġbud lejn id-dnub, għax imbagħad jinbidel f’mantell ta’ telfien li jostorlu dnubietu minn għajnejn il-pubbliku. Ir-Rużarju, li huwa mediċina għall-mard kollu tagħna, imbagħad jinbidel f’velenu li joqtol. Corruptio optimi pessima. “L-agħar huwa t-taħsir ta’ dak li hu l-aħjar.”

L-għaref Kardinal Hugues jistqarr li wieħed għandu tabilħaqq ikun safi daqs anġlu biex jersaq lejn il-Verġni Mbierka u jgħid it-Tislima tal-Anġlu. Jum fost l-oħrajn, il-Madonna dehret lil wieħed raġel ħazin li kien imdorri jgħid ir-Rużarju kuljum. Urietu skutella bi frott sabiħ fiha, iżda din l-iskutella nfisha kienet miksija bi qżież. Ir-raġel tkexkex x’ħin ra dan u l-Madonna fissritlu:

Inti b’dan il-mod qiegħed tqimni taf! Qed tagħtini ward sbejjaħ ġo skutella moqżieża. Taħseb inti li jien nista’ nilqa’ rigali ta’ din ix-xorta?”

It-Tnejn u Erbghin Warda

119. Sabiex nitolbu tajjeb, mhux biżżejjed li nitolbu dak li nkunu neħtieġu permezz ta’ l-aqwa talba fost kollha, ir-Rużarju, iżda għandna wkoll nitolbu b’moħħna fuq dak li qegħdin ngħidu, għaliex Alla aktar jisma’ lil-leħen tal-qalb milli l-leħen tal-fomm. Meta nfittxu d-distrazzjonijiet waqt it-talb nuru nuqqas kbir ta’ qima u ġieħ; nagħmlu r-Rużarji tagħna ma jroddux frott u nkunu ħatjin ta’ dnub.

Kif nistgħu nistennew li Alla jismagħna jekk aħna nfusna ma nkunux attenti għal dak li qegħdin ngħidu? Kif nistgħu nistennew li jieħu gost jekk meta nkunu quddiem il-Maestà tiegħu tal-għaġeb nehdew bi ħwejjeġ li jtellfuna, bħalma t-tfal jiġru wara l-friefet? L-erwieħ li jagħmlu hekk jitilfu l-grazzji t’Alla u dawn imbagħad jinbidlu f’saħtiet, għaliex ikunu qed jitolbu bla qima.

“Misħut il-bniedem li jagħmel xogħol il-Mulej b’nofs kedda.” (Ġer 48: 10).

120. M’għandniex xi ngħidu, ma tistax tgħid ir-Rużarju bla ma jiġuk xi ftit distrazzjonijiet mingħajr ma tridhom; u hija ħaġa tqila tgħid saħansitra Sliema waħda bla ma moħħok jiġri bik xi naqra, għax moħħna qatt ma jieqaf; iżda tista’ tgħidu mingħajr ma trid distrazzjonijiet u tista’ tilqa’ minn qabel b’ħafna modi ħalli tnaqqas id-distrazzjonijiet li ma tridx u biex trażżan l-immaġinazzjoni tiegħek.

Biex tagħmel hekk, qiegħed lilek innifsek fil-preżenza t’Alla u stħajjel li Alla u Ommu Mqaddsa qegħdin għassa tiegħek u li l-Anġlu kustodju tiegħek qiegħed wieqaf fuq il-lemin tiegħek, biex iwassal is-Slimiet tiegħek, jekk inti tgħidhom sew, u jinqeda bihom bħala ward biex bihom idomm kuruni għal Ġesù u Marija.

Iżda ftakar li fuq ix-xellug tiegħek hemm ix-xitan lest biex jaqbeż fuq kull Sliema li tmur in-naħa tiegħu u jiktibha fil-ktieb tal-mewt tiegħu, dawk li ma tkunx għidt bl-attenzjoni, bil-qalb u bil-qima. Fuq kollox la tinsiex toffri kull posta f’ġieħ wieħed mill-misteri u waqt li qed tgħidha pprova ġib quddiem għajnejk lil Ġesù u lil Marija skont ma jkollhom x’jaqsmu f’dak il-misteru.

121. Naqraw fil-ħajja tal-Beatu Hermann tal-Ordni tal-Premonstratensjani li għal xi żmien, meta kien jgħid ir-Rużarju bl-attenzjoni u bil-qalb waqt li kien jimmedita fuq il-misteri, il-Madonna kienet tidhirlu tiddi b’maestà u sbuħija li jsaħħru. Iżda maż-żmien din il-ħrara tiegħu birditlu u dara jgħid ir-Rużarju bil-għaġġla u bla ma jagħtih dik l-attenzjoni sħiħa. Imbagħad, jum fost l-oħrajn, il-Madonna dehritlu mill-ġdid – biss din id-darba ma kienet sabiħa xejn u wiċcha kien kollu mkemmex u miġbud bin-niket. Il-Beatu Hermann twerwer b’din il-bidla li ra fiha, u mbagħad il-Madonna fissritlu, “Dan hu kif jiena nidher għalik, Hermann, għaliex f’ruħek hekk qiegħed timxi miegħi, qisni xi mara taż-żebliħ u ma niswa xejn. Il-għala m’għadekx tilqagħni b’qima u b’attenzjoni u taħseb fuq il-misteri tiegħi u tfaħħar il-privileġġi tiegħi?”

It-Tlieta u Erbgħin Warda

122. Meta r-Rużarju jintqal kif inhu xieraq, jagħti lil Ġesù u lil Marija glorja akbar u jikseb ukoll aktar ġieħ għar-ruħ minn kull talba oħra. Iżda huwa wkoll l-itqal talba biex tgħidha bil-galbu u biex tibqa’ tgħidha, l-iżjed minħabba d-distrazzjonijiet li għoddhom bilfors jiġuna bit-tennija bla waqfien tal-istess kliem.

Meta ngħidu l-Uffiċċjn ċ-ċkejken tal-Madonna, jew is-Seba’ Salmi Penitenzjali, jew xi talb ieħor barra r-Rużarju, it-tiżwiq tal-kliem u tal-espressjonijiet iżommna attenti, ma jħallix lil moħħna jiġri minn ħsieb għal ieħor, u għalhekk ikun eħfef għalina li ngħiduhom sewwa. U bil-maqlub, minħabba li nirrepetu l-ħin kollu il-Missierna u s-Sliema bl-istess forma li ma tinbidilx, hija ħaga tqila, meta ngħidu r-Rużarju, li ma ngħejjewx u nħossuna bin-ngħas, jew inkella li nduru għal talb iehor li jkun aktar varjat u li jdejjaqna inqas. Dan kollu jixhed li wieħed jeħtieġ ikollu devozzjoni ferm akbar biex ikompli jgħid ir-Rużarju milli biex jgħid kwalunkwe talba oħra, saħansitra s-Salmi ta’ David.

123. Moħħna, li bilkemm jaf joqgħod b’sabru minuta waħda, jagħmel din il-biċċa xogħol aktar iebsa u mbagħad, m’għandniex xi ngħidu, hemm ix-xitan li qatt ma jgħejja jipprova jtajrilna l-ħsieb tagħna u jżommna milli nitolbu. X’ma jagħmilx kontrina x-xitan waqt li aħna ukunu mehdijin ngħidu r-Rużarju kontra tiegħu.

Ta’ bnedmin li aħna, malajr ngħejjew u nsiru traskurati, iżda x-xitan ikabbar dan it-tfixkil meta nkunu qegħdin ngħidu r-Rużarju. Saħansitra qabel biss ma nkunu bdejna, iġegħilna nħossuna mdejqin, distratti jew għajjenin mejta; u meta nkunu bdejna nitolbu, jaħbat għalina minn kull naħa; u meta, wara ħafna tfixkil u ħafna distrazzjonijiet, inkunu spiċċajna, ifesfsilna f’widnejna: “Dak li għadek kemm tlabt ma jiswa xejn. Ma tieħu xejn meta inti tgħid ir-Rużarju. Aħjar tehda bi ħwejjeġ oħra. Hu kollu ħela ta’ żmien li titlob bla ma tqis x’inti tgħid; ikun jaqbillek ħafna iżjed li tagħmel nofs siegħa meditazzjoni jew inkella taqra xi ħaġa spiritwali. Għada meta ma tkunx qed tħossok daqshekk mitluq, titlob aħjar; mela ħalli li fadallek mir-Rużarju għal għada.” Ix-xitan jilgħabna bi skużi bħal dawn biex iġegħilna naqtgħu r-Rużarju għal kollox jew li ngħiduh inqas spiss; u aħna nibqgħu nħalluh għal darb’oħra, jew naqilbu għal xi devozzjoni oħra.

124. Għażiż ħabib tal-Konfraternità tar-Rużarju, la tagħtix widen għax-xitan, iżda qawwi qalbek, ukoll jekk l-immaġinazzjoni tiegħek baqgħet tiġri bik matul ir-Rużarju kollu, u timlielek moħħok b’elf ħsieb li jaljenak; sakemm inti tkun għamilt mill-aħjar li stajt biex teħles minnhom malli jiġuk. Ftakar dejjem li l-aħjar Rużarju huwa dak mogħni bl-aqwa mertu, u hemm iżjed mertu li titlob meta tħossha ħaġa tqila milli meta tħossha ħaġa ħafifa. It-talb huwa dejjem aktar iebes meta jkun, nitkellmu ta’ bnedmin li aħna, itiegħem qares għar-ruħ u mimli b’dak in-nemel u d-dubbien ċkejken nebbiexi jiġru ‘l hawn u ‘l hem f’moħħkom, bla ma tridu, u li bilkemm iħallilkom l-ħin tgawdu ftit tal-paċi u tgħożżu s-sbuħija ta’ dak li qegħdin tgħidu.

125. Ukoll jekk inti trid tehodha mad-distrazzjonijiet tul ir-Rużarju kollu, ara li tiġġieled ta’ raġel, bl-armi f’idejk: jiġifieri, la tiqafx tgħid ir-Rużarju tiegħek ukoll jekk taraha bi tqila li tgħidu u ma tara ebda sinjal ta’ devozzjoni. Din hija taqbida qalila, jiena naf, iżda hija taqbida li tkun ta’ fejda għar-ruħ fidila. Jekk intiterħi l-armi: jiġifieri, jekk titlaq ir-Rużarju, tkun qed turi li tlift u mbagħad, ladarba jkun rebaħ, ix-xitan iħallik għal riħek u f’jum il-ġudizzju huwa jiġi jixlik minħabba l-infedeltà u n-nuqqas ta’ ħila tiegħek. “Min huwa fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna.” (Lq 16:10).

Ir-ruħ li teħodha bil-qawwa kollha kontra l-iċken distrazzjoni meta tgħid saħansitra l-iqsar talba, teħodha wkoll bil-qawwa kollha ma’ ħwejjeġ kbar. Nistgħu nserrħu rasna dwar dan għaliex stqarrulna l-Ispirtu s-Santu.

Mela intom Ikoll, servjenti u qaddejja ta’ Sidna Ġesù Kristu u tal-Vergni Mbierka, li għamiltu f’moħħkom li tgħidu r-Rużarju kuljum, qawwu qalbkom. La tħallux lill-geġwigija ta’ dubbien (hekk insejħilhom jien id-distrazzjonijiet li jaħbtu għalikom waqt it-talb) iġegħlukom tinfirdu mill-kumpanija ta’ Ġesù u ta’ Marija, li fil-preżenza mqaddsa tagħhom tkunu meta tgħidu r-Rużarju. F’dan li ġej, jiena sejjer nagħtikom xi pariri ta’ kif innaqsu d-distrazzjonijiet waqt it-talb.

L-Erbgħa u Erbgħin Warda

126. Wara li inti tkun tlabt lill-Ispirtu s-Santu biex jgħinek tgħid ir-Rużarju sew, qiegħed lilek innifsek għal ftit fil-prezenza t’Alla u offri l-posti kif sejjer infissrilkom aktar ‘il quddiem.

Qabel ma tibda posta, ieqaf għal mument jew tnejn, jiġi minn kemm għandek ħin, u aħseb fuq il-misteri li tkun sejjer tqim f’dik il-posta. Qis li dejjem titlob ‘l Alla bis-saħħa ta’ dan il-misteru u bl-interċessjoni tal-Verġni Mbierka, għal waħda mill-virtujiet li l-aktar tispikka f’dan il-misteru jew waħda li inti teħtieġ l-iżjed.

Oqgħod b’seba’ għajnejn biex taħrab iż-żewġ okkazjonijiet ta’ periklu li fihom jaqgħu l-biċċa l-kbira tal-erwieħ matul ir-Rużarju. L-ewwel okkazjoni ta’ periklu hija meta dak li jkun ma jitlob għal ebda grazzja, hekk li kieku wieħed kellu jistaqsi ‘l xi nies għal liema fehma qegħdin jgħidu r-Rużarju ma jkunux jafu jwieġbu. Mela, kull darba li tgħid ir-Rużarju, qis li titlob għal xi grazzja jew virtù speċjali, jew li jkollok is-saħħa li tegħleb xi dnub.

It-tieni ħtija li tiġri ta’ spiss meta jingħad ir-Rużarju hi li moħħhom ikun biss f’li jeħilsuh kemm jista’ jkun malajr. Dan jiġri għaliex ħafna minna jħarsu lejn ir-Rużarju bħala tagħbija, li hija tqila ħafna meta nkunu għadna ma għidniehx, l-iktar jekk inkunu wegħidna li ngħiduh regolarment jew għaliex ikun ġie mogħti lilna bħala penitenza ftit jew wisq kontra qalbna.

127. Huwa ta’ swied il-qalb tara kif jgħidu r-Rużarju ħafna min nies. Huma jgħiduh iġri u ġerri, mingħajr ma jleħħnu l-kliem kollu. Lanqas b’xejn ma nistennew li xi ħadd, imqar kien bniedem l-aktar importanti, jaħseb li tislima ta’ nofs kedda bħal din hija kumpliment għalih, u minkejja dan aħna naħsbu li Ġesù u Marija se jkunu onorati biha!

Mhux għaġeb, mela, li t-talb l-iżjed sagru tar-reliġjon qaddisa tagħna donnu ma jroddux frott, u li wara li ngħidu eluf ta’ Rużarji, insibu li għadna fl-istess ilma ta’ qabel.

Għażiż ħabib tal-Konfraternità, nitolbok li tnaqqas mill-għaġġla li tiġik bla ma tintebaħ u li tagħmel waqfa f’nofs il-Missierna u s-Sliema, u waqfiet iqsar bejn il-kliem tal-Missierna u s-Sliema li mmarkajt b’salib, kif ġej:

Missierna li inti fis-smewwiet, + jitqaddes ismek, + tiġi saltnatek, + ikun li trid int, + kif fis-sema hekkda fl-art. + Ħobżna ta’ kuljum, + agħtina llum, + aħfrilna dnubietna, + bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, + u la ddaħħalniex fit-tiġrib, + iżda eħlisna mid-deni. Ammen. +

Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, + il-Mulej miegħek, + imbierka inti fost in-nisa, + u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. + Qaddisa Marija, Omm Alla, + itlob għalina midinbin, issa + u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.+

Għall-ewwel tista’ ssibha bi tqila li toqgħod tieqaf minħabba d-drawwa ħażina tiegħek li tgħid it-talb bil-ġirja; iżda posta waħda li tgħid bil-ġabra b’dan il-mod tkun tiswa iżjed minn eluf ta’ Rużarji li jingħadu iġri u ġerri, mingħajr ebda waqfa jew riflessjoni.

128. Il-Beatu Alan de la Roche u kittieba oħra, inkluż fosthom Robert Bellarmine, isemmu l-ġrajja ta’ kif wieħed konfessur tajjeb ta parir lil tlieta mill-penitenti tiegħu, li nzertaw kienu aħwa bniet, li jgħidu r-Rużarju kuljum bla waqfien għal sena sħiħa. Dan kien biex ikunu jistgħu jinsġu Ibiesi sbieħ ta’ glorja għall-Madonna bis-saħħa tar-Rużarju tagħhom. Dan kien sigriet li s-saċerdot sar jaf bih mis-sema.

Mela t-tliet aħwa qalu r-Rużarju bil-fedeltà għal sena u fil-festa tal-Purifikazzjoni l-Madonna dehritilhom bil-lejl meta kienu f’kamarthom. Santa Katerina u Sant’ Anjeże kienu magħha u hija kienet liebsa libsa tlellex bid-dawl, u fuqha kien hem miktub b’ittri tad-deheb il-kliem “Sliem għalik, Marija, bil-grazzja mimlija”. Il- Madonna resqet fuq l-oħt il-kbira u qaltilha: “Insellimlek, binti, għaliex int sellimtli hekk sikwit u hekk bil-ħlewwa. Irrid nirringrazzjak għall-ilbiesi sbieħ li nsiġtli.” Iż-żewġ qaddisin verġni li kienu maġenb il-Madonna irringrazzjawha wkoll u mbagħad it-tlieta li huma għebu.

Siegħa wara, il-Madonna u l-istess żewġ qaddisin reġgħu dehrulhom, iżda din id-darba kienet liebsa libsa ħadra li la kellha kliem tad-deheb u lanqas kienet tlellex. Hija resqet fuq il-fustanija u radditilha ħajr għal-libsa li kienet nisġitilha meta qalet ir-Rużarju. Billi din l-oħt kienet rat lill-Madonna tidher lill-kbira liebsa bil-wisq isbaħ, talbitha tfissrilha x’kienet ir-raġuni. Il-Madonna wieġbet:

“Oħtok għamlitli ħwejjeġ isbaħ għaliex hija kienet qiegħda tgħid ir-Rużarju aħjar minnek.”

Xi siegħa wara dan, dehret lill-iżgħar waħda mill-aħwa liebsa biċċiet imċarrtin u maħmuġin. “Binti,” qaltilha, “irrid nirringrazzjak għal dawn il-ħwejjeġ li nsiġtli.” It-tifla faret bil-mistħija u għajtet:

“O Sultana tiegħi, kif stajt inlibbsek hekk ħażin? Nitolbok taħfirli. Jekk jogħġbok islifni ftit żmien ieħor ħalli nagħmillek libsa sabiħa billi ngħid ir-Rużarju aħjar.” Il-Madonna u ż-żewġ qaddisin għebu, u ħallew lit-tifla b’qalbha maqsuma. Din stqarret kull ma kien ġara lill-konfessur tagħha u huwa ħegġiġha tgħid ir-Rużarju għal sena oħra u tgħidu aktar bil-qalb minn qatt qabel.

Ma’ tmiem din it-tieni sena, fl-istess jum tal-Purifikazzjoni, il-Madonna liebsa libsa li ssaħħrek u mill-ġdid akkumpanjata minn Santa Katerina u Sant’Anjeze, b’kuruna fuq rashom, reġgħu dehrulhom fil-għaxija. Hija qaltilhom: “Jiena ġejt biex ngħarrafkom li sa fl-aħħar irbaħtu l-ġenna, u kollha kemm intom se jkollkom ix-xorti kbira li tmorru hemm għada.” It-tlieta li huma għajtu: “Qalbna lesta, Sultana l-aktar għażiża; qalbna lesta għal kollox.” Imbagħad id-dehra għebet. Dak il-lejl stess mardu u għalhekk bagħtu għall-konfessur tagħhom li għamlilhom il-griżma tal-morda u huma raddewlu ħajr għad-drawwa qaddisa li kien qabbadhom. Wara l-kumpieta, il-Madonna dehret ma’ ġemgħa kbira ta’ verġni u qaltilhom biex ilibbsu lit-tliet aħwa b’ilbies abjad. Waqt li l-anġli infexxew ikantaw, “Ejjew għarajjes ta’ Ġesù Kristu, ilqgħu l-kuruni li tħejjew għalikom għall-eternità kollha,” huma ħallew din id-dinja.

Minn din il-ġrajja nistgħu nisiltu xi veritajiet importanti:

  1. Kemm jiswa li jkollna direttur tajjeb li jagħtina parir naqbdu drawwiet qaddisa, l-iżjed dik tar-Rużarju Mqaddes;
  2. Kemm jiswa li ngħidu r-Rużarju bl-attenzjoni u bil-qalb;
  3. Kemm hija twajba u ħanina l-Verġni Mbierka ma’ dawk li jindmu mill-imgħoddi u jagħmlu fehma sħiħa li jgħixu ħajja aħjar;
  4. Kemm għandha qalbha kbira meta tħallasna fil-ħajja, fil-mewt u fl-eternità għas-servizzi żgħar li nagħtuha bil-fedeltà.

Il-Ħamsa u Erbgħin Warda

129. Nixtieq inżid li r-Rużarju għandu jingħad bil-qima – jiġifieri għandu jingħad kemm jista’ jkun għarkupptejna, bis-swaba’ ta’ idejna f’xulxin inżommu l-kuruna. Madankollu, jekk ma tkunx tiflaħ, tista’ naturalment tgħidu fis-sodda; jew, jekk xi ħadd qed jivvjaġġa jista’ jgħidu waqt li qed jimxi; jekk għal xi raġuni ma tistax toqgħod għarkupptejna tista’ tgħidu bil-wieqfa jew bil-qegħda. Ir-Rużarju jista’ jingħad saħansitra fuq ix-xogħol, jekk id-dmirijiet tiegħek ma jħallukx titlaq xogħlok, għaliex xogħol tal-idejn mhux bilfors ma jaqbilx mat-talb tal-fomm.

M’għandniex xi ngħidu, la r-ruħ għandha l-limitazzjonijiet tagħha li tista’ tasal biss sa ċertu livell, meta nkunu qed nagħmlu xogħol tal-idejn inkunu anqas attenti għall-affarijiet spiritwali, bħalma hu t-talb. Iżda meta ma nkunux nistgħu nagħmlu mod ieħor, dan it-tip ta’ talb mhux bla siwi f’għajnejn il-Madonna u hija aktar tħallas ir-rieda tajba tagħna milli l-għemejjel esterjuri tagħna.

130. Nagħtikom parir li tqassmu r-Rużarju fi tliet partijiet u li tgħidu kull damma ta’ ħames posti f’ħin differenti tal-ġurnata. Dan huwa ferm aħjar milli wieħed jgħid il-ħmistax-il posta f’daqqa. Jekk ma tistgħux issibu ħin li tgħidu ħames posti tar-Rużarju kollu f’daqqa, għiduh naqra naqra, posta ‘l hawn u posta ‘l hinn; b’hekk, minkejja ix-xogħol u l-ħtiġiet l-oħra tagħkom, intom jirnexxilkom tgħidu r-Rużarju kollu qabel tidħlu fis-sodda.

San Franġisk ta’ Sales jagħtina eżempju tajjeb tassew ta’ fedeltà f’din il-ħaġa: darba waħda meta kien għajjien ħafna biż-żjajjar ta’ matul il-jum u ftakar qrib nofs il-lejl li kien għad fadallu jgħid xi ftit posti tar-Rużarju, niżel għarkupptejh u qalhom qabel ma daħal fis-sodda, minkejja l-isforzi kollha tas-segretarju tiegħu li rah li kien għajjien mejjet u li talbu bil-ħniena biex iħalli l-bqija tat-talb tiegħu għall-għada.

Imxu wkoll fuq il-fedeltà, il-qima u d-devozzjoni tal-patri qaddis li jissemma’ fil-ġrajja ta’ San Frangisk u li dejjem kien jgħid ħames posti tar-Rużarju b’qima u devozzjoni qabel l-ikla ta’ nofsinhar. Jiena semmejt dan iktar qabel f’dan il-ktieb.

Is-Sitta u Erbgħin Warda

131. Mill-ħafna modi kif wieħed jista’ jgħid ir-Rużarju Mqaddes, il-mod li jagħti l-aktar glorja lil Alla, il-mod li l-iktar jagħmel ġid lil ruħna u li l-aktar li jwerwer lix-xitan huwa dak meta aħna ngħidu jew inkantaw ir-Rużarju fil-pubbliku f’żewġ kori.

Alla jieħu gost mhux ftit meta n-nies jinġemgħu flimkien biex jitolbu. L-anġli u l-beati jingħaqdu biex ifaħħruh bla heda. It-tajbin fuq l-art, miġbura f’diversi komunitajiet, jitolbu flimkien lejl u nhar. Sidna Ġesù Kristu irrikmanda dan il-mod ta’ talb lill-appostli u lid-dixxipli tiegħu, u wiegħed li fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismu, hemm ikun hu f’nofshom.

Kemm hi ħaġa li tgħaxxaq li jkollna lil Ġesù Kristu f’nofsna! U kull ma rridu nagħmlu biex jiġi fostna huwa li ngħidu r-Rużarju. Hu minħabba dan li l-Insara tal-bidu kienu sikwit jinġabru flimkien ħalli jitolbu minkejja l-persekuzzjonijiet tal-Imperaturi u minkejja li ma kellhomx permess jiltaqgħu. Kienu aktar jagħżlu li jissugraw il-mewt milli li jonqsu għal-laqgħat tagħhom flimkien, fejn kien ikun hemm preżenti Sidna Ġesù.

132. Dan il-mod ta’ talb hu tal-akbar ġid għalina għaliex:

  1. Normalment moħħna jkun aktar attent waqt it-talb ta’ flimkien milli meta  nitolbu għal rasna;
  2. Meta nitolbu flimkien, it-talba ta’ kull wieħed issir it-talba ta’ kulħadd u  lkoll flimkien ma nagħmlux ħlief talba waħda, hekk illi, jekk bniedem ma jitlobx kif imiss, xi ħaddiehor fl-istess grupp li jitlob aħjar jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas. Bl-istess mod, dawk li huma b’saħħithom iwieżnu lill-batuti; dawk li huma mħeġġin idawlu ‘l dawk li huma berdin; il-għonja jagħnu ‘l-fqajrin; il-ħżiena jitħalltu mat-tajbin. Kif jista’ jinbiegħ kejl ta’ ħortan? Dan jista’ jsir bla tbatija ta’ xejn billi wieħed iħalltu ma’ erba’ jew ħamest ibramel ta’ qamħ tajjeb.
  3. Meta wieħed jgħid ir-Rużarju għal rasu jikseb biss il-merti ta’ Rużarju wieħed; iżda meta jgħidu flimkien ma’ tletin ruħ oħra, hu jikseb il-merti ta’ tletin Rużarju. Din hija l-liġi tat-talb flimkien. Kemm nirbħu, kemm huwa ta’ fejda dan il-mod!
  4. Urbanu VIII kien kuntent ħafna bil-mod li d-devozzjoni lejn ir-Rużarju Mqaddes nfirxet għal Ruma u kif kien qiegħed jingħad f’żewġ gruppi jew korijiet, l-aktar fil-kunvent ta’ Santa Maria Sopra Minerva, u żied indulgenza ta’ mitt jum, toties quoties, għal kull darba li r-Rużarju jingħad f’żewġ korijiet. Dan qiegħed fid-dokument tiegħu Ad perpetuam rei memoriam tas-sena 1626. Għalhekk, kull darba li tgħidu r-Rużarju flimkien, taqilgħu indulgenza ta’ mitt jum.
  5. It-talb pubbliku huwa ħafna aktar qawwi mit-talb privat biex intaffu l-qilla t’Alla u naqilgħu l-ħniena tiegħu, u Ommna l-Knisja Mqaddsa, mnebbħa mill-Ispirtu s-Santu, dejjem tirrikmandah fi żminijiet ta’ diżastri u disgrazzji kbar.

Fil-Bolla tiegħu dwar ir-Rużarju, il-Papa Girgor XIII jiddikjara li għandna nemmnu, b’fidi devota, li kien permezz tat-talb pubbliku u l-purċissjonijiet tal-membri tal-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes li seħħet ir-rebħa glorjuża fuq il-flotta Torka f’Lepanto, rebħa li Alla ta lill-Insara nhar fl-ewwel Ħadd l’Ottubru 1571.

133. Meta r-Re Lwigi l-Ġust, li t-tifkira tiegħu għadha ħajja, kien qiegħed jassedja La Rochelle, fejn l-eretiċi rivoluzzjonarji kellhom il-fortizza tagħhom, kiteb lil ommu fejn talabha li jsir talb pubbliku biex hu joħroġ rebbieħ. Ir-Reġina Omm qatgħetha li jingħad ir-Rużarju pubblikament ġewwa Pariġi fil-knisja tad-Dumnikani ta’ Faubourg Saint-Honoré, u dan tmexxa mill-arċisqof ta’ Pariġi. Dan inbeda fl-20 ta’ Mejju 1628.

Kemm ir-Reġina kif ukoll ir-Reġina Omm kienu preżenti flimkien mad-Duka ta’ Orleans, mal-Kardinal de la Rochefoucault u mal-Kardinal de Bérulle, u ma’ diversi prelati oħrajn. Il-kortiġjani ġew bi ħġarhom kif ukoll kotra kbira ta’ nies komuni. L-arċisqof qara b’leħen għoli l-meditazzjoni tal-misteru u mbagħad beda l-Missierna u s-Sliema ta’ kull posta, u l-kongregazzjoni ta’ reliġjużi u lajċi jirrispondu. Fi tmiem ir-Rużarju inġarret solennment f’purċissjoni statwa tal-Verġni Mbierka huma u jkantaw il-litanija tal-Madonna.

Din id-devozzjoni kompliet bi ħrara tal-għaġeb kull nhar ta’ Sibt u ntemmet bi grazzja ċara mis-sema, għaliex f’Jum il-Qaddisin Kollha tal-istess sena ir-re għeleb lill-Ingliżi fil-gżira ta’ Ré u daħal rebbieħ ġo La Rochelle. Dan kollu juri s-setgħa kbira tat-talb flimkien.

134. Fl-aħħar nett, ir-Rużarju juwa ferm aktar qawwi kontra x-xitan meta jingħaqad fil-pubbliku, għaliex b’dan it-talb flimkien tkun armata sħiħa li qed taħbat għalih. Sikwit jista’ joħroġ rebbieħ fuq it-talb wieħed waħdu, iżda jekk dak it-talb jingħaqad ma’ dak ta’ oħrajn, ix-xitan ikollu jitħabat ferm aktar biex joħroġ rebbieħ. Hija ħaġa ħafifa li taqsam għasluġ wieħed waħdu, iżda jekk inti trassu ma’ oħrajn biex tagħmel qatta’, ma jkunx jista’ jinqasam. Vis unita fit fortior. “Fil-għaqda s-saħħa.” Is-suldati jingħaqdu flimkien f’armata ħalli jegħilbu ‘l-għedewwa tagħhom; nies ħżiena ta’ sikwit jinġabru flimkien għal laqgħat ta’ ħażen u żfin; l-ispirti ħżiena jingħaqdu biex itellfulna ruħna. Mela, imbagħad, għaliex l-insara m’għandhomx jingħaqdu flimkien biex ikollhom lil Ġesù Kristu preżenti fosthom, biex itaffu l-korla t’Alla, biex jiġbdu fuqhom il-barka u l-ħniena tiegħu, u biex ifixklu u jegħilbu lix-xitan b’qawwa akbar?

Għażiż ħabib tal-Konfraternità, sew jekk inti toqgħod fil-belt jew fir-raħal, ħdejn il-knisja parrokkjali jew qrib xi kappella, mur hemm għallanqas kull filgħaxija, dejjem bil-permess tal-kappillan, flimkien ma’ dawn kollha li jridu jgħidu r-Rużarju f’żewġ korijiet. Jekk ma tistax tinqeda bi knisja jew kappella, għidu r-Rużarju flimkien fid-dar tiegħek stess jew f’ta’ xi ġar.

135. Din hija drawwa qaddisa li Alla fil-ħniena tiegħu waqqaf f’postijiet fejn jiena ippridkajt missjonijiet, biex iħares u jkattar il-ġid li joħroġ minn dawn il-missjonijiet u ma jsirux dnubiet aktar. Qabel mar-Rużarju qabad art f’dawn l-ibliet u fi rħula ċkejknin, kien isir żfin u laqgħat ta’ ħażen; kienu qabdu sewwa I-libertinaġġ, il-frugħa, id-dagħa, it-tilwim, u l-ġlied bejn il-familji; ma kontx tisma’ ħlief kanzunetti ħżiena u kliem doppju sens. Imm’issa ma tismax ħlief innijiet u l-kant tal-Missierna u tas-Sliema. Il-ġemgħat waħdanin li tara huma dawk ta’ għoxrin, tletin jew mitt ruħ, u iżjed ukoll, li f’ħin miftiehem, ikantaw t-tifħir lil Alla sewsew kif jagħmlu r-reliġjużi.

Hemm saħansitra postijiet fejn ir-Rużarju jingħad flimkien kuljum, fi tliet ħinijiet differenti tal-ġurnata. X’barka mis-sema din! Kif in-nies il-ħżiena ssibhom kullimkien, tistenniex li l-post fejn inti toqgħod ser ikun mingħajrhom; ikun hemm nies li ma jersqux lejn il-knisja għar-Rużarju, li saħansitra jwaqqgħuh għaċ-ċajt u li jagħmlu kulma jistgħu, b’dak li jagħmlu u jgħidu, biex iwaqqfukom milli tmorru. Iżda la taqtgħux qalbkom. Billi dawk l-erwieħ imsejkna ser ikollhom jinfirdu minn Alla u mill-ġenna għal dejjem, diġà hawn, f’din id-dinja, jkollhom jinfirdu mill-kumpanija ta’ Ġesù u tal-qaddejja tiegħu.

Is-Sebgħa u Erbgħin Warda

136. Poplu ta’ Alla, inqatgħu għal kollox u mingħajr dewmien minn dawk li qegħdin jikkundannaw lilhom infushom billi jgħixu ħajja ħażina, bil-għażż u n-nuqqas ta’ devozzjoni, u għidu sikwit ir-Rużarju bil-fidi, bl-umiltà, bit-tama u bil-perseveranza.

1. Sidna Ġesù Kristu qalilna nimxu fuq l-eżempju tiegħu u nitolbu dejjem, għaliex aħna għandna bżonn nitolbu l-ħin kollu minħabba d-dlam ta’ moħħna, l-injuranza u dgħufija tagħna u l-għadd tal-għedewwa tagħna. Kull min jagħti tassew widen għal dan il-kmandament tal-Mulej żgur ma jkunx kuntent li jgħid ir-Rużarju darba fis-sena, kif jagħmlu l-Membri Perpetwi, jew darba fil-ġimgħa, bħall-Membri Ordinarji, imma jgħidu kuljum preċett, bħall-Membri tar-Rużarju ta’ kuljum, ukoll jekk l-uniku dmir li għandu hu dak li jsalva ruħu. “Aħna għandna dejjem nitolbu bla ma naqtgħu.”

137. Dan huwa l-kliem etern ta’ Sidna Ġesù Kristu nnifsu. U għandna nemmnu kliemu u noqogħdu għalli jgħid jekk ma rridux nintilfu. Tistgħu tifhmuhom kif tridu sakemm ma tfissruhomx kif tfissirhom id-dinja u ma tħarsuhomx biss b’mod tad-dinja. Sidna Ġesù Kristu tana t-tifsira vera ta’ kliemu fl-eżempju li huwa ħallielna. “Jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.” (Ġw 13: 15). U “huwa għadda l-lejl fit-talb lil Alla,” (Lq 6:12). daqs li kieku l-jum ma kienx twil biżżejjed.

Ta’ spiss kien itenni lill-appostli tiegħu: “Isħru u itolbu.” Il-ġisem hu dgħajjef, it-tiġrib qiegħed kullimkien u dejjem madwarkom. Jekk ma tkomplux bit-talb tagħkom intom taqgħu. U billi xi wħud minnhom bid-deher ħasbu li dan il-kliem ta’ Sidna Ġesù Kristu kien biss parir, ma fehmuhx xejn il-messaġġ. Kien għalhekk li daħlu fit-tiġrib u d-dnub, avolja kienu fil-kumpanija ta’ Ġesù Kristu.

138. Għażiż sieħeb tal-Konfraternità, jekk inti trid timxi mal-kurrent u tissejjaħ tad-dinja – b’dan irrid infiehem li jekk ma jimpurtakx li taqa’ fid-dnub il-mejjet minn żmien għal żmien u wara tmur tqerr, u jekk trid taħrab dnubiet pubbliċi li d-dinja tqishom baxxi u mbagħad fl-istess ħin tagħmel dnubiet “rispettabbli” – mela, m’hemmx xi ngħidu, inti m’għandekx għalfejn titlob ħafna talb u tgħid ħafna Rużarji. Biex tkun “rispettabbli” għandek tgħid biss talba qasira filgħodu u filgħaxija, xi Rużarju ‘l hawn u ‘l hinn, li jkun ingħatalek bħala penitenza, xi ftit posti li tgħidhom bl-addoċċ u meta jkollok aptit – dak jidher biżżejjed għal persuna tad-dinja. Li kellek tagħmel inqas minn dan, kienu jittimbrawk bla kont jew libertin; li kellek tagħmel iżjed, kont tkun stramb jew fanatiku.

139. Iżda jekk inti trid tgħix ħajja tassew nisranija u trid sincerament issalva ruħek u timxi fuq il-passi tal-qaddisin u qatt ma taqa’ fid-dnub il-mejjet, jekk tixtieq tkisser in-nasbiet tax-xitan u tilqagħlu I-vleġeġ tiegħu jaqbdu bil-fjammi, għandek dejjem titlob kif għalmek u ordnalek tagħmel Sidna Ġesù Kristu.

Jekk tassew għandek għal qalbek din ix-xewqa, mela trid mill-anqas tgħid kuljum ir-Rużarju, jew xi ħaġa bħalu.

Għedt “mill-anqas” għaliex aktarx li kull ma tikseb bis-saħħa tar-Rużarju huwa li taħrab id-dnub il-mejjet u t-tiġrib. Dan jiġri għaliex inti espost għall-kurrent qawwi tal-ħażen tad-dinja li jġorr miegħu bosta erwieħ qaddisa; inti tinsab fid-dlam ċappa li jibqa’ jdur miegħek u li sikwit iqarraq saħansitra l-erwieħ l-aktar tajbin; inti imdawwar bi spirti ħżiena li billi għandhom esperjenza aktar minn qatt qabel u billi jafu li ż-żmien f’idejhom huwa qasir, jersqu b’iżjed ħażen u b’effett aqwa meta jġarrbuk.

Tkun tassew meravilja tal-grazzja miksuba bir-Rużarju Mqaddes jekk jirnexxilek ma taqax taħt dwiefer id-dinja, ix-xitan u l-ġisem u taħrab id-dnub il-mejjet u takkwista l-ħajja eterna.

140. Jekk ma tridx temmen dak li qed ngħid, għall-anqas tgħallem mill-esperjenza tiegħek stess. Nixtieq nistaqsik jekk, meta inti kont imdorri tgħid biss it-talb li s-soltu jgħidu n-nies tad-dinja, u tgħidu kif is-soltu jgħiduh huma, kellekx il-ħila taħrab minn ħtijiet u dnubiet serji li kienu gravi iżda li, fil-għama tiegħek, rajthom li ma kienu qishom xejn. Issa sa fl-aħħar jeħtiġlek tqum, u jekk trid tgħix u tmut bla dnub, għall-anqas bla dnub mejjet, itlob bla waqfien; għid ir-Rużarju tiegħek kuljum kif kienu dejjem jagħmlu l-membri meta bdiet il-Konfraternità.   

Meta il-Madonna tat ir-Rużarju lil San Duminku, hi ordnatlu li jgħidu kuljum u jħajjar oħrajn biex jgħiduh kuljum. San Duminku qatt ma ħalla ‘l ħadd jidħol fil-Konfraternità jekk dan ma kellux fehma sħiħa li jgħidu kuljum. Jekk illum in-nies jitħallew jidħlu membri Ordinarji billi jgħidu r-Rużarju darba fil-ġimgħa, dan ġej mill-fatt li l-ħeġġa battiet, u li l-imħabba birdet. Tieħu li tista’ minn wieħed li hu fqir fit-talb. “Ma kienx hekk mill-bidu.”

Hawn ta’ min jinnota tliet punti.

141. L-ewwel punt hu li jekk trid tidħol fil-Konfraternità tar-Rużarju ta’ kuljum u tieħu sehem fit-talb u fil-merti tal-membri, mhux biżżejjed li tinkiteb fir-Rużarju Ordinarju jew semplicement tiddeċiedi li tgħidu kuljum. Barra milli tagħmel dan, trid tagħti ismek lil dawk li għandhom is-setgħa jiktbuk fiha. Hija wkoll ħaga tajba ħafna li tersaq għall-qrar u għat-tqarbin għal dan l-iskop. Ir-raġuni ta’ dan hija li s-sħubija fir-Rużarju Ordinarju ma tħaddanx fiha s-sħubija tar-Rużarju ta’ kuljum, iżda din tal-aħħar tħaddan lil tal-ewwel.

It-tieni punt hu, ħalli ngħiduha kif inhi, li ma tagħmel lanqas dnub venjal jekk tonqos li tgħid ir-Rużarju kuljum jew darba fil-ġimgħa, jew saħansitra darba fis-sena.

It-tielet punt hu li kull darba li ma tgħidx ir-Rużarju minħabba l-mard, jew ubbidjenza lejn superjur leġittmu, jew inkella xi ħtieġa, jew anke għax insejt mingħajr ma taf, inti ma titlifx sehemek mill-merti u lanqas sehemek mir-Rużarji tal-membri l-oħra tal-Konfraternità. Mela, inti ma għandekx għalfejn tgħid żewġ Rużarji l-għada biex tagħmel tajjeb għar-Rużarju li tkun tlift, kif naħseb jien, bla ħtija tiegħek. Madankollu, jekk meta tkun ma tiflaħx, il-marda tiegħek tħallilek saħħa biżżejjed biex tista’ tgħid parti mir-Rużarju, dik il-parti għandek tgħidha.

“Henjin dawk li qegħdin dejjem miegħek.” “Henjin dawk li jgħammru f’darek; huma jfaħħruk għal dejjem.” Mulej Ġesù, henjin l-aħwa tal-Konfraternità tar-Rużarju ta’ kuljum li jinsabu quddiemek kuljum u fid-dwejra tiegħek f’Nazaret, f’riġlejn is-salib tiegħek fuq il-Kalvarju u madwar it-tron tiegħek fil-ġenna huma u jimmeditaw il-misteri tal-ferħ, tat-tbatija u tal-glorja. Kemm huma henjin fl-art għall-grazzji tal-għaġeb li inti tixhet fuqhom, u kemm għad ikunu henjin fil-ġenna fejn għad ifaħħruk b’mod speċjali għal dejjem ta’ dejjem.

142. 2. Ir-Rużarju għandu jingħad bil-fidi, għaliex Sidna Ġesù Kristu qal: “Emmnu li tkunu ġa qlajtuh, u jingħatalkom.” Jekk intom temmnu li taqilgħu dak li titolbu mingħand Alla, huwa jwieġeb għat-talbiet tagħkom. Huwa jgħidilkom: “Daqskemm emmintu, daqshekk ieħor ikun mogħti lilkom.” “Jekk xi ħadd jinħtieġ l-għerf, ħalli jitlob ‘l Alla, bil-fidi, u bla ma joqgħod jiddubita, u bis-saħħa tar-Rużarju tiegħu, jingħatalu dak li jitlob.”

143. 3. It-tielet, għandna nitolbu bl-umiltà bħall-pubblikan: kien għarkupptejh fl-art, fuq irkupptejh it-tnejn, mhux fuq irkoppa waħda, kif joqogħdu n-nies imkabbrin u tad-dinja, jew bi rkoppa waħda fuq il-bank quddiemu. Kien fuq in-naħa ta’ wara tal-knisja u mhux fis-santwarju bħal ma kien il-Fariżew; għajnejh kienu jħarsu ‘l isfel, għax ma kellux il-kuraġġ li jħares ‘il fuq lejn is-sema; ma qagħadx iżomm rasu merfugħa ‘l fuq u jħares madwaru bħall-Fariżew; beda jħabbat fuq sidru, jistqarr li hu midneb u jitlob il-maħfra: “Henn għalija, ghax jien midneb,” u mhux bħall-Fariżew li beda jiftaħar bl-għemejjel tajba tiegħu u li beda jkasbar lill-oħrajn fit-talb tagħhom. La tagħmlux bħall-Fariżew il-kburi li t-talba tiegħu m’għamlitx għajr twebbislu qalbu u tkattarlu l-ħtija tiegħu; imxu aktar fuq l-umiltà ta’ dak li kien jiġbor it-taxxi li t-talba tiegħu qalgħetlu l-maħfra ta’ dnubietu.

Għandkom toqogħdu ferm attenti biex ma tfittxux dak li hu straordinarju u titolbux u lanqas biss tixxenqu li tkunu tafu ħwejjeġ straordinarji, dehriet, rivelazzjonijiet jew grazzji oħra mirakolużi li Alla ġie li ta lil xi wħud mill-qaddisin huma u jgħidu r-Rużarju. Sola fides sufficit: il-Fidi weħedha hija biżżejjed issa li l-Evanġelju u d-devozzjonijiet kollha u d-drawwiet tajbin huma mwaqqfin fis-sod.

Ukoll jekk qed tħossu nixfa tar-ruħ, jekk ma għandkomx aptit titolbu u taqtgħu qalbkom, qatt tħallu barra l-anqas l-iċken parti tar-Rużarju tagħkom, għaliex dan ikun xhieda ċara ta’ kburija u nuqqas ta’ fedeltà; iżda bħala difensuri qalbenija ta’ Ġesù u Marija, għidu xorta l-Missierna u s-Sliema tagħkom fin-nixfa tagħkom, mingħajr ma taraw, tħossu jew tapprezzaw, u kkonċentraw mill-aħjar li tistgħu fuq il-misteri.

M’għandkomx tfittxu l-ħelu jew il-ġamm biex tikluh mal-ħobż ta’ kuljum, kif jagħmlu t-tfal, iżda biex timitaw b’mod aktar perfett lil Ġesù fl-agunija tiegħu tistgħu tgħidu ir-Rużarju tagħkom aktar bil-mod meta ssibha iebsa ħafna li tgħid: “Billi kien fl-agunija, talab b’ħerqa akbar” sabiex dak li ntqal dwar it-talb ta’ Sidna Ġesù meta kien fl-agunija tiegħu jkun jista’ jingħad fuqkom ukoll: talbu b’ħerqa akbar.

144. 4. Itolbu b’fiduċja sħiħa, b’fiduċja fit-tjieba u l-ġenerożità infinità t’Alla u fil-wegħdiet ta’ Ġesù Kristu. Alla huwa n-nixxiegħa ta’ ilma ħaj li nieżla bla ma tieqaf ġewwa l-qlub ta’ dawk li jitolbu. Il-Missier Etern ma jixtieq ebda ħaġa oħra daqskemm jixtieq jaqsam magħna l-ilma tal-ħajja tal-grazzja u tal-ħniena tiegħu. Qiegħed jitlobna bil-qalb: “Intom li bikom l-għatx, ejjew għall-ilma,” jiġifieri, ejjew u ixorbu min-nixxiegħa tiegħi permezz tat-talb, u meta aħna ma nitolbuhx, huwa jiddispjaċih li qegħdin ninsewh: “Telqu lili, l-għajn tal-ilma ġieri.” (Ġer 2:13).

Nogħġbu ‘l Sidna Ġesù Kristu meta nitolbuh għall-grazzji u jekk ma nitolbux, ilumna bil-ħlewwa. “Sa issa ma tlabtu xejn… itolbu u taqilgħu, fittxu u ssibu, ħabbtu u jifthulkom.” U izjed minn hekk, bil-għan li jħajjarna nafdaw fih aktar aħna u nitolbuh, rabat lilu nnifsu b’wegħda: li l-Missier Etern tiegħu jagħtina dak kollu li nitolbu f’ismu.

It-Tmienja u Erbgħin Warda

145. Bħala l-ħames punt nixtieq inżid il-perseveranza u t-talb. Dak il-bniedem biss li jippersevera li jitlob, ifittex u jħabbat, dak biss jaqla’, isib u jidħol. Mhux biżżejjed li nitolbu ‘l Alla għal ċerti grazzji għal xahar, sena, għaxar snin jew imqar għoxrin sena; m’għandna qatt ngħejjew nitolbu. Għandna nibqgħu nitolbu sas-siegħa ta’ mewtna, u wkoll f’din it-talba li tixhed il-fiduċja tagħna f’Alla, irridu ngħaqqdu l-ħsieb tal-mewt ma’ dak tal-perseveranza u nistqarru: “Ukoll li kellu joqtolni, jiena nibqa’ nafda fih”, nafda fih li huwa jagħtini dak li nitlob.

146. Nies magħrufin u għonja tad-dinja juru l-id miftuħa tagħhom billi jaraw bil-quddiem xi jkunu jixtiequ nies oħra u billi jaqduhom, saħansitra qabel ma dawna jitolbuhom dik ix-xi ħaġa. Min-naħa l-oħra, il-qalb kbira t’Alla tintwera filli huwa jġegħilna nfittxu u nitolbu, għal żmien twil, il-grazzji li jixtieq jagħtina, u aktar ma tkun għażiża l-grazzja, aktar idum biex jagħtiha:

  1. biex b’hekk ikattar din il-grazzja, saħansitra iżjed;
  2. biex iġiegħel lil min jaqlagħha jgħożżha aktar bil-qalb;
  3. biex iġiegħel lir-ruħ li taqlagħha toqgħod b’seba’ għajnejn li ma tmurx titlifha; għaliex in-nies ma jgħożżux il-ħwejjeġ li jiksbu kif ġieb u laħaq u kważi bla taħbit ta’ xejn.

Mela għeżież membri tal-Konfraternità, ipperseveraw filli titolbu ‘l Alla għall-ħtiġijiet kollha tagħkom, kemm dawk tar-ruħ u kemm dawk tal-ġisem, permezz tar-Rużarju Mqaddes; fuq kollox għandkom titolbu għall-Għerf divin li huwa teżor bla qies”, u m’għandkom l-anqas biss tiddubitaw li llum jew għada taqilgħuh, dejjem jekk ma tiqfux titolbu għalih, u ma taqtgħux qalbkom f’nofs ta’ triq. “Int fadallek ħafna x’timxi”.

Intom għad fadlilkom triq twila x’timxu, ikollkom tgħaddu minn żmenijiet koroh, ikollkom tegħilbu min jaf kemm għawġ u għedewwa qabel ma tkunu ħżintu biżżejjed teżori għall-eternità, biżżejjed Missirijiet u Slimiet li bihom tirbħu l-jedd għall-ġenna u tiksbu l-kuruna glorjuża li qed tistenna lil kull membru fidil tal-Konfraternità.

“Tħallu ‘l ħadd joħdilkom il-kuruna tagħkom”: araw li l-kuruna tagħkom ma tittiħidx minn ħaddiehor li kien aktar fidil minnkom li jgħid ir-Rużarju kuljum. “Il-kuruna tagħkom”: kienet tagħkom, Alla ppreparaha għalikom, kienet tagħkom, u intom kontu diġà rbaħtu nofsha billi għidtu r-Rużarju sewwa. Iżda billi waqaftu fit-triq meta kontu qed tiġru sewwa, ħaddieħor għaddilkom u wasal hemm l-ewwel; ħaddieħor li kien aktar bil-galbu u aktar fidil, ħallas, permezz tar-Rużarji li qal u tal-opri tajba li wettaq, dak li kien hemm bżonn biex jieħu dik il-kuruna.

“Kontu tiġru sewwa; min fixkilkom?” Min hu li ċaħħadkom milli tieħdu l-kuruna tar-Rużarju Mqaddes? Jaħasra, ħadd ħlief l-għedewwa tar-Rużarju, li huma hekk kotrana.

147. Emmnuni, huma biss il-vjolenti li jaħtfuha. Dawn il-kuruni m’humiex għall-erwieħ ġwejdin li jibżgħu mit-tinbix u mit-theddid tad-dinja, lanqas ma huma għall-għażżenin u għar-rotob li jgħidu biss ir-Rużarju tagħhom kif ġie ġie, jew bil-għaġġla, biex jgħidu li qaluh. L-istess jgħodd għan-nies li jgħiduh meta jfettlilhom, skont il-burdata. Dawn il-kuruni m’humiex għall-ġwejjef li jaqtgħu qalbhom u jċedu l-armi hekk kif jaraw l-infern ħabat qatta’ bla ħabel għar-Rużarju tagħhom.

Għeżież membri ħuti, jekk intom tridu taqdu ‘l Ġesù u ‘l Marija billi tgħidu r-Rużarju kuljum, tridu tkunu mħejjija għat-tiġrib: “Jekk tiġi biex taqdi lill-Mulej ħejji ruħek għat-tiġrib.” Eretiċi, nies li għalihom kollox jgħaddi, nies tad-dinja hekk imsejħa rispettabbli, nies b’kisja biss ta’ qdusija, kif ukoll profeti foloz, id f’id man-natura midinba tiegħek u mal-infern nnifsu kollu kemm hu – dawn kollha jitqabdu magħkom b’qawwa tal-biża’ ħalli jippruvaw iġiegħlukom taqtgħu din id-drawwa qaddisa.

148. Biex ngħinkom tkunu armati aħjar kontra l-ħbit tagħhom mhux daqstant ta’ eretiċi u nies li tafu li għalihom kollox jgħaddi, daqskemm ta’ dawk li huma “rispettabbli” f’għajnejn id-dinja, u anke ta’ nies devoti li ma jsibu ebda użu għar-Rużarju – jiena sejjer infissrilkom xi ftit mill-ħwejjeġ li dejjem jitkellmu fuqhom, u kif jaħsbuha dawn in-nies.

“X’għandu x’jgħid dan Il-lablâb?” “Ejjew nonsbulu, għax hu kontra l-għemejjel tagħna.” Għalfejn qed jgħid daqshekk Rużarji? X’inhu dak li qed dejjem igemgem dan? Ara x’għażż! Ma jagħmel xejn ħlief joqgħod iżerżaq dawk iż-żibeġ, kien jagħmel ħafna aħjar li kellu jaħdem u ma jintilifx f’dawn il-ħmerijiet. Iva, naf x’jiena ngħid, kull ma għandkom tagħmlu huwa li tgħidu r-Rużarju u x-xorti taqa’ f’ħoġorkom mis-sema. Ir-Rużarju jagħtikom kull ma tinħtieġu mingħajr ma terfgħu saba’. Iżda ma jingħadx: “Alla jgħin lil dawk li jgħinu lilhom infushom”? Għalfejn mela tintilfu wara tant talb? Brevis oratio penetrat coelos; “Talba qasira tinstama’ fis-sema.” Missierna waħda u Sliema waħda huma biżżejjed, sakemm jintqalu tajjeb. Alla qatt ma qalilna ngħidu r-Rużarju; m’għandniex xi ngħidu, hu ħaġa tajba, mhux devozzjoni ħażina meta jkollok il-ħin, iżda qatt la taħsbu għal waqt wieħed biss li l-erwieħ li jgħidu r-Rużarju huma iktar moħħhom mistrieħ mill-ġenna milli aħna aħna. Agħtu daqqa t’għajn lejn il-qaddisin li qatt ma qaluh!

Hawn wisq nies li jridu jqiegħdu ‘l kulħadd jaraw mil-lenti tagħhom infushom, nies neqsin mill-prudenza u li jwasslu kollox għall-estrem, nies skruplużi li jaraw d-dnub kważi kull fejn tħares, li jgħidu li dawk li ma jgħidux ir-Rużarju jmorru l-infern.

Da żgur, ir-Rużarju hu addattat għan-nisa xjuħ li ma jafux jaqraw. Iżda m’humiex aktar ta’ siwi l-Uffiċċju ċ-ċkejken tal-Madonna jew is-seba’ salmi penitenzjali? Hemm xi ħaġa isbaħ minn dawk is-salmi li kienu mnebbħin mill-Ispirtu s-Santu?

Intom aċċettajtu li tgħidu r-Rużarju kuljum; dan m’huwa xejn għajr nar tat-tiben, tafu li ma ttawlux. Ma jkunx aħjar li tidħlu għal inqas u tagħmluh b’fedeltà akbar? Isa, ħabib tiegħi, oqgħod fuq kelmti, għid it-talb tiegħek ta’ filgħodu u ta’ filgħaxija, aħdem iebes tul il-jum u offrih lis-sema. Alla ma jitlobx minnek aktar minn hekk. Kieku ma ridtx taqla’ l-għajxien tiegħek, kif trid tagħmel, kont tista’ tintrabat li tgħid ir-Rużarju. Iżda kif inti issa, għid ir-Rużarju fil-Ħdud u l-festi meta għandek ħin fil-wisa’, iżda mhux fil-ġranet meta trid tmur taħdem.

Iżda tabilħaqq u fis-sew, x’inti tagħmel b’par żibeġ daqsiex? Jiena rajt kuruna ta’ posta waħda biss, din hija tajba daqs waħda ta’ ħmistax-il posta. F’ġieħ id-dinja, għalfejn qiegħed iġġorrha maċ-ċintorin, ja fanatiku l’int? Għaliex mela, biex tkun għamilt kollox, ma tilbishiex madwar għonqok bħall-Ispanjoli? Dawn iħobbuhom il-kuruni; iġorru kuruna kbira f’id waħda, waqt li fl-oħra jkollhom stallett biex jittraduk bih. F’ġieħ kemm hemm, aqta’ dawn id-devozzjonijiet ta’ barra; id-devozzjoni vera ġejja mill-qalb. U kummenti oħra bħal dawn.

149. Hekk ukoll, mhux ftit huma n-nies bravi u skulari għorrief li minn daqqiet jippruvaw idawrulkom il-fehma biex ma tgħidux irRużarju, jiġifieri nies li huma mkabbrin u li jridu jikkritikaw kollox. Dawn jidhrilhom li aħjar tgħidu s-seba’ salmi penitenzjali jew xi talb ieħor. Jekk konfessur tajjeb takom Rużarju bħala penitenza u qalilkom tgħiduh kuljum għal ħmistax jew għal xahar, kull ma għandkom tagħmlu biex il-penitenza tinbidlilkom f’talb ieħor, sawm, karità jew Quddies, huwa li tmorru tqerru għand wieħed minn dawn.

Jekk titolbu parir mingħand ċerti nies li jgħixu ħajja ta’ talb fid-dinja, iżda li qatt ma ppruvaw ir-Rużarju, mhux talli ma jagħmlulekx il-qalb biex tgħidu, iżda talli jnaffru l-erwieħ minnu, biex iqabbduhom it-triq tal-kontemplazzjoni, bħal dak li qallu li r-Rużarju u l-kontemplazzjoni ma jmorrux id f’id, bħallikieku dawk il-qaddisin kollha li kienu devoti tar-Rużarju ma laħqux il-quċċata tal-kontemplazzjoni.

L-għedewwa l-aktar qribkom jaħbtu għalikom b’kefrija dejjem aktar qalila, sewwasew għaliex jinsabu ġo fikom. Qiegħed ngħid għas-setgħat ta’ ruħkom u s-sensi ta’ ġisimkom, id-distrazzjonijiet tal-moħħ, il-hemm u l-inċertezza tar-rieda, in-nixfa tal-qalb, il-għeja u l-mard tal-ġisem – dawn kollha jissieħbu max-xitan ħalli jfestsulkom: “Tkomplux tgħidu r-Rużarju; minn hekk ġej dak l-uġigħ ta’ ras jaqsam; ħalluh ir-Rużarju, m’intomx marbutin bi dnub; jekk għandkom tgħiduh, għidu biss parti minnu; it-tfixkil li qegħdin tħabbtu wiċċkom miegħu juri li Alla ma jridkomx tgħiduh. Tistgħu tgħiduh għada meta tħossukom aktar f’sikkitkom. U affarijiet bħal dawn.”

150. Fl-aħħarnett, għeżież ħuti, ir-Rużarju ta’ kuljum tant għandu għedewwa li jiena nqis il-grazzja li wieħed jippersevera jgħidu sakemm imut bħala waħda mill-aqwa grazzji li jista’ jagħtina Alla.

Kompli għidu bla ma taqta’ u l-fedeltà tiegħek tiksiblek il-kuruna tal-għaġeb li qegħda tistennik fil-ġenna: “bqa’ fidil sal-mewt, u jien nagħtik il-kuruna tal-ħajja.”

Id-Disgħa u Erbgħin Warda

151. Dan huwa l-waqt li ngħidu xi ħaġa dwar l-indulgenzi li ngħataw lill-membri tal-Konfraternità tar-Rużarju biex tkunu tistgħu tirbħu minnhom kemm tistgħu.

Fil-qosor, indulgenza hija maħfra jew tnaqqis ta’ kastig temporali għal dnubiet attwali, billi jiġu applikati il-merti bil-wisq abbundanti ta’ Ġesù Kristu, tal-Beata Verġni Marija u tal-qaddisin kollha, li jinsabu fit-teżor tal-Knisja.

Indulġenza Plenarja hija maħfra tal-kastig kollu li jġib miegħu d-dnub; indulgenza parzjali ta’, ngħidu aħna, mitt sena jew elf sena, tista’ titfisser bħala l-maħfra tal-istess kastig li wieħed kien ikun jista’ jpatti għad-dnub matul mitt sena jew elf sena, li kieku wieħed kellu jingħatalu għadd simili ta’ penitenzi kif inhuma miktubin fil-Liġijiet qodma tal-Knisja.

Issa, dawn il-liġijiet kienu jitolbu seba’ snin u kultant għaxar snin jew ħmistax-il sena penitenza għal dnub mejjet wieħed biss, hekk li, persuna li kienet ħatja ta’ għoxrin dnub mejjet kien ikollha aktarx tagħmel penitenza ta’ seba’ snin mill-anqas għal għoxrin darba, u nibqgħu sejrin hekk.

152. Il-membri tal-Konfraternità tar-Rużarju li jixtiequ jiksbu lindulgenzi għandhom:

  1. Ikunu tassew sogħbiena u jersqu għall-qrar u għat-tqarbin, kif hemm fil- Bolla tal-Papa dwar l-Indulġenzi.
  2. Iridu jkunu ħielsa minn kull ħajra għad-dnub venjali, għaliex jekk tibqa’ ħajra għad-dnub tibqa’ wkoll il-ħtija, u jekk ikun hemm il-ħtija, il-kastig ma jistax jitneħħa.
  3. Iridu jgħidu t-talb u jwettqu l-għemejjel tajbin kif hemm fil-Bolla. Jekk, skont ma fissru l-Papiet, wieħed jista’ jikseb indulgenza parzjali (ngħidu aħna, ta’ mitt sena) mingħajr ma jikseb Indulgenza Plenarja, mhux dejjem meħtieġ li tmur tqerr u titqarben biex tiksibha. Hemm ħafna indulġenzi parzjali ta’ din ix-xorta marbutin mar-Rużarju (ta’ ħames jew ta’ ħmistax-il posta), mal-purċissjonijiet, mal-kuruni mberkin u l-bqija. Qisu li ma tittraskurawx dawn l-indulgenzi.

153. Flammin u għadd kbir ta’ kittieba oħra jirrakkuntaw fuq tfajla ta’ nisel nobbli jisimha Alexandra, li kienet mirakolożament konvertita u miktuba minn San Duminku fil-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes. Wara mewtha dehritlu u qaltlu li kienet ġiet ikkundannata għal seba’ mitt sena fil-Purgatorju minħabba d-dnubiet tagħha stess u d-dnubiet li kienet ġiegħlet lil ħaddiehor jagħmel bil-manjieri fiergħa tagħha. Għalhekk talbitu bil-ħniena itaffilha tbatijietha bis-saħħa tat-talb tiegħu u qaltlu wkoll jgħarraf b’dan lill-membri tal-Konfraternità ħalli jitolbu għall-istess skop. San Duminku għamel kif kienet talbitu.

Hmistax wara dehritlu, tiddi iżjed mix-xemx, billi kienet inħelset malajr mill-Purgatorju bis-saħħa tat-talb li kienu talbu għaliha l-membri tal-Konfraternità. Hija qalet ukoll lil San Duminku li l-erwieħ fil-Purgatorju kienu tawha messaġġ biex hija titolbu jkompli jippriedka r-Rużarju u biex jitlob lil qrabathom joffru r-Rużarju għalihom, u li wara huma kienu min-naħa tagħhom jippremjawhom lil-wisa’ meta jkunu daħlu fil-glorja tagħhom.

154. Bl-iskop lir-reċita tar-Rużarju tkun eħfef għalikom, hawnhekk għandkom diversi metodi li jgħinukom tgħiduh b’mod tajjeb u qaddis, flimkien mal-meditazzjoni fuq il-Misteri tal-ferħ, tat-Tbatija u tal-Glorja ta’ Ġesù u Marija. Agħżlu l-metodu li jogħġobkom u li jgħinkom l-iżjed; jew inkella tistgħu issawru metodu intom stess, kif diġà għamlu diversi nies qaddisa.

It-Tielet Posta

Il-mertu kbir tar-Rużarju Mqaddes bħala meditazzjoni fuq il-ħajja u l-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Il-Wieħed u Għoxrin Warda

Il-Ħmistax-il Misteru tal-Rużarju

60. Misteru huwa ħaġa qaddisa li tqila biex wieħed jifhimha. L-għemejjel ta’ Sidna Ġesù Kristu huma kollha qaddisa u divini għaliex huwa Alla u bniedem f’ħin wieħed. L-għemejjel tal-Verġni Marija huma qaddisa ħafna għax fost il-ħlejjaq kollha t’Alla, hija l-iktar waħda perfetta u safja. L-għemejjel ta’ Sidna Ġesù Kristu u tal-Imqaddsa Ommu jistgħu fis-sewwa jissejħu misteri għaliex huma miżgħuda b’għeġubijiet u b’kull xorta ta’ perfezzjonijiet u veritajiet sublimi li l-Ispirtu s-Santu jgħarrafhom lill-erwieħ umli u bla ħażen li jqimu dawn il-misteri.

Rosary in Old Woman’s Hand — Image by © Peter Reali/Corbis

L-għemejjel ta’ Ġesù u ta’ Marija jistgħu jissejħu wkoll fjuri tal-għaġeb; iżda l-fwieħa u s-sbuħija tagħhom jgħożżuhom dawk biss li jifluhom bir-reqqa, li jixorbu r-riħa tagħhom, u li jsibu s-sbuħija tagħhom b’meditazzjoni għaqlija u sinċiera.

61. San Duminku qassam il-ħajjiet ta’ Sidna Ġesù Kristu u ta’ Sidtna Marija fi ħmistax-il misteru li jixhdu l-virtujiet u l-għemejjel l-aktar importanti tagħhom. Dawn huma l-ħmistax-il kwadru li kull dettal tagħhom għandu jaħkem u jnebbaħ lill-ħajja tagħna. Huma ħmistax-il torċa taqbad biex imexxu l-passi tagħna matul din il-ħajja fuq l-art; huma ħmistax-il mera jlellxu li jgħinuna nsiru nafu ‘l Ġesù u ‘I Marija, lilna nfusna u jgħinuna nkebbsu n-nar ta’ mħabbithom f’qalbna; huma ħmistax-il forn imqabbdin bin-nirien li jistgħu jdewbuna għal kollox fil-fjammi tagħhom tas-sema.

Il-Madonna għallmet lil San Duminku dan l-aħjar mod ta’ talb u ordnatlu jippridkah mal-erbat irjieħ ħalli jerġa’ jqajjem il-ħrara tal-Insara u ħalli jerġa’ jixgħel f’qalbhom l-imħabba għal Sidna Ġesù Kristu. Hija għallmitu wkoll lill-Beatu Alan de la Roche u qaltlu f’dehra: “Meta n-nies jgħidu 150 Sliema, din it-talba tgħinhom mhux ftit u dan il-ġieħ huwa għal qalbi ferm. Iżda jagħmlu saħansitra aħjar u jogħġbuni aktar u aktar jekk jgħidu dawn it-tislimiet waqt li jaħsbu fuq il-ħajja, il-mewt u l-passjoni ta’ Ġesù Kristu, għax din il-meditazzjoni hija r-ruħ ta’ din it-talba.” Għax ir-Rużarju li jingħad mingħajr il-meditazzjoni fuq il-misteri qaddisa tas-salvazzjoni tagħna jkun qisu ġisem bla ruħ, materja mill-aħjar iżda mingħajr il-forma, li hija l-meditazzjoni, u din hi li tagħżilha għaliha minn devozzjonijiet oħra.

62. L-ewwel parti tar-Rużarju tħaddan ħames misteri: l-ewwel, it-Tħabbira tal-Arkanġlu San Gabriel lil Sidtna Marija; it-tieni, iż-Żjara ta’ Sidtna Marija lil Santa Eliżabetta; it-tielet, it-Twelid ta’ Ġesù Kristu; ir-raba’, il-Preżentazzjoni tat-tfajjel Ġesù fit-tempju u l-purifikazzjoni tal-Verġni Mbierka; il-ħames, meta lil Ġesù Sabuh fit-Tempju qalb id-dutturi.

Dawn jissejħu l-Misteri tal-Ferħ, minħabba l-ferħ li ġabu lid-dinja kollha. Il-Madonna u l-anġli ġġennu bil-ferħ f’dak il-waqt li I-Iben t’Alla ħa l-ġisem. Santa Elizabetta u San Ġwann il-Battista imtlew bil-hena meta żaruhom Ġesù u Marija. Is-smewwiet u l-art thennew fit-twelid tal-Feddej tagħna. Il-qaddis Xmun ħass faraġ kbir u mtela bil-ferħ fis-siegħa li laqa’ lit-tfajjel Qaddis f’dirgħajh. Id-dutturi baqgħu imbellħin, imsaħħrin u mgħaġġbin bit-tweġibiet li beda jagħti Ġesù; u kif qatt seta’ xi ħadd ifisser il-ferħ ta’ Marija u Ġużeppi hekk kif sabu lit-tfajjel Ġesù wara li huwa kien ilu mitluf għal tlitt ijiem?

63. It-tieni parti tar-Rużarju hija wkoll magħmula minn ħames misteri li jissejħu l-Misteri tat-Tbatija, għaliex juruna lil Sidna Ġesù Kristu mnikket għall-mewt, miksi bil-ġrieħi, mgħobbi, tagħjir, tbatijiet u swat.

L-ewwel minn dawn il-misteri huwa t-talba u l-Agunija ta’ Ġesù fil-Ġnien taż-Żebbuġ; it-tieni, il-Flagellazzjoni tiegħu; it-tielet, l-Inkurunazzjoni tiegħu bix-xewk; ir-raba’, Ġesù Jerfa’ Salibu; il-ħames, Ġesù Msallab u jmut fuq il-Kalvarju.

64. It-tielet parti tar-Rużarju tiġbor fiha ħames misteri oħra msejħin il-Misteri tal-Glorja, għaliex meta ngħiduhom naħsbu fuq Ġesù u Marija fit-triomf u l-glorja tagħhom. L-ewwel wieħed huwa l-Qawmien ta’ Ġesù Kristu; it-tieni, it-Tlugħ tiegħu fis- sema; it-tielet, l-Inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli; ir-raba’, meta Sidtna Marija Ittellgħet fil-glorja fis-sema; u l-ħames, l-Inkurunazzjoni tagħha.

Dawn huma l-ħmistax-il fjura jfuħu tas-Siġra Mistika tal-Ward; erwieħ devoti jtiru għal fuqhom bħal naħal għaqli, biex jiġbru n-nektar u jagħmlu l-għasel ta’ devozzjoni qawwija.

It-Tnejn u Għoxrin Warda

Il-Meditazzjoni tal-Misteri tagħmilna nixbħu lil Ġesù

65. Ix-xenqa ewlenija ta’ ruħ Nisranija għandha tkun li tħabrek għall- perfezzjoni. San Pawl jgħidilna: “Kunu, mela, tixbħu lil Alla, bħala wlied maħbuba”. Dan id-dmir insibuh fil-kmand etern tal-predestinazzjoni tagħna, bħala l-mezz waħdani imfassal minn Alla ħalli niksbu l-glorja ta’ dejjem.

San Girgor ta’ Nyssa jġibilna tixbiha ħelwa meta jfisser li aħna Ikoll artisti u li ruħna hija tila vojta li rridu nimlewha. L-ilwien li għandna nużaw huma l-virtujiet insara, u l-mudell tagħna huwa Ġesù Kristu, ix-xbiha ħajja tewmija m’Alla l-Missier. Hekk kif artist li jpitter lin-nies u li jrid jagħmel biċċa xogħol tajba jinxteħet quddiem il-mudell tiegħu u jagħtih daqqa t’għajn qabel kull pinzellata, hekk in-Nisrani jeħtieġlu jżomm dejjem il-ħajja u l-virtujiet ta’ Ġesù Kristu quddiem għajnejh biex qatt ma jgħid, jaħseb jew jagħmel l-iċken ħaġa li ma tkunx taqbel mal-mudell tiegħu.

66. Kien minħabba l-fatt li l-Madonna riedet tgħinna fil-ħidma iebsa ta’ kif naslu biex insalvaw ruħna li hija ordnat lil San Duminku jgħallem lill-fidili jimmeditaw dwar il-misteri qaddisa tal-ħajja ta’ Ġesù Kristu. Hija dan għamlitu, mhux biss ħalli huma jkunu jistgħu jgimuh u jgħolluh, iżda l-iżjed sabiex ikunu jistgħu jfasslu ħajjithom u l-għemejjel tagħhom fuq il-virtujiet tiegħu.

It-tfal jimitaw lill-ġenituri tagħhom billi josservawhom u jkellmuhom, u jitgħallmu Isienhom billi jisimgħuhom jitkellmuh. Wieħed li jkun qed jitħarreġ, jitgħallem is-sengħa tiegħu billi jżomm għajnejh fuq l-imgħallem huwa u jaħdem; bl-istess mod, l-imseħbin fidili tal-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes jistgħu jixbħu lil Sidhom Divin jekk bil-qima jistudjaw u jimxu fuq il-virtujiet ta’ Ġesù Kristu li joħorġu fil-ħmistax-il misteru ta’ ħajtu. Dan jistgħu jagħmluh bil-għajnuna tal-grazzja tiegħu u bl-interċessjoni tal-Imqaddsa Ommu.

67. llu ħafna, Alla nebbaħ lil Mosé jordna lill-ġens Lhudi biex qatt ma jinsa r-ruxxmata grazzji li kienu niżlu fuqu. L-Iben t’Alla, mela, iktar għandu għalfejn jgħidilna biex innaqqxu l-misteri ta’ ħajtu, tal-passjoni u tal-mewt ġewwa qalbna u biex inżommuhom dejjem quddiem għajnejna, għaliex kull misteru jfakkarna fi tjubitu lejna b’xi mod speċjali u huwa permezz ta’ dawn il-misteri li huwa wriena l-imħabba u x-xewqa tiegħu l-iżjed ħerqana għas-salvazzjoni tagħna. Ġesù jgħidilna: “U intom ilkoll li għaddejjin mit-triq, ħarsu sewwa u araw jekk hawnx hemm bħal hemmi, li waqa’ fuqi, għall-imħabba tagħkom. Ftakru fil-faqar tiegħi u fit-tkasbir tiegħi; aħsbu fl-assenzju u mrar li jiena xrobt għalikom waqt il-passjoni qalila tiegħi.”

Dan il-kliem u ħafna kliem ieħor li jista’ jingħad hawnhekk għandu jkun aktar minn biżżejjed biex jikkonvinċuna li m’għandniex ngħidu r-Rużarju f’ġieħ Ġesù u Marija bix-xufftejn biss, iżda għandna wkoll nimmeditaw il-misteri qaddisa aħna u ngħiduh.

It-Tlieta u Għoxrin Warda

Ir-Rużarju huwa Tifkira tal-Ħajja u tal-Mewt ta’ Ġesù

68. Ġesù Kristu, l-għarus divin ta’ ruħna u l-ħabib tagħna l-iżjed għażiż, jixtieqna niftakru t-tjubija tiegħu lejna u jridna ngħożżu r-rigali tiegħu fuq kull ħaġa oħra. Meta nimmeditaw b’qima u b’imħabba l-misteri qaddisa tar-Rużarju, din tkun okkażjoni ta’ ferħ għal Ġesù, kif jifirħu wkoll il-Madonna u l-qaddisin kollha fil-ġenna. Ir-rigali tiegħu huma x-xhieda l-aktar ħajja tal-imħabba ta’ Ġesù lejna u l-ogħna rigali li jista’ jagħtina, għaliex huwa bil-virtù ta’ dawn ir-rigali li x-Xebba Mqaddsa nfisha u l-qaddisin kollha huma gglorifikati fil-ġenna.

Jum wieħed il-Beata Anġela ta’ Foligno talbet lil Sidna Ġesù jgħarrafha b’liema għemil reliġjuż setgħet tagħtih l-akbar ġieħ. Huwa dehrilha msammar mas-salib tiegħu u lissen: “Binti, ħares lejn il-pjagi tiegħi.” Hija mbagħad intebħet li m’hawn xejn li hu aktar għal qalb l-għażiż Ġesù milli nimmeditaw it-tbatijiet tiegħu. Wara dan uriha l-pjagi ta’ rasu u għarrafha wkoll bi tbatijiet oħra u qal: “Jiena batejt dan kollu għas-salvazzjoni tiegħek. X’tista’ qatt tagħmel bi tpattija għall-imħabba tiegħi lejk?”

69. Is-sagrifiċċju tal-Quddiesa jagħti ġieħ infinit lis-Santissima Trinità għaliex jirrappreżenta l-passjoni ta’ Ġesù Kristu u għaliex bis-saħħa tal-Quddiesa noffru ‘l Alla l-merti tal-ubbidjenza ta’ Sidna Ġesù, tat-tbatijiet tiegħu u tad-Demm għażiż tiegħu. Il-Quddiesa hi okkażjoni ta’ ferħ għall-anġli u l-qaddisin fil-ġenna. Bosta dutturi tal-Knisja, fosthom San Tumas, ifissrulna li, għall-istess raġuni, il-qaddisin kollha fil-ġenna jifirħu fit-tqarbin tal-fidili għaliex is-Sagrament Qaddis huwa tifkira tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù Kristu, u li bis-saħħa tiegħu l-bnedmin jieħdu sehem mill-frott tiegħu u jfasslu s-salvazzjoni tagħhom.

Issa Rużarju Mqaddes li jingħad b’meditazzjoni fuq il-misteri qaddisa, dan ikun sagrifiċċju ta’ tifħir lil Alla biex nirringrazzjawh għall-grazzja kbira tal-fidwa tagħna. Huwa wkoll tifkira qaddisa tat-tbatijiet, tal-mewt u tal-glorja ta’ Ġesù Kristu. Huwa minnu, mela, li r-Rużarju jagħti glorja, jagħti ferħ minnu nnifsu lil Sidna Ġesù, lil Sidtna Marija u lill-qaddisin kollha għaliex huma ma jistgħux jixtiequ ħaġa aktar fejjieda għall-hena eterna tagħna milli jarawna mehdijin bi drawwa li hi hekk ta’ glorja għal Sidna Ġesù u hekk ta’ ġid għalina.

70. Il-Vanġelu jgħallimna li midneb li jikkonverti u jagħmel indiema jhenni lill-anġli kollha. Jekk l-indiema u l-konverżjoni ta’ midneb wieħed hija biżżejjed biex tferraħ lill-anġli, kemm għandu jkun kbir il-ferħ u l-hena fis-saltna kollha tal-ġenna u xi glorja għal Sidna Ġesù Kristu nnifsu meta huma jarawna hawn fuq l-art nimmeditaw bil-qima u bl-imħabba t-tkasbir u t-turmenti tiegħu u il-mewt tiegħu ħarxa u ta’ għajb! Tgħid hemm xi ħaġa li tista’ tmissilna qalbna iżjed sħiħ minn dan kollu u tasal tqanqalna biex nindmu bil-qalb u bil-miftuħ?

Nisrani li ma jimmeditax il-misteri tar-Rużarju huwa qalbu ħażina bil-bosta mal-Mulej u jixhed li ftit jimpurtah minn dak kollu li l-Feddej Divin tagħna bata biex jeħles lid-dinja. Din ix-xejra donnha turi li huwa ftit jew xejn jaf dwar il-ħajja ta’ Ġesù Kristu, u li qatt ma ħabbel rasu li jsir jaf x’għamel għalina u minn xiex għadda biex isalvana. Nisrani ta’ din ix-xorta għandu għax jibża li, ladarba qatt ma rnexxielu jagħraf lil Ġesù jew ikun ħallieh barra minn ħajtu, Ġesù jiċħdu f’Jum il-Ħaqq u jgħidlu bl-għadab: “Tassew, ngħidlek, lilek ma nafekx.”

Ejjew mela nimmeditaw fuq il-ħajja u t-tbatijiet tas-Salvatur tagħna permezz tar-Rużarju mqaddes; ejjew nitgħallmu ngħarfuh tajjeb u nkunu nafuhulu għall-barkiet tiegħu ħalli f’Jum il-Ħaqq, huwa jkun jista’ jdaħħalna ma’ wliedu u ma’ ħbiebu.

L-Erbgħa u Għoxrin Warda

II-Meditazzjoni fuq il-Misteri tar-Rużarju huwa mezz kbir ta’ perfezzjoni.

71. Il-qaddisin dejjem ħadu l-ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu bħala s-suġġett ewlieni tal-istudju tagħhom; kienu jimmeditaw fuq il-virtujiet u t-tbatijiet tiegħu u hekk laħqu l-perfezzjoni Nisranija. Darba li San Bernard kien ta bidu għal din il-meditazzjoni issokta biha dejjem. “Fil-bidunett tal-konverżjoni tiegħi,” huwa stqarr, “għamilt bukkett tal-mirra magħmul mit-tbatijiet tal-Feddej tiegħi. Qegħidt dan il-bukkett fuq qalbi, waqt li kont naħseb fuq is-swat, ix-xewk u l-imsiemer tal-passjoni tiegħu. Kont niġbor il-qawwa kollha ta’ moħħi biex nimmedita fuq dawn il-misteri kuljum.”

Din kienet id-drawwa tal-martri qaddisin ukoll; aħna nafu kif għelbu b’mod tal-għaġeb torturi mill-aktar faħxija. Min fejn ġabu l-martri din il-perseveranza ta’ min jammiraha, staqsa San Bernard, jekk mhux mill-pjagi ta’ Ġesù Kristu, li fuqhom immeditaw daqstant spiss? Fejn kienet ir-ruħ ta’ dawn l-atleti ġenerużi meta demmhom qabeż ‘il barra u ġisimhom kien mgħakkes b’tormenti ħorox? Ir-ruħ tagħhom kienet mistura fil-pjagi ta’ Kristu u dawn il-pjagi ħarġuhom rebbiħin.

72. Tul ħajjitha kollha kemm hi, l-Omm qaddisa tas-Salvatur kienet l-ewwel u qabel kollox timmedita fuq il-virtujiet u t-tbatijiet ta’ Binha. Dak inhar li hija semgħet ‘l-anġli jkantaw l-għanjiet henjin tagħhom fi twelidu, u meta rat lir-ragħajja jqimuh fl-istalla, qalbha u moħħha imtlew bi stagħġib u kienet taħseb fuq dawn l-għeġubijiet kollha. Hija xebbħet il-kobor tal-Verb li sar Bniedem mal-mod kif iċċekken b’dan il-mod; it-tiben tal-maxtura mat-tron tiegħu fis-sema u fi ħdan Missieru; il-qawwa t’Alla mad-dgħufija ta’ tarbija; l-għerf tiegħu mas-sempliċità tiegħu.

Jum wieħed, il-Madonna qalet lil Santa Brigida: “Kull darba li kont noqgħod naħseb fil-ħlewwa, fir-rażan u fl-għerf ta’ Ibni, qalbi kienet tfur bil-ferħ; u kull darba li jiena kont naħseb fuq idejh u saqajh li kellhom jittaqqbu minn imsiemer kefrin, kont nibki bla ħniena u qalbi kienet tinqasam bil-għali u bl-uġigħ.”

73. Wara t-tlugħ fis-sema ta’ Sidna Ġesù, l-Imqaddsa Sidtna Marija għaddiet il-bqija ta’ għomorha iżżur l-inħawi li kienu tqaddsu bil-preżenza u t-tbatijiet tiegħu. Meta kienet tkun f’dawk l-inħawi kienet toqgħod timmedita fuq l-imħabba bla tarf tiegħu u fuq il-passjoni kiefra tiegħu.

Santa Marija Maddalena ma għamlitx ħlief eżerċizzi spiritwali ta’ din ix-xeħta matul l-aħħar tletin sena ta’ ħajjitha, meta kienet tgħix f’Sainte-Baume.

San Ġlormu jgħid li din kienet id-devozzjoni tal-fidili fis-sekli bikrin tal-Knisja. Kienu jaslu lejn l-Art Imqaddsa minn kull rokna tad-dinja biex inaqqxu aktar fil-fond f’qalbhom imħabba sħiħa u tifkira tal-Feddej billi jaraw il-postijiet u l-ħwejjeġ li huwa kien qaddes bi twelidu, b’ħidmietu, bi tbatijietu u b’mewtu.

74. L-Insara kollha għandhom biss Fidi waħda u jqimu lill-istess Alla wieħed, u kollha jittamaw l-istess hena fil-ġenna. Għandhom medjatur wieħed li huwa Ġesù Kristu u mela huma Ikoll għandhom jimxu fuq il-mudell divin tagħhom u biex jagħmlu dan iridu jimmeditaw fuq il-misteri ta’ ħajtu, il-virtujiet tiegħu u tal-glorja tiegħu.

Huwa żball kbir li wieħed jaħseb li biss il-qassisin u r-reliġjużi u dawk li ħallew wara spallejhom il-ħsejjes tad-dinja suppost li jimmeditaw fuq il-veritajiet tal-Fidi tagħna u fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Ġesù Kristu. Jekk il-qassisin u r-reliġjużi huma fid-dmir li jimmeditaw fuq il-veritajiet kbar tar-reliġjon imqaddsa tagħna biex jaqdu s-sejħa tagħhom kif jixraq, l-istess dmir, mela, jorbot daqshekk ieħor lil-lajċi, minħabba l-fatt li, ta’ kuljum, huma jħabbtu wiċċhom ma’ perikli spiritwali li jistgħu jtellfulhom ruħom. Mela jmisshom iħejju ruħhom bil-meditazzjoni ta’ sikwit, fuq il-ħajja, il-virtujiet u t-tbatijiet ta’ Sidna Ġesù Kristu, li jinsabu miġburin fil-ħmistax-il misteru tar-Rużarju Mqaddes.

Il-Ħamsa u Għoxrin Warda

L-Għana ta’ Qdusija li fihom it-Talb u l-Meditazzjonijiet tar-Rużarju.

75. Ħadd qatt ma jseħħlu jifhem ir-rikkezzi meraviljużi ta’ qdusija li fihom it-talbiet u l-misteri tar-Rużarju Mqaddes. Din il-meditazzjoni fuq il-misteri tal-ħajja u l-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu hija l-għajn tal-frott l-iżjed bnin għal dawk li jridu jagħmlu użu minnha.

llum, in-nies iridu ħwejjeġ li jolqtu u jqanqlu, u li jħallu impressjonijiet dejjiema fir-ruħ. Issa, qatt kien hemm xi ġrajja fl-istorja kollha tad-dinja li għamlet ħoss aktar mill-ġrajja tal-għaġeb tal-ħajja, tal-mewt u tal-glorja tal-Feddej tagħna li tinsab fir-Rużarju Mqaddes? Fil-ħmistax-il kwadru, id-dehriet ewlenin jew misteri ta’ ħajtu narawhom ċari quddiem għajnejna. Kif jista’ qatt ikun hawn talb iżjed sabiħ u sublimi mill-Missierna u mill-Ave tal-Anġlu? Ix-xewqat u l-ħtiġiet tagħna kollha jinsabu mfissrin f’dawn iż-żewġ talbiet.

76. Il-meditazzjoni fuq il-misteri u t-talb tar-Rużarju hija l-eħfef fost it-talbiet kollha, għaliex il-bosta virtujiet ta’ Sidna Ġesù Kristu u l-fażijiet differenti ta’ ħajtu li aħna nistudjaw iġeddulna u jsaħħulna moħħna b’mod tal-għaġeb u jgħinuna ma naljenawx moħħna. Għan-nies għorrief, dawn il-misteri huma l-għajn tad-duttrina l-aktar għolja, iżda n-nies ordinarji jaraw fihom xeħta ta’ tagħlim li jgħodd għalihom tajjeb ukoll.

Irridu nitgħallmu din il-forma ħafifa ta’ meditazzjoni qabel ma ngħaddu ‘l quddiem għall-perfezzjoni tal-kontemplazzjoni. Din hija l-fehma ta’ San Tumas ta’ Akwinu, u huwa l-parir li jagħti meta jisħaq li qabel xejn wieħed għandu jitħarreġ fuq il-kamp tal-battalja, biex ngħidu hekk, billi jitrawwem fil-virtujiet kollha li r-Rużarju mqaddes iġibilna quddiemna biex nimxu fuqhom. Il-għaref Gejtanu jgħid li dan huwa l-mod li bih aħna naslu għal għaqda tassew fil-qrib m’Alla, għaliex mingħajr din il-għaqda l-kontemplazzjoni ma tkun xejn aktar minn illużjoni perikoluża li tista’ tqabbad lill-erwieh triq żbaljata.

77. Li kieku biss l-Illuministi jew il-Kwitisti ta’ llum mxew fuq dan il-parir kieku qatt ma kienu jaqgħu daqshekk fil-baxx u lanqas ma kienu joħolqu daqstant skandli fost nies spiritwali. Min jaħseb li hija ħaġa possibbli tgħid xi talb li huwa aħjar u isbaħ mill-Missierna u s-Sliema jixhed li qed jaqa’ fin-nasba stramba u qarrieqa tax-xitan, għax dawn it-talbiet tas-sema huma l-qawwa, is-saħħa u l-ħarsien ta’ ruħna.

Ikolli nistqarr li mhux dejjem meħtieġ li tgħidhom bil-fomm għax it-talb interjuri hu, sa ċertu punt, aktar perfett mit-talb tal-fomm. Iżda emmnuni, tkun ħaġa tassew perikoluża, biex ma ngħidx fatali, li taqta’ r-Rużarju minn rajk bl-iskuża li tixtieq tikseb għaqda aktar perfetta m’Alla. Xi drabi l-bniedem li jkun kburi b’mod fin u li forsi jkun għamel kull ma sata’ għal ruħu biex jilħaq l-ogħla qċaċet tal-kontemplazzjoni li laħqu l-qaddisin, jista’ jitqarraq għall-għarrieda mix-xitan li jħajru jitlaq id-devozzjonijiet ta’ dari għax jemmen li jkun kixef ġid akbar. Huwa mbagħad jibda jħares lejn id-drawwiet tiegħu ta’ dari bħalkieku ta’ ġieħ iċken u tajbin biss għal erwieh ordinarji u medjokri. Hu jsodd widnejh għat-talb u għat-tislima mgħallmin lilna minn anġlu u wkoll għat-talba li sawwar u għallimna Alla, li lissen huwa nnifsu, u kkmandana: “Itolbu hekk: Missierna …” Meta jasal s’hawn, bniedem bħal dan jinġarr mill-ewwel illużjoni qarrieqa tiegħu għal illużjonijiet agħar u jaqa’ minn irdum għal irdum.

78. Oqogħdu fuqi, maħbubin ħuti tal-Konfraternità tar-Rużarju, jekk intom tixtiequ minn qalbkom tilħqu grad għoli ta’ talb bl-onestà kollha u bla ma tinqabdu fix-xbieki li x-xitan jonsob għal min jitlob, għidu r-Rużarju tagħkom kuljum, jew għallanqas ħames posti minnu.

Jekk, bil-grazzja t’Alla, diġà lħaqtu grad għoli ta’ talb, issuktaw bid-drawwa li tgħidu r-Rużarju Mqaddes jekk tridu tibqgħu f’dik il-qagħda u jekk tittamaw, bis-saħħa tiegħu, li tikbru fl-umiltà dejjem iżjed. Għax qatt ħadd li jgħid ir-Rużarju kuljum ma jsir eretiku bid-deher jew jitqarraq mix-xitan. Din hija stqarrija li jiena kieku bil-qalb niffirma b’demmi.

Min-naħa l-oħra, jekk Alla fil-ħniena tiegħu bla qies jiġbidkom lejh b’qawwa hekk kbira bħalma għamel ma’ xi wħud mill-qaddisin waqt li kienu jgħidu r-Rużarju, itilqu ruħkom f’idejh u ħallu lilkom infuskom tinġibdu lejh. Ħallu lil Alla jaħdem u jitlob fikom u ħalluh jgħid ir-Rużarju tagħkom kif jaf hu u dan ikun biżżejjed għal dak il-jum.

Iżda jekk intom għadkom fil-qagħda tal-kontemplazzjoni attiva jew tat-talb sieket ta’ dari, jiġifieri fl-istat li tinxteħtu fil-preżenza t’Alla u tħobbuh, m’hemm ebda raġuni għaliex ma għandkomx tibqgħu tgħidu r-Rużarju. Mhux talli ma jitfagħkomx lura fit-talb tal-meditazzjoni jew fit-tkabbir spiritwali tagħkom, iżda talli jkun għalikom ta’ għajnuna l-aktar qawwija. Taraw li jisfa tassew sellum ta’ Ġakobb bi ħmistax-il skaluna u b’kull waħda minnhom intom tgħaddu minn virtù għal virtù u minn dawl għal dawl. B’hekk, mingħajr biża’ li titqarrqu jkun ħafif għalikom li tiġu għall-milja tal-miġja ta’ Ġesù Kristu.

Is-Sitta u Għoxrin Warda

79. Tagħmlu x’tagħmlu, la tkunux bħal waħda sinjura minn Ruma, bniedma tar-ruħ iżda ta’ rasha, li sikwit kienet tissemma’ meta jaqa’ l-kliem fuq ir-Rużarju. Kienet hekk devota u hekk imħeġġa li bil-ħajja qaddisa tagħha kienet iġġiegħel jistħu saħansitra lir-reliġjużi l-aktar dixxiplinati fil-Knisja.

Billi kienet waħħlet f’rasha li tistaqsi u tieħu l-parir ta’ San Duminku dwar ħajjitha spiritwali, talbitu jisma’ l-qrara tagħha. Bħala penitenza qallha biex tgħid Rużarju u taha parir li tgħidu kuljum. Hija fissritlu li ma kellhiex ħin tgħidu, u skużat ruħha għar-raġuni li kienet iżżur l-Istazzjonijiet ta’ Ruma kuljum, li kienet tilbes xoqqa tal-ixkora kif ukoll qmis tax-xagħar, li kienet titgħakkes bis-sawt bosta drabi fil-ġimgħa, li kienet tagħmel elf tgħakkisa oħra u ssum mhux ftit. San Duminku ħeġġiġha bosta u bosta drabi tisma’ minnu u tgħid ir-Rużarju, iżda hi ma tatx każu. Ħalliet il-konfessjunarju, maħsuda għall-mod kif kien jaħseb l-affarijiet, dan id-direttur spiritwali ġdid li kien saħaq kemm felaħ ħalli jġegħilha taqbad devozzjoni li xejn ma kienet tinżlilha.

Xi żmien wara dan, hija u titlob, intilfet f’dehra u lemħet lil ruħha quddiem it-Tron tal-Ġustizzja t’Alla. San Mikiel għabba keffa waħda tal-miżien bil-penitenzi kollha tagħha u b’talb ieħor, u mbagħad fil-keffa l-oħra qiegħed dnubietha u n-nuqqasijiet kollha tagħha. Il-keffa tad-dnubiet u n-nuqqasijiet tagħha wiżnet ferm iżjed mill-keffa tal-għemejjel tajbin tagħha.

Imwerwra, bdiet titlob u tgħajjat ħniena, biex tidħol għaliha l-Madonna, l-avukata ħelwa tagħha; il-Madonna qabdet ir-Rużarju waħdani li kienet qalet bħala penitenza tagħha u telqitu fil-keffa tal-għemejjel tajbin tagħha. Dan ir-Rużarju waħdani kien hekk tqil li wiżen aktar minn dnubietha kollha u mill-għemejjel tajbin kollha tagħha. Il-Madonna mbagħad lumitha talli ma reditx tisma’ mill-kelma tal-qaddej tagħha Duminku u talli ma kenitx tgħid ir-Rużarju kuljum.

Malli ġiet f’tagħha, ġriet lejn San Duminku u nxteħtet f’saqajh u fissritlu kull ma kien seħħ, talbitu jaħfrilha talli ma kenitx emmnet u wegħditu li tgħid ir-Rużarju bis-sinċerità kuljum. Bis-saħħa ta’ hekk, laħqet il-milja Nisranija u fl-aħħar il-glorja tal-ħajja ta’ dejjem.

Intom li intom nies tat-talb, tgħallmu minn din il-ġrajja kemm hi tal-għaġeb is-setgħa, il-ħtieġa u s-siwi ta’ din id-devozzjoni tar-Rużarju Mqaddes meta jintqal bil-meditazzjoni fuq il-misteri.

80. Ftit huma l-qaddisin li laħqu l-istess grad għoli ta’ talb daqs Santa Marija Maddalena li kienet tittella’ l-ġenna kuljum mill-angli, u li kellha x-xorti li titgħallem f’saqajn Ġesù u Ommu Mqaddsa. B’danakollu, meta jum fost l-oħrajn talbet ‘l Alla juriha triq li żgur tkattrilha mħabbitha għalih u li twassalha fil-milja tal-perfezzjoni, huwa bagħat lil San Mikiel Arkanġlu biex jgħarrafha f’ismu li ma kienx hemm triq oħra għaliha biex tasal għall-perfezzjoni ħlief dik li tikkontempla fuq il-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Għalhekk qiegħed salib quddiem l-għar tagħha u qalilha titlob ħdejh, hija u timmedita dwar il-misteri tat-tbatija li hija kienet rat iseħħu b’għajnejha stess.

L-eżempju ta’ San Franġisk minn Sales, id-direttur kbir spiritwali ta’ żmienu, għandu jqanqalkom biex tissieħbu fil-konfraternità qaddisa tar-Ruzarju, billi ta’ qaddis kbir li kien, rabat lilu nnifsu b’ħalfa li jgħid ir-Rużarju kollu u sħiħ kuljum preċett għal għomru.

San Karlu Borromeo kien jgħidu kuljum huwa wkoll u kien iħeġġeġ din id-devozzjoni fost il-qassisin u fost ir-reliġjużi fis-seminarju, kif ukoll fil-poplu tiegħu kollu.

Il-Beatu Piju V, wieħed mill-aqwa papiet qatt mexxew il-Knisja, kien jgħid ir-Rużarju kuljum. San Tumas ta’ Villanova, Arċisqof ta’ Valenzja, San Injazju, San Franġisk Saverju, San Franġisk Borgia, Santa Tereża u San Filippu Neri flimkien ma’ għadd kbir ta’ nies oħra li jiena ma semmejtx kellhom devozzjoni kbira lejn ir-Rużarju.

Imxu fuq għemilhom, id-diretturi spiritwali tagħkom jifirħu u jekk jintebħu bil-ġid li intom tistgħu tiksbu minn din id-devozzjoni, ikunu huma stess l-ewwel nies li jħeġġukom taqbduha.

Is-Sebgħa u Għoxrin Warda

81. Biex inħeġġiġkom aktar f’din id-devozzjoni li pprattikawha tant erwieħ kbar, irrid ngħidilkom li meta ngħidu r-Rużarju u nimmeditaw il-misteri jkollna dawn ir-riżultati tal-għaġeb:

  1. bil-mod il-mod jagħtina tagħrif sħiħ fuq Ġesù Kristu;
  2. isaffilna ruħna, u jnaddafna mid-dnub;
  3. irebbaħna fuq l-għedewwa tagħna kollha;
  4. jagħmilha ħaġa ħafifa għalina li nitħarrġu fil-virtù;
  5. ikebbisna b’nar ta’ mħabba għal Sidna Gesù Kristu;
  6. jagħnina bil-grazzji u bil-merti;
  7. jiksbilna dak kollu li hu meħtieġ biex inħallsu d-djun kollha tagħna m’Alla u ma’ għajrna, u fl-aħħarnett jaqlagħlna mingħand Alla kull xorta ta’ grazzja.

82. Ix-xjenza tal-Insara u x-xjenza tas-salvazzjoni hi li nagħrfu lil Ġesù Kristu; San Pawl jistqarr li din ix-xjenza tisboq lix-xjenzi umani kollha fis-siwi u fil-perfezzjoni:

  1. minħabba d-dinjità tas-sugġett tagħha, li huwa Alla-Bniedem, u li ħdejh il-ħolqien kollu kemm hu qisu qatra nida biss jew żrara ta’ ramla;
  2. minħabba li hija ta’ fejda għalina; ix-xjenzi umani ma jagħmlux ħlief jimlewna bid-duħħan u bil-frugħa tal-kburija;
  3. minħabba li hija neċessarja għalina; għaliex ħadd ma jista’ jsalva mingħajr ma jkun jaf lil Ġesù Kristu, waqt li bniedem la ma jkun jaf xejn minn kwalunkwe xjenza oħra, xorta waħda jsalva ruħu dment li huwa jkun imdawwal mix-xjenza ta’ Ġesù Kristu.

Imbierek ir-Rużarju li jagħtina din ix-xjenza u li nagħrfu lil Sidna Ġesù Kristu permezz tal-meditazzjoni tagħna fuq il-ħajja, il-mewt, il-passjoni u l-glorja tiegħu.

Is-Sultana ta’ Saba, mitlufa fl-istagħġib għall-għerf ta’ Salamun, għajtet: “Henjin in-nies tiegħek, henjin il-qaddejja tiegħek, li qegħdin miegħek u jisimgħu dejjem l-għerf tiegħek.” lżda bil-bosta aktar henjin huma l-fidili li jimmeditaw bil-għaqal fuq il-ħajja, il-virtujiet, it-tbatija u l-glorja tal-Feddej tagħna, għaliex b’hekk jistgħu jiksbu l-għarfien sħiħ li minnu hi magħmula l-ħajja ta’ dejjem.

83. Il-Madonna għarrfet lill-Beatu Alan li hekk kif San Duminku beda jippriedka r-Rużarju, il-midinbin ħorox intlaqtu u bdew jibku biki bħal tarbija għad-dnubiet ħoxnin tagħhom. Tfal ċkejknin bdew jagħmlu penitenzi li ma jitwemmnux u kull fejn kien jippriedka r-Rużarju tant kienet tixgħel il-ħrara li l-midinbin kienu jbiddlu ħajjithom u jhennu lil kulħadd bit-tgħakkis tagħhom u bil-bidla li tkun saret f’qalbhom.

Jekk għal li jista’ jkun ruħek hija mtaqqla’ bid-dnubiet, aqbad il-kuruna tiegħek u għid għallanqas parti mir-Rużarju ad unur ta’ uħud mill-misteri tal-ħajja, tal-passjoni jew tal-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu, u ibqa’ żgur li waqt li tkun qed timmedita dwar dawn il-misteri u tqimhom, huwa juri l-pjagi mqaddsa tiegħu lil Missieru fis-smewwiet. Huwa jitkellem għalik u jaqlagħlek l-indiema u l-maħfra ta’ dnubietek. Jum wieħed Sidna Ġesù stqarr lill-Beatu Alan: “Li kieku dawn l-imsejkna midinbin imjassra kellhom jgħidu ta’ spiss ir-Rużarju tiegħi, kienu jieħdu sehem mill-merti tal-passjoni tiegħi u jiena kont nidħol Avukat tagħhom u kont intaffi l-ġustizzja ta’ Missieri.”

84. Il-ħajja tagħna hija taqbida kontinwa u sensiela ta’ tiġrib; irridu neħduha mhux ma’ għedewwa tad-demm u l-laħam iżda mal-qawwiet tal-infern infushom. B’liema armi nistgħu qatt niġġildulhom aħjar jekk mhux bit-talba li għallimna l-Mexxej kbir tagħna u t-Tislima tal-Anġlu li keċċiet fil-bogħod lix-xjaten, qerdet id-dnubiet u ġeddet lid-dinja? X’arma aħjar nistgħu nużaw mill- meditazzjoni fuq il-ħajja u l-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu? Għax kif jgħid San Pietru, huwa b’din il-meditazzjoni li rridu narmaw lilna nfusna sabiex inħarsu ruħna kontra l-istess għedewwa li rebaħ huwa u li jġarrbuna kuljum.

“Minn mindu x-xitan inseħaq mill-umiltà u l-passjoni ta’ Ġesù Kristu,” jgħid il-Kardinal Hugues, “tista’ tgħid li qatt ma irnexxielu jħebb għal ruħ li tkun imħarsa mill-meditazzjoni fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Sidna Ġesù u, jekk fil-fatt iħabbatha lil din ir-ruħ, żgur li jdabbar telfa kbira.” “Ilbsu l-armatura t’Alla biex tkunu tifilħu tieqfu għat-tnassis tax-xitan.”

85. Mela armaw ruħkom bl-armaturi t’Alla, bir-Rużarju mqaddes, u intom tisħqu ras ix-xitan u żżommu iebes meta jaħbat għalikom bit-tiġrib kollu tiegħu. Huwa għal din ir-raġuni li anke I-kuruna tar-Rużarju nfisha hija ħaġa hekk tal-biża’ għax-xitan; huwa għalhekk li l-qaddisin użawha ħalli jorbtu lix-xjaten u ħalli jkeċċuhom minn ġo xi nies li kienu maħkumin minnhom. Ġrajjiet bħal dawn jissemmew aktar minn darba.

86. Il-Beatu Alan stqarr li wieħed raġel li kien jaf, kien taha, ruħu u ġismu, għal kull xorta ta’ devozzjoni ħalli jeħles mill-ispirtu ħażin li kien qed jaħkmu, iżda ma seħħlux. Fl-aħħar ħaseb li jilbes il-kuruna tar-Rużarju madwar għonqu, u b’hekk straħ ħafna. Induna, iżda, li malli kien ineħħiha, ix-xitan kien jibda jaħqru bla ħniena, u għalhekk waħħalha f’rasu li jilbisha lejl u nhar. B’hekk l-ispirtu ħażin tkeċċa darba għal dejjem, għaliex ma satax joqgħod għaliha katina daqshekk tal-biża’. Il-Beatu Alan xehed ukoll li huwa kien ħeles għadd kbir ta’ erwieħ mix-xjaten li kellhom fihom billi qiegħed il-kuruna tar-Rużarju madwar għonqhom.

87. Patri Ġwann Amât, tal-Ordni ta’ San Duminku, sena fost l-oħrajn kien qiegħed jagħmel sensiela eżerċizzi tar-Randan fir-renju ta’ Aragona, meta ġabulu quddiemu naqra ta’ tfajla mxajtna. Wara li bosta drabi għamel kull ma sata’ biex jeħlisha minnhom bla ma seħħlu, libbisha l-kuruna tiegħu madwar għonqha. Bilkemm laħaq għamel dan li t-tfajla ma qabdetx twerżaq u tgħajjat qisha miġnuna, u tixher: “Neħħiha! Neħħiha! Dawn iż-żibeġ qegħdin jaħqruni!” Fl-aħħar il-patri, imqanqal mill-ħniena għat-tfajla, neħħielha l-kuruna minn fuqha.

Sewwasew il-lejl ta’ wara, xħin Patri Amât kien fis-sodda, l-istess xjaten li kienu daħlu fit-tfajla resqu fuqu jirgħu bil-għadab u ippruvaw jaqbduh. Iżda huwa kellu l-kuruna maħfuna f’idu u b’ebda sforz ma setgħu jisirquhielu. Seħħlu jegħlibhom biha tajjeb ħafna u ħarrabhom, huwa u jgħajjat: “Qaddisa Marija, Sidtna tar-Rużarju Mqaddes, aqbeż għalija!”

L-għada, meta mar il-knisja ltaqa’ mal-imsejkna tfajla, li kienet għadha bix-xitan fiha, u wieħed mix-xjaten ta’ ġo fiha dar fuqu u stqarr b’leħen maqdari: “Taf, Reverendu, li kieku ma kellekx il-kuruna fuqek, konna nagħmluk tħin f’ħakka t’għajn.” Imbagħad il-patri twajjeb tefa’ l-kuruna tar-Rużarju tiegħu madwar għonq it-tfajla bla iżjed taħbit u qal: “Fl-isem qaddis ta’ Ġesù u dak ta’ Marija, l- Imqaddsa Ommu, u bis-setgħa tar-Rużarju mqaddes, nordnalkom, ja spirti ħżiena, li toħorġu minnufih minn ġo din it-tfajla.” Huma kienu mġiegħla jisimgħu minnu minnufih u hija nħelset minnhom.

Dawn il-ġrajjiet jixhdu l-qawwa tar-Rużarju Mqaddes ħalli negħilbu kull għamla ta’ tiġrib li l-ispirti ħżiena jafu jġibulna, kif ukoll kull għamla ta’ dnub għaliex dawn iż-żibeġ qaddisa tar-Rużarju iħarrbu u jħarbtu lix-xjaten.

It-Tmienja u Għoxrin Warda

88. Santu Wistin jistqarr b’fehma sħiħa li ma hemm ebda taħriġ spiritwali li jħalli iżjed frott jew li huwa iżjed meħtieġ għas-salvazzjoni tagħna milli nżommu dejjem ħsibijietna fuq it-tbatijiet tal-Feddej tagħna. Il-Beatu Albertu l-Kbir, li kellu lil San Tumas Akwinu bħala dixxiplu tiegħu, sar jaf f’rivelazzjoni li jekk biss joqgħod jaħseb jew jimmedita fuq il-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu, Nisrani jirbaħ merti aktar milli kieku jsum ħobż u ilma kull nhar ta’ ġimgħa għal sena sħiħa, jew milli kieku jgħakkes lilu nnifsu bis-sawt darba fil-ġimgħa sa jibda jċarcar id-demm, jew milli kieku jaqra l-Ktieb tas-Salmi kollu kuljum. Jekk dan huwa minnu, mela kemm għandu jkun kbir il-ġieħ li nistgħu niksbu mir-Rużarju li jfakkar il-ħajja u l-passjoni kollha tal-Feddej tagħna?

Jum wieħed il-Madonna rrivelat lill-Beatu Alan de la Roche li wara s-sagrifiċċju tal-Quddiesa, li huwa t-tifkira ħajja u l-aktar importanti tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu, ma jistax ikun hemm devozzjoni oħla jew ta’ ġieħ ogħla minn dik tar-Rużarju li qisha t-tieni tifkira u turija tal-ħajja u l-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.

89. Is-saċerdot Dorland jgħid li fl-1481 il-Madonna dehret lill-Venerabbli Duminku, Kartusjan devot tar-Rużarju mqaddes, li kien joqgħod ġewwa Treves, u qaltlu:

“Kull darba li wieħed mill-fidili fil-grazzja t’Alla jgħid ir-Rużarju waqt li jimmedita fuq il-misteri tal-ħajja u l-passjoni ta’ Kristu, jaqla’ l-maħfra kollha u sħiħa ta’ dnubietu kollha”.

Il-Madonna qalet ukoll lill-Beatu Alan: “Irridek tkun taf li għalkemm diġà hemm bosta indulġenzi marbutin mar-reċta tar-Rużarju, jiena nżid ħafna aktar għal kull ħames posti lil min jgħidhom bil-qalb għar-rkobbtejh jekk ma jkunx fid-dnub il-mejjet. U kull min jippersevera fid-devozzjoni tar-Rużarju Mqaddes, bit-talb u bil-meditazzjonijiet li fih, jitħallas tiegħu; jiena naqlagħlu l-maħfra sħiħa tat-tbatija u tal-ħtija ta’ dnubietu kollha fi tmiem ħajtu.

La tkunx bla twemmin bħallikieku din hi xi ħaġa impossibbli. Hija ħafifa għalija li nagħmilha għax jiena Omm is-Sultan tas-Sema, u huwa jsejjaħli mimlija bil-grazzja. U mimlija bil-grazzja kif jiena għandi s-setgħa li nqassam il-grazzja kif jidhirli lill-maħbubin uliedi.”

90. San Duminku tant kien jemmen fil-qawwa tar-Rużarju u fis-siwi kbir tiegħu, li meta kien iqarar tista’ tgħid li kien jagħtih dejjem bħala penitenza. Intom diġà kellkom ħjiel ta’ dan fil-ġrajja li kellimtkom dwarha, dik tas-sinjura li kienet toqgħod Ruma u li bħala penitenza kien taha li tgħid Rużarju wieħed biss.

San Duminku kien qaddis kbir u konfessuri oħrajn għandhom jaraw li jimxu fuqu billi jitolbu lil min iqerr għandu jgħid ir-Rużarju waqt li jimmedita fuq il-misteri qaddisa; dan ikun aħjar milli jagħtuhom penitenzi oħrajn li għandhom ġieħ iċken u inqas jogħġbu ‘l Alla, penitenzi li jgħinuhom anqas jimxu ‘l quddiem fil-virtù u li m’humiex hekk setgħana biex jgħinuhom ma jaqgħux fid-dnub. Iżjed minn hekk, min jgħid ir-Rużarju jirbaħ ħafna indulgenzi li ma għandhomx devozzjonijiet oħra.

91. U kif jistqarr Abbé Blosius: “Ir-Rużarju, bil-meditazzjoni fuq il-ħajja u l-passjoni ta’ Kristu, huwa bla dubju l-aktar għal qalb Sidna Ġesù u l-Imqaddsa Ommu u huwa mezz tajjeb żgur biex naqilgħu l-grazzji kollha; nistgħu noffruh għalina nfusna kif ukoll għal oħrajn li xtaquna nitolbu għalihom u għall-Knisja kollha. Ejjew mela nduru lejn ir-Rużarju Mqaddes fil-ħtiġiet kollha tagħna u naqilgħu fi żgur il-grazzji li nitolbu ‘l Alla ħalli nsalvaw ruħna.”

Id-Disgħa u Għoxrin Warda

92. Ma hemm xejn aktar divin, skont kif jaħsibha San Denis, xejn aktar nobbli jew li jogħġob ‘l Alla milli tissieħeb fil-ħidma għas-salvazzjoni tal-erwieħ u li tfixkel n-nasbiet tax-xitan biex iħarbathom. L-Iben t’Alla niżel fid-dinja għal dan il-għan waħdani, jiġifieri li jsalva ‘l-erwieħ. Huwa ħarbat is-saltna ta’ Satana billi waqqaf il-Knisja, iżda x-xitan ġabar saħħtu u għamel ħsara kiefra fost l-erwieħ bl-ereżija Albiġensjana, permezz tal-mibegħda, tan-nuqqas ta’ qbil u permezz tal-vizzji mistmerra li huwa xerred fid-dinja kollha fis-seklu ħdax.

Miżuri ibsin biss setgħu b’xi mod ifejqu t-taħwid hekk tal-biża’ u jreġġgħu lura l-qawwiet ta’ Satana. Il-Verġni Mbierka, protettriċi tal-Knisja, tatna mezz l-aktar setgħani ħalli ntaffu l-għadab ta’ Binha, inqaċċtu l-ereżija u ntejjbu l-morali Nisranija permezz tal-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes, kif jixhdu ġrajjiet li seħħew. Raġa’ ġab lura l-imħabba, ressaq lill-bnedmin aktar spiss lejn is-Sagramenti, bħal l-ewwel sekli tad-deheb tal-Knisja, u ta sura aħjar lill-morali Nsara.

93. Il-Papa Ljun X stqarr fil-Bolla tiegħu li din il-Konfraternità kienet twaqqfet f’ġieħ Alla u l-Verġni Mbierka bħala ħajt biex iżomm lura l-ħażen li kien se jqum kontra l-Knisja.

Girgor XIII qal li r-Rużarju kien mogħti lilna mis-sema bħala mezz li jrattab il-qilla t’Alla u biex nitolbu lill-Madonna tidħol għalina.

Ġulju III qal li r-Rużarju kien imnebbaħ minn Alla biex ikun eħfef għalina li nidħlu l-ġenna permezz tal-grazzji tal-Madonna. Pawlu III u l-Beatu Piju V stqarrew li r-Rużarju ngħata lill-fidili biex huma jiksbu l-paċi f’ruħhom u l-faraġ b’mod eħfef. Żgur li kulħadd ikun irid jingħaqad ma’ konfraternità li twaqqfet għal skopijiet hekk nobbli.

94. Patri Duminku, Kartusjan, li kien devot kbir tar-Rużarju Mqaddes, kellu dehra fejn il-Ġenna nfetħet quddiemu u ra l-beati kollha tas-Sema miġburin bl-isbaħ żìna. Huwa semagħhom ikantaw ir-Rużarju f’għanja saħħarija u kull posta kienet tkun f’ġieħ xi misterju tal-ħajja, tal-passjoni jew tal-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu u tal-Imqaddsa Ommu. Patri Dumink induna li kull darba li bdew isemmu l-isem Imqaddes ta’ Marija bdew ibaxxu rashom u għall-isem ta’ Ġesù bdew jinżlu għar-rkobbtejhom u jirringrazzjaw ‘ Alla għall-ġid kbir li huwa kien għamel fis-sema u fl-art bis-saħħa tar-Rużarju mqaddes. Hu ra wkoll lill-Madonna u lill-qaddisin jippreżentaw lil Alla r-Rużarji li l-membri tal-Konfraternità jgħidu hawn fid-dinja. Induna wkoll li huma kienu qegħdin jitolbu għal dawk li jipprattikaw din id-devozzjoni. Huwa ra wkoll kuruni sbieħ bla għadd midmumin minn fjuri jfuħu u li kienu merfugħin għal dawk li jgħidu r-Rużarju bid-devozzjoni. Sar jaf li ma’ kull Rużarju li jgħidu jkunu qegħdin idommu kuruna għalihom infushom biex imbagħad jilbsuha fil-ġenna.

Din id-dehra ta’ dan il-Kartusjan qaddis tixbaħ ħafna lil dik li kellu d-Dixxiplu l-Maħbub. Huwa kellu dehra ta’ għadd kbir ta’ anġli u qaddisin li bla heda bdew ifaħħru u jbierku lil Ġesù Kristu għal kull ma huwa kien għamel u bata fuq l-art għas-salvazzjoni tagħna. U dan m’huwiex dak li jagħmlu l-imseħbin devoti tal-Konfraternità tar-Rużarju?

95. Wieħed m’għandux jifhem li r-Rużarju huwa tajjeb biss għan-nisa u għan-nies sempliċi u bla skola; huwa tajjeb ukoll għall-irġiel u għall-aqwa fost l-irġiel. Malli San Duminku tarraf lill-Papa Innocenż li kien ordnat mis-sema biex iwaqqaf il-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes, il-Papa berikha b’idejh it-tnejn, ħeġġeġ lil San Duminku jippridkah u fisser ix-xewqa tiegħu li jissieħeb fiha huwa nnifsu. Bosta kardinali wkoll ħaddnu din id-devozzjoni bi ħrara li ma bħalha, u dan ġiegħel lil Lopez jgħid, “U la s-sess, u la l-età u lanqas ebda kundizzjoni oħra qatt ma ċaħħdet lil xi ħadd mid-devozzjoni lejn ir-Rużarju.”

Il-membri ta’ din il-konfraternità ġew minn kull qasam tal-ħajja: dukiet, prinċpijiet, slaten, kif ukoll prelati, kardinali u papiet. Kien jeħdilna fit-tul kieku kellna nsemmuhom kollha f’dan il-ktejjeb.

Jekk inti tingħaqad mal-Konfraternità, għażiż qarrej, taqsam mid-devozzjoni tagħhom u mill-grazzji li jiksbu fuq l-art kif ukoll fil-glorja tagħhom fil-ġenna. “Ladarba intom magħqudin magħhom fid-devozzjoni tagħhom, tieħdu sehem fid-dinjità tagħhom.”

It-Tletin Warda

96. Jekk is-siwi ta’ konfraternità u kemm jaqbel li tissieħeb fiha kellhom jitqiesu mill-indulgenzi marbutin magħha, mela l-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes għandha tiġi fuq quddiem nett, għaliex hija l-aktar waħda preferita u għanja bl-indulġenzi. Minn mindu twaqqfet, bilkemm kien hem Papa wieħed li ma fetaħx it-teżori tal-Knisja ħalli jagħniha bi privileġġi ġodda. U billi kienu jifhmu li l-eżempju tajjeb iżjed ikaxkar minn kliem imħeġġeġ u minn privileġġi, il-Papiet sabu li ma kienx hemm triq aħjar biex jixhdu l-għożża sħiħa tagħhom għal din il-Konfraternità qaddisa milli jidħlu fiha huma stess.

Din hija ġabra fil-qosor tal-indulġenzi li huma taw minn qiegħ qalbhom lill-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes u li reġgħu ġew ikkonfermati mill-Papa Innocenż XI fil-31 ta’ Lulju 1679 u li ntlaqgħu u xxandru fil-25 ta’ Settembru tal-istess sena mill-Arċisqof ta’ Pariġi:

  1. Il-membri jistgħu jirbħu indulgenza plenarja fil-ġurnata li fiha jidħlu fil-konfraternità;
  2. Indulġenza plenarja fis-siegħa tal-mewt;
  3. Għal kull Rużarju li jgħidu ta’ ħames posti: għaxar snin u għaxar kwarantini;
  4. Ta’ kull darba li l-membri jgħidu l-ismijiet qaddisa ta’ Ġesù u Marija bil-qalb: sebat ijiem indulgenzi;
  5. Għal dawk li bid-devozzjoni jieħdu sehem jew jattendu għall-purċissjoni tar-Rużarju mqaddes: seba’ snin u seba’ kwarantini ta’ indulgenzi;
  6. Il-membri li jkunu għamlu qrara tajba u li jkunu tassew niedma minn dnubiethom jistgħu jirbħu indulgenza plenarja f’ċerti jiem billi jżuru l-Kappella tar-Rużarju fil-knisja fejn tkun imwaqqfa l-konfraternità. Din l-indulgenza tista’ tintrebaħ fl-ewwel Ħadd ta’ kull xahar, u fil-festi ta’ Sidna Ġesù u tal-Madonna;
  7. Għal min jassisti għas-Salve Regina: indulġenza ta’ mitt jum;
  8. Għal dawk li bil-miftuħ jilbsu l-kuruna għad-devozzjoni u biex jagħtu eżempju tajjeb: indulġenza ta’ mitt jum;
  9. Il-membri morda li ma jkunux jistgħu jmorru l-knisja jistgħu jirbħu indulgenza plenarja billi jqerru u jitqarbnu u billi dak inhar jgħidu r-Rużarju kollu, jew tal-anqas ħames posti;
  10. Il-papiet urew il-qalb kbira tagħhom mal-membri tal-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes billi tawhom li jirbħu l-indulgenzi marbutin mal-Knejjes Stazzjonali billi jżuru ħames altari fil-knisja fejn tkun imwaqqfa l-Konfraternità, u billi jgħidu l-Missierna u s-Sliema ħames darbiet quddiem kull altar, għall-bżonnijiet tal-Knisja. Jekk ikun hemm biss altar wieħed jew tnejn fil-knisja tal-Konfraternità għandhom jgħidu l-Missierna u s-Sliema ħamsa u għoxrin darba quddiem wieħed minnhom.

97. Din hija grazzja speċjali mogħtija lill-membri tal-Konfraternità għax fil-knejjes tal-istazzjonijiet f’Ruma jistgħu jintrebħu indulgenzi plenarji, l-erwieħ jistgħu jinħelsu mill-purgatorju u bosta indulgenzi kbar oħra wkoll jistgħu jintrebħu mill-membri mingħajr taħbit ta’ xejn, mingħajr spejjeż u bla ma joħorġu minn arthom. U ukoll jekk il-Konfraternità ma tkunx imwaqqfa fil-post fejn joqoghdu l-membri, dawn jistgħu jaqilgħu dawk l-istess indulgenzi billi jżuru ħames altari fi knisja, tkun liema tkun. Dan il-jedd ingħata minn Ljun X.

Il-Kongregazzjoni Mqaddsa tal-Indulgenzi ġabret lista ta’ xi ġranet speċjali li fihom dawk in-nies li joqogħdu barra l-belt ta’ Ruma – jistgħu jiksbu l-indulġenzi tal-Istazzjonijiet ta’ Ruma. Il-Papa approva din il-lista fis-7 ta’ Marzu 1678, u ordna li tkun imħarsa bir-reqqa. Dawn l-indulġenzi jistgħu jintrebħu f’dawn il-ġranet li ġejjin:

Il-Ħdud kollha tal-Avvent; f’kull waħda mit-tlett ijiem tal-Kwattru Tempi; lejliet il-Milied u fil-quddies ta’ nofs il-lejl, tas-sebħ u ta’ matul il-jum; fil-festi ta’ San Stiefnu, San Ġwann l-Evanġelista, l-Innoċenti Qaddisa, iċ-ċirkonċiżjoni u l-Epifanija; il-Ħdud tas-Septwaġezima, Sexaġezima, Kwinkwaģezima u f’kull jum mill-Erbgħa tal-Irmied sal-Ewwel Ħadd tal-Għid; f’kull wieħed mit-tlett ijiem tar-Rogazzjonijiet qabel il-festa ta’ Lapsi; nhar Lapsi; il-vġili ta’ Pentekoste; kull jum waqt l-ottava ta’ din il-festa; u f’kull ġurnata tal-Kwattru Tempi ta’ Settembru.

Għeżież aħwa tal-Konfraternità, hemm għadd kbir iehor ta’ indulgenzi li tistgħu tirbħu. Jekk tkunu tridu tafu dwarhom, ħarsu lejn il-lista sħiħa ta’ indulġenzi li ngħataw lill-membri tal-Konfraternità. Hemm issibu l-ismijiet tal-Papiet, is-sena li taw l-indulgenza, u ħafna dettalji oħra li jiena ma stajtx ninkludi f’din il-ġabra qasira.

It-Tieni Posta

Il-mertu kbir tar-Rużarju kif jidher mit-talb li minnu hu magħmul.

Il-Ħdax-il Warda

34. Il-Kredu jew it-Tagħlim tal-Appostli li jingħad fuq il-kurċifiss tal-kuruna tar-Rużarju huwa ġabra qaddisa fil-qosor tal-veritajiet kollha tal-Insara. Huwa talba ta’ ġieħ kbir għax it-twemmin huwa l-għerq, is-sies u l-bidu tal-virtujiet kollha Nsara, tal-virtujiet kollha eterni kif ukoll tat-talb kollu li jogħġob ‘l Alla. “Kull min jersaq lejn Alla, jeħtieġ jemmen, u aktar ma jkun sħiħ twemminu, aktar ikollu ġieħ talbu, aktar ikun setgħani u aktar ifaħħar ‘l Alla.

Hawnhekk m’inix sejjer infisser il-Kredu kelma b’kelma, iżda ma nistax ma ngħidx illi l-ewwel kelmiet, “Jiena nemmen f’Alla”, huma bil-bosta effettivi biex aħna nqaddsu ruħna u biex inħarbtu lix-xitan, għax dawn it-tliet kelmiet jiġbru fihom l-għemejjel tat-tliet virtujiet teologali tal-fidi, tama u mħabba.

Kien filli lissnu dawn il-kelmiet li ħafna qaddisin għelbu t-tiġrib, l-aktar dak kontra l-fidi, it-tama jew l-imħabba, kemm tul ħajjithom kif ukoll fis-siegħa ta’ mewthom. Kienu wkoll l-aħħar kelmiet ta’ San Pietru martri. Wieħed eretiku kien fetaħlu rasu fi tnejn b’daqqa ta’ sejf u għalkemm San Pietru kien qed jieħu l-aħħar nifs, seħħlu jħażżeż dawn il-kelmiet b’sebgħu fir-ramel.

35. Ir-Rużarju mqaddes jiġbor fih bosta misteri ta’ Ġesu’ u Marija u ladarba l-fidi hija l-muftieħ waħdieni li jiftħilna dawn il-misteri għandna nibdew ir-Rużarju billi ngħidu l-Kredu b’devozzjoni kbira; aktar ma tkun qawwija l-fidi tagħna akbar ikun il-ġieħ tar-Rużarju tagħna.

Din il-fidi trid tkun ħajja u mqanqla mill-imħabba; fi kliem ieħor, biex jingħad tajjeb ir-Rużarju jinħtieġ li wieħed ikun fil-grazzja t’Alla jew għallanqas ikollu x-xewqa li jiksibha. Din il-fidi għandha tkun dejjem qawwija, jiġifieri wieħed ma jridx iħares lejn d-devozzjoni sentimentali u sabar spiritwali meta jgħid ir-Rużarju; lanqas m’għandu wieħed jieqaf jgħidu għax moħħu jkun mtaqqal b’elf ħaġa li jtellfulu l-attenzjoni bla ma jrid jew inkella għax iħoss qrusa stramba f’ruħu jew għax ikun il-ħin kollu mfarrak bil-għajja. La tqanqil, la sabar, la tnehid, la estasijiet u lanqas l-attenzjoni kontinwa tal-imaġinazzjoni m’huma meħtieġa; it-twemmin u l-intenzjonijiet tajbin huma biżżejjed tabilħaqq. Sola fides sufficit. “Il-Fidi waħedha hija biżżejjed.”

It-Tnax-il Warda

36. Il-Missierna jew it-Talba ta’ Sidna Ġesù Kristu għandha siwi kbir – l-iżjed u fuq kollox minħabba l-awtur tagħha li la huwa bniedem u lanqas anġlu iżda s-Sultan tal-Anġli u tal-Bnedmin, Sidna Ġesù Kristu. San Ċiprijanu jgħid li kien xieraq li l-Feddej tagħna li bis-saħħa tiegħu twelidna mill-ġdid fil-ħajja tal-grazzja kellu jkun ukoll is-Sid tagħna tas-sema u kellu jgħallimna kif nitolbu.

It-tqassim sabiħ tagħha, il-qawwa ħelwa u l-kliem safi ta’ din it-talba divina jagħmlu ġieħ lill-għerf ta’ Sidna divin. Hija talba qasira iżda taf tgħallimna tant ħwejjeġ u nies bla skola jaqbduha malajr, filwaqt li nies għorrief jaraw fiha għajn li ma tintemmx ta’ tiftix fuq il-misteri t’Alla.

Il-Missierna tħaddan id-dmirijiet kollha li Alla jitlob minna, l-għemejjel tal-virtujiet kollha u t-talbiet għall-ħtiġijiet spiritwali u materjali tagħna. Tertulljanu jgħid li l-Missierna hija ġabra fil-qosor tat-Testment il-Ġdid. Tumas ta’ Kempis jgħid li tisboq ix-xewqat kollha tal-qaddisin kollha; li hija s-sugu ta’ kull ma hu sabiħ fis-salmi u fil-għanjiet; li fiha nitolbu ‘l Alla kull ma neħtieġu; li biha infaħħruh bl-aħjar mod possibbli; li biha nerfgħu ruħna mill-art għas-sema u ningħaqdu m’Alla.

37. San Ġwann Krisostmu jgħid li ma nistgħux nkunu dixxipli tal-Imgħallem tagħna, kemm-il darba aħna ma nitolbux kif talab hu u bil-mod li għallimna hu. Iktar minn dan, Alla l-Missier iżjed jisma’ bil-qalb it-talba li aħna tgħallimna mingħand Ibnu milli jisma’ t-talb li nsawru aħna nfusna bil-limtazzjonijiet kollha li għandna bħala bnedmin.

Għandna ngħidu l-Missierna bil-fehma sħiħa li l-Missier Etern jismagħha, l-għaliex hija t-talba ta’ Ibnu li lilu dejjem jagħti widen u aħna niġu l-membri tiegħu. Alla żgur jagħtina dak li nitolbu bis-saħħa tat-talba tal-Missierna għaliex ma jistax wieħed jgħaddilu minn moħħu li Missier hekk twajjeb sejjer jiċħad xewqa minsuġa bi kliem ta’ Iben hekk meqjum, imsaħħa bil-merti tiegħu, u magħmula bi kmand tiegħu.

Santu Wistin jiżgurana li kull meta ngħidu l-Missierna bil-qalb jinħafrulna d-dnubiet venjali. Il-bniedem ġust jaqa’ seba’ darbiet kuljum, iżda fit-talba ta’ Sidna Ġesù Kristu isib seba’ talbiet li jgħinuh kemm biex ma jiġġarrafx kif ukoll biex iħarsuh mill-għedewwa tar-ruħ. Sidna Ġesù Kristu billi jaf kemm aħna dgħajfin u bla ħila ta’ xejn u kemm nidħlu f’għawġ, għamel it-talba tiegħu qasira u ħafifa, biex jekk ngħiduha bil-qalb u sikwit inkunu nistgħu inserrħu rasna li Alla li jista’ kollox jieqaf magħna minnufih.

38. Għandi kelma għalikom, erwieħ devoti, li ftit tħabblu moħħkom bit-talba li l-Iben t’Alla tana huwa nnifsu u xtaqna ngħiduha lkoll kemm aħna: imisskom ilkom li bdejtu taħsbuha xort’oħra. Intom tħobbu biss it-talb miktub mill-bnedmin, bħal dak li qallu li xi ħadd, ukoll il-bniedem l-aktar imdawwal fid-dinja kollha, jista’ b’xi mod ikun jaf aktar kif għandna nitolbu minn Sidna Ġesù Kristu nnifsu. Intom tintilfu wara talb f’kotba miktubin minn bnedmin oħra bħallikieku għoddkom tistħu tgħidu t-talba li Sidna Ġesù Kristu qalilna ngħidu.

Intom irnexxielkom tikkonvinċu lilkom infuskom illi t-talb f’dawn il-kotba qiegħed għall-iskulari u għan-nies għonja ta’ klassi għolja u li r-Rużarju jgħodd biss għan-nisa, għat-tfal u għall-foqra. Bħal dak li qallu li t-talb u t-tifħir li taqraw huma isbaħ u aktar magħġuba minn Alla minn dak li jinsab fit-talba ta’ Sidna Ġesù Kristu. Hija tentazzjoni perikoluża ħafna din li wieħed jitlef il-ħeġġa għat-talba li tana Sidna Ġesù Kristu u minflok jintilef wara t-talb miktub mill-bnedmin.

Ma rridx infisser li ma naqbilx mat-talb li kitbu l-qaddisin biex iħeġġu lill-fidili jfaħħru ‘l Alla, iżda wieħed m’għandux jidra jippreferi dan it-talb tal-aħħar mit-talba li tlissnet mill-Għerf magħmul Bniedem. Jekk huma jwarrbu din it-talba, ikunu qishom qed jaqbżu l-għajn biex ifittxu n-nixxiegħa u waqt li jirruftaw l-ilma safi, jixorbu minflok ilma imdardar. Għaliex ir-Rużarju, magħmul mit-talba ta’ Sidna Ġesù Kristu u t-Tislima tal-Anġlu, huwa dan l-ilma safi u ġieri li jasal mill-għajn tal-grazzja, waqt li talb ieħor li jfittxu fil-kotba m’huwa xejn għajr nixxiegħat żgħar imnisslin minn din l-għajn.

39. Dawk li jgħidu t-Talba ta’ Sidna Ġesù Kristu bil-għaqal u jqisu kull kelma u jaħsbu fuqha, jistgħu tabilħaqq isejħu lilhom infushom henjin għaliex fiha jsibu kull ma jeħtieġu jew jistgħu qat jixxenqu għalih.

Meta ngħidu din it-talba tal-għaġeb, immissu l-qalb Alla mill-bidunett billi nsejħulu bl-isem ħelu ta’ Missier.

“Missierna,” huwa l-missier l-aktar għażiż: setgħani bla tarf fil-ħolqien tiegħu; tal-għaġeb fil-mod kif iżomm lid-dinja; ta’ min iħobbu għal kollox fil-Providenza Divina tiegħu; dejjem twajjeb u twajjeb bla qies fil-Fidwa. Għandna ‘l Alla bħala Missierna, mela aħna wkoll lkoll aħwa – u l-ġenna hija artna u wirtna. Dan kollu huwa iżjed minn biżżejjed ħalli nitgħallmu nħobbu ‘l Alla u lil għajrna u ninqatgħu mill-ħwejjeġ ta’ din id-dinja.

Għalhekk imissna nħobbu ‘l Missierna li qiegħed fis-smewwiet u ntennu ngħidulu bosta drabi: “Missierna li Inti fis-Smewwiet” –

Int timla s-smewwiet u l-art

Bil-kobor ta’ dak li int,

Inti li tinsab kullimkien:

Int li tinsab fil-qaddisin bil-glorja tiegħek,

fil-mitlufin bil-ħaqq tiegħek,

fit-tajbin bil-grazzja tiegħek,

fil-midinbin bis-sabar tiegħek,

li bih inti taħmilhom,

agħmel nitolbuk li aħna dejjem niftakru

li ġejjin minnek;

agħmel li ngħixu ta’ veri wliedek;

biex naqbdu t-triq li tieħu għal għandek biss

bil-qawwa kollha ta’ ruħna.

“Jitqaddes Ismek.” Il-Profeta-Sultan David qal li l-isem tal-Mulej huwa qaddis u jnissel biża’, u Iżaija qal illi l-ġenna l-ħin kollu tidwi bit-tifħir tas-serafini li bla heda jfaħħru ‘l-qdusija tal-Mulej, Alla tal-eżerċiti.

Hawnhekk nitolbu li jalla d-dinja kollha tagħraf u tqim l-attributi t’Alla tagħna li hu hekk kbir u qaddis. Nitolbu li huwa jkun magħruf, maħbub u meqjum mill-pagani, mit-Torok, mil-Lhud, mill-barbari u mill-infidili kollha; li l-bnedmin kollha jaqduh u jfaħħruh b’fidi ħajja, b’tama qawwija, b’imħabba taqbad u billi jiċħdu t-twemmin qarrieq kollu. Fi ftit kliem, aħna nitolbu li l-bnedmin kollha jkunu qaddisin għax Alla tagħna nnifsu huwa qaddis.

“Tiġi Saltnatek”. Dan ifisser: jalla inti ssaltan f’ruħna bil-grazzja tiegħek tul ħajjitna ħalli wara mewtna ikun jistħoqqilna insaltnu miegħek f’saltnatek f’hena sħiħ u dejjiemi, aħna nittamaw f’dan u nistennewh għax Alla l-Missier wiegħdu fit-tjieba kbira tiegħu, u għaliex inxtralna bil-merti t’Alla l-Iben; u ġie mgħarraf lilna permezz tad-dawl tal-Ispirtu s-Santu.

“Ikun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art.” Kif jistqarr Tertulljanu, din is-sentenza lanqas b’xejn ma tfisser li aħna nibżgħu li n-nies ifixklu l-pjanijiet t’Alla, għaliex ebda ħaġa, hi x’inhi, ma tiġri mingħajr mal-Providenza Divina tkun bassritha u mingħajr ma tkun għamlitha tidħol eżatt fil-pjanijiet tiegħu minn żmien qabel. L-ebda tfixkil fid-dinja kollha ma jista’ b’xi mod iċaħħad li ssir ir-rieda t’Alla.

Aktarx, meta nlissnu dawn il-kliem aħna nitolbu ‘l Alla li jagħtina li niċċekknu biex naċċettaw dak kollu li jogħġbu jibgħatilna f’din il-ħajja. Aħna wkoll nitolbuh jgħinna ħalli nagħmlu, f’kollox u dejjem, ir-rieda qaddisa tiegħu, mgħarrfa lilna bis-saħħa tal-kmandamenti, malajr, b’imħabba u b’sinċerita’, bħalma jagħmluha l-qaddisin u l-anġli fis-sema.

40. “Ħobżna ta’ kuljum agħtina lum.” Sidna Ġesù Kristu għallimna nitolbu ‘l Alla għal kull ma neħtieġu kemm għall-ħajja temporali kif ukoll għall-ħajja spiritwali. Meta nitolbu l-ħobż tagħna ta’ kuljum aħna nistqarru bl-umilta’ l-faqar u n-nuqqas tagħna nfusna u nweġgħu ‘l Alla tagħna, għax nagħrfu li l-ħwejjeġ kollha temporali ġejjin mill-Providenza tiegħu. Meta ngħidu ħobż nitolbu għal dak biss li huwa kemm kemm meħtieġ għalina biex ngħixu; u naturlament, dan ma jgħoddx għal ħwejjeġ lussużi.

Nitolbu għal dan il-ħobż illum li tfisser li aħna jimpurtana biss miż-żmien ta’ issa, waqt li nħallu l-għada f’idejn il-Providenza. U meta nitolbu għal ħobżna ta’ kuljum nindunaw li kull ġurnata neħtieġu l-għajnuna t’Alla u li aħna niddependu totalment fuqu għall-għajnuna u għall-ħarsien tiegħu.

“Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru li min hu ħati għalina.” Kull dnub, jgħidu Santu Wistin u Tertulljanu, huwa dejn li aħna noħolqu m’Alla u hu fil-ħaqq tiegħu jitlob ħlas sal-aħħar milleżmu. B’xorti ħażina aħna lkoll għandna minn dawn id-djun.

Huma kif inhuma dawn id-djun, għandna nersqu lejn Alla bil-fidi kollha u b’indiema ħajja għal dnubietna, u ngħidu, “Missierna li inti fis-smewwiet, aħfrilna dnubietna tal-ħsieb u tal-kliem, aħfrilna dnubietna tal-għemil u talli ħallejna dmirijietna, li jġibuna ħatjin bla tarf f’għajnejn il-Ħaqq Divin tiegħek.

Aħna nagħmlu wiċċna nitolbuk dan il-għaliex inti Missierna li tħobb u taħfer u l-għaliex aħna ħfrina ‘l dawk li offendewna, biex nobdu dak li għedt int u għall-imħabba.

La tħalliniex naqgħu fit-tiġrib tad-dinja, tax-xitan u tal-ġisem, minkejja li ma nweġbux għall-grazzji tiegħek.”

“Iżda eħlisna mid-deni.” Id-deni tad-dnub u wkoll tal-kastig temporali u tal-kastig ta’ dejjem illi nafu li bi dritt kien jistħoqqilna.

“Ammen.” Din il-kelma fi tmiem il-Missierna issabbar ferm u San Ġlormu jistqarr li hija bħala xorta ta’ siġill ta’ kunsens li Alla jqiegħed fi tmiem it-talbiet tagħna biex jiżgurana li huwa jagħtina dak li nitolbuh, sewwasew qisu huwa nnifsu qed iwieġeb:

“Ammen! Ikun kif intom tlabtu, għaliex fis-sewwa qlajtu dak li tlabtu.” Dan hu li tfisser din il-kelma: Ammen.

It-Tlettax-il Warda

41. B’kull kelma tat-Talba ta’ Sidna Ġesù Kristu aħna nagħtu ġieħ lill-perfezzjonijiet t’Alla; inqimu lill-fertilita’ tiegħu bl-isem ta’ Missier:

Missier

inti li mill-eternita’,

nissilt Iben

li hu Alla bħalek,

etern, ħaġa waħda miegħek,

li huwa l-istess bħalek;

u għandu l-istess setgħa

u tjieba

u għerf

bħal ma għandek int…

Missier u Iben,

li mill-imħabba tagħkom għal xulxin

tnissel ‘l Ispirtu s-Santu

li huwa Alla bħalkom;

Tliet Persuni

imm’ Alla wieħed.

Missierna. Dan ifisser li huwa l-Missier tal-ġnus għax huwa ħalaqna u jissokta jieħu ħsiebna, u għaliex huwa fdiena. Huwa wkoll il-Missier ħanin tal-midinbin, il-Missier li hu l-ħabib tat-twajbin u l-Missier meqjum tal-henjin fil-ġenna.

Meta ngħidu li Int, b’dawn il-kelmiet nagħtu ġieħ lill-infinita’ u lill-kobor u lill-milja tal-essenza t’Alla; Alla li fis-sewwa jissejjaħ “Dak li hu;” jiġifieri, jeżisti bi ħtieġa, ta’ bilfors għalli hu, u minn dejjem, għaliex huwa l-kawża tal-ħlejjaq u l-kawża ta’ kull ma hu. Għandu fih innifsu, fi grad l-iżjed għoli, il-perfezzjonijiet tal-ħlejjaq kollha u huwa jinsab fihom ilkoll bl-essenza tiegħu, il-preżenza tiegħu, u bis-setgħa tiegħu, iżda mbagħad m’huwiex marbut bil-limtazzjonijiet tagħhom. Aħna nqimu l-kobor, il-glorja u l-maesta’ tiegħu bil-kelmiet li Inti fis-smewwiet li tfisser li qiegħed fuq tron, taħkem fuq il-ġnus kollha bil-ħaqq tiegħek.

Meta ngħidu Jitqaddes ismek inqimu lill-qdusija t’Alla; u nagħtu ġieħ lis-Saltna tiegħu u nsellmu lill-ġustizzja tal-liġijiet tiegħu bil-kelmiet Tiġi saltnatek, fejn nitolbu li l-bnedmin jobduh fuq l-art hekk kif l-anġli jagħmlu fil-ġenna.

Nuru l-fiduċja tagħna fil-Providenza tiegħu billi nitolbu għal Ħobżna ta’ kuljum u nsejħu ‘l-ħniena tiegħu meta nitolbu għall-maħfra ta’ dnubietna.

Nemmnu fil-qawwa kbira tiegħu meta nitolbuh ma jdaħħalniex fit-tiġrib, u nuru l-fidi tagħna fi tjubitu bit-tama tagħna li huwa jeħslina mid-deni.

L-Iben t’Alla dejjem faħħar lil Missieru bl-għemejjel tiegħu u ġie fid-dinja biex jgħallem lill-bnedmin ifaħħruh u jgħolluh. Wera lill-bnedmin kif ifaħħruh b’din it-talba li hu għallimna b’fommu stess. Mela, huwa dmirna li ngħiduha spiss, ngħiduha bl-attenzjoni u fl-istess spirtu li għallimna Sidna Ġesù Kristu.

L-Erbatax-il Warda

42. Meta ngħidu b’attenzjoni din it-talba divina, inkunu qegħdin nagħmlu daqstant attijiet tal-virtujiet Nsara l-aktar nobbli daqskemm fiha kliem.

Meta ngħidu Missierna li inti fis-smewwiet nuru għemejjel ta’ fidi, qima u umilta’. Meta nitolbu li Ismu jitqaddes u jissebbaħ nixhdu ħerqa mixgħula għall-glorja tiegħu. Meta nitolbu għat-tixrid ta’ Saltnatu nagħmlu att ta’ tama; bix-xewqa li jkun li jrid hu kif fis-sema hekkda fl-art, nuru ubbidjenza sħiħa.

Meta nitolbu għal ħobżna ta’ kuljum, inħarrġu l-faqar tal-ispirtu u ma nintrabtux mal-ħwejjeġ tad-dinja. Meta nitolbuh biex jaħfrilna dnubietna nagħmlu att ta’ ndiema għalihom. Meta naħfru lil min hu ħati għalina nagħtu xhieda tal-virtu’ tal-ħniena fl-aqwa tagħha. Filwaqt li nitolbu l-għajnuna t’Alla fit-tiġrib kollu tagħna, nuru għemejjel ta’ umilta’, prudenza u qawwa. Meta nistennew li huwa jeħlisna mid-deni inħarrġu l-virtu’ tas-sabar.

Fl-aħħarnett, waqt li nistaqsu dawn il-ħwejjeġ kollha, mhux għalina nfusna biss iżda wkoll għal għajrna u għall-membri kollha tal-Knisja, inkunu qegħdin naqdu dmirna bħala veri wlied Alla, inkunu qegħdin nimitawh f’imħabbtu li tħaddan lill-bnedmin kollha inkunu qegħdin inħarsu l-kmandament tal-imħabba lejn għajrna.

43. Jekk f’qalbna nifhmu dak kollu li nkunu qegħdin ngħidu b’xufftejna u jekk il-fhemiet tagħna jaqblu ma’ dawk imfissrin fit-Talba ta’ Sidna Ġesù Kristu, mela, meta ngħidu din it-talba, inkunu qegħdin nobgħodu kull xorta ta’ dnub u nkunu qegħdin inħarsu l-liġijiet t’Alla kollha kemm huma. Għaliex meta naħsbu li Alla jinsab fis-smewwiet, jiġifieri ‘l bogħod minna bla tarf bil-kobor tal-maesta’ tiegħu, aħna ninxteħtu fil-preżenza tiegħu mimlijin qima mill-aktar għolja. Imbagħad il-biża’ tal-Mulej ikeċċielna kull kburija u nitbaxxew quddiem Alla fix-xejn tax-xejn tagħna.

Meta nlissnu l-isem “Missier” u niftakru li aħna nafu l-ħajja tagħna lil Alla permezz tal-ġenituri tagħna u wkoll l-għerf tagħna lill-għalliema li qegħdin minfloku u li huma xbihat ħajjin t’Alla, ma nistgħux ma nqimuhomx u ma nirrispettawhomx, jew biex ngħiduha aħjar, ma nqimux ‘l Alla fihom. Mela, lanqas biss għandu jgħaddilna minn moħħna li nonqsuhom fil-ġieħ.

Meta nitolbu lil l-Isem Imqaddes t’Alla jkun msebbaħ inkunu qegħdin inżommu d-dagħa ‘il bogħod kemm jista’ jkun. Jekk tabilħaqq inħarsu lejn is-Saltna t’Alla bħala l-wirt tagħna, ma jistax ikun li nintrabtu mal-ħwejjeġ ta’ din id-dinja.

Jekk aħna tassew nitolbu ‘l Alla li għajrna jikseb dawk l-istess grazzji li aħna nfusna neħtieġu, toħroġ waħedha li naqtgħu kull mibgħeda, ġlied u għira. U naturlament, jekk nitolbu ‘l Alla kuljum għal ħobżna ta’ kuljum nitgħallmu nistmerru l-gula u ż-żina li jispikaw f’dar l-għani.

Waqt li mill-qalb nitolbu ‘l Alla li jaħfrilna bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina, aħna ma nħallux il-għadab jirkibna u ma naħsbux biex nitħallsu b’idejna; inroddu l-ġid għad-deni u nħobbu tabilħaqq lill-għedewwa tagħna.

Li nitolbu ‘l Alla li jeħlisna milli naqgħu fid-dnub meta aħna nkunu mġarrbin jixhed li aħna qegħdin neħduha kontra l-għażż u li qegħdin minn qalbna nfittxu mezz biex ninqatgħu għal kollox mill-vizzijiet tagħna u li qegħdin naħdmu għas-salvazzjoni tagħna. Li nitolbu ‘l Alla li jeħlisna mid-deni jfisser li nibżgħu mill-ħaqq tiegħu u dan jiksbilna l-veru hena. Għaliex billi l-biża’ t’Alla huwa l-bidu tal-għerf, jiġi minnu li bis-saħħa tal-virtu’ tal-biża’ t’Alla l-bnedmin jaħarbu d-dnub.

Il-Ħmistax-il Warda

44. It-Tislima tal-Anġlu, jew is-Sliema, hija tant ġejja mis-sema u aħna tant ninsabu ‘l bogħod milli nifhmu t-tifsira sħiħa tagħha li l-Beatu Alan de la Roche kien jemmen li ebda ħlejqa komuni ma tista’ qatt b’xi mod tifihimha, u li biss s-Sinjur u l-Feddej tagħna Ġesù Kristu li twieled mill-Imqaddsa Verġni Marija jista’ fis-sewwa jfissirha.

Is-siwi kbir tagħha tafu qabel xejn lil Sidtna Marija li lilha kienet imlissna, għall-iskop tal-Verb t’Alla li sar Bniedem għal liema raġuni din it-talba waslet mis-sema, u tafu wkoll lill-Anġlu Gabriel li kien l-ewwel wieħed li qatt qalha.

It-Tislima tal-Anġlu hija ġabra mill-iqsar ta’ dak kollu li t-teoloġija Kattolika tgħallem dwar il-Verġni Mbierka. Fiha żewġ taqsimiet, waħda ta’ tifħir u l-oħra ta’ talb. L-ewwel parti turi dak kollu li aħna neħtieġu nitolbuha u dak kollu li nistgħu nistennew li niksbu bil-ħila ta’ tjubitha.

It-Trinita’ l-aktar Qaddisa għarraftilna l-ewwel parti tagħha; it-tieni parti żdiedet minn Santa Eliżabetta li kienet imnebbħa mill-Ispirtu s-Santu; u Ommna l-Knisja Mqaddsa tatna l-għeluq tat-talba fis-sena 430 meta kkundannat l-ereżija ta’ Nestorju fil-Konċilju ta’ Efesu u ddikjarat li l-Verġni Mbierka hija tassew Omm Alla. F’din l-okkażjoni ġegħlitna nitolbu lill-Madonna taħt dan l-isem glorjuż billi ngħidu: “Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna.”

45. L-akbar ġrajja fl-istorja kollha tad-dinja kienet l-Inkarnazzjoni tal-Verb Etern li bih nfdiet id-dinja u reġgħet seħħet is-sliema bejn Alla u l-bniedem. Il-Madonna ntgħażlet bħala għodda tiegħu għal din il-ġrajja tal-għaġeb li seħħet mat-Tislima tal-Anġlu. Kien l-Arkanġlu Gabriel, wieħed mill-prinċpijiet ewlenin tas-saltna tas-sema, li ntgħażel bħala ambaxxatur biex iwassal din l-aħbar ferrieħa.

Fit-Tislima tal-Anġlu tidher il-fidi u t-tama tal-patrijarki, tal-profeti u tal-appostli. Iktar minn hekk, tagħti lill-martri l-perseveranza u l-qawwa soda tagħhom, hija l-għerf tad-dutturi tal-Knisja, il-perseveranza tal-konfessuri mqaddsa u l-ħajja tar-reliġjużi kollha (Il-Beatu Alan). Hija wkoll l-innu l-ġdid tal-liġi tal-grazzja, il-hena tal-anġli u l-bnedmin, u l-innu li jkexkex lix-xjaten u jimlihom mistħija.

Bit-Tislima tal-Anġlu, Alla sar bniedem, xebba saret l-Omm t’Alla, l-erwieħ tal-qaddisin inħelsu mil-Limbu, it-troni battala fil-ġenna imtlew. Barra dan, id-dnub inħafer, il-grazzja ngħatatilna, in-nies morda issaħħew, il-mejtin qamu għall-ħajja, l-imtarfin treġġgħu lejn djarhom, u l-għadab tat-Trinita’ Qaddisa traqqad u l-bnedmin kisbu l-ħajja ta’ dejjem.

Fl-aħħarnett, it-Tislima tal-Anġlu hija qawsalla fis-smewwiet, sinjal tal-ħniena u tal-grazzja li Alla ta lid-dinja. (Beatu Alan).

Is-Sittax-il Warda

46. Ukoll jekk ma hemm xejn hekk kbir daqs il-maesta’ t’Alla u xejn hekk baxx daqs il-bniedem għax hu midneb, Alla li jista’ kollox ma jistmerrx it-talb fqajjar tagħna. Anzi, huwa jieħu gost meta nfaħħruh.

It-Tislima tal-Anġlu lill-Madonna hija waħda mill-isbaħ innijiet li aħna nistgħu qatt ngħannu lill-glorja tal-Aktar Għoli. “Jiena ngħannilkom għanja ġdida.” Dan l-innu ġdid li David bassar li kellu jitgħanna mal-miġja tal-Messija mhux ħlief it-Tislima tal-Anġlu.

Hemm innu qadim u innu ġdid: l-ewwel wieħed huwa dak li l-Lhud għannew b’ħajr lil Alla talli ħalaqhom u kien iżommhom ħajjin, talli ħelishom mill-jasar u mexxihom qawwija u sħaħ mill-Baħar l-Aħmar, talli tahom il-manna x’jieklu u għall-grazzji l-oħra kollha tiegħu.

L-innu l-ġdid huwa dak li l-Insara jgħannu b’radd il-ħajr għall-grazzji tal-Inkarnazzjoni u tal-Fidwa. Billi dawna l-għeġubijiet seħħew bil-ħila tat-Tislima tal-Anġlu, hekk ukoll intennu l-istess tislima biex nirringrazzjaw lis-Santissma Trinita’ għat-tjieba bla qies li rċevejna.

Aħna nfaħħru ‘l Alla l-Missier għax huwa hekk ħabb lid-dinja li tana ‘l Ibnu l-waħdieni bħala Feddej tagħna. Aħna nbierku ‘l-Iben għaliex huwa ried li jħalli l-ġenna u jinżel jgħammar f’din l-art, għaliex huwa sar bniedem u fdiena. Aħna nagħtu glorja lill-Ispirtu s-Santu għax hu sawwar il-ġisem safi ta’ Sidna Ġesù Kristu fil-ġuf tal-Madonna, dak il-ġisem li kien il-vittma ta’ dnubietna. B’dan is-sens ta’ ħajr minn qiegħ qalbna aħna jmissna, mela, dejjem ngħidu s-Sliema, billi nagħmlu atti ta’ fidi, tama, imħabba u ta’ radd il-ħajr għar-rigal imprezzabbli tas-salvazzjoni.

47. Għalkemm dan l-innu ġdid ifaħħar lill-Omm t’Alla u jitkanta direttament lilha, madankollu jsebbaħ ferm lis-Santissma Trinita’, għaliex kull ġieħ li aħna nroddu lill-Madonna bilfors jerġa’ lura għal Alla li huwa l-għajn tal-virtujiet u tal-perfezzjonijiet tagħha. Meta nqimu lill-Madonna Alla l-Missier jissebbaħ għaliex inkunu qegħdin nagħtu ġieħ lill-ħlejqa l-aktar perfetta tiegħu fost kulħadd; Alla l-Iben jissebbaħ għaliex inkunu qegħdin infaħħru ‘l Ommu l-iżjed safja; u Alla l-Ispirtu s-Santu jissebbaħ għaliex aħna nkunu mitlufin fil-għaxqa li bihom huwa mela lill-għarusa tiegħu.

Meta aħna nfaħħru u nbierku lill-Madonna billi ngħidu t-Tislima tal-Anġlu hija dejjem tgħaddi dawn it-tifħiriet lil Alla bħalma bl-istess mod għamlet meta hija kienet mfaħħra minn Santa Eliżabetta. Din tal-aħħar berkitha fil-milja tal-kobor tagħha bħala Omm Alla u l-Madonna raddet fis dawn it-tifħiriet lil Alla bil-Magnificat sabiħ tagħha.

48. Hekk kif it-Tislima tal-Anġlu tagħti ġieħ u ssebbaħ lis-Santissima Trinita’, hekk ukoll hija l-ogħla tifħir li nistgħu nroddu lill-Madonna.

Jum wieħed, waqt li Santa Mechtilde kienet qiegħda titlob u bdiet tipprova taħseb kif setgħet tfisser l-imħabba tagħha lejn l-Omm Imbierka aħjar milli kienet għamlet qabel, intilfet f’dehra. Il-Madonna dehritilha bit-Tislima tal-Anġlu miktuba bi kliem maqlugħ tad-deheb fuq sidirha u qaltilha: “Binti, irridek tkun taf li ħadd ma jista’ jogħġobni iżjed minn meta jgħid it-tislima li t-Trinita’ l-iżjed adorabbli wasslitli u li biha ġejt mgħollija għad-dinjita’ t’Omm Alla. Bil-kelma Ave, li hu l-isem Eva, jien tgħallimt li f’setgħa tiegħu bla qies, Alla kien ħelisni minn kull dnub u l-jasar li jġib miegħu, u li l-ewwel mara kienet wirtet.

L-Isem Marija li jfisser ‘Mara ta’ Dawl’ juri li Alla mlieni bl-għerf u d-dawl, bħal kewkba tilma, sabiex indawwal lis-smewwiet u ‘l-art.

Il-kelmiet mimlija bil-grazzja jfakkruni li l-Ispirtu s-Santu sawwab tant grazzji fuqi li jiena għandi l-ħila nagħti dawn il-grazzji bil-kotra lil min jitlobhom permezz tal-medjazzjoni tiegħi.

Meta l-bnedmin jgħidu Il-Mulej miegħek iġeddu l-hena li ma jitfissirx li ġarrabt meta l-Verb Etern sar bniedem fil-ġuf tiegħi.

Meta tgħidli Imbierka inti fost in-nisa jiena nfaħħar lill-ħniena divina t’Alla li rafagħni u għollieni għal dan il-grad ta’ hena.

U mal-kelmiet Imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù , il-ġenna bi ħġarha tithenna miegħi meta tara lil Ibni Ġesù Kristu meqjum u msebbaħ talli ħeles ‘l-umanita’.

Is-Sbatax-il Warda

49. Il-Beatu Alan de la Roche, li kien devot hekk kbir tal-Madonna, kellu bosta rivelazzjonijiet minn għandha u nafu li huwa wettaq il-verita’ ta’ dawn ir-rivelazzjonijiet b’ħalfa solenni. Tlieta minnhom jinqatgħu għalihom b’mod speċjali: l-ewwel waħda hi li jekk il-bnedmin jonqsu li jgħidu s-Sliema, li salvat lid-dinja, bi traskuraġni jew għax huma berdin jew għax jistmelluha, dan hu sinjal li aktarx huma ser jiġu kkundannati għat-telfien ta’ dejjem.

It-tieni verita’ hi li dawk li jħobbu din it-tislima divina għandhom fuqhom is-sinjal tal-predestinazzjoni.

It-tielet waħda hi li dawk il-bnedmin li Alla tahom il-grazzja li jħobbu lill-Madonna u li jaqduha għax iħobbuha jridu jieħdu ħafna ħsieb li jkomplu jħobbuha u jaqduha sakemm hi tarahom imtellgħin fil-ġenna minn Binha fil-grad ta’ glorja li huma jkunu kisbu. (Il-Beatu Alan).

50. L-eretiċi, li huma kollha ulied ix-xitan u li bid-deher jixhdu is-sinjal tal-istmerrija t’Alla, jitkexkxu mis-Sliema. Għadhom jgħidu l-Missierna iżda s-Sliema qatt; aktar tista’ tarahom iġorru serp velenuż madwar għonqhom milli jġorru kuruna tar-Rużarju.

Fost il-Kattoliċi, dawk li juru s-sinjal tal-istmerrija t’Alla ftit jaħsbu fir-Rużarju. Huma jew ma jgħiduhx jew inkella jgħiduh iġri u ġerri u bi bruda.

Ukoll li kelli ma nemminx f’dak li kien mgħarraf lill-Beatu Alan de la Roche, l-esperjenza tiegħi kienet tkun biżżejjed biex tikkonvinċini b’din il-verita’ tal-biża’ u li ssabbar fl-istess ħin. Jiena ma nafx, lanqas ma nifhem sewwa, kif jista’ jkun li devozzjoni li tidher daqshekk ħaġa żgħira tista’ tkun sinjal infallibbli tas-salvazzjoni eterna, u kif mingħarjha Alla jgħakkes lir-ruħ għal dejjem; madankollu, xejn ma jista’ jkun aktar veru.

Fi żmienna stess naraw li nies li jemmnu b’duttrini ġodda huma kkundannati minn Ommna l-Knisja Mqaddsa għall-qdusija artifiċjali tagħhom kollha, ma jagħtux kas tad-devozzjoni tar-Rużarju, u sikwit inaffru lil sħabhom milli jgħiduh billi jġibu kull xorta ta’ argumenti fiergħa. Huma joqgħodu b’seba’ għajnejn biex ma jikkundannawx ir-Rużarju u lil-labtu kif jagħmlu l-Kalvinisti, iżda l-mod kif jeħduha kontrihom hu aktar ta’ min jibża’ minnu għaliex huma aktar makakki. Nerġa’ nitkellem dwar dan iżjed ‘l quddiem.

51. Is-Siema, ir-Rużarju, huwa t-talba u s-sinjal infallibbli li bih nista’ nagħraf lil dawk li huma mmexxija mill-Ispirtu t’Alla minn dawk li huma mqarrqa mix-xitan. Naf erwieħ li kienu donnhom jittajru fil-għoli bħal isqra bil-meditazzjoni sublimi tagħhom u li b’danakollu tilfu t-triq it-tajba minħabba x-xitan. Sibt kemm tqarrqu biss meta sirt naf li kienu stkerrħu s-Sliema u r-Rużarju, għax mingħalihom kien talb ta’ kafkaf.

Is-Sliema hija nida qaddisa li tinżel mis-sema fuq l-erwieħ tal-predestinati. Tagħtihom b’mod l-għaġeb spiritwalita’ feritili biex jkunu jistgħu jikbru fil-virtujiet kollha. Iżjed mal-ġnien tar-ruħ ikun msoqqi b’din it-talba iżjed jiddawwal id-dehen ta’ dak li jkun, iżid it-tħabrik ta’ qalbu, u tissaħħaħ il-korazza tiegħu kontra l-għedewwa ta’ ruħu.

Is-Sliema hija lanza taqta’ u tikwi, li flimkien mal-Kelma t’Alla, tagħti lill-predikatur is-saħħa biex jinfed, iċaqlaq u jikkonverti dawk il-qlub l-aktar ibsin ukoll jekk ftit li xejn ikun jinqala’ biex jippriedka.

Kif għedt diġa’, dan kien sigriet kbir li l-Madonna għallmet lil San Duminku u lill-Beatu Alan de la Roch ħalli jkunu jistgħu jikkonvertu lill-eretiċi u lill-midinbin. Sant’Antoninu jgħidilna li hawn għalhekk li ħafna saċerdoti ħadu d-drawwa li jgħidu Sliema qabel ma jibdew jippridkaw.

It-Tmintax-il Warda

52. Din it-tislima tas-sema tiġbed fuqna l-barkiet ta’ Ġesù u ta’ Marija bil-kotra l-għaliex hija verita’ infallibbli li Ġesù u Marija jħallsu b’mod tal-għaġeb lil min jagħtihom glorja. “Jien inħobb lil min iħobbni. Nagħti l-ġid lil dawk li jħobbuni, u nimlielhom il-ħażniet tagħhom. Dak hu li Ġesù u Marija jgħidulna. “Min jiżra l-barkiet, jaħsad ukoll il-barkiet.”

Issa jekk aħna ngħidu s-Sliema sewwa, ma nkunux qegħdin inħobbu, inbierku u nsebbħu lil Ġesù u lil Marija? F’kull Sliema inbierku kemm ‘l Ġesù u kemm lil Marija: “Imbierka inti fost in-nisa u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù.”

B’kull Sliema nagħtu lill-Madonna l-istess ġieħ li taha Alla meta bagħat lill-Arkanġlu Gabriel biex iwasslilha t-tislima f’ismu. Kif jista’ qatt xi ħadd joħlom li Ġesù u Marija, li sikwit jieqfu ma’ dawk li jistħuhom, jistgħu qatt jistħu lil dawk li jberkuhom u jqimuhom bis-Sliema?

Kemm San Bernard u kemm San Bonaventura jgħidu li s-Sultana tas-Sema żgur ma tkunx tafulna inqas u ma tiftakarx inqas min-nies ħelwin u edukati ta’ din id-dinja. Hekk kif tisboqna fil-perfezzjonijiet l-oħra kollha, hi tisboqna lkoll kemm aħna fil-virtu’ tal-gratitudni; meta aħna nonorawha b’imħabba u qima, hija tħallasna il-mija fil-wieħed. San Bonaventura jistqarr li Marija issellmilna bil-grazzja jekk aħna nsellmulha bis-Sliema.

Min jista’ b’xi mod jifhem il-grazzji u l-barkiet li t-tislima u l-ħsieb ħanin lejn il-Madonna jnisslu fina? Sa mill-ewwel waqt li Santa Eliżabetta semgħet it-tislima li wasslitilha l-Omm t’Alla, imtliet bl-ispirtu s-Santu u t-tarbija f’ġufha qabżet bil-ferħ. Jekk aħna naħdmu ħalli jkunu jixirqulna t-tislima u l-barkiet tal-Madonna bla dubju nimtlew bil-grazzji u xmara ta’ faraġ spiritwali tinżel ġo ruħna.

Id-Dsatax-il Warda

53. Hemm miktub: “Agħtu u jingħatalkom.” Biex nieħdu eżempju ta’ dan fi kliem il-Beatu Alan: “Li kelli nagħtik kuljum mija u ħamsin djamant, ukoll jekk taħbat il-għadu tiegħi, ma kontx taħfirli?” Ma kontx timxi miegħi ta’ ħabib u tagħtini l-grazzji kollha li tista’ tagħti. Jekk trid tirbaħ il-għana tal-grazzja u l-glorja, sellem lill-Verġni Mbierka, qim lit-twajba Ommok.”

“Dak li jagħti ġieħ lil Ommu (il-Verġni Mbierka) jixbaħ lil wieħed li jkattar teżor.” Agħtiha kuljum għallanqas ħamsin Sliema, għaliex kull waħda tiswa ħmistax-il ħaġra prezzjuża, li jogħġbuha aktar mill-għana ta’ din id-dinja, kollu kemm hu.

U tista’ tistenna ħwejjeġ tassew kbar mill-qalb ġeneruża tagħna. Hija l-omm u l-ħabiba tagħna. Hija s-Sultana tal-ħolqien u tħobbna iżjed milli ommijiet u rġejjen tad-dinja qatt ħabbew xi bniedem. Dan huwa tassew minnu għax, kif jgħid Santu Wistin, l-imħabba tal-Verġni Mbierka hija bil-bosta akbar mill-imħabba naturali tal-bnedmin kollha kif ukoll tal-anġli kollha.

54. Jum fost l-oħrajn Santa Ġertrude kellha dehra fejn rat lill-Mulej Ġesù qiegħed jgħodd xi muniti tad-deheb. Għamlet il-ħila u staqsietu x’kien qed jagħmel. Huwa weġibha: “Qiegħed ngħodd is-Slimiet li għedt; dawn huma l-flus li bihom tħallas biex tidħol il-ġenna.”

Il-Ġiżwita qaddis u għaref Patri Suarez tant kien jifhem is-siwi tat-Tislima tal-Anġlu li stqarr li kien bil-qalb ipartat l-għerf kollu tiegħu ma’ Sliema waħda li tingħad sew.

55. Il-Beatu Alan de la Roche qal: “Jalla kull min iħobbok, O Marija l-iżjed qaddisa, jagħti widen għal dan li ġej u jixtarru sewwa:

“Kull meta ngħid Sliem għalik, Marija, il-qaddisin fil-ġenna jifirħu u d-dinja tibqa’ mistagħġba; jiena nistmerr lid-dinja u qalbi tfur bl-imħabba t’Alla meta ngħid ‘Sliem għalik, Marija.’ Il-biża’ kollu tiegħi jidbiel u jmut u l-ġibdiet ħżiena jitmewtu jekk ngħid ‘Sliem għalik, Marija’: il-ħeġġa tikber ġo fija u l-indiema għad-dnub titqanqal meta ngħid ‘Sliem għalik, Marija.’

It-tama tissaħħaħ ġo fija u n-nida tas-sabar tinżel aktar u aktar f’ruħi, għaliex ngħid ‘Sliema għalik, Marija.’ U l-Ispirtu tiegħi jifraħ u n-niket jgħib meta ngħid ‘Sliem għalik, Marija.’

Għax il-ħlewwa ta’ din it-tislima qaddisa hija daqshekk kbira li ma tistax titfisser kif jixraq bil-kliem, u anke meta nkunu faħħarna l-għeġubijiet tagħha, insibu li għandha moħbija f’misteru u hija hekk profonda li ħadd qatt ma jista’ jasal jidħol fil-qalba tagħha. Ma fihiex ħlief ftit kelmiet iżda hija bil-bosta għanja fil-misteri; hija oħla mill-għasel u egħżeż mid-deheb. Għandna sikwit naħsbu fuqha f’qalbna u nibqgħu ntennuha.

Il-Beatu Alan jirrakkonta li waħda soru li dejjem kellha devozzjoni kbira lejn ir-Rużarju wara li mietet dehret lil waħda minn ħutha s-sorijiet u qaltilha: “Li kieku nista’ nerġa’ nidħol f’ġismi, biex inkun nista’ ngħid imqar Sliema waħda, ukoll li kelli ngħidha mingħajr ħrara speċjali, jiena kont bil-ferħa nerġa’ nsofri mill-ġdid it-tbatijiet li għaddejt minnhom tul l-aħħar marda tiegħi, ħalli naqla’ l-mertu ta’ din it-talba.” Din l-istqarrija għandha iktar saħħa u qawwa meta nqisu li hija kienet mixħuta f’qiegħ ta’ sodda u sofriet tbatijiet kbar għal diversi snin qabel ma mietet.

56. Michel de Lisle, Isqof ta’ Salubre, li kien dixxiplu tal-Beatu Alan u jaħdem miegħu fit-twaqqif mill-ġdid tar-Rużarju mqaddes, stqarr li t-Tislima tal-Anġlu hija s-soluzzjoni għal kull għawġ li jiġi fuqna dment li ngħiduha bil-qalb f’ġieħ il-Madonna.

L-Għoxrin Warda

Tifsira qasira tas-Sliema għalik, Marija

57. Tinsab inti fl-istat ikrah tad-dnub? Mela dur lejn Marija u għidilha: “Ave,” li tifsser, “Jiena nsellimlek bil-qima l-iżjed għolja, int li int bla dnub” u hija teħilsek mill-ħażen ta’ dnubietek.

Tinsab mitluf fid-dlamijiet tal-injuranza u l-qerq? Mur għand Marija u għidilha: Sliem għalik Marija; li tfisser “Sliem, int li int miksija bid-dawl tax-Xemx tal-Ġustizzja” – u hija tagħtik naqra mid-dawl tagħha.

Ħriġt mit-triq li twassal għall-ġenna? Mela sejjaħ lil Marija, għax isimha jfisser “Kewkba tal-Baħar; Kewkbet is-Safar li tmexxi l-vapuri tar-ruħ tagħna tul il-vjaġġ ta’ din il-ħajja”, u hija tmexxikom lejn il-port tas-salvazzjoni ta’ dejjem.

Tinsab fil-għali? Dur lejn Marija għax isimha jfisser ukoll “Baħar ta’ mrar li kien mimli b’uġigħ aħrax f’din id-dinja iżda issa nbiddel f’baħar ta’ hena l-aktar safja fil-ġenna” u hija tbiddillek il-hemm tiegħek f’ferħ u d-dewjjaq f’sabar.

Tlift l-istat tal-grazzja? Faħħar u qim lill-grazzji bla għadd li bihom Alla żejjen lill-Verġni Mbierka u għidilha: Inti mimlija bil-grazzja u bid-doni kollha tal-Ispirtu s-Santu u hija tagħtikom uħud minn dawn il-grazzji.

Tinsab waħdek għax tlift il-ħarsien t’Alla? Itlob lil Marija u għid: Il-Mulej miegħek, b’xi mod aktar nobbli u aktar intimu milli hu mal-qaddisin u mal-ġusti, għaliex inti ħaġa waħda miegħu. Huwa jiġi Ibnek u laħmu huwa laħmek; inti ħaġa waħda mal-Mulej għax tixbhu lil xulxin perfettament u għall-imħabba li għandkom għal xulxin, għax inti Ommu. Imbagħad għidilha: “It-Tliet Persuni t’Alla huma miegħek għax inti t-Tempju tat-Trinita’ Qaddisa,” u hija tqegħidkom mill-ġdid taħt il-ħarsien u fi ħsieb Alla li jista’ kollox.

Sibt ruħek imkeċċi u misħut minn Alla? Mela għid lil Sidtna Marija: “Imbierka int iktar min-nisa kollha u aktar mill-artijiet kollha, bis-safa u bil-fertilita’ tiegħek; inti dawwart is-saħtiet t’Alla f’barkiet għalina,” u hija tberikom.

Tinsab imxennaq għall-ħobż tal-grazzja u għall-ħobż tal-ħajja? Ersaq qrib lejha, hi li ġabet il-Ħobż ħaj li niżel mis-sema u għidilha: Imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, “li int nissilt bla ma tlift b’ebda mod ix-xbubija tiegħek, li inti ġarrejt mingħajr tbatija u li inti willidt bla uġigħ. Ikun imbierek Ġesù li feda lid-dinja tagħna li tbati, meta aħna konna taħt il-jasar tad-dnub, li fejjaq lid-dinja mill-marda tagħha, li qajjem lill-mejtin għall-ħajja tal-grazzja u li ħeles lill-bnedmin mit-telfien.

“Bla dubju ruħek timtela bil-ħobż tal-grazzja f’din id-dinja u ta’ glorja eterna fl-oħra. Ammen.

58. Temm it-talba tiegħek blli titlob mal-Knisja u tgħid: Qaddisa Marija, qaddisa minħabba d-devozzjoni tiegħek għas-servizz t’Alla – servizz li ħadd ma jista’ jilħqu u li jibqa’ għal dejjem, qaddisa fil-grad sublimi tiegħek ta’ omm Alla, li żejnek bl-ogħla qdusija, sinjal xieraq ta’ din id-dinjita’ kbira.

Omm Alla u Ommna, avukata u medjatriċi tagħna, teżoriera tal-grazzji t’Alla u li tqassamhom kif inhu l-aħjar, aqlagħlna malajr il-maħfra ta’ dnubietna u agħmel li aħna nerġgħu nkunu paċi mal-maesta’ t’Alla bla qies.

Itlob għalina midinbin, inti li dejjem titqanqal mill-ħniena għal dawk fil-ħtieġa, li qatt ma tmaqdar lill-midinbin jew twarrabhom minnek, għax mingħajrhom int qatt ma kont tkun Omm il-Feddej.

Itlob għalina issa, matul din il-ħajja qasira hekk imhedda bil-ħin ta’ issa; issa li qegħdin iħebbu għalina lejl u nhar għedewwa qawwijin u kefrin.

U fis-siegħa tal-mewt tagħna, hekk waħxija u mwiergħa, meta saħħtina tkun qegħda tnin u r-rieda tagħna tbatti, u ruħna u ġisimna ikunu mkiddin bil-biża’ u bl-uġigħ; fis-siegħa tal-mewt tagħna meta x-xitan iħabrek b’kemm għandu saħħa u ħila biex jonsobna u jixħetna fit-telfien; f’dik is-siegħa meta tinqatagħlna s-sentenza għal dejjem ta’ dejjem, ġenna jew infern.

Idħol għal uliedek imsejkna, Omm ħelwa tal-ħniena, Avukata u Kenn tal-midinbin, fis-siegħa tal-mewt tagħna keċċi ‘l bogħod minna l-għedewwa qliel tagħna, ix-xjaten, dawk li jixluna, li bis-sura waħxija jimlewna bit-tkexkix. Dawwal il-mogħdija tagħna qalb il-wied ta’ dell il-mewt. Mexxina sat-tron tal-ġustizzja ta’ Ibnek u ibqa’ magħna hemmhekk. Idħol għalina u itlob ‘l Ibnek jaħfrilna u jdaħħalna fix-xirka tal-beati l-maħturin tiegħek fis-saltna tal-glorja ta’ dejjem. Ammen.

59. M’hemm ħadd li ma jistax jitgħaxxaq bis-sbuħija tar-Rużarju mqaddes li huwa magħmul minn żewġ partijiet tas-sema: it-Talba ta’ Sidna Ġesù Kristu u t-Tislima tal-Anġlu. Kif jista’ qatt ikun hemm xi talb jogħġob iżjed ‘l Alla u lill-Verġni Mbierka jew xi talb eħfef, ogħna jew aktar siewi minn dawn iż-żewġ talbiet? Għandna dejjem inżommuhom f’qalbna u fuq xofftejna ħalli nqimu lis-Santissima Trinita’, lil Ġesù Kristu l-Feddej tagħna, u lil Ommu l-iżjed qaddisa.

Minbarra dawn, hija ħaġa tajba li wieħed iżid il-Glorja fi tmiem kull posta jiġifieri, “Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

L-Ewwel Posta

Il-mertu kbir tar-Rużarju kif jidher mill-bidu u l-isem tiegħu.

L-Ewwel Warda

9. Ir-Rużarju hu magħmul minn żewġ affarijiet: it-talb tal-moħħ u t-talb tal-fomm. Fir-Rużarju t-talb tal-moħħ m’huwiex ħaġ’oħra ħlief il-meditazzjoni tal-misteri ewlenin tal-ħajja, tal-mewt u tal-glorja ta’ Ġesù Kristu u ta’ Ommu l-Imbierka. It-talb tal-fomm iseħħ meta wieħed igħid ħmistax-il posta tas-Sliema, bil-Missierna qabel kull posta, fil-waqt li fl-istess ħin wieħed jaħseb fuq il-ħmistax-il virtu ewlenija li Ġesù u Marija għexu fil-ħmistax-il misteru tar-Rużarju.

Fl-ewwel ħames posti għandna nqimu u nimmeditaw il-ħames Misteri tal-Ferħ; fit-tieni ħames posti l-Misteri tat-Tbatija u fit-tielet ħames posti l-Misteri tal-Glorja. Għalhekk fir-Rużarju, it-talb tal-moħħ u dak tal-fomm jsiru talba waħda qaddisa li biha nqimu u nitgħallmu nimxu fuq il-misteri u l-virtujiet tal-ħajja, tal-mewt, tal-passjoni u l-glorja ta’ Ġesù u Marija.

It-Tieni Warda

10. Billi l-qofol tar-Rużarju hu prinċipalment it-talba ta’ Kristu u t-tislima tal-Anġlu, jiġifieri l-Missierna u s-Sliema, kien bla dubju ta’ xejn l-ewwel talba u d-devozzjoni prinċipali tal-fidili u ingħad tul is-sekli kollha, ibda minn żmien l-appostli u d-dixxipli sal-ġurnata ta’ llum.

11. Madankollu kien biss fis-sena 1214 li l-Knisja laqgħet ir-Rużarju fis-sura li għandu llum u kif ngħiduh illum. Kien ingħata lill-Knisja minn San Duminku li kien laqgħu minn għand il-Verġni Mbierka bħala għodda setgħana ħalli permezz tiegħu jikkonvertu l-Albiġensjani u midinbin oħrajn.

Halli ngħidilkom il-ġrajja ta’ kif laqgħu. Din tinsab fil-ktieb magħruf De Dignitate Psalterii tal-Beatu Alan de la Roche. Meta San Duminku beda jara li l-kobor tad-dnubiet tan-nies kien qiegħed ibiegħed lill-Albiġensjani milli jikkonvertu, hu warrab ġewwa foresta qrib Toulouse fejn dam jitlob bla ma jaqta’ għal tlett ijiem u tliet iljieli. Matul dan iż-żmien m’għamilx ħlief jibki u jitgħakkes sabiex iraqqad il-qilla t’Alla. Tant għakkes lilu nnifsu li ġismu tertqu, u fl-aħħar intilef minn sensieh.

F’dak il-ħin dehritlu l-Madonna, imwennsa minn tliet angli, u lissnet: “Għażiż Duminku, taf liema hija l-għodda li t-Trinità Qaddisa trid tinqeda biha ħalli tbiddel lid-dinja?”

“Ja Sidti,” weġibha San Duminku, “inti taf ħafna aħjar minni għaliex wara Ibnek Ġesù Kristu inti kont minn dejjem it-triq ewlenija tas-salvazzjoni tagħna.”

Imbagħad il-Madonna wieġbet: “Irridek tkun taf li, f’din ix-xorta ta’ taqbid, il-magna li tfarrak lis-swar minn dejjem kienet is-Salterju tal-Anġlu li huwa l-pedament tar-Rabta l-Ġdida. Mela jekk inti trid tmiss dawn il-qlub iebsa u tirbaħhom għal Alla, ippriedka s-Salterju tiegħi.”

Għalhekk qam imsabbar, u mixgħul bil-ħrara għall-konverżjoni tan-nies f’dak id-distrett, reħielha dritt għall-Kattidral. Dlonk anġli inviżibbli bdew idoqqu l-qniepen ħalli l-erwieħ jinġemgħu u San Duminku beda jippriedka.

Sewwasew mal-ewwel erba’ kelmiet tal-priedka, faqqgħet maltempata tal-biża’, l-art triegħdet, ix-xemx iddallmet, u tant karwat ir-ragħad u tant leħħ il-beraq illi kulħadd tkexkex għall-mewt. It-tkexkix tagħhom żdied fuq li żdied meta hekk kif xeħtu għajnejhom fuq inkwadru tal-Madonna imdendel f’post fejn kien jidher sew, rawha tgħolli dirgħajha lejn is-sema għal tliet darbiet ħalli titlob ‘l Alla jitħallas minnhom kemm-il darba huma ma jikkonvertux, ma jbiddlux ħajithom u ma jfittxux il-ħarsien tal-Imqaddsa Omm Alla.

Alla ried li permezz ta’ dawn il-fenomeni sopranaturali ixerred id-devozzjoni ġdida tar-Rużarju Mqaddes u li jsir aktar magħruf.

Fl-aħħar, bis-saħħa tat-talb ta’ San Duminku, il-maltempata waqfet, u huwa kompla jippriedka. Fisser il-ħtieġa u s-siwi tar-Rużarju b’ħerqa u qawwa hekk sħiħa li tista’ tgħid in-nies kollha ta’ Toulouse ħaddnuh u ċaħdu t-twemmin fieragħ tagħhom. Fi żmien qasir, fil-belt deher titjib ġmielu; in-nies bdew jgħixu ħajja nisranija u warrbu d-drawwiet ħżiena ta’ qabel.

It-Tielet Warda

12. Dan il-mod mirakoluż li bih twaqqfet id-devozzjoni lejn ir-Rużarju Mqaddes jixbaħ, ikollna ngħidu, lill-mod illi bih Alla li jista’ kollox wassal il-liġi tiegħu lid-dinja fuq il-muntanja Sinaj u jixhed bid-deher is-siwi u l-ħtieġa tiegħu.

Imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, imħarreġ mill-Verġni Mbierka kif ukoll mill-esperjenza tiegħu nnifsu, San Duminku ippriedka r-Rużarju għall-bqija ta’ ħajtu. Xandru bl-eżempju tiegħu kif ukoll bil-priedki tiegħu, fl-ibliet u fil-kampanja, lin-nies għolja fis-soċjetà u lil dawk li ma humiex, lin-nies għorrief u lil dawk ta’ bla skola, lill-Kattoliċi u lill-eretiċi.

Ir-Rużarju, li hu kien jgħidu kuljum, kien it-tħejjija għal kull priedka u l-appuntament qasir tiegħu mal-Madonna sewwasew wara l-priedka.

13. Jum fost l-oħrajn kellu jippriedka f’Notre Dame ġewwa Pariġi, u dak in-nhar ħabtet il-festa ta’ San Ġwann l-Evanġelista. Kien ġo kappella ċkejkna wara l-altar maġġur iħejji ruħu għall-priedka tiegħu billi jgħid ir-Rużarju, kif kien dejjem jagħmel x’ħin dehritlu l-Madonna u qaltlu: “Duminku, ukoll jekk dak li ppreparajt għall-priedka jaf ikun tajjeb fuq li tajjeb, jiena qiegħda nwassallek hawn priedka bil-bosta aħjar.”

San Duminku ħa f’idejh il-ktieb li newlitlu l-Madonna, qara l-priedka bil-għaqal u wara li kien fehemha u ħaseb fuqha, irringrazzjaha.

Meta sar il-ħin, tela’ fuq il-pulptu u, minkejja li kien jaħbat jum il-qaddis, ma tarraf xejn fuq San Ġwann għajr illi dan kien instab xieraq li jieħu taħt il-ħarsien tiegħu s-Sultana tas-Sema. Il-ġemgħa kienet magħmula minn teoloġi u nies oħra magħrufin li kienu imdorrijin jisimgħu priedki għoljin u mirqumin, iżda San Duminku għarrafhom li ma kienx fi ħsiebu jippridkalhom għoli, b’għerf ta’ għajnejn id-dinja, imma li kien sejjer jitkellem bis-semplicità tal-Ispirtu s-Santu, u bis-setgħa tiegħu.

Għalhekk beda jippriedka dwar ir-Rużarju u fisser is-Sliema kelma b’kelma qisu qiegħed ikellem lit-tfal, u tahom it-tagħlim sempliċi li kien fih il-ktieb li kienet newlitlu l-Madonna.

14. Kartaġena, l-iskular magħruf, hu u jtenni x’kiteb il-Beatu Alan de la Roche f’De Dignitate Psalterii, ifisser kif seħħ dan kollu:

“Il-Beatu Alan jikteb illi jum wieħed Fra Duminku qallu f’dehra:

‘Ibni, hi ħaġa tajba li tippriedka; iżda hemm dejjem il-biża’ li tkun moħħok fit-tifħir u mhux fis-salvazzjoni tal-erwieħ. Isma’ sewwa xi ġrali f’Pariġi ħalli tiftaħ għajnejk u ma taqax f’dan l-iżball: kelli nippriedka fil-knisja l-kbira ddedikata lill-Madonna u jien kont tabilħaqq ħerqan mhux ftit li toħroġli priedka stupenda, mhux bi kburija iżda minħabba li l-ġemgħa kienet nies ta’ skola għolja.

Siegħa qabel ma kelli nibda nippriedka, kont miġbur ngħid ir-Rużarju, kif kont dejjem nagħmel qabel ma nippriedka, meta hekku, intlift f’dehra. Jiena rajt lill-maħbuba seħibti Omm Alla riesqa lejja bi ktieb f’idha. ‘Duminku,’ qaltli, ‘ukoll jekk dak li ħejjejt għall-priedka jaf ikun tajjeb ħafna, jiena qed inwassallek hawn priedka bil-bosta aħjar.’

M’għandniex xi ngħidu, ridt intir bil-ferħ, ħadt il-ktieb u flejt kull kelma tiegħu. Tabilħaqq, kif kienet qalet il-Madonna, sibt sewwasew il-ħwejjeġ meqjusa għall-priedka tiegħi, għalhekk irringrazzjajtha b’qalbi kollha.

Malli sarli l-ħin biex nibda, rajt illi l-Università ta’ Pariġi kienet ġiet hemm bi ħġarha flimkien ma’ għadd ġmielu ta’ kbarat. Kollha kemm huma kienu raw u semgħu bil-ħwejjeġ tal-għaġeb li l-Mulej twajjeb kien qiegħed jagħmel permezz tiegħi.

Għalhekk tlajt fuq il-pulptu. Kienet il-festa ta’ San Ġwann l-Appostlu iżda kull ma għedt dwaru kien li hu kien instab xieraq li jieħu ħsieb is-Sultana tas-Sema. Imbagħad kellimt lill-ġemgħa:

Sinjuri u dutturi għorrief tal-Università, intom imdorrijin tisimgħu priedki għoljin li jaqblu mal-gosti sbieħ tagħkom. Issa jiena ma nixtieqx inkellimkom bl-ilsien għoli ta’ għerf il-bnedmin iżda, bil-maqlub, irrid nurikom l-Ispirtu t’Alla u l-kobor tiegħu.’”

Hawnhekk jintemm il-kliem tal-Beatu Alan, u wara dan Kartaġena jissokta jgħid fi kliemu: “Imbagħad San Duminku fissrilhom it-Tħabbira tal-Anġlu, billi beda jġibilhom tixbihat u eżempji ħfief mill-ħajja ta’ kuljum.”

15. II-Beatu Alan, skont Kartaġena, semma bosta ġrajjiet oħra meta Sidna Ġesù Kristu u l-Madonna dehru lil San Duminku ħalli jħeġġuh u jnebbħuh jippriedka dejjem aktar ir-Rużarju biex jinqata’ d-dnub u jikkonvertu l-midinbin u l-eretiċi.

F’silta oħra Kartaġena jgħid: “Il-Beatu Alan qal li wara li l-Madonna kienet dehret lil San Duminku, Binha Ġesù deherlu u qallu: ‘Duminku, nifraħ meta nara li inti m’intix toqgħod fuq il-għerf tiegħek u li minflok li tfittex it-tifħir fieragħ tal-bnedmin, qiegħed taħdem b’umiltà kbira għas-salvazzjoni tal-erwieħ.

Iżda ħafna sacerdoti joħorġu jippridkaw qatta bla ħabel kontra l-agħar dnubiet mill-bidu nett, hekk li ma jintebħux li qabel ma bniedem marid tingħatalu l-mediċina morra jeħtieġ jitħejja għall-istat tal-moħħ li jkun lest għaliha, biex tassew tiswielu ta’ ġid.

Huwa minħabba dan li qabel ma jagħmlu x’jagħmlu, is-saċerdoti għandhom jippruvaw ikebbsu l-imħabba għat-talb fi qlub il-bnedmin u l-aktar l-imħabba għas-Salterju Anġeliku tiegħi. Li kieku kulħadd kellu jibda jgħidu, u jkompli tabilħaqq, Alla, fil-ħniena tiegħu, bil-kemm kien ikun jista’ jiċħdilhom il-grazzja tiegħu. Għaldaqstant irridek tippriedka r-Rużarju.'”

16. Band’oħra il-Beatu Alan jgħid: “Is-saċerdoti kollha jgħidu Sliema mal-fidili qabel jippridkaw, ħalli jitolbu l-għajnuna t’Alla. Jagħmlu dan minħabba rivelazzjoni li San Duminku kellu mingħand il-Madonna. ‘Ibni,’ qaltlu jum fost l-oħrajn, ‘toħodhiex bi kbira li l-priedki tiegħek ma jħallux il-frott li kont tistenna. Inti qiegħed tipprova taħdem biċċa art li ma xorbitx qatra xita. Issa meta Alla li jista’ kollox ħaseb biex iġedded il-wiċċ tal-art, huwa beda billi sawwab ix-xita mis-sema, u din kienet it-Taħbira tal-Anġlu. B’dan il-mod Alla biddel id-dinja.

Għalhekk, meta tagħmel priedka ħeġġeġ lin-nies jgħidu r-Rużarju tiegħi u hekk kliemek irodd ħafna aktar frott fl-erwieħ.’

San Duminku ma ħeliex żmien biex iwettaq din ix-xewqa u minn dak in-nhar ‘il quddiem il-priedki tiegħu daħlu fil-fond tal-qalb.” (Din l-aħħar silta hija meħuda mill-Ktieb tal-Mirakli tar-Rużarju Mqaddes,’ miktub bit-taljan, u tinsab ukoll fix-xogħliiiet ta’ Justin, il-143 Priedka).

17. Ħadt gost nikkwota il-kliem eżatt ta’ dawn l-awturi magħrufa. Dan jgħin lil dawk li għandhom xi dubji dwar il-qawwa meraviljuża tar-Rużarju.

Sakemm is-saċerdoti mxew fuq l-eżempju ta’ San Duminku u ippridkaw id-devozzjoni lejn ir-Rużarju Mqaddes, il-qdusija u l-ħeġġa dejjem kibru fid-dinja Nisranija u f’dawk l-ordnijiet reliġjużi li kienu devoti tar-Rużarju. Iżda billi n-nies ma tatx każ aktar ta’ dan ir-rigal tas-sema, kull sura ta’ dnub u taħwid xterdu mal-erbat irjieħ tad-dinja.

Ir-Raba’ Warda

18. Il-ħwejjeġ kollha, ukoll dawk l-aktar qaddisa, jafu jgħaddu minn bidla, l-aktar fejn tidħol ir-rieda ħielsa tal-bniedem. Għalhekk wieħed ma għandux jistagħġeb li l-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes żammet il-ħrara tal-bidu għal seklu wieħed biss wara li twaqqfet minn San Duminku. Wara dan qisha mietet u ntesiet.

M’hemmx dubju wkoll li l-qerq u l-għira tax-xitan kellhom ħafna x’jaqsmu biex iġiegħlu lin-nies iwarrbu r-Rużarju, u hekk jagħlqu l-għajn tal-grazzja t’Alla li r-Rużarju kien ġibed fuq id-dinja.

Għalhekk, fl-1349, Alla għakkes lill-Ewropa kollha u bagħat pesta terribbli f’kull pajjiż li bħalha qatt ma kienet dehret qabel. L-ewwel ma ħadet kien fil-Lvant u mbagħad infirxet mal-Italja, il-Ġermanja, Franza, il-Polonja u l-Ungerija, u ġabet magħha niket kull fejn laqtet, għaliex minn kull mitt ruħ bilkemm ħelisha wieħed biex igħid x’ġara u ma ġarax. Bliet kbar, bliet żgħar, irħula u monasteri kienu saru għoddhom baħħ tul it-tlett snin li damet l-imxija tal-pesta.

Dan il-kastig t’Alla malajr kaxkar warajh tnejn oħra: l-ereżija tal-Flagellantes u xiżma traġika fl-1376.

19. Aktar tard, meta għall-ħniena t’Alla għadda dan il-għawġ, il-Madonna qalet lill-Beatu Alan sabiex jerġa’ jagħti ħajja lill-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes. Il-Beatu Alan kien wieħed mill-patrijiet Dumnikani fil-monasteru ta’ Dinan, ġewwa Franza. Kien tejologu mill-aqwa u magħruf għall-priedki tiegħu. Il-Madonna għażlet lilu għaliex billi l-Konfraternità kienet twaqqfet f’dik il-provinċja, kien jixraq li Dumnikan mill-istess provinċja jkollu l-ġieħ li jerġa’ jwaqqafha.

Il-Beatu Alan beda dan ix-xogħol tqil fl-1460 wara twissija speċjali mingħand il-Mulej Ġesù. Hu stess jirrakkuntalna kif irċieva dak il-messaġġ urġenti:

Jum wieħed, waqt li kien qed iqaddes, il-Mulej Ġesù li xtaq isuqu ħalli jippriedka r-Rużarju Mqaddes, kellmu minn ġo l-Ostja Mqaddsa: “Kif tista’ issallabni mill-ġdid daqshekk malajr?” staqsieh Ġesù. “X’għedtli Mulej?” staqsieh lura mkexkex il-Beatu Alan. “Sallabtni darba qabel bi dnubietek,” wieġbu Ġesù, “u kont mill-ġdid nissallab bil-qalb ħalli ma narax lil Missieri imriegħex bid-dnubiet li kont tagħmel. Qiegħed terġa’ issallabni issa għaliex għandek il-għerf u t-tagħlim kollu meħtieġ sabiex tippriedka r-Rużarju t’ommi u dan m’intix tagħmlu. Li kieku kellek tagħmlu, kieku kont tista’ turi t-triq it-tajba lil ħafna erwieħ tbegħidhom mid-dnub, iżda m’intix tagħmlu w għalhekk int innifsek taħti għad-dnubiet li jagħmlu huma.”

Din it-twissija qawwija ġiegħlet lill-Beatu Alan jagħmel proponiment sod li jippriedka r-Rużarju bla heda.

20. Il-Madonna wkoll kellmitu jum wieħed biex tnebbħu jippriedka r-Rużarju aktar u aktar. “Inti kont midneb kbir f’żgħożitek,” qaltlu, “imma jien qlajtlek mingħand Ibni il-grazzja tal-konverżjoni. Li kieku kienet ħaġa possibbli, jiena kont nixtieq inbati saħansitra kull għamla ta’ tbatija ħalli nsalvak, għaliex il-midinbin li jikkonvertu, lili jagħmluli ġieħ. U dan jien kont nagħmlu wkoll ħalli nara li jkun jixraqlek tippriedka r-Rużarju tiegħi kullimkien.”

San Duminku deher ukoll lill-Beatu Alan u għarrfu bil-ħsad kotran tal-ħidma tiegħu: kien jippriedka r-Rużarju bla mistrieħ, il-priedki tiegħu kienu raddew frott kotran u bosta erwieħ kienu ikkonvertew waqt il-missjonijiet tiegħu.

Qallu lill-Beatu Alan: “Ħares lejn il-ħsad tal-għaġeb li jien ħsadt bil-priedki fuq ir-Rużarju. Int u dawk kollha li jħobbu lill-Madonna jmisskom tagħmlu l-istess ħaġa ħalli bis-saħħa ta’ din id-drawwa qaddisa tar-Rużarju tkunu tistgħu tiġbdu lin-nies kollha lejn il-vera għerf tal-virtujiet.”

Fil-qosor, mela, din hija l-ġrajja ta’ kif San Duminku waqqaf ir-Rużarju mqaddes u kif il-Beatu Alan de la Roche rega’ tah il-ħajja.

Il-Ħames Warda

21. Biex ingħiduha kif inhi, ma jistax ikun hemm ħlief għamla waħda ta’ Konfraternità tar-Rużarju, dik fejn il-membri tagħha jaċċettaw li jgħidu r-Rużarju kollu ta’ mija u ħamsin Sliema kuljum. Madankollu, jekk nieħdu bħala kejl il-ħeġġa ta’ dawk li jgħidu r-Rużarju, nistgħu nqassmuhom fi tliet kategoriji: il-membri ordinarji, li jgħidu r-Rużarju sħiħ darba fil-ġimgħa; il-membri perpetwi, li jgħiduh darba biss fis-sena; il-membri ta’ kuljum, fejn il-membri jintrabtu li jgħidu r-Rużarju kollu kuljum, jiġifieri, il-ħmistax-il posta li jgħoddu mija u ħamsin Sliema.

Ebda waħda minn dawn is-sħubijiet tar-Rużarju ma torbot taħt dnub. Wieħed lanqas dnub venjal ma jagħmel jekk ma jaqdix dmiru f’din il-ħaġa għax wieħed jintrabat għal kollox minn rajh f’din il-ħidma u hija aktar milli huwa obbligat jagħmel. M’għandniex xi ngħidu, wieħed m’għandux jidħol fil-Konfraternità jekk ma jkollux il-ħsieb li jgħid ir-Rużarju daqskemm drabi jitlob it-tisħib, mingħajr madankollu, ma jonqos mid-dmirijiet tal-istat tiegħu fil-ħajja.

Għalhekk, meta r-Rużarju jaħbat ma’ xi dmir fl-istat tal-ħajja tal-bniedem, qaddis kemm hu qaddis ir-Rużarju, wieħed għandu jagħżel li jaqdi d-dmir mitlub minnu. Hekk ukoll il-morda m’humiex marbutin li jgħidu r-Rużarju kollu jew saħansitra parti minnu jekk dak l-isforz jista’ jgħajjihom u joħodhom lura f’saħħithom.

Jekk wieħed ma jistax jgħid ir-Rużarju minħabba xi dmir li huwa obbligat jagħmel, jew inkella għax jinsa, jew minħabba xi ħtieġa ta’ malajr, wieħed ma jkun għamel lanqas dnub venjal. Wieħed jikseb il-ġid tal-Konfraternità xorta waħda, u jieħu sehem fil-grazzji u l-merti ta’ ħutu fir-Rużarju li qegħdin jgħiduh fid-dinja kollha.

U, għeżież tiegħi Kattolici, ukoll jekk intom ma tgħidux ir-Rużarju għat-traskuraġni jew għall-għażż, sakemm ma tistmerruħx bid-deher, ma tagħmlux dnub, biex ngħiduha kif inhi; iżda f’dan il-każ ma tieħdux sehem fit-talb, fl-opri tajba u fil-merti tal-Konfraternità. Barra dan, la ma tkunux fidili fi ħwejjeġ żgħar, u li huma aktar milli fid-dmir għandkom tagħmlu, mingħajr ma tindunaw tistgħu taqgħu fid-drawwa li tonqsu fi ħwejjeġ kbar bħalma huma dawk id-dmirijiet li jorbtu taħt dnub. Il-għaliex “Dak li jistmerr ħwejjeġ żgħar, bil-mod il-mod jaqa’ fil-kbar.”

Is-Sitt Warda

22. Minn mindu San Duminku waqqaf id-devozzjoni lejn ir-Rużarju Mqaddes sakemm il-Beatu Alan de la Roche raġa’ tah il-ħajja fl-1460, dejjem kien jissejjaħ is-Salterju ta’ Ġesù u Marija. Dan huwa hekk għaliex fih l-istess għadd tat-Tislima tal-Anġlu daqskemm fih salmi l-Ktieb tas-Salmi ta’ David. Billi l-erwieħ twajba u bla skola ma jistgħux ilissnu s-Salmi ta’ David, ir-Rużarju lilhom jiswielhom ta’ ġid daqskemm is-Salterju ta’ David jiswa ta’ ġid lil ħaddieħor.

lżda r-Rużarju jista’ jitqies saħansitra iżjed ogħni minn dawn tal-aħħar għal tliet raġunijiet:

  1. L-ewwel, il-għaliex is-Salterju tal-Anġlu jrodd frott iżjed bnin, u dan huwa l-lben t’Alla magħmul bniedem, filwaqt illi s-Salterju ta’ David iħabbar biss il-miġja tiegħu;
  2. It-tieni, hekk kif il-ħaġa nfisha hija aktar importanti mix-xebh tagħha, u kif il-ġisem jiswa iżjed minn dellu, bl-istess mod is-Salterju ta’ Sidtna Marija huwa aqwa mis-Salterju ta’ David li m’għamilx ħaġ’oħra għajr jagħti sura tiegħu minn żmien qabel;
  3. It-tielet, għaliex is-Salterju ta’ Sidtna Marija jew ir-Rużarju magħmul mill-Missierna u s-Sliema huwa opra li saret direttament mis-Santissima Trinità.

L-għaref Kartaġena minn Aix-la-Chapelle fil-ktieb tiegħu La Couronne de Rose iddedikat lill-Imperatur Massimiljanu kiteb fuq dan is-suġġett: “Wieħed ma jistax iżomm l-opinjoni li t-Tislima lil Marija hija xi ħaġa reċenti. Hi xterdet kważi flimkien mal-Knisja nnifisha. Dan għaliex sa mill-bidunett tal-Knisja, l-Insara l-aktar struwiti kienu jiċċelebraw t-tifħir divin bil-150 salm ta’ David. In-nies ordinarji, li kienu jsibu aktar diffikultà fis-servizz divin, għalhekk ħasbu f’xi ħaġa oħra qaddisa biex jagħmlu bħalhom… Huma raw, u fil-fatt huwa veru, li fit-tifħir ċelesti tar-Rużarju hemm inklużi s-sigrieti divini kollha tas-salmi, għaliex, jekk is-salmi jkantaw lil Dak li kellu jiġi, ir-Rużarju jiddikjarah bħala Dak li ġie.

Kien hekk li bdew isejħu t-talba ta’ 150 tislima ‘Is-Salterju ta’ Marija’, u li qabel kull posta tingħad il-Missierna, bħalma kienu jagħmlu dawk li jirreċitaw s-salmi.

23. Is-Salterju ta’ Sidtna Marija jew ir-Rużarju fih tliet taqsimiet ta’ ħames posti l-waħda, għal dawn ir-raġunijiet ewlenin:

  1. biex inqimu lit-Tliet Persuni tas-Santissima Trinità;
  2. biex inqimu l-ħajja, il-mewt u l-glorja ta’ Ġesù Kristu;
  3. biex nimxu fuq il-passi tal-membri tal-Knisja li qegħda fil-glorja, biex ngħinu lill-membri tal-Knisja li qegħda titqabad, u biex innaqqsu t-tbatijiet tal-Knisja li qegħda tissaffa;
  4. biex nimxu fuq it-tliet taqsimiet li fihom is-Salmi: l-ewwel hija għall-ħajja li ssaffi, it-tieni għall-ħajja li tagħti d-dawl; u t-tielet għall-ħajja li tgħaqqad;
  5. biex jagħtina ruxxmata grazzji tul ħajjitna, paċi f’mewtna, u glorja għal dejjem ta’ dejjem.

Is-Seba’ Warda

24. Minn mindu l-Beatu Alan de la Roche raġa ta l-ħajja lil din id-devozzjoni, il-leħen tal-poplu li huwa l-leħen t’Alla, sejjaħlu bl-isem ta’ Ir-Rużarju, kelma li tfisser “kuruna ta’ ward”. Mela kull darba li n-nies jgħidu r-Rużarju bid-devozzjoni, iqiegħdu kuruna ta’ mija u tlieta u ħamsin warda bajda u sittax-il warda ħamra fuq l-irjus ta’ Ġesù u ta’ Marija. Billi huwa ward tas-Sema, dan qatt ma jitfi jew jitlef is-sbuħija tiegħu.

Il-Madonna uriet kemm hu għal qalbha dan l-isem tar-Rużarju; hija għarrfet dan is-sigriet lill-bosta nies li kull darba li jgħidu s-Sliema jkunu qegħdin jagħtuha warda sabiħa u li kull Rużarju sħiħ idommilha kuruna tal-ward.

25. Il-Ġiżwita Brother Alfonsu Rodriguez kien jgħid ir-Rużarju b’tant ħrara li sikwit kien jara warda ħamra ħierġa minn ħalqu ma’ kull Missierna u warda bajda ħierġa ma’ kull Sliema. Il-wardiet ħomor u bojod kienu sbieħ indaqs u jfuħu ndaqs; kienu differenti minn xulxin fil-lewn biss.

Naqraw fil-ħajja ta’ San Frangisk li wieħed patri żagħżugħ kellu d-drawwa ta’ min ifaħħarha li jgħid din il-kuruna tal-Madonna kuljum qabel l-ikla ta’ nofs inhar. Jum wieħed, għal raġuni jew oħra, ma seħħlux jgħidu. Il-qanpiena tar-refettorju kienet diġà daqqet meta dan il-patri staqsa lis-superjur jagħtihx permess li jmur jgħidu qabel ma jersaq fuq il-mejda, u malli qala’ dak li xtaq mar fiċ-ċella tiegħu biex jitlob.

Wara li kien ilu nieqes mhux ħażin, is-superjur bagħat patri ieħor ħalli jara x’kien sar minnu; dan sabu f’kamartu mgħawwem f’dawl tas-sema iħares lejn il-Madonna li kellha żewġ anġli magħha. Ward ħlejju beda ħiereg bla waqfien minn ħalqu ma’ kull Sliema; l-anġli bdew jaqbduhom waħda waħda u jqiegħduhom fuq ras il-Madonna u hija bdiet tilqagħhom bi tbissima. Fl-aħħar żewġ patrijiet oħra li kienu ntbagħtu ħalli jaraw x’kien ġralhom l-ewwel tnejn intlaqtu mill-istess dehra ħelwa u l-Madonna ma warrbitx minn hemm qabel ma kien intqal ir-Rużarju kollu kemm hu.

Mela r-Rużarju kollu u sħiħ huwa kuruna kbira ta’ ward u r-Rużarju ta’ ħames posti huwa girlanda żgħira ta’ fjuri jew kuruna ċkejkna ta’ ward il-ġenna li aħna nqiegħdu fuq l-irjus ta’ Ġesù u ta’ Marija. Il-warda hija s-sultana tal-Fjuri, u għalhekk ir-Rużarju huwa l-warda tad-devozzjonijiet kollha u minn dan jiġi li hu l-aktar importanti fosthom.

It-Tmien Warda

26. Mhux faċli infisser bil-kliem kemm jogħġobha r-Rużarju lill-Madonna u kif fost id-devozzjonijiet kollha huwa aktar għal qalbha mill-oħrajn bil-bosta. Lanqas ma nista’ nfisser biżżejjed kemm tħallas b’mod meraviljuż lil dawk li jaħdmu ħalli jippridkaw din id-devozzjoni, biex jagħtuha l-ħajja u jxandruha, lanqas minnaħa l-oħra ma nista’ nfisser kemm tgħakkes sħiħ lil dawk li jaħdmu kontriha.

Tul ħajtu kollha, San Duminku ma kellu xejn aktar għal qalbu milli jfaħħar lil Sidtna Marija, jippriedka l-kobor tagħha u jħeġġeġ lil kulħadd biex iqimuha billi jgħidu r-Rużarju. Bi ħlas ta’ dan qala’ grazzji bir-radam minn għandha. Din is-Sultana setgħana tas-sema għaniet ix-xogħol tiegħu b’ħafna mirakli u għeġubijiet. Alla dejjem tah dak li talbu bis-saħħa tal-Madonna. L-akbar ġieħ fost kollha kien meta għenitu jfarrak l-ereżija Albiġensjana u għamlitu l-fundatur u patrijarka ta’ għaqda kbira reliġjuża.

27. Imbagħad il-Beatu Alan de la Roche li raġa’ qajjem id-devozzjoni lejn ir-Rużarju, kiseb bosta grazzji minn għand il-Madonna; hija dehritlu ta’ qalb tajba li hi bosta drabi biex tgħallmu kif għandu jagħmel ħalli jsalva ruħu, ħalli jsir saċerdot tajjeb u reliġjuż perfett, u kif jagħmel biex ifassal ruħu fuq Sidna Ġesù.

Kien ikun imġarrab b’mod li jwaħħxek u ippersegwitat mix-xjaten, u hawn kien jinfileġ għall-mewt u kultant kien għoddu jaħsel ser jaqta’ qalbu – iżda l-Madonna dejjem sabbritu bid-dehra ħelwa tagħha li tajritlu s-sħab iswed minn ruħu.

Għallmitu kif jgħid ir-Rużarju hija u tfissirlu s-siwi tiegħu u l-frott li jrodd u qalgħetlu grazzja kbira u glorjuża: il-ġieħ illi jissejjaħ l-għarus il-ġdid tagħha. Bħala tifkira tal-imħabba safja għalih daħħlitlu ċurkett f’sebgħu u libbsitu ħannieqa f’għonqu magħmula minn xagħarha nnifsu u newlitlu kuruna tar-Rużarju.

Ir-Rev. Tritème, l-għaref Kartaġena u Martinu ta’ Navarre, kif ukoll oħrajn, faħħruh kemm felħu fi kliemhom. Il-Beatu Alan miet f’Zwolle, fi Flanders, fit-8 ta’ Settembru 1475, wara li kien daħħal ‘il fuq minn mitt elf ruħ fil-Konfraternità.

28. Il-Beatu Tumas ta’ San Ġwann kien imsemmi ferm għall-priedki tiegħu fuq ir-Rużarju Mqaddes, u x-xitan, għajjur għall-gid li kien jagħmel fost l-erwieħ, tant ħaqru bl-ikrah illi marad, u tant dam marid illi t-tobba qatgħu jieshom minnu. Lejla waħda, meta ħaseb li kienet waslet tassew is-siegħa tal-mewt, ix-xitan deherlu taħt sura l-aktar waħxija. Kien hemm xbieha tal-Madonna qrib soddtu; ta ħarsa lejha u għajjat b’qalbu kollha, b’ruħu kollha u b’saħħtu kollha: “Għinni, eħlisni, ja Omm l-aktar ħelwa tiegħi”. Bilkemm laħaq spiċċa dan il-kliem li hekku, ix-xbiha donna ħadet il-ħajja u l-Madonna tawlet idha, qabditu minn minkbu u qaltlu: “La tibżax, Tumas ibni, jien hawn u sejra neħilsek: issa qum u kompli ippriedka r-Rużarju kif kont tagħmel qabel. Inwiegħdek li nħarsek mill-għedewwa tiegħek.”

Malli l-Madonna qalet dan, ix-xitan ħarab ‘l hemm u l-Beatu Tumas qam fuq saqajh u sab illi kien imfejjaq mija fil-mija. Imbagħad irringrazzja lill-Madonna bi dmugħ ta’ ferħ. Raġa’ beda l-appostolat tiegħu tar-Rużarju u l-priedki tiegħu irnexxew ħafna.

29. Il-Madonna tbierek mhux biss lil dawk li jippridkaw ir-Rużarju, imma tħallas tajjeb ukoll lil dawk kollha li bl-eżempju tagħhom iħajru lill-oħrajn jgħiduh.

Alfonso, Re ta’ Leon u Galicia, ried ħafna li s-sudditi tiegħu jqimu lill-Verġni Mqaddsa billi jgħidu r-Rużarju. Għal dan il-għan kien idendel kuruna kbira tar-Rużarju maċ-ċinturin tiegħu iżda huwa nnifsu qatt ma kien jgħidu. Madankollu, dik il-ħaġa li kien jilbisha għamlet il-ħila lill-kortiġjani tiegħu biex jgħidu r-Rużarju tassew bil-qalb.

Jum fost l-oħrajn, ir-Re marad serjament u meta kienu diġà għamluh mejjet sab ruħu f’dehra quddiem it-tron tal-ġustizzja ta’ Sidna Gesù. Kien hemm ġemgħa xjaten hemm ħdejh, jixluh bid-dnubiet kollha li kien għamel u Sidna Ġesù, bħala imħallef Divin kien għoddu ser jaqtagħhielu għall-infern meta l-Madonna resqet biex tidħol għalih. Qaltilhom iġibulha miżien u qegħdet dnubietu ġo waħda mill-kefef tiegħu filwaqt li mbagħad telqet il-kuruna tar-Rużarju li kien dejjem iġorr fuqu fil-keffa l-oħra, flimkien mar-Rużarji kollha li kienu ntqalu bl-eżempju tiegħu. Instab illi r-Rużarji kienu jiżnu aktar minn dnubietu.

Hija u tħares lejh bi ħniena kbira il-Madonna qaltlu: “Bħala premju għal dan il-ġieħ żgħir li wrejtni meta int ilbist il-kuruna tar-Rużarju tiegħi, jiena qlajtlek grazzja kbira mingħand Ibni. Ħajtek ittul bi ftit snin oħra. Qis illi tgħaddi dawn is-snin bil-għaqal, u agħmel indiema.”

Meta r-Re raġa’ ġie f’tiegħu għajjat: “Ikun imbierek ir-Rużarju tal-Verġni Marija l-aktar qaddisa, li bis-saħħa tiegħu jiena inħlist mit-telfien ta’ dejjem!”

Wara li ħa saħħtu mill-ġdid, għadda l-bqija ta’ għomru ixerred id-devozzjoni lejn ir-Rużarju u kien jgħidu bis-sinċerità kuljum.

Nies li jħobbu lill-Madonna għandhom jimxu fuq l-eżempju tar-Re Alfonsu u fuq dak tal-qaddisin li semmejt biex huma wkoll ikunu jistgħu jirbħu erwieħ oħrajn għall-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes. Huma jaqilgħu grazzji kbar fuq din l-art u l-ħajja ta’ dejjem ‘il quddiem. “Dawk li jxandruni jkollhom il-ħajja ta’ dejjem.”

Id-Disa’ Warda

30. Hija ħaġa ħażina bosta u qarrieqa tassew għal erwieħ oħra li wieħed iżomm lura l-progress tal-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes. Alla ikkastiga bil-kbir lil ħafna minn dawk li kienu daqshekk moħħhom imdallam li marru jiddieħku bil-Konfraternità u li għamlu minn kollox sabiex joħonquha.

Minkejja l-fatt li Alla wera kemm irid ir-Rużarju bis-saħħa ta’ ruxxmata mirakli, u minkejja l-Bolli tal-Papiet li nkitbu biex juru kemm japprovawh, għad baqa’ wisq nies illum li huma kontra r-Rużarju Mqaddes. Dawn it-talin li jemmnu dak li jridu huma, kif ukoll dawk li jkasbru lir-reliġjon, tarahom jew ma jaħmlux lir-Rużarju huma jew jippruvaw inaffru lil ħaddieħor minnu.

Malajr tinduna li xorbu l-velenu tal-infern u li huma mnebbħin mix-xitan – għax ħadd ma jista’ jmaqdar id-devozzjoni lejn ir-Rużarju Mqaddes mingħajr ma jkun qed imaqdar dak kollu li hu l-aktar qaddis fil-Fidi Kattolika, bħalma huma l-Missierna, is-Sliema u l-misteri tal-ħajja, tal-mewt u tal-glorja ta’ Sidna Gesù Kristu u tal-Imqaddsa Ommu.

Dawn in-nies li jemmnu li jridu huma u li ma jaħmlux li ħaddieħor jgħid ir-Rużarju, ta’ sikwit jaqgħu fl-ereżija mingħajr biss ma jintebħu u x’uħud jaħbtu jobogħdu lir-Rużarju u lill-misteri tiegħu.

Min ma jaħmilx lill-konfraternitajiet jitbiegħed minn Alla u mill-vera qdusija għaliex Sidna Ġesù Kristu nnifsu stqarrilna li huwa dejjem jinsab f’nofs dawk li jkunu miġburin f’ismu. Ebda Kattoliku tajjeb m’għandu jinsa l-bosta indulġenzi kbar li Ommna l-Knisja Mqaddsa tat lill-konfraternitajiet. Fl-aħħarnett, min jaqta’ qalb ħaddieħor biex ma jingħaqadx mal-Konfraternità tar-Rużarju jkun għadu ta’ l-erwieħ għax bir-Rużarju wieħed żgur ifiq minn dnubietu u jgħix ħajja Nisranija.

San Bonaventura jgħid fis-“Salmi” tiegħu li kull min ma jagħtix kas ta’ Sidtna Marija jiġġarraf fi dnubietu: “Kull min ma jridx jaf biha, imut bi dnubietu.” Jekk dan huwa l-kastig talli wieħed iwarrabha, mela x’inhu l-kastig merfugħ għal dawk li jnaffru lill-oħrajn mid-devozzjoni tagħhom lejha?

L-Għaxar Warda

31. Waqt li San Duminku kien qiegħed jippriedka r-Rużarju f’Carcassone, wieħed eretiku beda jwaqqa’ għaċ-ċajt il-mirakli u lill-ħmistax-il misteru tar-Rużarju u b’għemilu żamm eretiċi oħra milli jikkonvertu. Bħala kastig, Alla ippermetta li ħmistax-il elf xitan jidħlu f’ġisem dan ir-raġel.

Il-ġenituri tiegħu ħaduh għand San Duminku biex jeħilsuh mill-ispirti ħżiena. Dan qabad jitlob u ħeġġeġ lil kull min kien ħdejh ħalli jgħid ir-Rużarju miegħu b’leħen għoli u ma’ kull Sliema, il-Madonna bdiet tkeċċi mitt xitan li ħarġu minn ġisem l-eretiku taħt għamla ta’ faħmiet ħomor nar.

Wara li kien inħeles minnhom ħareġ mit-triq il-ħażina, ikkonverta u ngħaqad mal-Konfraternità tar-Rużarju. Bosta minn sħabu għamlu bħalu, wara li kienu ntlaqtu sħiħ mill-kastig tiegħu u mill-qawwa tar-Rużarju.

32. Kartaġena, il-Franġiskan għaref, kif ukoll bosta kittieba oħrajn, jgħid li ġrajja tal-għaġeb seħħet fl-1482. II-Venerabbli Ġakbu Sprenger u reliġjużi oħra tal-ordni tiegħu kienu qed jaħdmu b’ħeġġa biex jerġgħu jwaqqfu d-devozzjoni lejn ir-Rużarju u wkoll biex iwaqqfu l-konfraternità fil-belt ta’ Cologne. B’xorti ħażina, żewġ qassisin li kienu msemmijin għall-ħila li kellhom jippridkaw, ġiethom l-għira għalihom għax dawk bdew idawru lin-nies bil-priedki fuq ir-Rużarju. Mela, dawn iż-żewġ qassisin bdew jeħduha kontra din id-devozzjoni ma’ kull okkażjoni li ġiethom, u billi kellhom ħabta kbira jitkellmu u kellhom isem li ma ngħidlekx, ġiegħlu ħafna nies ma jingħaqdux mal-konfraternità. Wieħed minnhom, biex jirnexxilu aħjar l-għan makakk tiegħu, kiteb priedka speċjali kontra r-Rużarju u kien fi ħsiebu jagħmilha l-Ħadd ta’ wara. Iżda meta waslet is-siegħa tal-priedka, ma deher b’xejn u wara li damu jistennewh, fl-aħħar xi ħadd mar jara jsibux. Huwa nstab, iva, iżda mejjet, u kien jidher ċar illi miet mingħajr ma kien hemm ħadd biex jgħinu.

Wara li kkonvinċa lilu nnifsu li din kienet mewta naturali, il-qassis l-ieħor għamel f’rasu li jkompli fejn ħalla sieħbu u li jagħmel priedka oħra bħalha f’jum ieħor. B’dan il-mod ittama li jeqred lill-Konfraternità tar-Rużarju. Madankollu, meta wasal il-jum tal-priedka tiegħu, u qorob il-ħin li jibdiha, Alla kkastigah billi laqtu bil-paraliżi li ħallietu bla saħħa f’dirgħajh u f’riġlejh kif ukoll billi żammlu Isienu.

Fl-aħħar stqarr dnubu flimkien ma’ dnub sieħbu u dlonk, fil-qalb ta’ qalbu, fis-sikta, dar lejn il-Madonna għall-għajnuna. Wegħidha li jekk biss tfejqu, huwa jippriedka r-Rużarju b’daqshekk ħerqa daqskemm kien ħadha kontrieh qabel. Għal dan il-għan, hu talabha bi sħih biex tarġa’ tagħtih saħħtu u ġġibu jitkellem; u l-Madonna dan għamlitu. Meta ra li f’għamża t’għajn tfejjaq, qam bħal Sawlu ieħor, persekutur mibdul f’difensur tar-Rużarju Mqaddes. Quddiem kulħadd stqarr l-iżball li kien fih qabel u wara dan baqa’ għal għomru jippriedka bi ħrara u sengħa kbira l-għeġubijiet tar-Rużarju.

33. Jien naf fi żgur illi dawk li jemmnu li jfettlilhom huma, u nies ta’ llum li jgħarblu x-xagħra fl-għaġina jiddubitaw kemm seħħu tabilhaqq dawn il-ġrajjiet f’dan il-ktejjeb, hekk kif dejjem iddubitaw fuq il-biċċa l-kbira ta’ ħwejjeġ oħra, iżda kull m’għamilt jiena kien li ħadthom minn fuq kittieba mill-aħjar ta’ dawn iż-żmenijiet u wkoll, biċċa ħadtha minn ktieb li nkiteb ftit taż-żmien ilu: Is-Siġra Mistika tal-Ward, tar-Rev. Antonin Thomas OP.

Kulħadd jaf li hemm tliet bixriet differenti ta’ fidi li bihom aħna nemmnu ġrajjiet ta’ xejra differenti. Il-ġrajjiet tal-Iskrittura Mqaddsa nemmnuhom bil-fidi divina; il-ġrajjiet li jitkellmu fuq ħwejjeġ li m’humiex reliġjużi, li ma jmorrux kontra s-sens komun u li huma miktubin minn awturi ta’ min jorbot fuqhom nemmnuhom bil-fidi umana; fil-waqt li l-ġrajjiet dwar sugġetti reliġjużi li jintqalu minn awturi tajbin u li b’ebda mod m’huma kontra r-raġuni, il-fidi jew il-morali (ukoll jekk mindaqqiet ikunu ġrajjiet ‘il fuq min-natura) nemmnuhom bil-fidi devota.

Jiena naqbel li la għandna nemmnu kollox u lanqas niddubitaw kollox u li għandna nżommu t-triq tan-nofs f’kollox biex insibu eżattament fejn tinsab il-verità u l-virtù. Iżda min-naħa l-oħra, naf daqstant tajjeb li l-imħabba malajr ġġegħilna nemmnu dak kollu li ma jmurx kontra l-fidi jew il-morali: “L-imħabba temmen kollox” bl-istess mod li l-kburija ġġegħilna niddubitaw ġrajjiet li seħħu bil-provi, bl-iskuża li dawn ma jinstabux fl-Iskrittura Mqaddsa.

Din hija waħda min-nasbiet tax-xitan; eretiċi tal-imgħoddi li ma emmnux fit-Tradizzjoni waqgħu fiha u n-nies ta’ llum li jħobbu jmiegħru kollox qegħdin jaqgħu fiha wkoll mingħajr biss ma jindunaw. Nies ta’ din ix-xeħta ma jridux jemmnu dak li huma ma jifhmux jew dak li ma jaqblilhomx, sempliċement minħabba s-sens ta’ kburija u ta’ indipendenza tagħhom infushom.

Introduzzjoni għall-Ktieb ‘Is-Sigriet tar-Rużarju’

Xi tagħrif dwar San Lwiġi-Marija Grignion de Montfort

Lwiġi Grignion twieled f’Montfort-la-Cane, illum magħrufa bħala Montfort-sur-Mer, fil-Bretanja (Franza). Kien il-kbir ta’ familja numeruża ta’ tmintax, li nofshom mietu żgħar. Tlieta minn erba’ subien saru saċerdoti waqt li żewġt ibniet ħaddnu l-istat reliġjuż.

Sa minn ċkunitu, Lwiġi kellu mħabba kbira lejn il-Madonna. Kien jgħid b’devozzjoni kbira r-Rużarju. Meta rċieva s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof ħa l-isem ta’ Marija. Billi kellu x-xewqa li jmur Pariġi, fis-seminarju Saint Sulpice, ħa jitħejja għas-saċerdozju, meta temm l-edukazzjoni sekondarja f’Rennes telaq għal Pariġi.

Imrawwem bl-ispirtu tas-sagrifiċċju mhux biss ma aċċettax l-għajnuna ta’ missieru li ried iwasslu mqar sa nofs it-triq biż-żiemel (għalhekk kellu jimxi madwar tliet mitt kilometru, vjaġġ li ħadlu madwar għaxart ijiem), iżda wkoll ta l-flus li kellu lill-ewwel fqir li Itaqa’ miegħu, u bidel il-libsa ġdida li kellu fuqu ma’ dik li kellu fqir ieħor u wiegħed lil Alla li ma jkollu xejn tiegħu. Saħansitra warrab il-kunjom tal-familja Grignion u ħa l-isem tal-belt fejn tgħammed u stqarr, “Issa nista’ ngħid, ‘Missierna li inti fis-smewwiet, f’idejk jiena nerħi t-teżori kollha tiegħi u fik biss nqiegħed it-tama tiegħi’.”

Kompla triqtu lejn Pariġi jittallab l-loqom u jistkenn fejn jista’. Fis-seminarju ħadem bla mistrieħ u ħabrek kemm felaħ fl-istudju tant li dejjem kien ikun minn tal-ewwel. Minkejja dan kollu, id-diffikultajiet fil-ħajja ta’ seminarista ma naqsux. Il-ħajja tiegħu ta’ seminarista ntemmet bl-ordinazzjoni saċerdotali fil-5 ta’ Ġunju 1700. Kull min assista għall-ewwel quddiesa tiegħu stqarr li deher bħal anġlu fuq l-altar.

Kellu xewqa kbira li jmur jaħdem fost l-Indjani tal-Kanada iżda ma ngħatax permess mid-direttur spiritwali tiegħu. Sar kappillan tad-djar tax-xjuħ u foqra ta’ Poitiers fejn aktar tard waqqaf il-Kongregazzjoni La Sagesse ta’ sorijiet biex jieħdu ħsieb il-morda u jiftħu skejjel. Ħadem bla waqfien bħala missjunarju billi ta korsijiet ta’ priedki u jqarar.

Aktar tard iddeċieda li jmur Ruma għand il-Papa biex ipoġġi ruħu għad-dispożizzjoni tiegħu. Iżda l-Papa Klement XI wieġbu: “Mur lura lejn Franza u aħdem hemm. Għandek għalqa kbira biżżejjed għall-ħajja tiegħek!” u onorah bit-titlu ta’ Missjunarju Appostoliku.

Lwiġi-Marija de Montfort għex ħajja ta’ faqar u ta’ sagrifiċċju; kienet ħajja magħġuna b’devozzjoni kbira lejn il-Madonna u s-Salib. Fil-bastun tiegħu waħħal is-salib mogħti lilu mill-Papa u għamel statwetta tal-Madonna li kien dejjem iġorr miegħu.

Bħala missjunarju appostoliku kellu ħajja mimlija ġrajiet u perikoli. Bosta drabi l-għedewwa tiegħu ppruvaw joqtluh, iżda hu mimli b’kuraġġ qatt ma qata’ qalbu.

F’Ħadd il-Palm tas-sena 1716 beda l-aħħar missjoni tiegħu f’Saint Laurent-sur-Sèvre, fejn kellu l-ferħa kbira li l-isqof mar iżur il-belt. Għalkemm mifni bit-tbatija u għajjien, xorta waħda tela’ fuq il-pulptu biex jippriedka u jwassal il-messaġġ tal-imħabba. lżda wara kellu jiġi meħud minnufiħ id-dar u mqiegħed fis-sodda b’attakk ta’ plewrite akuta.

L-aħbar li kien wasal fl-aħħar ġriet mal-belt kollha u ħafna marru jżuruh. Mixħut fis-sodda waqt li f’idu waħda kellu l-kurċifiss mbierek mill-Papa Klement XI u fl-oħra l-istatwa żgħira tal-Madonna beda jkanta, “Ejjew ħbieb għeżież tiegħi. Ejjew immorru l-Ġenna!” Fit-tmienja ta’ fil-għaxija tat-28 ta’ April 1716, fl-għomor ta’ 46 sena, ħalla dan il-wied tad-dmugħ biex imur jingħaqad ma’ Ġesù u Marija.

Fis-16-il sena ta’ ħajja saċerdotali għamel 200 missjoni f’diversi parroċċi; waqqaf il-kongregazzjoni tas-sorijiet Ulied il-Għerf (Filles de la Sagesse); il-patrijiet Montfortjani; kiteb bosta innijiet mimlijin b’tagħlim kateketiku; u l-kotba L-Imħabba tal-Għerf Etern, It-Trattat tad-Devozzjoni Vera, Is-Sigriet ta’ Marija, Is-Sigriet tar-Rużarju.

Ġie ddikjarat Venerabbli mill-Papa Gregorju XVI fis-sena 1838, ibbeatifikat mill-Papa Ljun XIII fit-22 ta’ Jannar 1888 u ddikjarat qaddis mill-Papa Piju XII fl-20 ta’ Lulju 1947.

L-ispirtu ta’ Lwiġi-Marija de Montfort għadu ħaj u qawwi mhux biss fil-kongregazzjonijiet li hu waqqaf, iżda wkoll fil-Leġjun ta’ Marija li f’qasir żmien inxtered mad-dinja kollha. Donnu seħħ dak li hu stess kien bassar fi It-Trattat tad-Devozzjoni Vera lejn Marija, numru 114: “Jien qed nara… Leġjun qawwi ta’ suldati ta’ Ġesù u Marija, irġiel u nisa qalbiena u ta’ ħila, biex jiġġieldu kontra x-xitan, id-dinja u n-natura mħassra fiż-żminijiet li ġejjin meta l-periklu għar-ruħ ikun wisq akbar milli qatt kien sal-lum.”

Introduzzjoni għal Is-Sigriet tal-għaġeb tar-Rużarju Mqaddes biex nikkonvertu u nsalvaw

Għall-okkażjoni tat-tielet millenju l-Leġjun ta’ Marija qiegħed jippublika t-tielet ktieb bil-Malti ta’ San Lwiġi-Marija Grignion de Montfort Is-Sigriet tal-Għaġeb tar-Rużarju. It-traduzzjoni saret minn Maurice Vella, membru attiv tal-praesidium tal-Leġjun ta’ Marija Omm Kristu Re, tar-Raħal Ġdid, li ħalla dan il-wied ta dmugħ fit-30 ta’ Awissu 1992 biex jmur jieħu l-premju li jistħoqqlu fil-glorja ta’ dejjem.

Il-ħsieb ewlieni ta’ San Lwiġi-Marija hu li permezz tar-Rużarju jġedded l-ispirtu tal-qdusija fl-insara, għax ir-Rużarju hu sigriet tal-għaġeb biex insibu lil Ġesù u lil Ommu Marija u għandu qawwa tal-għaġeb għall-konverżjoni tal-bnedmin.

Min ikun fidil fir-reċita tar-Rużarju jagħmel passi ta’ ġgant ‘l quddiem fit-triq tal-perfezzjoni, jgħix ħajja aktar perfetta, imut fil-paċi tal-Mulej u jakkwista l-ħajja ta’ dejjem. Meta San Lwiġi-Marija jgħid dan il-kliem ikun qiegħed jitkellem mill-esperjenza personali tiegħu li jkun għadda minnha fl-appostolat li kien iwettaq, kif hu stess stqarr:

“Tgħallimt mill-esperjenza tiegħi nnifsi li r-Rużarju għandu s-setgħa jikkonverti lil dawk il-qlub ibsin żonqor,” u jkompli jgħidilna li meta kien imur lura mill-ġdid iżur il-parroċċi fejn kien għamel xi missjoni, “kont nara bidla tal-għaġeb fihom,” waqt li fil-parroċċi fejn in-nies kienu qatgħu jgħidu r-Rużarju, “il-biċċa kbira minnhom kienu reġgħu lura għall-ħajja tad-dnub.” (113).

Barra minn hekk ifakkarna li s-salvazzjoni tal-umanità bdiet permezz tal-Ave Maria, u s-salvazzjoni ta’ kull individwu hi marbuta ma’ din it-talba…. kienet din it-talba li ġagħlet il-Frott tal-Ħajja jinbet fid-dinja niexfa… Hija din l-istess talba mlissna bid-devozzjoni li għandha ġġiegħel il-kelma ta’ Alla tinbet f’ruħna u ġġib il-Frott tal-Ħajja Ġesù Kristu.” (Devozzjoni Vera 249).

Mela inti li għandek dan il-ktejjeb f’idejk aqrah u rrifletti sewwa għax fih għandek issib l-għajnuna meħtieġa biex tifhem u tirreċita aħjar ir-Rużarju Mqaddes. “Nitlobkom,” jeżortana San Lwiġi-Marija b’insistenza kbira, “f’ġieħ l-imħabba li għandi għalikom fi Kristu u Marija… li tirreċitaw kuljum ħames posti u anke ħmistax-il posta, jekk ikollkom ħin. Fis-siegħa tal-mewt tagħkom intom tbierku l-ġurnata u s-siegħa li fihom tajtu kas tal-parir tiegħi.” (DV 254).

Il-ktieb hu magħmul minn introduzzjoni li għandha 4 taqsimiet imsejħin:

  • 1-8 Warda bajda, warda ħamra, siġra mistika tal-ward u blanzun tal-ward;

u ħames tasqimiet:

  • 9 – 33 Oriġini tar-Rużarju: ġie rivelat mill-Verġni Mqaddsa lil San Duminku;
  • 34 – 59 Il-kobor tal-għaġeb tat-talb li hu magħmul bih;
  • 60 – 97 Il-kobor tal-għaġeb tal-ħsibijiet li joffru għal meditazzjoni;
  • 98 – 115 L-għeġubijiet li Alla jwettaq ma’ min jirreċitah. F’din it-taqsima għandna stejjer li twettqu iżda mhux dokumentati. Fil-fatt San Lwigi-Marija stess jiġbdilna l-attenzjoni għal din il-problema fil-paragrafu 33;
  • 116 – 154 Din it-taqsima nistgħu nsejħula Trattat tat-Talb għax fiha jurina b’mod prattiku kif wieħed għandu jirreċita r-Rużarju.

Fl-aħħarnett, ma nistgħux ma nroddux ħajr lis-Sinjura Vella, l-armla ta’ Maruice, li b’qalb ġeneruża tatna l-manuskritt għall-pubblikazzjoni. Jiena żgur li kemm Maurice, hi u wliedhom ikollhom sehem kbir mill-ġid spiritwali li jista’ jħalli min jaqra dan il-ktieb u jirrifletti fuqu.

Jalla dan il-ktieb ikun ta’ tiġdid fir-reċita tar-Rużarju.

Dun Karm Farrugia

Direttur Spiritwali

Leġjun ta’ Marija.

Xi tagħrif dwar il-Beatu Alan de la Roche

F’dan il-Ktieb jissemma ta’ spiss il-Beatu Alan de la Roche. Nagħtu għalhekk ftit tagħrif dwaru.

Twieled fil-Bretanja (in-naħa ta’ fuq ta’ Franza) fl-1428 u hemmhekk daħal fl-Ordni Dumnikan fl-1450. Fl-1464 għadda għall-fergħa Olandiża tal-istess Ordni Reliġjuż. Hawnhekk huwa ħadem bħala predikatur, kittieb u organizzatur, u kellu devozzjoni starordinarja lejn il-Verġni Mbierka. Huwa kien predikatur li qatt ma tilef okkażjoni li jippriedka r-Rużarju.

Hu kien professur fl-Universita’ ta’ St Jacques, f’Pariġi, li juri li hu kien bniedem kapaċi u kien teologu profond. Hu għallem f’Lille u f’Douai u rċieva l-grad ta’ Majjistru tas-Sagra Teoloġija fl-1474. L-aqwa u l-aktar xogħol magħruf tiegħu wettqu fir-Renanja (il-Ġermanja). Matul ħajtu ġera kważi mal-Ewropa kollha.

Waqqaf l-ewwel fratellanza f’Douai fl-1470. Kellu suċċess kbir fit-tixrid tad-devozzjoni tar-Rużarju.

Miet fis-7 ta’ Settembru, 1475.

Nota fuq l-Indulġenzi

Ta’ min ifakkar li skont ir-riformi tal-1967 rigward l-indulġenzi, l-indulġenza parzjali m’hix aktar marbuta ma’ għadd ta’ snin u żminijiet, iżda mill-ħeġġa u mill-imħabba li bihom wieħed jagħmel l-għemil tajjeb.

Is-Sigriet tar-Rużarju għat-Tiġdid u għas-Salvazzjoni

Warda Bajda

1. Għeżież Ministri tal-iżjed Għoli, intom sħabi l-qassisin li tippridkaw is-sewwa t’Alla u l-Vanġelu lill-artijiet kollha, ħalluni nagħtikom dan il-ktejjeb bħala warda bajda li nixtieqkom żżommu. Il-veritajiet li jħaddan huma mfissrin b’mod ħafif u bla tidwir kif sejrin taraw.

Jekk jogħġobkom, għożżuhom f’qalbkom sabiex intom stess tidraw tgħidu r-Rużarju u dduqu l-benna tiegħu.

Jekk jogħġobkom żommuhom ukoll dejjem fuq fommkom ħalli tippridkaw dejjem ir-Rużarju u hekk tikkonvertu lill-oħrajn billi tgħallmuhom s-sbuħija ta’ din id-devozzjoni qaddisa.

Taħsbux li r-Rużarju huwa xi ħaġa ta’ importanza ċkejkna – kif jagħmlu n-nies li ma jifhmux u anke diversi għorrief iżda mkabbrin. Mhux talli m’huwiex bla siwi ta’ xejn, talli r-Rużarju huwa teżor li m’hemmx prezzu u li hu mnebbaħ minn Alla.

Alla li jista’ kollox tahulkom għax iridkom tużawh bħala għodda biex tikkonvertu ‘l midinbin l-iktar ħorox u l-eretiċi ta’ ras l-iktar iebsa. Miegħu jorbot il-grazzja f’din il-ħajja u l-glorja fl-oħra. Il-qaddisin qaluh b’fedelta’ u l-Papiet tawh l-appoġġ tagħhom.

Meta l-Ispirtu s-Santu jnebbaħ dan is-sigriet lil saċerdot u direttur tal-erwieħ, kemm ikun imbierek dak is-saċerdot! Għax il-biċċa l-kbira tan-nies m’għandhomx ħjiel ta’ dan is-sigriet, jew inkella jafuh fuq fuq. Jekk saċerdot jifhem tabilħaqq dan is-sigriet, żgur li jgħid ir-Rużarju kuljum u jħeġġeġ oħrajn li jgħiduh. Alla u Ommu l-Imbierka jsawbu xita ta’ grazzji f’ruħu, sabiex ikun għodda f’idejn Alla għall-glorja tiegħu; u kelmtu, għalkemm fqajra, tagħmel iżjed ġid f’xahar minn dik ta’ predikaturi oħrajn tul is-snin.

2. Għalhekk, maħbubin ħuti u sħabi saċerdoti, ma jkunx biżżejjed għalina li ngħallmu din id-devozzjoni lill-oħrajn; irridu ngħiduh aħna stess. Jekk nemmnu fis-siwi tar-Rużarju mqaddes, iżda qatt ma ngħiduh aħna, ma għandniex nistennew li n-nies ser jimxu fuq il-parir tagħna, għaliex ħadd ma jista’ jagħti minn dak li ma għandux. “Ġesù beda jagħmel u jgħallem.” Aħna għandna nimitaw lil Sidna Ġesù Kristu li wettaq dak li ppriedka. Għandna nkunu bħal San Pawl li ma kienx jaf ħaġ’oħra ħlief lil Ġesù Msallab.

Dan hu tabilħaqq u fis-sewwa dak li tkunu qegħdin tagħmlu jekk tippridkaw ir-Rużarju mqaddes. M’huwiex sempliċiment damma ta’ Missierna u Sliema, imma huwa ġabra qaddisa fil-qosor tal-misteri tal-ħajja, tal-passjoni, tal-mewt u l-glorja ta’ Ġesù u Marija.

Nista’ nkellimkom fit-tul bil-grazzja li Alla tani li nsir naf mill-esperjenza bil-ġid tal-priedki fuq ir-Rużarju mqaddes u kif rajt, b’għajnejja stess, il-konverżjonijiet tassew tal-għaġeb li seħħew permezz tiegħu. Kont bil-qalb ngħarrafkom b’dawn il-ħwejjeġ kollha kieku naf li permezz ta’ hekk inqanqalkom sabiex tippridkaw din id-devozzjoni sabiħa, minkejja l-fatt li s-saċerdoti m’għandhomx id-drawwa li jagħmluh dan illum il-ġurnata. Iżda minflok dan kollu, naħseb li jkun biżżejjed għal din il-ġabra fil-qosor li qed nikteb jekk nirrakkontalkom xi ftit stejjer tal-imgħoddi dwar ir-Rużarju mqaddes li ġraw tassew. Dawn is-siltiet huma prova żgura ta’ dak li jiena tarraft lill-fidili.

Warda Ħamra

3. Imsejknin irġiel u nisa midinbin, jiena, midneb akbar minnkom, nixtieq nagħtikom din il-warda – warda ħamra skura, għaliex id-Demm għażiż ta’ Sidna Ġesù Kristu waqa’ fuqha. Jalla ġġibilkom il-fwieħa f’ħajjitkom – iżda fuq kollox jalla teħliskom mill-periklu li tinsabu fih. Ta’ kuljum dawk li ma jemmnux u midinbin li ma jridux jafu b’indiema jgħajtu: “Inqiegħdu fuq rasna kuruni tal-blanzuni.” Iżda l-għajta tagħna għandha tkun: “Ejjew ninkurunaw lilna nfusna bil-ward tar-Rużarju mqaddes.”

Kemm hu differenti il-ward tagħhom minn tagħna! Il-ward tagħhom hu l-pjaċiri tal-ġisem, l-unuri tad-dinja u l-għana li jgħaddi, li jidbiel u jitħassar f’kemm ilna ngħidu. Iżda tagħna, li hu l-Missierna u s-Sliema li nkunu tennejna bil-qalb kemm-il darba u li magħhom inkunu żidna l-għemejjel tajba ta’ ndiema, qatt ma jidbiel jew imut u jibqa’ daqshekk sabiħ eluf ta’ snin oħra daqskemm hu llum.

Bil-maqlub, il-ward tal-midinbin xebħ biss għandu ta’ ward, għax fil-fatt hu xewk aħrax li jniggiżhom tul ħajjithom billi jkiddhom b’taħbit tal-kuxjenza u f’mewthom jinfidhom b’sobgħa qarsa. Terġa’ agħar minn dan, fl-eternita’ jinbidel f’lanez jikwu ta’ għadab u ta’ disperazzjoni. Iżda jekk il-ward tagħna fih ix-xewk, dan huwa xewk ta’ Ġesù Kristu, li jbiddlu f’ward. Jekk il-ward tagħna jniggiżna, dan ikun biss għal żmien qasir, u jniggiżna biss ħalli jfejjaq il-marda tad-dnub u nsalvaw ruħna.

4. Iva, mela, għandna bil-ħerqa ninkurunaw ruħna b’dan il-ward mill-ġenna, u ngħidu r-Rużarju kollu kuljum, jiġifieri, tliet rużarji kull wieħed ta’ ħames posti, li jixbħu lil tliet girlandi żgħar jew kuruni tal-Fjuri. Dan għandna nagħmluh għal żewġ raġunijiet: l-ewwel ħalli nqimu lit-tliet kuruni ta’ Ġesù u Marija – il-kuruna tal-grazzja ta’ Ġesù fil-ħin ta’ meta sar bniedem, il-kuruna taxxewk matul il-passjoni tiegħu u l-kuruna tal-glorja fil-ġenna, u m’għandniex xi ngħidu, il-kuruna bi tliet safef li t-Trinità Qaddisa tat lil Marija fis-sema. It-tieni, għandna nagħmlu dan ħalli aħna stess inkunu nistgħu naqilgħu tliet kuruni mingħand Ġesù u Marija. L-ewwel, kuruna ta’ mertu tul ħajjitna; it-tieni, kuruna ta’ paċi f’mewtna; u t-tielet, kuruna ta’ glorja fil-ġenna.

Jekk tgħidu bil-qalb ir-Rużarju sa ma tmutu, niżgurakom li kbar kemm huma kbar dnubietkom, “għad tiksbu l-kuruna tal-glorja li ma tidbielx.” Ukoll jekk tkunu f’xifer it-telfien, ukoll jekk ikollkom sieq waħda fl-infern, ukoll jekk tkunu biegħtu ruħkom lix-xitan kif jagħmlu s-sħaħar li jsejħu lill-ispirti ħżiena, u wkoll jekk intom eretiċi ta’ ras iebsa daqs xitan, illum jew għada tikkonvertu u tbiddlu ħajjitkom u ssalvaw ruħkom, jekk – u xtarru sewwa dan li se ngħid – jekk tgħidu r-Rużarju bil-qalb kuljum sa ma tmutu, bil-għan li tagħarfu x’inhu s-sewwa u li taqilgħu l-indiema u l-maħfra ta’ dnubietkom.

F’dan il-ktieb issibu bosta ġrajjiet ta’ midinbin kbar li kkonvertew bil-qawwa tar-Rużarju. Jekk jogħġobkom aqrawhom u mmeditaw fuqhom.

Alla biss.

Siġra Mistika tal-Ward

5. Erwieħ twajba u devoti li timxu fid-dawl tal-Ispirtu s-Santu, ma naħsibx li jimporta jekk nagħtikom din is-siġra żgħira tal-ward li ġejja dritt mis-sema u li għandkom tħawlu fil-ġnien ta’ ruħkom. Ma tista’ bl-ebda mod tfixkel lill-Fjuri jfuħu tal-kontemplazzjoni tagħkom; għaliex hija siġra tas-sema li tgħaxxaq bil-fwieħa tagħha. Hija bl-ebda mod ma tgħarraq lill-irqajja tal-ward tagħkom li intom ħawwiltu b’tant għaqal; għax billi hi stess hi safja u ordnata, tħajjar lil kulħadd għall-ordni u għas-safa’. Jekk wieħed isaqqiha bil-galbu u jieħu ħsiebha sewwa kuljum, għad tant togħla, u l-friegħi tagħha tant jitfettħu li, mhux biss ma tfixklilkomx id-devozzjonijiet l-oħra tagħkom, iżda tħarishomlkom u tagħmilhomlkom perfetti. M’għandniex xi ngħidu, intom tifhmu xi rrid infisser għax intom nies tar-ruħ; din is-siġra mistika tal-ward hija Ġesù u Marija fil-ħajja, fil-mewt u fl-eternità.

6. Il-weraq ħodor tagħha huma l-Misteri tal-Ferħ, ix-xewk huma I-Misteri tat-Tbatija u l-fjuri huma l-Misteri tal-Glorja ta’ Ġesù u Marija. Ir-rimjiet huma t-tfulija ta’ Ġesù u Marija. Il-blanzuni jfakkruna fihom it-tnejn fit-tbatijiet tagħhom. Il-wardiet miftuħa jfakkruna f’Ġesù u Marija fir-rebħ u l-glorja tagħhom.

Warda tgħaxxaqna bis-sbuħija tagħha f’dan naraw lil Ġesù u lil Marija fil-Misteri tal-Ferħ. Ix-xewk tagħha jaqta’ u jniggeż; u f’dan niftakru fihom fil-Misteri tat-Tbatija. Fl-aħħarnett, il-fwieħa tagħha hija hekk ħelwa li kulħadd iħobbha, u f’din il-fwieħa inħossuhom fil-Misteri tal-Glorja.

Mela, jekk jogħġobkom, tistmerrux din is-siġra sabiħa li ġejja mis-sema, iżda ħawluha b’idejkom stess fil-ġnien ta’ ruħkom u għamlu proponiment sod li tgħidu r-Rużarju kuljum. Meta tgħiduh kuljum u tagħmlu għemejjel tajbin intom tkunu qegħdin tieħdu ħsieb is-siġra tagħkom, issaqquha, tagħżqu l-ħamrija madwarha. Maż-żmien taraw illi din iż-żerriegħa ċkejkna li tajtkom, u li tidher farka bħalissa, għad tikber f’siġra hekk kbira li l-għasafar tas-sema, jiġifieri, erwieħ predestinati u meditattivi, għad jgħammru fiha u jbejtu hemm. Id-dell tagħha jkunilhom ta’ kenn mis-sħana tikwi tax-xemx u l-għoli tagħha jħarishom mill-annimali salvaġġi tal-art. U dak li jgħodd l-iżjed hu li għad jieklu mill-frott tas-siġra, li m’huwiex ħlief il-meqjum Ġesù tagħna, li lilu jingħata ġieħ u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Alla biss.

Blanzun ta’ Warda

7. Għezież ħbieb ċkejknin, dan il-blanzun ħlejju ta’ warda huwa għalikom; huwa waħda miż-żibeġ tal-kuruna tagħkom tar-Rużarju, u għandkom mnejn taħsbu li hi ħaġa tant żgħira. Iżda li kieku biss kontu tafu kemm hi għażiża din iż-żibġa! Dan il-blanzun tal-għaġeb jiftaħ f’warda mill-isbaħ jekk tgħidu tassew bil-qalb is-Sliema.

M’għandiex xi ngħidu, ikun wisq li wieħed jistenna li intom tgħidu l-ħmistax-il misteru kollha kuljum, iżda tal-anqas għidu ħames misteri, u għiduhom sew b’imħabba u bil-qalb. Dan ir-Rużarju jkun għalikom il-girlanda ċkejkna tagħkom tal-ward, il-kuruna tagħkom għal Ġesù u Marija. Jekk jogħġobkom oqogħdu attenti għal kull kelma li għadni kif għedt, u iftħu widnejkom sewwa ħa’ ngħidilkom storja vera, u nixtieq li tibqgħu tiftakruha.

8. Żewġt ibniet, li kienu aħwa, kienu qegħdin jgħidu r-Rużarju tassew bil-qalb quddiem id-dar tagħhom. F’daqqa waħda, dehritilhom Sinjura sabiħa li mxiet lejn l-iżgħar minnhom, li kellha biss dawk is-sitt snin jew sebgħa, qabditilha idha u ħaditha ‘l hemm magħha. Oħtha l-kbira nħasdet mhux ftit u bdiet tfittex lit-tifla ż-żgħira kullimkien. Fl-aħħar, wara li baqgħet ma sabithiex, marret lura d-dar u b’qalbha maqsuma qalet lill-ġenituri tagħha li xi ħadd kien seraq lil oħtha. Għal tlett ijiem sħaħ, l-imsejknin ġenituri tagħha fittxewha kullimkien iżda baqgħu ma sabuhiex.

Fil-għaxija tat-tielet jum, ma jsibuhiex quddiem il-bieb tad-dar, ferħana se ttir! M’għandniex xi ngħidu, staqsewha fejn kienet dak iż-żmien kollu. U t-tifla weġbithom li dik is-sinjura li f’ġieħha kienet tgħid ir-rużarju ħaditha f’post sabiħ fejn tatha tiekol ħafna affarijiet tajbin! Imbagħad is-sinjura newlitilha tfajjel tarbija biex iżżommu f’idejha; dan kien sabiħ ħafna, u hi qagħdet tbusu u terġa’ tbusu.

Missierha u ommha, li kienu saru Kattoliċi ftit żmien biss qabel seħħet din il-ġrajja, minnufih bagħtu għall-Patri Giżwita li kien għallimhom kemm il-katekiżmu kif ukoll id-devozzjoni lejn ir-Rużarju. Fissrulu kull ma kien ġara u kien dan is-saċerdot stess li rrakkuntali din l-istorja li ġrat fil-Paragwaj.

Għalhekk, għeżież tfal, agħmlu bħal dawn il-bniet żgħar u għidu r-Rużarju kuljum, kif kienu dejjem jgħiduh huma. Jekk intom tagħmlu kif qiegħed ngħidilkom ikollkom id-dritt tmorru l-ġenna ħalli taraw lil Ġesù u lil Marija. Jekk huma ma jixtiqux li tarawhom f’din id-dinja, hekk jew jekk wara mewtkom għad tarawhom għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Għalhekk jalla l-bnedmin kollha, l-għorrief u l-injoranti, it-tajbin u l-midinbin, il-qawwijin u ż-żgħar, ifaħħru u jqimu lil Ġesù u lil Marija lejl u nhar, billi jgħidu r-Rużarju Mqaddes. “Sellmu lil Marija, li tħabtet ħafna għalikom.”

0. DOKUMENT SĦIĦ

Ktieb sħiħ PDF: Trattat dwar id-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Marija
Ktieb sħiħ WORD: Trattat dwar id-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Marija

San Alwiġi Maria De Monfort
Trattat dwar id-devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka

Werrej

Agħfas fuq kull titlu biex tmur direttament fil-paġna li trid:

0. KTIEB SĦIĦ
0.1 Indiċi
0.2 Introduzzjoni
0.3 Irrifletti ftit … (Para. 1-13)

1 KAPITLU – Il-Ħtieġa tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka

1.1 Prinċipji
1.1.1 Is-sehem ta’ Marija fl-Inkarnazzjoni (Para. 14-21)
1.1.2 Is-sehem ta’ Marija fil-Qdusija tal-Erwieħ (Para. 22-36)

1.2 Konsegwenzi
1.2.1 Marija s-Sultana tal-Qlub Kollha (Para. 37-38)
1.2.2 Marija hi meħtieġa għall-bnedmin (Para. 39)
1.2.2.1 Id-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi meħtieġa għal bnedmin kollha jekk iridu jsalvaw (Para. 40-42)
1.2.2.2 Id-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi aktar meħtieġa f’dawk li huma msejħin għall-Perfezzjoni speċjali (Para. 43-48)
1.2.2.3 Id-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka tkun meħtieġa b’mod speċjali fl-aħħar żminijiet

1.2.2.3.1 Is-sehem ta’ Marija fl-aħħar żminjiet (Para. 49-54)
1.2.2.3.2 L-Appostli tal-aħħar żminijiet (Para. 55-59)

2 KAPITLU – Veritajiet fundamentali tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para 60)

2.1 Ġesu’ Kristu hu l-aħħar tmiem tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 61-67)
2.2 Aħna ta’ Ġesu’ u ta’ Marija bħala lsiera (Para. 68-77)
2.3 Irridu ninżgħu minn dak kollu li hu ħażin fina (Para. 78-82)
2.4 Għandna bżonn ta’ medjatriċi ma’ Ġesu’ Kristu (Para. 83-86)
2.5 Il-periklu li nitilfu t-teżori spiritwali tagħna (Para. 87-89)

3 KAPITLU – L-Għażla tad-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka (Para. 90-91)

3.1 Il-Karatteristiċi tad-devozzjoni falza u tad-devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka
3.1.1 Devozzjonijiet foloz (Para.92)
3.1.1.1 Dawk li jqimuha bil-kritika (Para. 93)
3.1.1.2 Dawk li jqimuha bil-biża’ (Para.94-95)
3.1.1.3 Dawk li jqimuha minn barra (Para. 96)
3.1.1.4 Dawk li jqimuha bil-preżunzjoni (Para. 97-100)
3.1.1.5 Dawk li m’humiex kostanti fil-qima tagħhom (Para.101)
3.1.1.6 Dawk li jippretendu li jqimuha (Para.102)
3.1.1.7 Dawk li jqimuha għall-interessi tagħhom (Para.103-104)

3.1.2 Il-Karatteristiċi tad-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka (Para. 105)
3.1.2.1 Id-devozzjoni vera hi interjuri (Para. 106)
3.1.2.2 Id-devozzjoni vera hi delikata (Para.107)
3.1.2.3 Id-devozzjoni vera hi qaddisa (Para.108)
3.1.2.4 Id-devozzjoni vera hi kostanti (Para.109)
3.1.2.5 Id-devozzjoni vera hi diżinteressata (Para.110-114)

3.2 Il-Prattiki tad-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka (Para. 115)
3.2.1 Il-prattiki interjuri w esterjuri (Para. 115-117)
3.2.2 L-għażla tal-prattika perfetta (Para. 118-119)

4 KAPITLU – In-natura tad-devozzjoni perfetta lejn il-Verġni Mbierka jew il-Konsagrazzjoni perfetta lil Ġesu’ Kristu (Para. 120)

4.1 Konsagrazzjoni perfetta u sħiħa tagħna nfusna lill-Verġni Mbierka (Para. 121-125)
4.2 Tiġdid perfett tal-wegħdiet tal-Magħmudija (Para. 126-130)
4.3 Tweġibiet għal xi oġġezzjonijiet (Para. 131-134)

5 KAPITLU – Il-mottivi li jħajruna nipprattikaw din id-devozzjoni

5.1 Din id-devozzjoni tpoġġina kollha kemm aħna għas-servizz ta’ Alla (Para. 135-138)
5.2 Din id-devozzjoni ġġegħilna nimitaw l-eżempju ta’ Ġesu’ Kristu u ta’ Alla stess u nipprattikaw l-umilta’ (Para. 139-143)

5.3 Din id-devozzjoni taqlgħalna l-għajnuna ta’ Marija
5.3.1 Marija tagħti lilha nnfisha lill-ilsir tagħha ta’ mħabba (Para 144-145)
5.3.2 Marija ssaffi l-opri tajba tagħna, issebbaħhom u tagħmilhom aċċettabbli għal Binha (Para. 146-150)

5.4 Din id-devozzjoni hija mezz eċċellenti biex nagħtu l-ikbar glorja lil Alla (Para. 151)

5.5 Din id-devozzjoni tmexxina malajr għall-Għaqda m’Alla
5.5.1 Din id-devozzjoni hija triq ħafifa (Para. 152-154)
5.5.2 Din id-devozzjoni hija triq qasira (Para. 155-156)
5.5.3 Din id-devozzjoni hija triq perfetta (Para.157-158)
5.5.4 Din id-devozzjoni hija triq żgura (Para. 159-168)

5.6 Din id-devozzjoni tagħti liberta’ kbira nterjuri(Para. 169-170)
5.7 Din id-devozzjoni ġġib benefiċċji kbar lill-proxxmu (Para. 171-172)
5.8 Din id-devozzjoni hi mezz eċċellenti għall-perseveranza (Para. 173-182)

6 KAPITLU – Figura Biblika ta’ din id-Devozzjoni vera: Rebekka u Ġakobb (Para. 183)

6.1 L-istorja ta’ Ġakobb (Para. 184) Interpretazzjoni tal-istorja ta’ Ġakobb
6.1.1 Eżaw figura tal-ħżiena (Para. 185-190)
6.1.2 Ġakobb figura tal-magħżulin (Para. 191-200)

6.2 Il-Verġni Mbierka u l-ilsiera tagħha
6.2.1 Hija tħobbhom (Para. 201-207)
6.2.2 Hija tipprovdilhom kollox (Para. 208)
6.2.3 Hija tmexxihom u tiggwidahom (Para. 209)
6.2.4 Hija tiddefendihom u tħarishom (Para. 210)
6.2.5 Hija tinterċedi għalihom (Para. 211-212)

7 KAPITLU – L-effetti tal-għaġeb li din id-devozzjoni ġġib fir-ruħ fidila lejha

7.1 Tagħraf lilha nnfisha (Para. 213)
7.2 Parteċipazzjoni fil-fidi ta’ Marija (Para. 214)
7.3 Il-grazzja ta’ l-imħabba safja (Para. 215)
7.4 Kunfidenza kbira f’Alla u f’Marija (Para. 216)
7.5 Komunikazzjoni tar-ruħ u tal-Ispirtu ta’ Marija (Para. 217)
7.6 Marija tnissel lil Ġesu’ Kristu fl-erwieħ (Para. 218-221)
7.7 Għall-akbar glorja ta’ Alla (Para. 222-225)

8 KAPITLU – Prattiki Partikulari ta’ din id-devozzjoni

8.1 Prattiki esterjuri (Para. 226)
8.1.1 Konsagrazzjoni u t-thejjija (Para. 227-233)
8.1.2 Ir-Reċita tal-Kuruna ż-żgħira tal-Verġni Mbierka (Para. 234-235)
8.1.3 L-Użu ta’ ktajjen (Para. 236-242)
8.1.4 Devozzjoni speċjali lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni (Para. 243-248)
8.1.5 Devozzjoni kbira lejn l-Ave Marija u r-Rużarju (Para. 249-254)
8.1.6 Ir-Reċita tal-Magnificat (Para. 255)
8.1.7 Tmaqdir tad-dinja (Para. 256)

8.2 Prattika partikulari u interjuri għal dawk li qed ifittxu l-perfezzjoni (Para. 257)
8.2.1 Permezz ta’ Marija (Para. 258-259)
8.2.2 Ma’ Marija (Para. 260)
8.2.3 F’Marija (Para. 261- 264)
8.2.4 Għal Marija (Para. 265)

9 SUPPLIMENT – Kif tiġi pprattikata din id-devozzjoni fit-Tqarbin Imqaddes

9.1 Qabel it-Tqarbin (Para. 266)
9.2 Fit-Tqarbin (Para. 267-269)
9.3 Wara t-Tqarbin (Para. 270-273)

APPENDIĊI
9.4 Att tal-Konsagrazzjoni lil Ġesu’ Kristu, l-Għerf Inkarnat minn idejn Marija

Introduzzjoni

Fit-22 ta’ April 1842, Patri Rautureau, li kien jieħu ħsieb il-Librerija tal-Kunvent f’Saint-Laurent-sur-Sevre, sab manuskritt li ġibidlu l-attenzjoni. Dan il-manuskritt għalkemm kien kollu sfuljat, kien fi stat tajjeb u bil-paġni waħda wara l-oħra. Malli dan il-patri għaraf li kienet il-kitba tal-fundatur tagħhom, Lwiġi Marija Grignon de Montfort, mar minnufih iħaffef għand is-Superjur Ġenerali Patri Dalin, għarrfu b’dak li sab u tah dan il-manuskritt prezzjuż.

Patri Dalin kien għadu kif ġabar ix-xogħol kollu tal-fundatur De Montfort u kien ħadhom il-Kurja Episkopali ta’ Lucon biex jiġu eżaminati għall-Beatifikazzjoni tiegħu. Kif ra l-manuskritt, hu minnufih għaraf il-kaligrafija li kienet perfettament taqbel mad-dokumenti l-oħra kollha.

Għaldaqstant l-ewwel ħaġa li għamel, sejjaħ il-komunita’ kollha biex iħabbrilhom dak li kien instab. “Sibna teżor kbir” huwa stqarr u beda jaqralhom is-silta kollha tal-ktieb fejn De Montfort stess ħabbar dak li kellu jiġri minn dan il-Ktieb Ċkejken! “Jiena qed nara ċar minn issa li għad jiġu annimali feroċi… biex iqattgħu dan il-ktejjeb… jew għall-inqas biex jidfnuh fid-dlam u s-sikta ta’ xi senduq”.

Dak li ħabbar San Lwiġi, twettaq, għax dan il-ktieb aktarx li nkiteb fil-ħarifa tas-sena 1712, jiġifieri erba’ snin qabel il-mewt tiegħu u ġie misjub fis-sena 1842 – 130 sena wara.

X’kien ġara?
Fir-rivoluzzjoni Franċiża id-dar tal-Montforjani ġewwa Saint Laurent-sur-Sevre kienet ta’ spiss tiġi mfittxa u r-rivoluzzjonarji kienu jagħmlu ħerba minn dak kollu li kien jiġi taħt idejhom. Għalhekk il-Kitba ta’ San Lwiġi u xi affarijiet oħra prezzjużi ġew miġbura u mpoġġija ġewwa senduq. Dawn ġew mogħtija lil xi bdiewa ta’ dawk l-inħawi biex jeħdulhom ħsiebhom. Għaldaqstant dawn il-bdiewa meta raw il-periklu jikber u jersaq aktar lejhom ħbewhom taħt l-art, fl-għelieqi tagħhom, b’hekk dan il-ktieb ċkejken mal-affarijiet l-oħra, sabu ruħhom moħbija f’senduq u midfuna taħt l-art fl-1793.

X’fih dan il-ktieb?
Fil-paragrafu 110 San Lwiġi stqarr “Jiena qed nikteb dak li għallimt fil-beraħ u fil-privat matul il-ħafna snin tal-missjoni tiegħi.”

X’għallem San Lwiġi?
L-Evanġelju ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, li jurina li l-għan ewlieni tal-ħajja tagħna hu Alla u Alla biss. Għaldaqstant it-triq waħdanija biex naslu għand Alla hu Ġesu’ Kristu, l-Għerf Inkarnat, li Hu t-Triq, il-Verita’ u l-Ħajja.

Iżda biex naslu għand Kristu, biex inkunu fi Kristu u Kristu jkun fina, jeħtieġ li aħna nagħrfuh u nħobbuh. It-triq l-aktar faċli, qasira, perfetta u żgura li twassalna għal din il-Għaqda hija Marija. Dan, De Montfort jurihulna b’mod l-aktar ċar fil-ktieb tiegħu “L-Imħabba ta’ Għerf Etern” li kiteb għall-ħabta tas-snin 1703 u 1704. Fih insibu l-qofol tat-tgħallim kollu tiegħu u li nistgħu niġbruh f’sentenza waħda meħuda mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, Kap 17, vers 3: “Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek u veru, lil Ġesu’ Kristu, li inti bgħatt”.

Għaldaqstant biex nilħqu dan il-għan, ikollna dan l-Għerf divin, De Montfort, fl-aħħar tliet kapitli ta’ dan il-ktieb jagħtina erba’ mezzi:
1. Xewqa mħeġġa
2. Talb bla heda
3. Mortifikazzjoni
4. Devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka. B’dan l-aħħar mezz jagħlaq il-ktieb tiegħu billi fih jurina: l-ewwel ħtieġa tad-devozzjoni vera u mbagħad fiex tikkonsisti. Frott ta’ dan it-tgħallim, fis-snin ta’ wara, kiteb aktar fit-tul fuq d-devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka. Iżda sfortunatament f’dan il-manuskritt insibu xi faċċati neqsin. Fil-fatt l-isem tal-Ktieb “Trattat tad-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka” ġie mogħti meta stampawh għall-ewwel darba fis-sena 1843, jiġifieri 127 sena wara l-mewt tiegħu. Għalkemm ħassew il-ħtieġa li jagħtuh dan l-isem, jaħsbu li tixraq aktar dak li De Montfort kiteb fil-paragrafu Nru 227: “Tħejjija għas-Saltna ta’ Ġesu’ Kristu”, tant hu hekk illi fl-edizzjoni tal-opri tiegħu li ħarġu fis-sena 1966, poġġewh bħala sub-titlu.

Rigward it-tqassim tat-test, l-uniċi titli li nsibu fl-oriġinali huma dawk fil-paragrafi Nru 120; 231; 226; 257 u 266. It-taqsim li nsibu f’din l-edizzjoni hija meħuda mill-edizzjoni li ħarġet fl-1943 għall-okkażjoni taċ-ċenitnarju ta’ meta nstab il-manuskritt.

Il-formula tal-Konsagrazzjoni hija meħuda mill-ktieb li għadna kif semmejna: “L-Imħabba tal-Għerf Etern”.

X’kien fihom il-paġna mitlufa tal-manuskritt?

In-Nru 227; 228 u 256 jitkellmu mill-ewwel taqsima imma jagħtuna biss xi ħjiel hekk:

Fin-Nru 227: Tnax-il ġurnata biex ninżgħu mill-ispirtu tad-dinja li hu kontra dak ta’ Kristu;
Fin-Nru 228: Litanija tal-Ispirtu s-Santu;
Fin-Nru 256: Xi prattiċi għat-tmaqdir tad-dinja.

Il-kwotazzjonijiet tal-Kotba Mqaddsa huma meħuda mit-traduzzjoni tal-Għaqda Bibblika Maltija – il-Bibbja li ġiet stampata fl-1984.

Fl-aħħarnett San Lwiġi jagħmel enfasi l-aktar kbira li d-devozzjoni tagħna lejn il-Madonna mhix l-għan tal-ħajja tagħna, iżda biss il-mezz l-aktar ħafif, it-triq l-aktar qasira, perfetta u żgura għall-għaqda tagħna ma’ Alla u jgħidlna ċar u tond, bla tlaqliq, illi jekk id-devozzjoni tagħna lejn il-Verġni Mbierka tbegħidna minn Ġesu’ jkollna nwarrbuha bħal nassa tax-xitan.

Dun Karm Farrugia

Ifhem

1. Hu permezz tal-Imqaddsa Verġni Marija li Ġesu’ Kristu ġie fid-dinja u hu wkoll xieraq illi permezz tagħha Hu jsaltan fuq id-dinja.

2. Marija għaddiet ħajja moħbija ħafna u għalhekk hi msejħa mill-Ispirtus-Santu u mill-Knisja “Alma Mater”, Omm moħbija u mhix magħrufa. L-umilta’ tagħha kienet hekk kbira, illi l-ikbar u l-iktar xewqa soda li kellha f’ħajjitha kienet li tibqa’ moħbija għaliha nfisha u għan-nies biex hekk tkun magħrufa biss minn Alla waħdu.

3. It-talba tagħha ‘l Alla, kienet li Hu jogħġbu jżommha umli u fqira. It-tweġiba t’Alla kienet dik li qiegħed velu fuq ħajjitha biex jaħbi mill-għajnejn tal-bnedmin kollha t-tnissil bla tebgħa tagħha, it-twelid tagħha, ħajjitha, il-qawmien tagħha mill-mewt, it-tlugħ tagħha fis-sema u l-misterji tagħha. Anki l-ġenituri tagħha ma kienu jafu xejn bil-kobor tagħha u l-Anġli ta’ spiss kienu jistaqsu wieħed lill-ieħor Quae est ista?… Min hi din? Dan għaliex l-iktar Għoli kien qed iżommha bħala sigiret minnhom, jew inkella jekk ħallihom jilmħu xi ħaġa f’dak is-sigriet, ħallihom f’għaġeb ikbar fuq dak li ma lemħux.

4. Hekk għoġob lil Alla l-Missier illi Marija ma tagħmel ebda miraklu matul ħajjitha, għall-inqas l-ebda miraklu pubbliku għalkemm Hu kien taha s-setgħa li tagħmel dan. Alla l-Iben ried li hi titkellem darba fil-bogħod għalkemm hu kien taha l-għerf tiegħu. Minkejja l-fatt li Marija kienet l-għarusa fidila tal-Ispirtu s-Santu, Alla ppermetta li l-Appostli u l-Evanġelisti jitkellmu ftit ħafna fuqha, u dak il-ftit li kien meħtieġ biex isir magħruf Ġesu’ Kristu.

5. Marija hi l-kapulavur eċċellenti tal-iktar Għoli. Dan żammu għalih l-għarfien u l-pussess ta’ dak il-kapulavur. Marija hija l-Omm tal-għaġeb tal-Iben u hekk għoġob lill-Iben jqiegħed velu ta’ ħabi fuqha matul ħajjitha bħala tweġiba għall-umilta’ tagħha. Ġesu’ sejħilha “mara” bħallikieku kienet barranija filwaqt li f’qalbu kien iħobbha u jweġġagħha fuq l-Anġli u l-bnedmin kollha. Marija hija l-għajn issiġillata u l-għarusa fidila tal-Ispirtu s-Santu riservata għalih biss. Marija hija s-Santwarju u l-post ta’ mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinita’ u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini u s-Serafini u f’kull post ieħor fid-dinja. Hu privileġġ tassew kbir jekk xi ħlejqa safja kemm hi safja, ikollha l-permess tidħol f’dak is-Santwarju.

6. Mal-Qaddisin ngħid lil Marija hi l-Ġenna tal-Art ta’ Adam il-Ġdid fejn ħa l-ġisem, bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, biex hemm jagħmel l-għeġubijiet li ħadd ma jista’ jifhimhom. Marija, hija d-dinja kbira u divina t’Alla mogħnija bl-ikbar sbuħija u glorja spiritwali. Hi l-kobor ta’ ġmiel tal-Iktar Għoli, fejn Alla ħeba, bħallikieku fi ħdanu, l-Iben waħdieni tiegħu, u flimkien ma’ dak l-Iben, dak kollu li hu l-aktar eċċellenti u prezzjuż. X’għeġubijiet kbar u moħbija għamel Alla s-Setgħani f’din il-ħlejqa tal-għaġeb! Minkejja l-umilta’ kbira tagħha Marija ħasset li għandha tgħid: “Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.” Id-Dinja ma taf xejn b’dawn l-għeġubijiet għax mhix kapaċi tifhimhom u ma jixirqilhiex tirċevihom.

7. Il-Qaddisin qalu ħafna ħwejjeġ tal-għaġeb fuq din il-Belt Qaddisa t’Alla u huma stess stqarru li qatt ma ħassewhom iktar elokwenti u kuntenti milli meta kienu jitkellmu fuqha. Iżda minkejja din l-elokwenza, huma jsostnu illi l-quċċata tal-merti tagħha, mgħollijin minnha sat-tron tad-Divinita’, ħadd ma jista’ jilħaqha, u li l-wisa’ tal-imħabba tagħha, li hi akbar milli tista’ toffri d-dinja, ma jistax ikun li titqies; u l-kobor tas-setgħa li hi għandha wkoll fuq Alla, ma nistgħux nifhmuh; u fl-aħħarnett illi l-umilta’ tagħha, il-virtujiet u l-grazzji tagħha huma abbiss li ħadd ma jista’ jkejjel. Għoli bla tarf! Wisa’ bla tmiem! Kobor bla qies! Abbiss bla qiegħ!

8. Il-jiem kollha, minn tarf sa ieħor, fl-art, fl-għoli tas-smewwiet, u fil-qiegħ tal-abbissi, il-ħwejjeġ kollha jħabbru lil Marija bħala l-Kreatura tal-għaġeb. Id-disa’ kori tal-Anġli, l-bnedmin kollha, tajbin u ħżiena, ta’ kull eta’, kundizzjoni u twemmin, u l-istess demonji, kulħadd hu mġiegħel, irid jew ma jridx, bil-qawwa tal-verita’ biex isejħu lil Marija mbierka, bħalma San Bonaventura jgħid: “L-Anġli fis-sema mingħajr ma jaqtgħu jgħajtulha “Qaddisa, Qaddisa, Qaddisa Marija, Omm Alla u Verġni.” Kuljum huma jlissnulha bla heda t-tislima tal-Anġlu: “Sliem għalik Marija,” u filwaqt li jinxteħtu quddiemha jitolbuha biex tindenja ruħha tonorahom b’xi kmand minn tagħha Santu Wistin jgħid lil San Mikiel Arkanġlu, għalkemm hu l-prinċep tal-kori kollha tas-Sema, hu l-aktar żelanti biex jagħtiha kull unur, u dejjem lest, biex mal-kelma tagħha jmur jgħin lil xi wieħed mill-qaddejja tagħha.

9. Id-dinja kollha hi mimlija bil-glorja tagħha speċjalment fil-pajjiżi Nsara, fejn hi magħżula bħala l-patruna u l-prottetriċi ta’ ħafna saltniet, provinċji, djoċesijiet u bliet. Ħafna katidrali huma kkonsagrati lil Alla f’isimha. Ma hemmx knisja mingħajr l-altar ta’ Marija; u ma hemmx art, jew provinċja li mhix mbierka, b’waħda mix-xbihat mirakolużi tagħha; fejn kull xorta ta’ tiġrib hu mfejjaq u kull grazzja maqlugħa. Kemm insibu konfraternitajiet u Unjoni Piji f’ġieħha! X’numru kbir ta’ Ordinijiet Reliġjużi u kongregazzjonijiet li jaħdmu taħt isimha u l-ħarsien tagħha!

U kemm jitkanta bil-ħerqa it-tifħir tagħha! U kemm hi mxandra bil-qalb il-ħniena tagħha mill-membri ta’ dawn l-għaqdiet kollha! It-tfal ċkejknin kollha jfaħħruha malli jlissnu s-Sliem għalik Marija, u m’hemmx midneb, li mgħaddas kemm hu mgħaddas fid-dnub, li ma jkollux f’qalbu xi xrara ta’ tama fiha, anzi iżjed minn hekk, m’hemmx dimonju fid-dalma tal-infern li ma jirrispettahiex u jitwerwer minnha, filwaqt li jibża’ mis-setgħa tagħha.

10. Meta nafu dan kollu għandna ngħidu mal-qaddisin: “Fuq Marija qatt ma ngħidu biżżejjed.”

Għandna ma faħħarniex, ma għollejniex, ma ħabbejniex, ma servejniex lil Marija b’mod li jixraq lill-kobor tagħha. Hi mmeritat iżjed u iżjed tifħir, rispett, imħabba u qadi.

11. Għandna ngħidu mal-Ispirtu s-Santu; “Fiha tinsab il-Glorja kollha ta’ Bint is-Sultan”: Bħallikieku l-glorja esterna li tagħmel is-Sema u l-art itennu l-għeġubijiet tagħha, qishom m’huma xejn meta nqabbluhom mal-glorja moħbija interna li hi tirċievi mill-Ħallieq. Din hi l-glorja li l-ħlejjaq iż-żgħar ma jistgħu jkunu jafu xejn fuqha għaliex ma jistgħux ikunu jafu s-sigriet tas-sigrieti tas-Sultan.

12. Fl-aħħar għandna ngħidu għaliha u b’tifħir tagħha l-kliem ta’ San Pawl: “Dak li l-għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, u dak li qatt ma daħal f’qalb il-bniedem.” (1 Kor 2,9) M’għarfux is-sbuħija, il-ġmiel u l-kobor ta’ Marija, il-miraklu tal-mirakli fl-ordni tal-grazzja, tan-natura u tal-glorja. Wieħed qaddis jgħid, jekk trid tagħraf l-Omm, tgħallem ħa tkun taf lil Binha, għaliex hi Omm li tixraq lil Alla. U hawn ħalli jiskot kull ilsien.

13. Qalbi iddettatli dak kollu li ktibt hawn, u li ktibt b’ferħ kbir. L-għan tiegħi hu, li nuri li Marija ftit li xejn kienet magħrufa s’issa u din hi waħda mir-raġunijiet għaliex Ġesu’ Kristu mhux magħruf kif jixraqlu. Mela, meta tibda s-Saltna ta’ Ġesu’ Kristu fid-dinja, din tkun konsegwenza meħtieġa tal-għarfien tas-saltna tal-Imqaddsa Verġni. Kien permezz tagħha li Hu ġie l-ewwel darba fid-dinja, u jkun permezz tagħha li jiddi bil-ġmiel kollu tiegħu fit-tieni miġja tiegħu.

KAPITLU 1
Il-Ħtieġa tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka

1. Prinċipji
1. Is-Sehem ta’ Marija fl-Inkarnazzjoni

14. Jien naqbel mal-Knisja kollha illi, meta nipparagunawha mal-Maesta’ infinita’ tal-Kbir Alla, Marija mhijiex ħlief ħlejqa magħmula minn idejh, u nkomplu b’dan il-paragun, hi inqas minn atomu – u iżjed hi mhi xejn, la darba Alla, li Hu, għandu l-eżistenza minnu nnifsu. Mela, dan il-Mulej Kbir minn dejjem, indipendenti u ma jonqsu xejn fih Innifsu, ma kellu ebda bżonn – u lanqas issa m’għandu bżonn – tal-Verġni Mqaddsa Marija biex iwettaq il-pjani Tiegħu u biex juri l-glorja Tiegħu. Hu jixtieq biss u kollox isir.

15. Imma filwaqt li nifhmu dan kollu, jiena nsostni li Alla malli ħalaqha għoġbu jibda jipperfezzjona l-pjani rendentiċi tiegħu permezz tal-Verġni Mqaddsa. Hu ma jbiddilx il-proċedura tiegħu minn seklu għall-ieħor. Għaliex huwa Alla, Hu ma jbiddilx il-mod kif jaħseb u jaġixxi.

16. Kien permezz ta’ Marija waħedha li Alla l-Missier, ta lid-dinja l-Iben Tiegħu, il-Waħdieni. Mal-medda ta’ erbat elef sena l-Patrijarki kienu tassew jixtiequ r-Rigal t’Alla, il-Profeti u l-Qaddisin tal-Liġi l-Qadima kienu jitolbu bl-akbar ħerqa għal dan il-għan. Imma kienet biss Marija li sabet grazzja quddiem Alla bil-qawwa tat-talb tagħha, u l-fwieħa tal-virtu’ tagħha. “Id-dinja ma kinitx denja”, jgħid Santu Wistin, “li tirċievi l-Iben ta’ Alla direttament minn idejn il-Missier. Hu ta l-Iben tiegħu lil Marija biex id-dinja tirċevih minn għandha.”

L-Iben t’Alla sar bniedem, biex isalvana, imma f’Marija u permezz ta’ Marija. Alla l-Ispirtu s-Santu sawwar li Ġesu’ Kristu f’Marija, wara li kien ħa l-kunsens tagħha, permezz ta’ wieħed mill-ogħla Anġli tal-Qorti tas-Sema.

17. Il-Missier Alla kkomunika l-fekondita’ tiegħu lil Marija fil-ogħla grad li ħlejqa tista’ tirċievi, sabiex Hi tkun tista’ tnissel ‘l Ibnu, u l-membri kollha tal-Ġisem Mistiku.

18. Alla l-Iben niżel fil-ġuf Verġni tagħha, bħal Adam il-Ġdid fil-ġenna tal-art, biex nieħu pjaċir fiha u jagħmel bil-moħbi l-għeġubijiet tal-grazzja tiegħu. Alla magħmul bniedem sab il-ħelsien tiegħu billi ngħalaq fil-ġuf tagħha; wera s-setgħa tiegħu billi ssottometta ruħu li ġġibu din it-tfajla mqaddsa; fittex il-glorja tiegħu u ta’ Missieru billi ħeba l-kobor tiegħu mill-ħlejjaq kollha, biex jurihom biss lil Marija; hu sebbaħ l-indipendenza u l-maesta’ tiegħu billi sar dipendenti minn din il-Verġni umli fil-konċepiment tiegħu, fi twelidu, fil-preżentazzjoni fit-tempju u fil-ħajja moħbija tiegħu ta’ tletin sena, u anke sa mewtu, fejn ried li hi tkun preżenti. L-Iben Divin tagħha, ried li tieħu sehem miegħu fis-Sagrifiċċju u li bir-rieda tagħha Hu jiġi offrut lil Missier Etern bħalma kien offrut qabel Iżakk bil-kunsens ta’ Abraham, bir-rieda ta’ Alla. Kienet Marija li reddgħitu, rabbietu, ħarsitu, kabbritu u issagrifikatu għalina. X’dipendenza tal-għaġeb t’Alla! Għalkemm l-Ispirtu s-Santu hu sieket fuq kważi l-ħwejjeġ kollha tal-għaġeb li l-Għerf Inkarnat għamel fil-Ħajja tiegħu moħbija, hu ma setax jaħbi, fir-rakkont tal-Vanġelju dan il-fatt hekk kbir, imma għoġbu jiġbdilna l-attenzjoni fuq dan l-għaġeb. Bis-sottomissjoni ta’ Kristu lejn Ommu għal tletin sena, Hu ta iżjed glorja lil Missieru milli kien jagħtih jekk jikkonverti d-dinja kollha jew jagħmel mirakli l-aktar kbar. Mela, aħna kemm nigglorifikaw ‘l Alla, meta aħna nkunu sottomessi lejn Marija, fuq l-eżempju ta’ Kristu, l-uniku mudell tagħha.

19. Jekk aħna nikkunsidraw bir-reqqa l-bqija tal-ħajja ta’ Ġesu’ aħna naraw li hu għoġbu jibda l-mirakli permezz ta’ Marija. Bil-kliem ta’ Marija, hu qaddes lil San Ġwann il-Battista f’ġuf ommu Santa Eliżabetta; għaliex ġara li malli Eliżabetta semgħet it-tislima ta’ Marija, Ġwanni tqaddes. Dan kien l-ewwel u l-ikbar miraklu tal-grazzja ta’ Kristu. Għat-talba umli ta’ Marija, hu biddel l-ilma f’inbid fil-festa tat-tieġ ta’ Kana: dan kien l-ewwel miraklu tiegħu tan-natura. Kristu beda u ssokta l-mirakli tiegħu permezz ta’ Marija; u permezz tagħha Hu għad ikomplihom sat-tmiem taż-żminijiet.

20. Alla l-Ispirtu s-Santu, billi huwa sterili f’Alla, fis-sens li ma jipproduċix Persuna Divina oħra imma hu kellu l-frott permezz ta’ Marija, li hu tgħarras, Hu magħha, fiha minnha li hu pproduċa l-kapulavur tiegħu – Alla magħmul Bniedem. U bl-istess mod hu jkompli jipproduċi u hekk għad ikompli jagħmel sal-aħħar taż-żminijiet il-membri tal-Ġisem Mistiku, ta’ din ir-Ras adorabbli. U għalhekk iktar mal-Ispirtu s-Santu jsib lil Marija l-għarusa maħbuba tiegħu u li ma tinħall qatt minn miegħu fir-ruħ, iktar hu jaħdem bis-saħħa biex iġib lil Kristu f’dik ir-ruħ, u dik ir-ruħ fi Kristu.

21. Dan m’għandux jiftiehem li l-Imqaddsa Verġni, tagħti l-fekondita’ lill-Ispirtu s-Santu , li hu m’għandux. Bħal Alla, hu għandu l-istess fekondita’ jew setgħa li jipproduċi, bħal dik tal-Missier u tal-Iben; imma Hu ma jużahiex, la darba ma jnissilx Persuna Divina oħra. Dak li rridu ngħidu hu, li l-Ispirtu s-Santu, Persuna Divina oħra. Dak li rridu ngħidu hu, li l-Ispirtu s-Santu, permezz tal-Verġni Mqaddsa, li hu jrid juża, għalkemm m’għandu ebda ħtieġa assoluta biex jagħmel hekk, iwettaq il-fekondita’ tiegħu billi jnissel fiha u permezz tagħha, lil Ġesu’ Kristu u l-membri tiegħu. Dan hu l-misteru tal-grazzja li anke dawk l-insara l-iktar mgħallmin u spiritwali ma jistgħux jifhmu.

2. Is-Sehem ta’ Marija fil-Qdusija tal-Erwieħ

22. Il-pjan li wżaw it-Tliet Persuni tat-Trinita’ Qaddisa fl-Inkarnazzjoni u fl-ewwel miġja ta’ Kristu, għadhom ikompluha fil-Knisja Mqaddsa b’mod li ma jidhirx u hekk għad titkompla, sal-aħħar taż-żminijiet, sal-aħħar tal-miġja ta’ Ġesu’ Kristu.

23. Alla l-Missier għamel ġemgħa tal-ilma kollu u sejħilha baħar. Hu għamel ġemgħa tal-grazzji kollha u sejħilha Marija. Dan Alla setgħani għandu teżor jew maħżen ta’ rikkezzi li tgħaġġeb u fih dak kollu li jgħaxxaq bis-sbuħija, bil-ġmiel, bil-kobor u anke jinkludi l-Ibnu stess; u dan it-teżor immens m’hu ħadd ħlief Marija li l-Qaddisin isejħulha t-Teżor tal-Mulej, li mill-milja tiegħu jistagħnew il-bnedmin.

24. Alla l-Iben ikkomunika lil Ommu dak kollu li rebaħ b’ħajtu u b’mewtu, il-merti infiniti tiegħu, u l-virtujiet tal-għaġeb, u għamilha d-dispensatriċi ta’ dak kollu li tah Missieru bħala wirt. Hu permezz tagħha li hu japplika l-merti tiegħu lill-membri, jikkomunikalhom il-virtujiet tiegħu, u jqassmilhom il-grazzji tiegħu. Hija l-kanal misterjuż, l-akwedott li minnu jgħaddu l-grazzji tiegħu bil-ħlewwa u bl-abbundanza għal fuqna.

25. Alla l-Ispirtu s-Santu ikkomunika lill-Għarusa fidila tiegħu r-rigali prezzjużi tiegħu. Hu għażilha biex tkun id-dispensatriċi ta’ dak kollu li għandu. Ħatarha biex tqassam ir-rigali u l-grazzji tiegħu lil min trid, kemm trid, kif trid, u x’ħin trid, u Hu stess ma jagħti l-ebda rigal tas-sema lill-bnedmin jekk mhux permezz tal-idejn verġinali tagħha. Dan hu skont ir-rieda t’Alla li xtaq li aħna nirċievu kollox permezz ta’ Marija. Dik li kellha umilta’ profonda matul ħajjitha kollha u li riedet iċċekken lilha nfisha biex tkun moħbija u mistura, saret għanja, u ġiet mgħollija u mweġġħa mill-Iktar Għoli. Dawn huma s-sentimenti tal-Knisja u tas-Santi Padri.

26. Li kieku kont qed nitkellem mal- “Freethinkers” u l-imħuħ kritiċi ta’ dan iż-żmien, kont nipprova dak kollu li qed ngħid sempliċiment billi nikkowta aktar fit-tul passaġġi bil-Latin li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, mill-Iskrittura Mqaddsa, u mis-Santi Padri u billi nżid dawk ir-raġunijiet sodi li wieħed jista’ jsibhom fil-ktieb tal-Patri Poire “Triple Couronne de La Sainte Vierge”. Imma jien qed nitkellem b’mod partikulari, mal-fqar u s-sempliċi, li huma nies ta’ rieda tajba u li l-fidi tagħhom hija ikbar minn dik tal-għorrief, u għalhekk iġġegħilhom jemmnu iktar bis-sempliċita’ u bil-mertu. Għalhekk jien sejjer nistqarrilhom sempliċiment il-verita’, mingħajr ma nintilef nikkwota passaġġi bil-Latin li huma ma jifhmux. Madankollu jien sejjer inġib xi siltiet ‘l hawn u ‘l hinn mingħajr ma noqgħod infittex iżżejjed. Inkomplu.

27. La darba l-grazzja tipperfezzjona n-natura, u l-glorja tipperfezzjona l-grazzja, nistgħu nibqgħu ċerti, li fis-sema s-Sinjur tagħna jibqa’ wkoll Iben ta’ Marija daqs kemm kien meta kien fid-dinja. Hu għalhekk kompla bl-istess sottomissjoni, b’mod l-aktar perfett tal-ulied kollha lejn l-aħjar Omm fost l-ommijiet imma wieħed irid joqgħod attent li ma jaħsibx li din id-dipendenza timplika li hu tbaxxa jew hemm xi imperfezzjoni f’Ġesu’ Kristu. Marija li hi infinament iżgħar minn Binha, li hu Alla, ma tikkmandahx bħalma omm tad-dinja tikkmanda lil binha li hu iċken minnha. Marija la tixtieq u lanqas tagħmel xejn kontra r-rieda sħiħa u eterna t’Alla, il-għaliex b’dik il-grazzja u l-glorja li tbiddel il-qaddisin kollha f’Alla, Marija hi diġa’ mibdula fih. Għalhekk meta naqraw fil-kitba ta’ San Bernard, San Bernardinu u San Bonaventura u oħrajn, li dak kollu li hemm fl-art u fis-sema, inkluż Alla nnifsu, hu suġġett għall-Verġni Mqaddsa, għandna nifhmu ċar xi jfisser. Jiġifieri li Alla għoġbu jagħtiha awtorita’ hekk kbira illi tidher li donnu għandha l-istess setgħa ta’ Alla, u li t-talb u x-xewqat tagħha għandhom saħħa hekk kbira quddiem Alla, li dejjem jitbiddlu f’xi kmandi għalih. Hekk hu ma jistax jiċħad it-talb tal-għażiża ommu, għaliex hi dejjem umli u taqbel mar-rieda tiegħu.

Jekk Mose’, bis-saħħa tat-talba tiegħu, żamm il-korla ta’ Alla, li kienet tixgħel għall-Israeliti, għax it-talba tiegħu kienet hekk ħerqana li Alla, għani fil-ħniena, ma setax jirreżisti, nidem mill-ħsara li qal li se jagħmel lill-poplu tiegħu, kemm għandna x’naħsbu għat-talba tal-umli Marija, l-Omm glorjuża ta’ Alla, talba li hi aktar qawwija fl-għajnejn tal-Maesta’ Divina mit-talb u l-interċessjonijiet tal-Anġli u tal-Qaddisin kollha tas-sema u tal-art?

28. Fis-sema Marija ssaltan fuq l-Anġli u l-Qaddisin. Bħala premju tal-umilta’ profonda tagħha, Alla taha s-setgħa u x-xogħol li timla’ fil-Qaddisin it-tronijiet vojta li ħallew l-Anġli l-ħżiena bil-waqgħa supperva tagħhom. Hi r-rieda ta’ Alla, li jgħolli l-umli, li jrid is-Sema, l-Art u l-Infern ibaxxu rashom bil-ħlewwa, jew bilfors, għall-kmand tal-umli Marija, li Hu għamel Sultana tas-Sema u l-art, il-Mexxejja tal-armati tiegħu, it-teżoriera tar-rikkezzi tiegħu, id-dispensatriċi tal-grazzji tiegħu, dik li wettqet l-għeġubijiet tiegħu, dik li tpatti għall-umanita’, il-medjatriċi tal-bnedmin, dik li teqred l-għedewwa t’Alla, u s-sieħba fidila tal-isplendur u t-trijonfi tiegħu.

29. Hi x-xewqa tal-Missier tas-Sema, illi permezz ta’ Marija, hu jkollu wlied sal-aħħar tad-dinja: “Tella’ l-għarix tiegħek f’Ġakobb.” (Sir 24,8). Fi kliem ieħor, hu jgħidilha: “Qiegħed l-għamara tiegħek f’uliedi l-magħżulin li x-xbieha tagħhom hu Ġakobb, u mhux fl-ulied ħżiena tax-xitan iffigurati minn Eżaw.”

30. Bħalma fil-ġenerazzjoni naturali u korporali hemm missier u hemm omm, hekk ukoll fil-ġenerazzjoni sopranaturali u spiritwali hemm il-missier li hu Alla u hemm l-omm li hi Marija. L-ulied veri u predestinati t’Alla għandhom ‘l Alla bħala missierhom, u ‘l Marija bħala ommhom; dak li m’għandux lil Marija bħala ommu lanqas ma għandu ‘l Alla bħala missieru. Għalhekk il-ħżiena, l-eretiċi, ix-xiżmatiċi, u oħrajn bħalhom, li jobgħodu lill-Imqaddsa Marija, jew inkella jħarsu lejha b’suspett u indifferenza, m’għandhomx ‘l Alla bħala missierhom, għalkemm jiftaħru li għandhom għaliex huma m’għandhomx lil Marija bħala ommhom. Kieku lil Marija kienu jqisuha bħala ommhom, kieku kienu jħobbuha u jqimuha bħalma iben tassew u twajjeb naturalment iħobb u jqim ‘l ommu li tatu l-ħajja. Dan jagħtina l-iktar sinjal, infallibli u żgur, li bih tagħraf bejn l-eretiku, il-bniedem ta’ duttirna falza, u l-ħażin minn naħa waħda u dak li hu predestinat minn naħa l-oħra. L-eretiku u l-bniedem ħażin għandhom l-attitudni ta’ mibgħeda u indifferenza lejn il-Verġni Mqaddsa. Huma jippruvaw inaqsu d-devozzjoni u l-imħabba tagħha minn qalb il-bnedmin, bil-kliem u bl-eżempju, fil-moħbi u fil-beraħ, u xi drabi b’wirja falza ta’ raġunar qarrieqi. Tassew Alla l-Missier ma sejjaħx lil Marija biex tgħammar fihom għax huma Eżaw oħra.

31. Alla l-Iben jixtieq li jkun iffurmat, bħallikieku nkarnat kuljum, fil-membri tiegħu permezz ta’ Marija. Hu jgħidilna: “ U iret sehmek f’Israel.” (Sir 24,8).

Bħallikieku qal: “Alla Missieri tani l-ġnus kollha tal-art b’wirt, il-bnedmin kollha tajbin u ħżiena dawk ippredestinati u dawk mgħaddsin fid-dnub. Jiena mmexxi tal-ewwel b’xettru tad-deheb u lill-oħrajn b’xettru tal-ħadid. Jiena nkun għal tal-ewwel Missier u Avukat, il-Vendikatur ġust għal tat-tieni, u Mħallef għal kulħadd. Iżda inti, għażiża Ommi, inti jkollok b’wirt u bħala tiegħek l-ippredestinati biss għax-xbieha tagħhom huwa Israel. Bħala l-Omm twajba tagħhom, inti tnissilhom, tedukahom u tieħu ħsiebhom; bħala s-Sultana tagħhom inti tmexxihom, tiggvernahom u tiddefendihom.”

32. L-Ispirtu s-Santu jgħid: “Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!” (S 86,5). Skont is-Santi Padri, l-ewwel bniedem li twieled minn Marija, hu Alla magħmul bniedem, Ġesu’ Kristu ; u t-tieni hu l-bniedem kreatura, l-Iben adottiv ta’ Alla u ta’ Marija. La darba Ġesu’ Kristu; ir-Ras tal-bnedmin, twieled minn Marija bilfors jiġi li l-predestinati, li huma l-membri tar-Ras, għandhom ukoll jitwieldu fiha. Omm ma twellidx ir-ras mingħajr il-membri jew il-membri mingħajr ir-ras, għaliex dan ikun mostru, skerz tan-natura. Hekk ukoll fl-ordni tal-grazzja, ir-Ras u l-membri jitwieldu mill-istess Omm. Li kieku membru tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu, jiġifieri wieħed ippredestinat, jitwieled xort’oħra u mhux minn Marija li welldet ir-Ras, żgur li ma kienx ikun bniedem ippredestinat jew membru ta’ Kristu, imma biss skerz fl-ordni tal-grazzja.

33. Terġa’, Ġesu’ Kristu, hu issa bħalma kien qabel, il-frott ta’ Marija. Is-sema u l-art dan ifakkruh elf darba kuljum: “U mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesu’.” Għalhekk, hu żgur li Ġesu’ huwa individwalment għal kull bniedem li jippossedih, tassew il-frott u l-opra ta’ Marija daqs kemm hu għad-dinja kollha b’mod ġenerali: b’tali mod li n-nisrani, li f’qalbu hemm ffurmat Ġesu’ Kristu jista’ jazzarda jgħid: “Inroddu ħajr lil Marija! Dak li jien nippossiedi, hu l-effett u l-frott tagħha, u mingħajrha ma kontx inkun nista’ nippossedih.” Nistgħu napplikaw għaliha, b’verita’ ikbar minn dak li fil-kuntest applika San Pawl b’dawn il-kelmiet: “Għal darba oħra qiegħed inħoss l-uġigħ tal-ħlas sakemm Kristu jissawwar fikom.” (Gal 4,19). Snatu Wistin, f’silta li fiha l-entużjażmu tiegħu jisboq dak kollu li għidna s’issa, jgħid li l-magħżulin, sakemm huma fid-dinja huma moħbija fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa, biex isiru jixbħu lilu fis-sura tal-Iben t’Alla. Hemm huma jkunu mħarsin, mitmugħin, miżmumin u żviluppati minn din l-Omm twajba sa ma twassalhom fil-glorja wara mewthom, li propjament hu l-jum tat-twelid tagħhom, kif il-Knisja ssejjaħ il-mewt tal-ġusti. X’misterju tal-grazzja li fuqu dawk li huma l-ħżiena ma jafu xejn, u li anke l-magħżulin nfushom, ma tantx jafu fuqu!

34. F’Marija u permezz ta’ Marija, Alla l-Ispirtu s-Santu jogħġbu jifforma l-magħżulin tiegħu u għalhekk jgħidilha: “U xenxilt l-għeruq tiegħi f’poplu ta’ ġieħ.” (Sir 24,12). Fi kliem ieħor: “Ħawwel Għażiża tiegħi, u Għarusa tiegħi, l-għeruq tal-virtujiet tiegħek kollha, fil-magħżulin tiegħi, ħalli jkunu jistgħu jikbru minn virtu’ għall-oħra u minn grazzja għall-oħra. Kont hekk nitgħaxxaq bik meta fuq l-art int kont għaddej ħajtek tħaddem il-virtujiet l-aktar kbar li jiena għadni nixtieq insibek fid-dinja mingħajr ma tieqaf li tkun preżenti fis-sema. Ġedded lilek innifsek mela, fil-magħżulin tiegħi: “Ħallini nithenna nara fihom l-għeruq ta’ fidi li ma tintrebaħx, tal-umilta’ tiegħek profonda, tat-tgħakkis f’kollox tiegħek, tat-talb ħerqan tiegħek, tal-imħabba mħeġġa tiegħek, ta’ tama sħiħa u tal-virtujiet kollha tiegħek. Inti għadek l-għarusa tiegħi, dejjem fidila, safja u tagħti l-frott. Ħalli l-fidi tiegħek, tagħtini nies ta’ twemmin, ħalli s-safa tiegħek inissel nies verġni għalija, u ħalli s-setgħa li għandek li tagħti l-frott, tagħtini l-magħżulin tiegħi, it-tempji tiegħi.

35. Meta Marija xxenxel l-għeruq tagħha f’ruħ, hi tnissel dawk l-għeġubijiet ta’ grazzja, li hi biss għandha l-ħila tnissel għaliex hi biss il-Verġni, li tagħti l-frott u li qatt kellha u lanqas qatt ma jkollna min hu bħala fis-safa u fil-fekondita’. Bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu Marija saret l-akbar ħidma li qatt ġrat, jew li għad tista’ sseħħ: it-twelid tal-Bniedem Alla. Għalhekk trid tkun hi li tagħmel qaddisin kbar li jidhru sat-tmiem taż-żmien. Għaliex il-formazzjoni u l-edukazzjoni tal-qaddisin il-kbar li jkunu hawn sal-aħħar tad-dinja huma fdati f’idejha. Din il-Verġni singulari u mirakuluża biss tista’ flimkien mal-Ispirtu s-Santu twettaq ġrajjiet kbar u straordinarji.

36. Meta l-Ispirtu s-Santu jsib l-Għarusa tiegħu f’ruħ, Hu jtir lejn dik ir-ruħ, jidħol fiha fil-milja tiegħu u jimliha bil-preżenza tiegħu fi proporzjon daqs kemm isib il-preżenza tal-Għarusa tiegħu. Waħda mir-raġunijiet għaliex l-Ispirtu s-Santu ma jagħmilx għeġubijiet tal-grazzja li jgħaġġbu fir-ruħ tagħna hi għaliex Hu ma jsibx fina għaqda qawwija biżżejjed mal-Għarusa fidila tiegħu li ma tinfired qatt minnha. Ngħid li ma tinfired qatt, għaliex minn mindu l-imħabba sostanzjali tal-Missier u l-Iben tgħarrset ma’ Marija biex tnissel lil Ġesu’ Kristu, ir-Ras tal-Magħżulin, u Ġesu’ Kristu fil-magħżulin, hu qatt ma twarrab minnha. Hi kienet dejjem fidila u tat frott.

2. Konsegwenzi
1. Marija s-Sultana tal-Qlub Kollha

37. Minn dan li għadni kif għidt jidher ċar, l-ewwel li Marija rċeviet minn għand Alla ħakma kbira fuq ir-ruħ tal-magħżulin. Hi ma tistax tgħammar fihom bħalma Alla l-Missier ordnalha tagħmel; ma tistax bħala ommhom tiffurmahom, tieħu ħsiebhom u tnissilhom għall-ħajja ta’ dejjem; ma tistax teħodhom bħala l-wirt u s-sehem tagħha, ma tistax tiffurmahom f’Ġesu’ Kristu u tagħmel lil Ġesu’ Kristu fihom, ma tistax tħawwel l-għeruq tal-virtujiet tagħha fihom u tkun sieħba li ma tinfired qatt tal-Ispirtu s-Santu fix-xogħol tal-grazzja tiegħu, anzi ngħid li ma kienet tista’ tagħmel xejn minn dawn il-ħwejjeġ li kieku ma kellix id-dritt u l-ħakma fuq dawn l-erwieħ bi grazzja singulari tal-Iktar Għoli. Meta taha s-setgħa fuq Ibnu naturali u waħdieni Alla taha wkoll setgħa fuq uliedu adottivi, mhux biss fuq ġisimhom, li jkollha ftit importanza, imma fuq ruħhom ukoll.

38. Marija hija s-Sultana tas-Sema u tal-art permezz tal-grazzja, kif Ġesu’ hu s-Sultan tagħhom, permezz tan-natura u tar-rebħa. Is-Saltna ta’ Ġesu’ Kristu hi prinċipalment fil-qlub jew fil-ħajja interjuri tal-bnedmin skont il-kliem: “Is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.” (Lq 17,21). Hekk ukoll is-saltna tal-Verġni Mqaddsa hi ġol-bniedem, jiġifieri fir-ruħ tiegħu. Għaliex hu prinċipalment fl-erwieħ li flimkien ma’ Binha, hija aktar igglorifikata milli fil-kreaturi kollha viżibbli. Għalhekk nistgħu ningħaqdu mal-Qaddisin u nsejħulha s-Sultana ta’ qlubna.

2. Marija hi meħtieġa għall-bnedmin

39. Imbagħad, għandna nikkonkludu, li bħalma Marija kienet meħtieġa għal Alla, hi ħtieġa hekk imsejħa, ipotetika, għaliex hija konsegwenza tar-rieda tiegħu, hi aktar meħtieġa għall-bnedmin biex jilħqu l-iskop tal-ħajja tagħhom. Għalhekk m’għandniex nqabblu d-devozzjoni lejn il-Madonna ma’ dik id-devozzjoni tal-qaddisin l-oħra, bħallikieku d-devozzjoni lejn Marija ma kinitx iżjed meħtieġa jew bħallikieku kienet xi ħaġa li nistgħu ma nagħżluhiex, għall-ħajja tagħna spiritwali.

1. Id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi meħtieġa għall-bnedmin kollha jekk iridu jsalvaw.

40. L-għaref u qaddis Ġiżwita Suarez u l-għaref devot Juste-Lipse, duttur ta’ Louvain, u ħafna oħrajn, urew illi d-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hija meħtieġa għas-salvazzjoni, u biex jagħtu prova ta’ dan, dawn in-nies għorrief ġabru x-xhieda tas-santi padri – fost l-oħrajn ta’ Santu Wistin, Sant Efrem, Djaknu minn Odessa, San Ċirillu ta’ Ġerusalemm, San Ġermanu ta’ Kostantinopli, San Ġwann Damaxxenu, San Anselmu, San Bernard u San Bernardinu, San Tumas u San Bonaventura, u iżjed urew li n-nuqqas mill-qima u l-imħabba lejha huwa sinjali infallibli ta’ telfien kif Ecolumpadius u ħafna eretiċi oħrajn stqarrew huma stess; waqt li tkun tassew devot ta’ Marija u tqimha huwa sinjal ċar ta’ predestinazzjoni.

41. Ix-xbihat u l-kliem tar-Rabta l-Qadima u tar-Rabta l-Ġdida jippruvaw din il-verita’, is-sentimenti u l-eżempji tal-qaddisin iwettquha, ir-raġuni u l-esperjenza juruha u jsostnuha; anke x-xjaten u l-ħbieb tagħhom, marsusin mill-qawwa tal-verita’, spiss kienu mġagħlin jammettuha, minkejja r-rieda tagħhom. Jiena ġbart ġabra kbira ta’ siltiet mis-santi padri u d-dutturi tal-Knisja biex nipprova din il-verita’, iżda biex ma ntawwalx sejjer ngħid waħda biss. “Li nkun devot tiegħek, O Verġni Mqaddsa,” jgħid San Ġwann Dammaxenu, “hija arma ta’ salvazzjoni li Alla jagħti lil dawk li jrid isalva.”

42. Hawnhekk nista’ nirrakonta ħafna ġrajjiet li jippruvaw l-istess ħaġa, fost l-oħrajn: (1) Dik li naqraw fil-ħajja ta’ San Franġisk, illi waqt waħda mill-estasi tiegħu, huwa lemaħ sellum kbir li jasal sas-sema, li fit-tarf kien hemm il-Verġni Mbierka u ġie muri lilu li kien meħtieġ li wieħed jitilgħu biex jasal fis-Sema: (2) dik li naqraw, fil-ġrajjiet ta’ San Duminku, kif dal-qaddis, meta kien ħdejn Carcassonne jippriedka r-Rużarju, iltaqa’ ma’ wieħed eretiku żvinturat, li ruħu kienet maħkuma minn ħmistax-il elf xitan. Bi kmand li tathom il-Madonna, dawn ix-xjaten kienu obbligati, b’konfużjoni kbira tagħhom li jistqarru, xi veritajiet kbar u ta’ faraġ fuq d-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka. Huma għamlu dan b’tant konvinzjoni u ċarezza illi ċkejkna kemm hi ċkejkna d-devozzjoni lejn Marija, ma tistax ma xxerridx dmugħ ta’ ferħ meta taqra din il-ġrajja awtentika u l-eloġju fuq din id-devozzjoni li x-xitan kien imġiegħel jagħmel.

2. Id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka f’dawk li huma msejħin għall-perfezzjoni speċjali.

43. La darba d-devozzjoni lejn il-Madonna hi meħtieġa għall-bnedmin kollha jekk iridu jsalvaw, hi aktar meħtieġa f’dawk li huma msejħin għall-perfezzjoni speċjali. Jien ma naħsibx li xi ħadd jista’ jikseb għaqda sħiħa mas-Sinjur tagħna, u fedelta’ perfetta lejn l-Ispirtu s-Santu, mingħajr għaqda profonda mal-Verġni Mbierka u dipendenza kbira fuq l-għajnuna tagħha.

44. Marija biss sabet grazzja quddiem Alla, mingħajr l-għajnuna ta’ kreatura oħra. L-oħrajn kollha li sabu grazzja quddiem Alla, għamlu dan permezz tagħha u dan jibqa’ veru minn dawk li f’xi żmien jogħġbu lil Alla. Hi kienet mimlija bil-grazzja meta sellmilha l-Arkanġlu Gabriel, u ġiet mogħtija grazzja suprabbondanti meta niżel fuqha l-Ispirtu s-Santu bil-preżenza bla tarf tiegħu. Dawn iż-żewġ miljiet ta’ grazzja, hi hekk kabbret minn ġurnata għall-oħra, u minn mument għall-ieħor, li laħqet grad hekk għoli tal-għaġeb ta’ grazzja, illi Alla għamilha t-teżoriera waħdanija tar-rikkezzi tiegħu, u d-dispensatriċi waħdanija tal-grazzji tiegħu biex hi tkun tista’ tagħmel nobbli, tgħolli u tagħmel sinjur lil min trid hi; hekk li tkun tista’ tmexxi lil min tagħżel hi mit-triq id-dejqa li twassal fis-sema. Hi tkun tista’ tħares il-passi tagħhom, f’nofs il-perikli, fil-bieb id-dejjaq. Hi tkun tista’ tagħti, lill-magħżulin tagħha, it-tron, ix-xettru u l-kuruna tas-Sultan tas-Sema. Dejjem u kullimkien Ġesu’ hu l-frott u l-Iben ta’ Marija, u Marija hi verament kullimkien is-siġra li tagħti l-frott tal-ħajja, u l-vera omm li tipproduċih.

45. Alla ta l-imfietaħ tal-ħażna tal-Imħabba Divina lil Marija biss, kif ukoll is-setgħa li tidħol fl-iktar sigriet sublimi tat-triqat tal-perfezzjoni, u biex tmexxi lill-oħrajn f’dawn it-triqat. Permezz ta’ Marija biss, l-ulied imsejkna ta’ Eva infidila, jiġu mogħtija d-dritt biex jidħlu fil-ġenna tal-art, fejn inkunu jistgħu jimxi fil-paċi ma’ Alla; u fejn ikunu jistgħu jsibu kenn bla biża’, kontra l-għedewwa tagħhom, biex hemm, bla biża’ mill-mewt, ikunu jistgħu jieklu mill-frott bnin tas-siġra tal-ħajja, u tas-siġra tal-għerf, tat-tajjeb u tal-ħażin. Hemm ikunu jistgħu jgawdu xarbiet kbar mill-ilma tas-sema, ta’ dik l-għajn abbundanti. Jew aħjar, Hi stess din il-Ġenna tal-Art, dan il-ġnien verġni u mbierek, li minnu ġew imkeċċija l-midinbin Adam u Eva; tiftaħ il-bieb ta’ dan il-ġnien, li hu Hi stess, lil dawk biss li jogħġbuha, biex tgħinhom isiru qaddisin.

46. Jekk nista’ nuża l-espressjoni tal-Ispirtu s-Santu, kif ifissirha San Bernard, l-għonja kollha jżejnuk minn nisel għall-ieħor u speċjalment fl-aħħar jiem tad-dinja. Fi kliem ieħor, l-ikbar qaddisin, l-erwieħ l-iktar għonja bil-grazzji u bil-virtujiet issibhom l-iktar perseveranti fit-talb lill-Madonna, u jżommuha dejjem quddiem għajnejhom, bħala l-mudell perfett li għandhom jimitaw u bħala l-aqwa għajnuna biex tħarishom u tgħinhom.

47. Jiena għidt li dawn l-affarijiet kollha jiġbru, b’mod speċjali, fl-aħħar tad-dinja. Permezz ta’ Ommu l-Imqaddsa Alla se jagħti lid-dinja, qaddisin kbar li jisbqu fil-qdusija, lill-parti l-kbira tal-qaddisin l-oħra fil-qdusija daqs kemm iċ-ċedri tal-Libanu jegħlbu fil-kobor u l-maesta’ tagħhom lill-issopu tal-widien. Dan kien irrevelat lil ruħ qaddisa li ħajjitha ġiet miktuba minn Mr de Rentry. *

48. Dawn il-ġganti ta’ qdusija, mimlija bil-grazzja u żelu jkunu magħżulin biex jieqfu lill-għedewwa t’Alla li qed jiġġerrew ma’ kull naħa. Huma jkollhom devozzjoni singulari lejn il-Madonna, imdawlin mid-dawl tagħha, imsaħħin bil-ħalib tagħha, immexxija mill-ispirtu tagħha, imsaħħin bil-qawwa tagħha u mħarsa bil-kenn tagħha. B’id waħda huma jiġġieldu u bl-oħra jibnu. Huma jissieltu, jegħilbu, jeqridu u jisħqu l-eretiċi bl-ereżji tagħhom, ix-xiżmatiċi bix-xiżmi tagħhom, l-idolatri bl-allat foloz tagħhom u l-midinbin bid-dnubiet tagħhom. Huma jibnu t-tempju tal-veru Salamun u l-belt mistika t’Alla. Jiġifieri l-Imqaddsa Verġni Marija, imsejħa mis-Santi Padri: “It-tempju ta’ Salamun u l-belt t’Alla.” Bi kliemhom u bl-eżempju tagħhom jiġbdu ħafna nies għal din il-vera devozzjoni, ġrajja li ġġibilhom ħafna għedewwa, imma ġġibilhom ukoll teżor ta’ rebħiet u glorja għal Alla waħdu. Dan hu li Alla nebbaħ lil San Vinċenz Ferreri, l-appostlu l-kbir ta’ żmienu, kif wera ċar hu stess f’waħda mill-kitbiet tiegħu. L-Ispirtu s-Santu donnu ħabbar din il-verita’ fis-Salm 58, 14-16, fejn naqraw: “biex kulħadd jagħraf li Alla jaħkem fuq Ġakobb sat-trufijiet tal-art. Jersqu filgħaxija, jinbħu bħall-klieb, jiġġerrew ‘l hawn u ‘l hemm mal-belt. Jiġġerrew u jimirħu biex isibu x’jieklu.” Din hi l-belt li l-bnedmin għad iridu jduru magħha fl-aħħar tad-dinja biex jikkonvertu u jaqtgħu l-ġuħ tagħhom għall-ġustizzja, hija l-Imqaddsa Verġni li ġiet imsejħa mill-Ispirtu s-Santu l-Belt t’Alla.

* (Nota: Din ir-ruħ qaddisa kienet Marie des Valles, li d-Direttur Spiritwali tagħha kien San Ġwann Eudes.)

3. Id-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka tkun meħtieġa b’mod speċjali fl-aħħar taż-żminijiet.
1. Is-Sehem ta’ Marija fl-aħħar taż-żminijiet

49. Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza. Dan ġara, biex il-bnedmin li ma tantx kien għadhom mgħallma u mdawla fuq il-Persuna tal-Iben, ma jitbegħdux iżjed minnu, bix-xewqa u l-ġibda umana tagħhom lejn Marija, kif aktarx kien jiġri kieku kienu tassew jafuha, għas-sbuħija li Alla xeħet fuqha anke minn barra. Dan hu hekk veru, li San Dijonisju l-Areopaġita kiteb illi meta hu ra lill-Madonna kien jaħsibha xi Alla minħabba l-ġmiel tas-sbuħija risplendenti tagħha li kieku s-saħħa tal-fidi ma kinitx għallmitu xort’oħra. Madankollu, fit-tieni miġja ta’ Ġesu’ Kristu, Marija se tkun imħabbra u murija mill-Ispirtu s-Santu biex permezz tagħha, Ġesu’ Kristu jista’ jkun magħruf, maħbub u moqdi. Ir-raġunijiet li ġegħlu lill-Ispirtu s-Santu jaħbi l-Għarusa tiegħu, meta kienet fid-dinja u li jħalliha tidher wisq ftit meta l-Vanġelu xxandar għall-ewwel darba m’għandhomx jeżistu.

50. Mela, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet:

1. għaliex bl-umilta’ profonda tagħha li nħbiet f’din id-dinja u tant tbaxxiet aktar mit-trab, qalgħet mingħand Alla, mill-Appostli u mill-Evanġelisti tiegħu li ma tiġix mgħarrfa lid-dinja;

2. għaliex billi Marija hi l-kapulavur ta’ Alla hekk kemm fl-art bil-grazzja, kif is-sema bil-glorja, Alla jrid li hi tkun igglorifikata u mfaħħra fuq l-art mill-bnedmin;

3. u ladarba hi ż-żerniq ta’ filgħodu li jiġi qabel u jħabbar ix-Xemx tal-Ġustizzja, Ġesu’ Kristu, jixraq li hi tkun magħrufa u jarawha biex permezz tagħha l-bnedmin jistgħu jagħrfu lil Kristu;

4. ladarba hija t-triq li minnha ġie fostna Ġesu’ Kristu l-ewwel darba, hekk għad tkun dik it-triq, meta Hu jiġi t-tieni darba għalkemm il-mod ikun xort’oħra;

5. ladarba Hi l-mezz żgur u t-triq dritta u bla tebgħa, li minnha aħna nimxu lejn Kristu u nsibuh perfettament, hu permezz ta’ Marija li dawk l-erwieħ iddestinati għall-qdusija tal-għaġeb, f’dawk l-aħħar jiem, isibu lil Kristu. Min isib lil Marija jsib il-ħajja, jiġifieri jsib lil Ġesu’ Kristu, li Hu t-Triq, l-Verita’ u l-Ħajja. Imma min ma jfittixhiex ma jistax isibha lil Marija. Lanqas ma jfittixha min ma jafhiex, għax ħadd ma jfittex jew jixtieq ħaġa li ma jafx biha. Għalhekk Marija għandha tkun magħrufa aktar minn qabel, għall-glorja u għall-għarfien akbar tat-Trinita’ Qaddisa;

6. F’dak l-aħħar żmien Marija għad tiddi bi ġmiel li qatt ma deher bħalu, fil-ħniena, fis-setgħa u fil-grazzja. Fil-ħniena, biex tiġbor flimkien u tilqa’ fl-imħabba lill-imsejkna midinbin u l-erwieħ mitluba li għad jikkonvertu u jirritornaw lejn il-Knisja Kattolika. Fis-setgħa kontra l-għedewwa ta’ Alla, il-pagani, ix-xiżmatiċi, Mawmettani, Lhud, u dawk li webbsu qalbhom fid-dnub li għad iqumu u jkunu ta’ periklu billi jqarrqu u jbiegħdu mill-Knisja b’wegħdiet u theddid lil dawk kollha li ma jkunux magħhom. Fil-grazzja biex tagħti l-kuraġġ u s-saħħa lis-suldati qalbiena u l-qaddejja fidili ta’ Kristu li jiġġieldu għalih;

7. Fl-aħħar Marija għad tkun terribbli bħall-eżerċtu lest għat-taqbida, speċjalment f’dawk l-aħħar żminijiet kontra d-demonju u l-ħbieb tiegħu. Billi d-demonju jaf li ż-żmien qed joqrob, Satana kuljum jirdoppja l-isforzi tiegħu u l-istrateġiji tiegħu, biex jindanna l-erwieħ tal-bnedmin kontra l-qaddejja fidili u l-ulied veri ta’ Marija. Billi r-rebħa tagħhom hi aktar diffiċli minn tal-bnedmin l-oħra, hu jqajjem persekuzzjonijiet ġodda u jpoġġilhom nases tal-biża’ quddiemhom.

51. Hija b’referenza speċjali għal dawk il-persekuzzjonijiet kiefra tal-aħħar, u li jiżdiedu kuljum sas-saltna tal-Antikrist li aħna għandna nifhmu l-ewwel profezija u saħta famużi tAlla, ippronunzjati fil-Ġenna tal-Art, kontra s-serpent. Għall-glorja tal-Verġni Mqaddsa, għas-salvazzjoni ta’ wliedha u għall-konfużjoni ta’ Satana, jixraq li hawn nikkummentaw fuqha. “Jiena nqajjem mibgħeda bejnek u bejn il-Mara, bejn nislek u nisilha, Hu jistħaqlek rasek u inti tisħaqlu għarqubu.” (Ġen 3,15).

52. Alla gwerra waħda ħalaq, imma hi gwerra li ma tiqafx, u li tiżdied fis-saħħa u l-ħruxija sal-aħħar tad-dinja. Din hi t-taqbida bejn Marija, l-Omm setgħana tiegħu u x-xitan, bejn uliedu l-qaddejja ta’ Marija u l-ulied u l-istrumenti ta’ Satana. L-għadu l-aktar tal-biża’ mela, li Alla qajjem kontra x-xitan hi Marija, Ommu Imqaddsa. Anke fi żmien it-tkeċċija mill-Ġenna tal-Art, meta Marija kienet għadha biss ħsieb fil-moħħ t’Alla, Alla ta lil Marija tant mibgħeda għall-għadu misħut t’Alla u tant enerġija biex tikxef il-malizzja ta’ dan is-serp qadim, tant saħħa biex tirbaħ, tirfes u tisħaq dan l-esseri supperv u ħażin, illi Satana iżjed jibża’ minnha milli mill-Anġli u mill-bnedmin kollha, u saħansitra f’ċertu sens, anke minn Alla stess. Il-korla, il-mibgħeda u s-setgħa t’Alla huma żgur aktar minn dawk tal-Verġni Mqaddsa ladarba s-setgħat ta’ Marija huma limitati. Biss hu minnu li:

a) billi Satana huwa spirtu supperv isofri aktar meta jkun mirbuħ u kkastigat minn qaddejja umli u ċkejkna t’Alla, illi l-umilta’ tagħha ċċekknu aktar b’mistħija milli jiċċekken bis-setgħa t’Alla;

b) u billi Alla ta’ lil Marija setgħa hekk kbira fuq ix-xjaten li jibżgħu iżjed minn tnehida tal-Madonna għall-ruħ milli jibżgħu mit-talb tal-qaddisin kollha u jitwerwru u jitilqu aktar bil-biża’ minn theddida waħda li hi tagħmel kontrihom milli jibżgħu mit-torturi l-oħra kollha, kif bosta drabi kienu mġegħla jammettu kontra qalbhom permezz ta’ xi wieħed ppossessat.

53. Dak li Luċifru tilef bis-suppervja, Marija rebħet bl-umilta’. Dak li Eva qerdet bid-diżubbidjenza, Marija salvat bl-ubbidjenza. Billi obdiet is-serpent, Eva ntlifet hi, u magħha wliedha li hi tagħtu; u billi Marija kienet perfettament fidila lejn Alla, Marija salvat l-uliedha kollha u l-qaddejja li hi ġabret magħha, u ddedikathom lill-Maesta’ Divina.

54. Alla ma qiegħedtx mibgħeda biss bejn Marija u x-xitan, imma wkoll bejn in-nisel tiegħu tagħha u n-nisel tiegħu. Fi kliem ieħor, Alla nissel mibgħeda, antipatija u għira moħbija bejn l-ulied veri u qaddejja ta’ Marija u l-ilsiera ta’ Satana. M’hemmx imħabba bejn dawn iż-żewġ razez, ladarba m’hemm l-ebda kuntatt interjuri bejniethom. Ulied Belial, l-ilsiera ta’ Satana, il-ħbieb tad-dinja (għax hi l-istess ħaġa), dejjem ippersegwitaw u jkomplu jagħmlu hekk, bi vjolenza akbar, lil dawk kollha li huma tal-Verġni Mqaddsa, sewwa sew kif fl-antik, Kajjin ippersegwita lil ħuh, Abel, u Eżaw lil ħuh Ġakobb, dawn kienu xbihat tal-ħżiena u l-ippredestinati. Imma l-Madonna dejjem tirbaħlu lil dan is-serpent supperv, ir-rebħa hekk kbira li tisħaqlu rasu fejn tinbet dis-suppervja. Hi dejjem issiblu l-ħażen tiegħu u turi l-pjanijiet infernali tiegħu. Hi tfarrak il-pariri djaboliċi tiegħu u tħares lill-qaddejja fidili tagħha mill-kefrija ta’ difrejh sal-aħħar taż-żminijiet.

Iżda din is-setgħa ta’ Marija fuq ix-xjaten għad tiddi bi glorja speċjali fl-aħħar żminijiet meta Satana jdur għal għarqubha jiġifieri għall-qaddejja umli tagħha u għall-uliedha msejkna li hi tqajjem biex jiġġieldu ma’ ġenbha. Huma jkunu żgħar u tal-ebda mportanza f’għajnejn id-dinja, li jistgħu jiġu mxebbha mal-għarqub li pparagunat mal-membri l-oħra tal-ġisem, hu dejjem mgħaffeġ u mirfus taħt. Iżda, bi tpattija, huma jkunu mżejna bil-grazzji t’Alla li l-Madonna tagħtihom bl-abbundanza. Il-qdusija tagħhom tagħmilhom kbar, u mgħollija f’għajnejn Alla. Iż-żelu mħeġġeġ tagħhom jgħollihom fuq il-ħlejjaq l-oħra kollha. Tant ikunu msaħħin bl-għajnuna t’Alla, illi bl-umilta’ ta’ għarqubhom, maqgħudin ma’ Marija, huma jisħqu ras is-serpent infernali, u jġibu rebħa għal Ġesu’ Kristu.

2. L-Appostli tal-aħħar żminijiet

55. Fl-aħħarnett, Alla jixtieq li issa iktar minn qabel, Ommu l-Imqaddsa għandha tkun aktar magħrufa, u aktar maħbuba u mweġġħa bil-ħeġġa. Dan żgur li jiġri jekk l-ippredestinati jaddottaw bil-grazzja u l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu l-prattika interjuri u perfetta tad-devozzjoni lejn Marija li jien se niddeskrivi f’dan il-ktieb. Huma jħarsu lejn din il-Kewkba tal-Baħar, jarawha hekk ċara daqs kemm tħallihom il-Fidi, u bid-dawl werrej tagħha huma jaslu fil-port imqaddes tal-mistrieħ etern minkejja t-tempesti u l-perikli tal-baħar. Huma jitgħallmu jagħrfu l-kobor ta’ din is-Sultana u jikkonsagraw ruħhom kollha għas-servizz tagħha bħas-sudditi u l-ilsiera tal-imħabba tagħha. Huma jduqu l-ħlewwa u t-tjubija tagħha ta’ omm, u jħobbuha ħafna bħal uliedha l-għeżież. Billi jagħrfu l-bżonn kbir tal-għajnuna tagħha, huma jduru lejha f’kull ħaġa, bħal avukata u medjatriċi għażiża ma’ Kristu, u mbagħad żgur li jaraw kemm hi kbira l-ħniena tagħha. Jitgħallmu li hi t-triq l-aktar żgura, ħafifa, dritta u perfetta li twassal għand Ġesu’ Kristu, u b’din il-konvinzzjoni huma jagħtu lilhom infushom b’ruħhom u ġisimhom lilha, biex b’hekk u bl-istess mod ikunu ta’ Ġesu’ Kristu.

56. Iżda x’sinjal ikollhom dawn il-qaddejja, l-ilsiera u l-ulied ta’ Marija? Ikunu nar jaqbad, ministri tal-Mulej, li jixgħelu n-nar tal-imħabba t’Alla fid-dinja. Ikunu qishom vleġeġ qawwija fl-id setgħana tal-Madonna biex jindfu l-għedewwa tagħha.

Ikunu ulied ta’ Levi, imsoffijin tajjeb bin-nar ta’ tribulazzjonijiet kbar u maqgħudin intimitament mAlla. Ikollhom id-deheb tal-imħabba f’qalbhom, l-inċens tat-talb f’moħħhom, u l-mirra tal-mortifikazzjoni f’ġisimhom. Għall-fqar u l-umli huma jkunu l-fwieħa ta’ Ġesu’ Kristu, filwaqt li għas-setgħana, għas-sinjuri u għas-suppervi huma jkunu l-intiena tal-mewt.

57. Huma jkunu bħal sħab tar-ragħad, u bħal sħab jiġri mas-sema mċaqlaq ma’ kull nifs tal-Ispirtu s-Santu. Maħlulin minn kull ħaġa tad-dinja filwaqt li l-ebda ħaġa tad-dinja ma togħġobhom, u ma jagħtu kas ta’ xejn tad-dinja, huma jxerrdu bħax-xita l-Kelma t’Alla u tal-Ħajja ta’ dejjem. Huma jikkumbattu d-dnub, jilmentaw mid-dinja u s-sajjetti tagħhom jolqtu x-xitan u l-ħbieb tiegħu. Bix-xabla li taqta’ minn żewġ naħat tal-Kelma ta’ Alla, huma jinfdu fil-fond, lil dawk kollha li għalihom kienu mibgħutin f’isem Alla u l-ferita tkun jew għall-ħajja nkella għall-mewt.

58. Huma jkunu l-veri Appostli f’dak l-aħħar żmien li lilhom Alla tal-Virtujiet jagħti l-kelma u s-setgħa biex jagħmlu l-mirakli li jisirqu lill-għedewwa tagħhom bil-glorja. Billi ma jkollhom l-ebda xewqa għad-deheb u l-fidda, huma jorqdu f’nofs il-qassisin u l-ekklesjastiċi (S 67, 14). Madankollu huma jkollhom ġwienaħ bħal tal-ħamiem imberflin bil-fidda, biex jistgħu jtiru kull fejn l-Ispirtu s-Santu jsejħilhom imqanqlin mill-intensita’ safja biex ikabbru l-glorja t’Alla u s-salvazzjoni tal-erwieħ. Fil-postijiet fejn jippridkaw, huma ma jħallux warajhom ħlief id-deheb tal-karita’ li hi l-milja tal-Liġi.

59. Fl-aħħarnett aħna nafu li jkunu veri appostli ta’ Kristu. Jimxu fuq l-eżempju tiegħu ta’ faqar, umilta’, karita’ u l-istmerrija tad-dinja, huma jgħallmu t-triq id-dejqa ta’ Alla bil-verita’ skont il-Vanġelu Mqaddes, u mhux skont il-massimi tad-dinja. Huma ma jagħtu kas tal-ebda bniedem u ma jarawx l-uċuħ tal-persuni, u ma jaħfruhiex u ma jibżgħu minn ebda bniedem, qawwi kemm hu qawwi. Fuq fommhom ikollhom ix-xabla li taqta’ minn żewġ naħat tal-Kelma t’Alla. Fuq spallejhom huma jġorru l-istandard imċappas bid-demm tas-Salib, li huma jżommu b’idhom il-leminija waqt li fix-xellugija jżommu l-kuruna tar-Rużarju. L-ismijiet qaddisa ta’ Ġesu’ u Marija jkunu minquxa f’qalbhom, il-modestja u l-mortifikazzjoni ta’ Kristu fl-imġiba tagħhom kollha.

Hekk mela jkunu n-nies kbar li għad jiġu. Imma l-Madonna tkun magħhom bi kmand t’Alla biex tifrex is-Saltna tiegħu fuq il-ħżiena, l-idolatri u l-Mawmettani. Meta jkun dan u kif sejjer jitwettaq? Alla biss jaf. Sadattant is-sehem tagħna hu li nixtiequ fis-skiet nitolbu, nitniegħdu u nistennew. (S 39,1).

KAPITLU II
Veritajiet Fundamentali

60. S’issa għedt xi ħaġa fuq il-ħtieġa tad-devozzjoni tal-Madonna għalina. Issa rrid nuri fiex tikkonsisti din id-devozzjoni. Qabel ser nitkellem fuq ċerti veritajiet fundamentali li jagħtuna xi ħjiel fuq din id-devozzjoni soda u kbira li jien qed nipprova nfisser f’dan il-Ktieb.

1. Ġesu’ Kristu hu l-aħħar tmiem tagħna

61. L-Ewwel Verita’- Ġesu’ Kristu, is-Salvatur tagħna, veru Alla u veru bniedem, għandu jkun it-tmiem ta’ kull devozzjoni oħra tagħna. Jekk ma jkunx hekk, kemm tkun falza u qarrieqa d-devozzjoni! Ġesu’ Kristu l-Alfa u l-Omega, il-bidu u t-tmiem ta’ kollox. Aħna qed nitħabtu, kif jgħid San Pawl, biex nagħmlu kull bniedem perfett fi Kristu, għaliex fi Kristu biss hemm il-Milja tad-Divinita’ u l-miljiet l-oħra kollha tal-grazzja, tal-virtu’ u tal-perfezzjoni, għaliex fiH biss aħna konna mberkin b’kull barka spiritwali. Huwa hu l-Imgħallem waħdieni tagħna li minnu għandna niddependu; Hu r-Ras waħdanija tagħna li tagħha biss għandna nkunu membri; Hu l-mudell waħdieni tagħna li lilu għandna nimitaw; Hu t-tabib waħdieni tagħna li għandu jfejjaqna; Hu r-ragħaj waħdieni tagħna li għandu jitmana; Hu t-triq waħdanija tagħna li għandha tmexxina; Hu l-verita’ waħdanija lil lilha għandna nemmnu. Hu l-Ħajja waħdanija tagħna li għandha tkun il-ħajja tagħna u l-Milja ta’ kollox tagħna f’kull ħaġa biex Fih ikollna kollox. Minn barra l-isem ta’ Ġesu’ m’hemm l-ebda isem ieħor taħt is-Sema li bih nistgħu insalvaw. Minn barra Ġesu’ Kristu, Alla l-Missier ma tana l-ebda pedament għas-salvazzjoni u għall-perfezzjoni, u għall-glorja tagħna. “Għaliex il-bniedem ma jistax jagħmel pedament ieħor barra dak li hu magħmul li hu Ġesu’ Kristu” (1 Kor 3,11). U kull dar li mhix mibnija fuq din il-blata soda, hi mibnija fuq ir-ramel li jiżloq u żgur li taqa’, f’ħin jew ieħor. Kull ruħ li mhix maqgħuda ma’ Kristu, bħal fergħa maz-zokk tad-dielja, taqa’, tinxef u tkun biss tajba għan-nar. Jekk aħna fi Kristu u Kristu hu fina m’għandniex nibżgħu mit-telfien; għaliex la l-anġli tas-sema, la bnedmin tal-art, la x-xjaten tal-infern u l-ebda ħlejqa oħra ma tista’ tagħmlilna ħsara għax ma jistgħux jifirduna mill-imħabba ta’ Alla, li hi f’Ġesu’ Kristu. Bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu aħna nistgħu nagħmlu kollox. Aħna nistgħu naslu għall-perfezzjoni u nistgħu nkunu l-fwieħa tal-ħajja eterna għal għajrna.

62. L-iskop tagħna li nwaqqfu devozzjoni soda lejn l-Imqaddsa Verġni, mhix ħaġa oħra ħlief li nsaħħu aktar perfettament il-qima lejn Ġesu’ Kristu, u nsibu triq eħfef u iktar żgura li biha nistgħu nsibu lil Ġesu’ Kristu. Li kieku d-devozzjoni lejn il-Madonna kellha l-effett li tbegħidna minn Ġesu’ kien ikollha tiġi mwarrba bħala nassa tad-demonju. Imma din mhix hekk. Bil-maqlub, kif diġa’ wrejna u kif se nuru aktar fid-dettal, din id-devozzjoni hi biss meħtieġa għalina biex insibu ‘l Kristu perfettament, inkunu nistgħu nħobbuh aktar u naqduh fedelment.

63. Hawnhekk se ndur għall-mument lejk, O Ġesu’ tiegħi li jistħoqqlok kull imħabba, biex nagħmel dan l-ilment ħelu tiegħi lill-Maesta’ Divina tiegħek li l-parti l-kbira tal-insara, anke l-aktar mgħallma, ftit jafu bil-għaqda meħtieġa li hemm bejneK u l-Imqaddsa Ommok. Inti dejjem ma’ Marija u Marija dejjem miegħek, u mingħajrek ma tibqax dak li hi; Marija hi hekk mibdula fik bil-grazzja li hi ma tgħixx weħida. Inti waħdek, O Ġesu’ li tgħix u ssaltan fiha, iktar perfettament milli fl-anġli kollha u l-bqija tal-Qaddisin. Li kieku kien magħruf xi glorja u mħabba inti tirċievi f’dil-ħlejqa tal-għaġeb, kemm kienu jkunu xort’oħra s-sentimenti tal-bnedmin Lejk u Lejha. Marija hi maqgħuda hekk intimament miegħek li iktar kien ikun ħafif li tifred id-dawl mix-xemx jew is-sħana min-nar, milli tifred lil Marija minn Ġesu’. U iktar, jien ngħid, li aktar ħafif li tifred l-anġli u l-qaddisin kollha minnek, milli tifred lill-Verġni Mqaddsa. Għax hi tħobbok aktar bil-ħerqa u tagħtik aktar glorja perfetta minn dawk il-ħlejjaq l-oħra kollha flimkien.

64. Meta nafu dan kollu, Mgħallem maħbub tiegħi, mhix ħasra kbira tara din l-injoranza u dalma tal-bnedmin kollha tal-art lejn Ommok l-għażiża? Minix naħseb tant fuq l-idolatri u l-pagani, li billi ma jafux lilek, ma jħabblux rashom li jkunu jafu lilHa. Lanqas ma jiena naħseb partikolarment fuq l-eretiċi, u x-xiżmatiċi li billi huma mifrudin minnek u mill-Knisja ma jagħtux kas id-devozzjoni lejn Ommok Marija. Jiena qed nitkellem mill-Insara Kattoliċi, anki mit-teoloġi Kattoliċi li filwaqt li jistqarru li jgħallmu l-verita’ lill-oħrajn, huma stess ma jafukx u lanqas jafu ‘l Ommok Imqaddsa, ħlief b’mod spekulattiv, xott, bla frott u indifferenti. Dawn l-għorrief wisq rari jitkellmu fuq Ommok l-għażiża u fuq id-devozzjoni li għandu jkollna lejHa, għaliex isostnu li jista’ jkun hemm abbużi dwarha – illi tista’ ssirlek ħsara permezz ta’ devozzjoni lejn din l-Ommok Marija. Bniedem devot jitkellem bil-ħlewwa, bil-qalb u bil-perswazzjoni meta jqis id-devozzjoni lejn din l-Omm twajba bħala mezz żgur u ħafif, bħala mogħdija dritta u ċerta u bħala sigriet tal-għaġeb li bih inti żgur tista’ tiġi misjub u perfettament maħbub. Huma dritt imorru kontrih u jġibu raġuni qarrieqa bil-ħsieb li juruk li huma qed jagħmlu żżejjed lejn il-Verġni Mqaddsa, u li hemm eseġerazzjoni żejda f’din id-devozzjoni, u li huma għandhom jagħmlu ħilithom biex ineħħu din l-eseġerazzjoni. Illi, f’kelma waħda, huma għandhom jitkellmu fuqek minflok ma jmexxu lill-oħrajn għad-devozzjoni lejn il-Madonna li huma diġa’ jħobbu biżżejjed.

Nies bħal dawn xi drabi jitkellmu fuq id-devozzjoni lejn Ommok l-Għażiża mhux biex jissodaw u jkabbru din il-prattika imma biex jeqirdu l-abbużi li jgħidu li hemm fiha, filwaqt li huma stess m’għandhomx qima u lanqas devozzjoni ħelwa lejk. Dan għaliex huma mingħajr ħlewwa u devozzjoni lejn Marija.

Huma jqisu r-Rużarju, il-labtu u l-kuruna tar-Rużarju bħala devozzjonijiet għan-nies sempliċi u injoranti u li mhumiex meħtieġa għas-salvazzjoni tar-ruħ. Jekk jiltaqgħu ma’ xi ħadd li hu devot tal-Madonna, u li jgħid ir-Rużarju jew li għandu xi devozzjoni oħra lejHa għażiża għalih, dawn l-ewwel jippruvaw ibegħduh minnhom. Minflok ir-Rużarju huma jagħtuh il-parir igħid is-Salmi Penitenzjali. U minflok id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka jħeġġuh għad-devozzjoni lejn Ġesu’ Kristu.

X’inhu l-ħsieb tiegħek f’dawn in-nies, O Ġesu’ maħbub tiegħi? L-imġiba tagħhom fuq dil-ħaġa togħġbok? Aħna nogħġbuk meta ma nagħmlux ħilitna biex nogħġbu ‘l Ommok minħabba l-biża’ li nonqsuk? Id-devozzjoni lejn Ommok hi tassew ta’ tfixkil għad-devozzjoni Lejk? Marija tapplikaha għaliha l-qima li tingħata lilha? Għandha xi grupp esklussiv għaliha ta’ devoti? Hi daqshekk barranija li ma’għandha x’taqsam xejn miegħek? Aħna noffenduk billi nfittxu li nogħġbuha? U billi nagħtu lilna nfusna lilha u nħobbuha, aħna ninfirdu, jew nitbiegħdu minnek?

65. U b’dan kollu, Mgħallem Divin tiegħi, ukoll jekk it-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet kollha kienet ‘iva’, il-biċċa l-kbira tal-għorrief ma kinux jistgħu jkunu aktar ‘l bogħod u indifferenti mid-devozzjoni lejn il-Madonna milli huma bħalissa. Ħarisni Mulej mis-sentimenti u d-drawwiet tagħhom u agħtini sehem mis-sentimenti ta’ gratitudni, ta’ qima, rispett u mħabba li Inti għandek lejn Ommok Marija, biex inkun nista’ nimitak u nimxi warajk fedelment u b’hekk inkun nista’ nħobbok u nigglorifikak aktar perfettament.

66. Billi s’issa għadni għidt ftit wisq fuq il-ġieħ ta’ Ommok l-għażiża, agħtini grazzja biex infaħħarha kif jixraq lil Ommok, u dan minkejja l-għedewwa tagħha kollha li huma wkoll l-għedewwa tiegħek. Mal-Qaddisin ħallini ngħidilhom bil-kuraġġ: “Ħalli ħadd ma jiftaħar li rċieva l-ħniena t’Alla, jekk hu joffendi ‘l Ommu l-għażiża.”

67. Agħmel li jiena nħobbok ħafna, ħalli nkun nista’ naqla’ minn għandek il-grazzja tal-vera devozzjoni lejn Ommok Imqaddsa u li jien innissel dik id-devozzjoni fil-bnedmin kollha; u sal-aħħar nitolbok tilqa’ din it-talba ħerqana li jien ngħid flimkien ma’ Santu Wistin u mal-ħbieb veri tiegħek; “Inti Kristu, Missier Qaddis, Alla għażiż tiegħi; is-Sultan kbir tiegħi, ir-Ragħaj tajjeb tiegħi, u Mgħallem waħdieni tiegħi, l-aħjar Għajnuna tiegħi, l-iktar Sabiħ u Maħbub tiegħi, il-ħobż tiegħi tal-Ħajja u Saċerdot tiegħi għal dejjem, il-Mexxej tiegħi għal pajjiżi, il-vera Dawl tiegħi, il-Ħlewwa qaddisa tiegħi, it-Triq dritta tiegħi, l-Għerf bla tarf tiegħi, is-Sempliċita’ safja tiegħi, l-Armonija tal-paċi tiegħi, il-Protezzjoni sħiħa tiegħi, is-Sehem tajjeb tiegħi, u s-Salvazzjoni tiegħi eterna, Ġesu’ Kristu u għażiż Mulej tiegħi, għaliex jien qatt ħabbejt jew xtaqt ħaġ’oħra barra minnek bħala Ġesu’ Alla tiegħi f’ħajti kollha?

Fejn kont jien, meta ma kontx fl-Ispirtu miegħek? Minn issa ‘l quddiem, agħmel li x-xewqat tiegħi kollha jitħeġġu għall-Mulej Ġesu’… Iġru… għax wasaltu tard hemm. Għaġġlu għalfejn sejrin. Fittxu lil min qedgħin tfittxu. Ġesu’, agħmel li min iħobbok ma jkunx misħut u li min iħobbok ma jimtiliex bil-mibgħeda.

O Ġesu’ ħelu, jalla kull sentiment li huwa xieraq għat-tifħir tiegħek, iħobbok, jitgħaxxaq bik u jadurak! Alla ta’ qalbi, u sehem tiegħi, Kristu Ġesu’. Jalla qalbi tintemm Fik spiritwalment u jalla Inti tkun fil-ħajja fija. Jalla l-ġamar ħaj tal-imħabba tiegħek jaqbad f’qalbi u jasal biex isir nar perfett; jalla dan il-ġamar jaqbad bla waqfien fuq l-artal ta’ qalbi; jalla jiddi fil-parti l-aktar interjuri tiegħi u jalla jħeġġeġ l-imkejjen moħbija ta’ ruħi; u hekk fl-aħħar jiem ta’ ħajti nidher quddiemek ikkunsmat Fik. Ammen.

2. Aħna ta’ Ġesu’ u Marija

68. It-Tieni Verita’ – Min dak li Ġesu’ hu għalina, aħna għandna nikkonkludu li aħna m’aħniex iżjed tagħna nnfusna, imma kollha kemm aħna ta’ Kristu, bħalma jgħid San Pawl: aħna l-membri u l-qaddejja tiegħu, li hu xtara bi prezz għoli – il-prezz infinit ta’ Demmu l-għażiż. Qabel il-magħmudija aħna konna tax-xitan bħala ilsiera tiegħu; permezz tal-magħmudija aħna sirna l-veri ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu li dmirhom hu li jgħixu, jaħdmu u jmutu bl-iskop ewlieni li jagħmlu l-frott għal dan il-Bniedem-Alla, li jigglorifikawh f’ġisimhom u jħalluh isaltan f’ruħhom, għaliex aħna ir-rebħa u l-wirt tiegħu u l-poplu tiegħu mixtri bi prezz għoli. Dan kien li ġiegħel lill-Ispirtu s-Santu jxebbaħna

(1) Ma’ siġar imħawla ħdejn l-ilma tal-grazzja, fl-għalqa tal-Knisja li għandhom jagħtu l-frott fl-istaġun tagħhom;

(2) Mal-friegħi tad-dielja, li z-zokk tagħha hu Ġesu’ Kristu, u li għadhom jagħtu għeneb tajjeb;

(3) Ma’ merħla, li r-Ragħaj tagħha hu Ġesu’ Kristu, u li trid tikber, titkattar u tagħti ħafna ħalib;

(4) Ma’ art għammiela li fiha l-Bidwi Divin jitfa’ ż-żerriegħa tal-Kelma t’Alla biex tinbet, tikber u tagħti frott għal tletin, sittin u mitt darba. Ġesu’ Kristu seħet is-siġra tat-tin li ma tatx frott, u kkundanna lill-qaddej għażżien li ma għarafx juża bi qligħ it-talent tiegħu. Minn dan naraw li Ġesu’ Kristu jrid li jirċievi minn għandna l-frott tal-għemejjel tajba tagħna għax dawn l-għemejjel tajba huma biss tiegħu: “Maħluqin fi Kristu biex nagħmlu l-opri tajba.” (Efes 2,10). Dal-kliem juri li Ġesu’ Kristu hu l-prinċipju waħdieni u għandu jkun l-iskop waħdieni tal-opri tajba tagħna, u li aħna naqduh mhux biss bħala qaddejja mikrijin imma bħala qaddejja tal-imħabba tiegħu.

69. Hawn fl-art id-dependenza mill-awtorita’ ta’ ħaddieħor tista’ tkun ta’ żewġ xorta: qadi sempliċi u jasar – u skont għal-liema xorta tkun il-persuna taħt l-awtorita’ tissejjaħ qaddej jew ilsir. Fil-mod ordinarju tal-qadi qalb l-Insara, wieħed jindaħal biex jagħmel biċċa xogħol għall-ieħor, f’ċertu ħin u paga bħala ħlas ta’ dan. Iżda f’jasar, wieħed ikun totalment dipendenti fuq ieħor, għal ħajtu kollha; irid jaqdi lil sidu mingħajr ħsieb ta’ paga jew ħlas, għaliex dak is-sid għandu is-setgħa tal-ħajja u l-mewt fuqu, bħall-annimal tal-għalqa.

70. Hemm tliet xorta ta’ jasar : il-jasar naturali; il-jasar ta’ bilfors u l-jasar volontarju. Il-ħlejjaq kollha huma l-ilsiera t’Alla skont l-ewwel wieħed. “Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha.” (S 24 (23), 1). Ix-xjaten u l-indannati huma lsiera bil-għażla u r-rieda tagħhom. Il-Glorja t’Alla, l-aħjar li tikber bil-jasar volontarju, għax Alla hu dak li jara l-qalb, u li għandu dritt għall-qalb u li jsejjaħ lilu nnifsu Alla tal-qlub u tar-rieda li tħobb. B’din il-kwalita’ ta’ jasar ir-ruħ tagħti ‘l Alla u s-servizz tiegħu fuq kull ħaġa, anke f’affarijiet li ma jidhrux fil-jasar naturali.

71. Hemm baħar ta’ differenza bejn qaddej u lsir:

(1) Qaddej ma jagħtix kull ma hu, kull ma għandu u kull ma jista’ jaqla’ minn għand ħaddieħor jew b’xogħol; filwaqt li l-ilsir jagħti lilu nnifsu kollu kemm hu mingħajr riserva ta’ xejn dak kollu li għandu u dak li jista’ jakkwista.

(2) Il-Qaddej jitlob il-ħlas tax-xogħol li jagħmel lil sidu; filwaqt li l-ilsir ma jista’ jitlob xejn, jaħdem kemm jaħdem bis-serjeta’, bil-għaqal u bis-saħħa.

(3) Il-Qaddej jista’ jitlaq lill-imgħallem meta jixtieq, jew għall-inqas meta ż-żmien tax-xogħol jispiċċa. Imma l-ilsir qatt ma jista’ jħalli lil sidu.

(4) L-Imgħallem tal-qaddej m’għandux dritt tal-ħajja u l-mewt fuqu, bir-riżultat li jekk joqtlu bħal ma joqtol xi bhima minn tiegħu, ikun ħati ta’ delitt; imma sid l-ilsir għandu dritt legali tal-ħajja u l-mewt fuqu, u għalhekk jista’ jbiegħu jew joqtlu kif jidhirlu, mingħajr ma jagħmel l-ebda għażla bejn l-ilsir u ż-żiemel tiegħu.

(5) Fl-aħħarnett il-qaddej ikun għal xi żmien fil-qadi ta’ sidu filwaqt li l-ilsir hu għal dejjem.

72. Fost il-bnedmin, il-jasar hu l-mod sħiħ li bih wieħed jista’ jkun ta’ ieħor, u fost l-Insara l-mod l-aktar assolut li wieħed jista’ jkun ta’ Ġesu’ Kristu u Marija, hu permezz tal-jasar volontarju skont l-eżempju ta’ Ġesu’ stess, li għalina u għas-salvazzjoni tagħna sar ilsir: “Ħa n-natura ta’ lsir.” (Fil 2,7). U anke fuq l-eżempju tal-Verġni Mqaddsa, li sejħet lilha nnfisha bħala l-qaddejja u l-ilsiera tal-Mulej. L-Appostlu San Pawl jigglorifika ruħu bit-titlu “Qaddej ta’ Kristu” (Gal 1,10). Ħafna drabi fl-Iskrittura it-titlu Qaddej ta’ Kristu jingħata lill-Insara. Kif jgħid wieħed għaref, din il-kelma għall-ewwel kienet tfisser biss ilsir ladarba ma kienx hemm sefturi jew qaddejja, kif nifhmu l-kelma llum, is-sidien kienu moqdija biss mill-ilsiera jew nies mifdija. Id-duttrina tal-Konċilju ta’ Trentu ma tħalli l-ebda dubju li aħna l-ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu għaliex billi ssejħilna ilsiera ta’ Kristu hi tuża kliem li ma jħalli l-ebda dell ta’ ambigwita’.

73. Għalhekk jien ngħid bla biża’, li aħna ta’ Ġesu’ Kristu u li għandna naqduh mhux biss bħala qaddejja mikrijin imma bħala lsiera bil-jasar tal-imħabba. Jien ngħid li l-kobor tal-imħabba mħeġġa tagħna għandha twassalna biex nagħtu lilna nfusna lilu u naċċettaw il-madmad tas-servizz tiegħu bħala ilsiera tiegħu u biss il-ġieh li aħna lkoll tiegħu. Qabel, il-Magħmudija konna ilsiera tax-xitan u bis-saħħa tal-Magħmudija sirna l-ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu. In-Nisrani għażla waħda għandu; jew ikun l-ilsir tax-xitan jew l-ilsir ta’ Ġesu’ Kristu.

74. Dak li ngħid b’mod assolut għal Ġesu’ Kristu, napplikah relattivament għall-Verġni Mqaddsa. Kristu għamel lil Marija bħala s-sieħba li ma tinfired qatt, ta’ ħajtu, ta’ mewtu, tal-glorja tiegħu u tas-setgħa tiegħu fis-sema u fl-art. Għalhekk permezz tal-grazzja u b’manjiera subordinata u relattiva mal-Maesta’ Divina Tiegħu, Huwa taha l-istess drittijiet u privileġġi li Hu nnifsu għandu min-natura. Dak kollu li jixraq lil Alla min-natura, jixraq lil Marija minħabba l-grazzja. Hekk jgħidu l-qaddisin filwaqt li jġibu r-raġuni li ladarba Ġesu’ u Marija huma maqgħudin fir-rieda u s-setgħa huma għandhom l-istess sudditi, qaddejja u ilsiera.

75. Megħjunin mill-opinjonijiet tal-Qaddisin u ta’ nies magħrufa, aħna nistgħu mela niddikjaraw ruħna u nsiru ilsiera ta’ Marija. Hekk insiru iktar perfettament l-ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu. Il-Verġni Mqaddsa hi l-mezz li Kristu uża biex jiġi għandna. Hi wkoll il-mezz li aħna għandna nużaw biex immorru għandu. Ir-rabta ma’ kreaturi oħra tista’ iktar tbegħedna minn Alla milli tgħinna biex nersqu lejh imma mhix hekk ir-rabta ma’ Marija. L-iskop ewlieni tagħha hu li tgħaqqadna ma’ Ġesu’ Kristu, l-Iben tagħha u hi l-aktar xewqa deċiża ta’ Ġesu’, li aħna niġu għandu permezz ta’ Ommu l-Imbierka. B’hekk inkunu qedgħin nagħtuh ġieh u nogħġbuh sewwa sew bħal meta sudditu jogħġob jonora lis-Sultan tiegħu meta jsir ilsir tas-Sultana ukoll. Għalhekk is-Santi Padri tal-Knisja u San Bonaventura wkoll jgħidu li l-Imqaddsa Verġni hija t-triq li minnha mmorru għand is-Sinjur Tagħna: “Via veniendi ad Christum est appropinquare ad illam.”

76. Iktar, ladarba kif ġa għidt, il-Madonna hi s-Sultana u l-aqwa Sinjura tas-sema u tal-art, m’għandiex hi daqstant sudditi u ilsiera daqs kemm hemm ħlejjaq? “Kollox hu sottomess għas-setgħa ta’ Alla, anke l-Verġni Mbierka; kollox hu sottomess għas-setgħa tal-Verġni Mbierka anke Alla”; jgħidu Sant’ Anselmu, San Bernard, San Bernardinu u San Bonaventura. Imma mhix ħaġa sewwa li tistenna li fost tant ilsiera furzati, ikun hemm x’uħud li jagħżlu minn jeddhom, li jkunu l-ilsiera ta’ Marija u li jipproklamaw ruħhom li huma hekk? X’inhu dak, li sewwa l-bnedmin kemm lix-xjaten ikollhom ilsiera voluntieri u Marija ma jkollha xejn! Is-Sultan jintefaħ, meta jaf lis-Sultana, martu, għandha l-ilsiera li fuqhom għandha d-dritt tal-ħajja u l-mewt, għaliex l-unur li jagħtuha u s-setgħa li turi, huma unur lilu u s-setgħa tiegħu; u tista’ qatt tobsor li l-Mulej Tagħna li hu l-aħjar fost l-ulied kollha u li qasam m’Ommu s-Setgħa tiegħu kollha – jieħu għalih jekk hi jkollha l-ilsiera? Hu Kristu għandu inqas rispett lejn Ommu milli kellu Assweru lejn Ester jew Salamun lejn Bethsabea? Min għandu l-kuraġġ jgħid le jew inkella jaħseb dan?

77. Imma fejn qed teħodni l-pinna? Għaliex qed naħli ż-żmien biex nipprova ħaġa li hi daqshekk ċara? Jekk xi wħud ma jridux jipproklamaw lilhom infushom bħala l-ilsiera ta’ Marija, x’jimporta? Ħalli kull min irid jiddikjara lilu nnifsu u jkun l-ilsir ta’ Ġesu’. Dan ikun l-ilsir tal-Imqaddsa Verġni, ladarba Ġesu’ hu l-frott u l-glorja ta’ Marija. Dan hu li jagħmel perfettament bid-devozzjoni li dalwaqt nitkellem fuqha.

3. Irridu ninżgħu minn dak kollu li hu ħażin fina

78. It-Tielet Verita’. L-aħjar għemejjel tagħna huma ġeneralment imċappsin u mtebbgħin bil-ġibdiet ħżiena ta’ qlubna; jew biex inbiddel it-tixbiha, ilma ċar u frisk imqiegħed ġo reċipjent maħmuġ jew inbid tajjeb maħżun f’dammiġġjani qodma ta’ inbid qadim, dan malajr jeħżien u jagħmel riħa tinten. Ruħna hija bħal dak ir-reċipjent mhux maħsul jew dammiġġjana maħmuġa għaliex huma mtebbgħin bid-dnub tan-nisel u attwali u għalhekk meta Alla jsawwab f’ruħna l-ilma pur tal-grazzja tiegħu, jew l-inbid bnin u ħelu tal-imħabba Tiegħu, dawn ir-rigali Divini huma ġeneralment imħassra u mħammġa bit-trab u l-ħama lid-dnub ikun ħalla fina, tant li l-għemejjel tagħna kollha – anke dawk imqanqlin mill-ogħla virtujiet – ikunu mċekkna.

Għalhekk hu tal-akbar ħtieġa, li ninżgħu dak kollu li hu ħażin, jekk irridu naqilgħu l-perfezzjoni li nistgħu niksbu biss bl-għaqda tagħna ma’ Ġesu’ Kristu. Jekk ma nagħmlux hekk il-Mulej tagħna, li hu infinitament pur, u li għalih l-iċken impurita’ fir-ruħ iddejqu, ikeċċina mill-preżenza tiegħu u ma jingħaqadx magħna.

79. Biex niċħdu lilna nfusna rridu l-ewwelnett bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu nagħrfu n-natura ħażina tagħna, u l-inkapaċita’ tagħna li nagħmlu xi ħaġa għas-salvazzjoni tagħna, id-dgħjufija tagħna f’kollox u l-inkonsistenza tagħna dejjem, u li m’aħniex denji li nirċievu l-grazzja u li aħna nidinbu f’kollox. Bħalma l-ħmira tiqras, ittella’ u tħassar l-għaġina li fiha titqiegħed, hekk ukoll id-dnub tal-ewwel ġenituri tagħna ħalla s-sinjali tiegħu fina lkoll, qarrsilna lil ruħna u mliena bis-suppervja. Id-dnubiet attwali li għamilna kienu kemm kienu perfettament maħfurin, kabbru l-konkupixxenza, id-dgħjufija, l-inkonsistenza u t-taħsir tagħna, u ħallew f’ruħna t-tbajja suwed tal-mogħdija tagħhom.

L-iġsma tagħna huma hekk imħassrin li l-Ispirtu s-Santu jsejħilhom iġisma tad-dnub, imnisslin fid-dnub, imkabbrin fid-dnub u kapaċi jagħmlu d-dnubiet kollha – iġsma suġġetti għall-mard bla għadd, jitħassru minn ġurnata għall-oħra, u jġibu biss mard, dud u taħsir.

Maqgħuda ma’ ġisimna, ruħna saret hekk karnali, illi tissejjaħ laħam: “Kull ħlejqa ħajja, kienet għawġet triqitha fuq l-art.” (Ġen 6,12) Dak li nistgħu nqisu li hu tagħna, hu biss suppervja, l-għama tar-ruħ, l-ebusija tal-qalb, id-dgħjufija u l-inkonsistenza tar-ruħ, il-konkupixxenza, il-passjonijiet bla rażan u l-mard tal-ġisem. Minn natura, aħna aktar suppervi mill-paguni, iktar imwaħħlin mal-art miż-żrinġijiet, iktar nintnu mill-mogħoż, iktar għajjurin mis-sriep, aktar żaqqiqin mill-ħnieżer, aktar feroċi mit-tigri, aktar għażżenin mill-fkieren, aktar dghajfa mill-qasab, u nduru aktar mill-pinnuri. Ix-xejn u d-dnub huma dak kollu li hu tagħna u dak li jistħoqqilna huma biss il-korla t’Alla u l-infern għal dejjem, li Alla ma jagħtiniex ir-rigal b’xejn tiegħu tal-grazzja ta’ fuq in-natura.

80. B’dankollu, hu xi ħaġa tal-għaġeb, li Sidna Ġesu’ qal li hu assolutament meħtieġ għal dawk li jridu jmorru warajh għandhom jiċħdu lilhom infushom u jobogħdu lill-istess ħajjithom. “Min iħobb lil ħajtu jitilfha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja, jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem.” (Ġw 12,25). Dan l-għerf infinit li qatt ma jikkmanda mingħajr raġuni, jikkmandana biex nobogħdu lilna nfusna biss għaliex aħna mibgħeda kbira tixirqilna. M’hemm xejn li jistħoqqlu mħabba bħal Alla u m’hemm xejn li jistħoqqlu mibgħeda daqsna.

81. It-tieni biex niċħdu lilna nfusna, irridu kuljum immutu għalina nfusna; fi kliem ieħor ma rridux nieħdu gost bil-fakultajiet ta’ moħħna jew bis-sensi ta’ ġisimna bħallikieku dawn kienu skopijiet fihom infushom, irrdu nikkunsidrawhom bħallikieku ma kkunsidrajnihomx u nagħtu kashom daqs li kieku ma tajniex kashom. Dan ikollu jfisser ma’ San Pawl: (1 Kor 7,31) nużaw id-dinja bħallikieku ma wżajnihiex, biex aħna wkoll inkunu nistgħu ngħidu miegħu: “Kuljum f’xifer il-mewt.” (1Kor 15,31). Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha. (Ġw 12,24) – jiġifieri ma tagħmilx frott. Jekk aħna ma mmutux għalina nfusna, u jekk id-devozzjonijiet tagħna ma jmexxuniex lejn din il-mewt meħtieġa li ġġib il-frott, ma nagħmlu l-ebda frott siewi, u d-devozzjonijiet tagħna ma jiswew xejn għalina. Il-virtujiet u l-opri tajba tagħna kollha jkollom it-tebgħa tas-suppervja u r-rieda tagħna, u dan jagħmel mis-sagrifiċċji l-aktar kbar, u mill-isforzi tagħna, biss kruha quddiem l-għajnejn t’Alla. Il-mewt issibna b’idejna vojta mill-virtu’ u l-merti, u mingħajr l-ebda sinjal ta’ dik l-imħabba safja li hi mogħtija biss lil dawk li mietu għalihom infushom u li ħajjithom kienet moħbija ma’ Kristu f’Alla.

82. It-tielet fost id-devozzjonijiet lejn il-Madonna, għandna nagħżlu li dik li l-aħjar twassalna għall-mewt tagħna nfusna, bħala l-aħjar u li l-iktar tqaddisna. Għaliex hu żball li taħseb li kull ma jleqq hu deheb, u kull ma hu ħelu hu għasel – u dak li hu ħafif biex tagħmlu u li tagħmlu l-maġġoranza, hu bilfors li jqaddes. Fl-ordni tan-natura, hemm xi sigrieti li bihom proċessi naturali jistgħu jsiru bla ħala, u bl-akbar ħeffa hekk ukoll fl-ordni tal-grazzja hemm sigrieti li bihom aħna nistgħu nagħmlu azzjonijiet ta’ fuq in-natura malajr, bil-ħlewwa u bla tfixkil – dawk li permezz tagħhom niċħdu lilna nfusna u niftħu beraħ għall-preżenza t’Alla u nsiru perfetti.

Il-prattika li nixtieq nispjega hawn, huwa wieħed minn dawn is-sigrieti tal-grazzja, moħbi għal ħafna u ħafna Nsara, bil-kemm magħruf fost id-devoti u l-maħbubin, u pprattikat biss mill-ftit. Bħala bidu ta’ dak li rrid ngħid, fuq din il-prattika, hawn ir-raba’ verita’ li toħroġ dritt minn dan li għandna kif ddiskutejna.

4. Għandna bżonn ta’ Medjatriċi ma’ Ġesu’ Kristu

83. Ir-Raba’ Verita’: Aktar jixraq, għax aktar hu umli, li aħna ma nersqux dritt lejn Alla mingħajr ma nużaw medjatur. Bħalma għadni kif għidt, in-natura tagħna hi mħassra bid-dnub, u għalhekk jekk aħna nafdaw fuq l-opri, ix-xogħol u l-kapaċitajiet tagħna, biex nersqu lejn Alla u nogħġbuh, żgur li l-virtujiet u l-opri tajba tagħna, huma kollha mtebbgħin u jkunu jiswew wisq ftit biex iħajru ‘l Alla jingħaqad magħna u jisma’ t-talb tagħna. Mhux għalxejn mela li Alla tana l-medjaturi quddiem it-tron tal-Maesta’ Tiegħu. Hu ra kemm ma jistħoqqilna xejn u kemm aħna dgħajfin. Hu kellu ħniena minna, u biex inkunu nistgħu nilħqu l-ħniniet tiegħu, Hu tant interċessuri qawwija mad-Divinita’ tiegħu. Mela jiġri, li jekk tipprova tmur dritt għand Alla, mingħajr ma tagħti kas ta’ dawn l-interċessuri, ifisser li ma għandekx umilta’ u rispett lejn il-kobor u l-Maesta’ t’Alla; jfisser li turi anqas ċeremonji lejn is-Sultan tas-Slaten, milli turi lejn is-sultan u l-prinċep tad-dinja, li lejh qatt ma noħolmu li nersqu, jekk mhux b’xi rakkomandazzjoni ta’ ħabib fil-qorti.

84. Is-Sinjur tagħna hu l-avukat Divin tagħha, u l-medjatur tal-fidwa tagħna m’Alla l-Missier. Hu permezz tiegħu, li għandna nitolbu flimkien mal-Knisja trijunfanti u militanti. Permezz Tiegħu aħna nersqu lejn il-Maesta’ t’Alla; għalhekk qatt ma għandna nidhru quddiem Alla, ħlief bil-fiduċja fil-merti ta’ Ġesu’ Kristu, sewwa sew kif iċ-ċkejken Ġakobb, libes il-ġild tal-gidien meta resaq lejn missieru biex jirċievi l-barka tiegħu.

85. Imma aħna għandna bżonn ta’ medjatur mal-Medjatur innifsu? Il-purita’ tagħna hi kbira biżżejjed li tiggarantilna li ningħaqdu miegħu, direttament weħidna? Jaqaw, Hu m’huwiex Alla ugwali f’kollox ma’ Missieru u għalhekk Hu nnifsu l-Qaddis tal-Qaddisin u li daqstant jistħoqqlu r-rispett tagħna? Fl-imħabba infinita’ Tiegħu, hu daħal bħala rahan u medjatur m’Alla l-Missier biex iberred il-Maesta’ Divina Tiegħu u jħallas id-djun tagħna; imma dan iġiegħlu jkollna inqas rispett u biża’ mill-Maesta’ Divina tiegħu, bħala Iben t’Alla ugwali miegħu?

Għaldaqstant aħna nirripetu bil-qawwa kollha ma’ San Bernard, li għandna bżonn ta’ Medjatur mal-Medjatur stess, u li Marija hi l-persuna l-aktar adattata biex tagħmel dan ix-xogħol ta’ karita’. Kien permezz tagħha li Ġesu’ Kristu ġie fostna; u hu permezz tagħha li aħna mmorru għandu. Jekk – għax aħna nibżgħu mill-Maesta’ Infinita’ tiegħu, inkella għax nafu biċ-ċokon u bid-dnubiet tagħna – aħna nibżgħu mmorru direttament għand Ġesu’ Kristu, Alla tagħna, mela, ejjew bil-kuraġġ infittxu l-għajnuna u l-interċessjoni ta’ Marija, Ommna. Hi qalbha tajba u ħelwa. Fiha m’hemm xejn ta’ qilla u li jbiegħdek minnha, xejn li hu sublimi żżejjed, jew li jgħammex l-għajnejn tagħna ta’ bnedmin; meta taraha aħna naraw in-natura umana tagħna. Hi mhix ix-xemx li bir-raġġi qawwija tagħha tkun qawwija żżejjed għal għajnejna debboli ta’ bnedmin; imma hi sabiħa u tiddi bħal qamar li jieħu d-dawl tiegħu mix-xemx u li jmewwet il-qawwa tad-dija tiegħu, biex aħna nkunu nistgħu nirċevuha; Hi hekk ta’ karita’, li tilqa’ lil dawk kollha li jitolbu l-interċessjoni tagħha; ikunu midinbin kemm ikunu – għaliex jgħidu l-Qaddisin, qatt ma nstama’, fl-ebda żmien li xi persuna talbet l-għajnuna tal-Verġni Mbierka bil-fiduċja u l-perseveranza, u baqgħet mingħajr għajnuna. Hi hekk setgħana quddiem Alla li t-talb tagħha qatt ma ġie rrifjutat. Id-dehra tagħha biss quddiem Binha Divin, hi fiha nfisha talba ta’ qawwa kbira. Bil-kemm tkun għamlet it-talba tagħha, li ma tiġix maqlugħa – għaliex Alla l-Iben hu dejjem mirbuħ mill-ġentilezza ħelwa u t-talb tal-Għażiża Ommu.

86. Dan kollu hu meħud minn San Bernard u San Bonaventura. Skont dawn il-qaddisin hemm tliet stadji biex nersqu lejn Alla: l-ewwel wieħed li hu l-eqreb lejna u li l-aktar jaqbel mal-ħila tagħna, hu Marija; it-tieni hu Ġesu’ Kristu, u t-tielet hu Alla l-Missier. Biex nersqu lejn Ġesu’, għandna mmorru għand Marija, għax hi l-Medjatriċi biex taqbeż għalina; biex nersqu lejn il-Missier Etern, għandna mmorru għand Ġesu’ għax hu l-medjatur tagħna tal-fidwa. Issa fid-devozzjoni li jien qed nirrikmanda f’dan il-ktieb, issibu li din l-ordni kienet perfettament rispettata.

5. Il-Periklu li nitilfu t-teżori Spiritwali tagħna

87. Il-Ħames Verita’. Minħabba d-debbolizza u d-dgħjufija tagħna, hu diffiċli wisq għalina li nippreservaw il-grazzji u t-teżori li rċevejna mingħand Alla;
(1) Għax aħna nġorru dawn it-teżori, iktar prezzjużi mis-sema u l-art, f’ġarar tal-fuħħar: “Dan it-teżor qiegħed għandna f’ġarar tal-fuħħar” (2 Kor 4,7); f’ġisem li jitħassar u f’ruħ debboli u li mhix dejjem l-istess, li l-iċken nifs ta’ tentazzjoni tpoġġiha fil-periklu.

88. (2) Għax ix-xjaten, dawk il-ħallelin fini u ħżiena, qegħdin dejjem għassa biex joħduna għal għarrieda u jneżżgħuna minn dawn it-teżori. Lejl u nhar huma jiġġerrew, biex ifittxu lil min jibilgħu; u f’ħin li ma nkunux attenti, huma jattakkaw, bi dnub mejjet wieħed li aħna nagħmlu, huma jneżżgħuna, f’kemm ilni ngħid, mill-merti kollha li nkunu ġmajna permezz ta’ snin ta’ ko-operazzjoni mal-grazzja t’Alla. Il-malizzja, l-esperjenza, il-ħżunija u n-numru tagħhom għandhom iġiegħeluna tassew nibżgħu minn din id-disgrazzja; ftakru illi bnedmin li kienu aktar għonja fil-grazzja u fil-virtu’ minna, aktar ta’ esperjenza u aktar ‘il quddiem fil-qdusija, kienu disgrazzjatament meħudin għall-għarrieda, imneżżgħin u misruqin. Kemm ġganti ta’ qdusija Ċedri tal-Libanu u kwiekeb fis-sema spiritwali, huma magħrufa, li waqgħu miżerabbilment, bid-dawl tagħhom kollu mitfi u l-għoli tal-maesta’ tagħhom imxejjen! Mnejn ġiet din il-bidla stramba u terribli? Ma ġietx minħabba nuqqas ta’ grazzja, għax il-grazzja mhi miċħuda lil ebda bniedem, iżda minħabba nuqqas ta’ umilta’. Huma kienu jqisu lilhom infushom qawwija aktar milli fil-fatt kienu, u aktar kapaċi jindukraw it-teżori tagħhom; huma afdaw fihom infushom u fuq is-setgħa tagħhom; huma ħarsu lejn darhom u ħasbu li hi ma tintrebaħx – lejn il-kaxxiforti tagħhom, u ħasbu li huma sħaħ biżżejjed biex jindukraw it-teżori prezzjużi tal-grazzja. Huma ħasbu li kienu qed jafdaw fuq il-grazzja t’Alla, waqt li fil-fatt, huma kienu qed jafdaw dejjem aktar mingħajr ma jindunaw fuq ir-riżorsi tagħhom; u minħabba f’dan, Alla ta’ Ġustizzja kbira ppermetta li jiġu mneżżgħin mit-teżori tagħhom, billi jitlaqhom għal rashom. Li kieku kienu jafu, b’din id-devozzjoni tal-għaġeb li jien se nispjega f’dal-ktieb, huma kienu jafdaw it-teżori tagħhom f’idejn il-Verġni setgħana, u fidila, li kienet tħarsihomlhom, qishom tagħha, u anke tagħmel dan bi dmir ta’ ġustizzja.

89. (3) Fl-aħħarnett hu diffiċli li tippersevera fil-grazzja minħabba t-taħsir singulari tad-dinja. Id-dinja hi bħalissa tant imħassra, li hu kważi impossibli li erwieħ devoti ma jittebbgħux, jekk mhux bit-tajn tagħha għallinqas bit-trab. Qisu jkun miraklu meta ruħ tibqa’ soda, f’nofs dal-kurrent ġieri ta’ ħażen ma tkunx imkaxkra miegħu; meta ruħ tibqa’ bla tebgħa f’nofs dan il-baħar imqalleb u mudlam bid-dnub mingħajr ma tiġi miblugħa mill-mewġ jew misruqa mill-ħallelin; meta ruħ tibla’ din l-arja maħmuġa mingħajr ma tiġi avvelenata minnha; hija l-Verġni Mbierka, li fiha s-serpent qatt ma ħa parti, li tagħmel dan il-miraklu, għal dawk li jaqduha bil-fedelta’ u l-ħlewwa.

KAPITLU III
L-Għażla tad-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Marija

90. Fid-dawl ta’ dawn il-ħames veritajiet, issa jsir aktar meħtieġ minn qatt qabel, li aħna nagħmlu l-għażla propja tad-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka, għaliex hemm forom foloz ta’ din id-devozzjoni, li malajr tibdilhom, u taħsibhom devozzjonijiet ġenwini, u spiritwali. Billi x-xitan hu qarrieq tas-sengħa, u ta’ esperjenza u jivvinta l-falsita’, diġa’ qarraq u nganna ħafna erwieħ b’xi devozzjoni falza – anke b’devozzjoni falza lejn il-Verġni Mbierka.

Jum wara l-ieħor hu juża ħażin l-esperjenza djabolika tiegħu, biex jindanna ħafna erwieħ oħra, billi jħanninhom f’sigurta’ falza fid-dnub tagħhom, bil-pretest ta’ ftit talb, magħmul ħażin u xi devozzjonijiet ta’ barra li hu jispirahom jagħmlu. Wieħed li jagħmel il-flus foloz, ġeneralment jiffalsifika biss deheb u fidda, u wisq fil-bogħod metalli oħra li anqas jiswew, li ma jiswewx ix-xogħol li jieħu; hekk ukoll id-demonju, spiss ma jagħtix kas tad-devozzjonijiet l-oħra, biex jiffalsifika dawk lejn Ġesu’ u Marija, devozzjoni lejn l-Imqaddes Sagrament u lejn il-Madonna – għaliex dawn iż-żewġ devozzjonijiet huma fost devozzjonijiet oħra, dak li d-deheb u l-fidda huma għall-metalli l-oħra.

91. Mill-bidu, għalhekk, hu tajjeb li tkun taf liema huma d-devozzjonijiet foloz lejn il-Verġni Mbierka biex inkunu nistgħu naħarbuhom; u liema hi d-devozzjoni vera, biex inkunu nistgħu nipprattikawha. Imbagħad, fost ħafna devozzjonijiet veri lejn il-Madonna, jien nispjega aktar fit-tul fit-tieni taqsima fil-ktieb.

Liema hi d-devozzjoni l-aktar perfetta, l-aktar li togħġob lil Marija, l-aktar glorjuża f’għajnejn Alla, u li l-aktar li tqaddisna, biex aħna nkunu nistgħu nħaddnuha u nikkoltivawha?

1. Il-Karatteristiċi ta’ devozzjoni falza u tad-devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka.

1. Fuq id-devozzjonijiet foloz lejn il-Madonna

92. Jien insib li hemm seba’ kwalitajiet ta’ nies li jqimu lill-Verġni Mbierka u ta’ devozzjoni falza lejha:
1. Dawk li jqimuha billi jikkritikaw;
2. Dawk li jqimuha bil-biża’;
3. Dawk li jqimuha minn barra;
4. Dawk li jqimuha bil-preżunzjoni;
5. Dawk li m’humiex kostanti fil-qima tagħhom;
6. Dawk li jippretendu li jqimuha;
7. Dawk li jqimuha għall-interessi tagħhom.

1. Dawk li jqimuha bil-kritika

93. Dawk li jqimuha bil-kritika, il-biċċa kbira huma studjużi mkabbrin mis-suppervja tal-idea, li huma ma jonqoshom xejn, li l-għerf iġib miegħu. Fil-qiegħ, huma għandhom tassew xi devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka; imma huma jikkritikaw l-iżjed dawk id-devozzjonijiet ta’ tjieba li bihom in-nies ta’ fidi sempliċi, li jonoraw lill-Madonna, u huma jqisu dawn id-devozzjonijiet qarrieqa, sempliċiment għax ma jaqblux mal-idea ta’ moħħhom. Huma juru l-attitudni ta’ min ma jemminx, lejn il-mirakli u l-għeġubijiet miktubin minn awturi, ta’ min jorbot fuqhom, jew meħuda mir-reġistri tal-Ordnijiet Reliġjużi, mirakli u għeġubijiet li jixhdu l-ħniena u s-setgħa tal-Imqaddsa Verġni. Hu b’rogħda ta’ superjorita’, li huwa jħarsu lejn nies umli għarkubbtejhom quddiem l-altar jew statwa tal-Madonna fejn huma jdumu jitolbu ‘l Alla.

Dawn l-ispirti ta’ kritika anke jakkużaw lil dawn in-nies b’idolatrija, bħallikieku dawn kienu jaduraw l-injam jew il-ġebel! Min-naħa tagħhom dawn il-kritiċi jgħidu li dawn id-devozzjonijiet ta’ barra ma jinżlulhomx, u nkwantu għall-mirakli u l-għeġubijiet tal-Verġni Mbirka, żgur li nies tal-intelliġenza tagħhom, ħadd ma jistennihom jaċċettawhom bħala awtentiċi. U meta lil dawk il-kritiċi jfakkruhom fit-tifħir li jiddi, li s-Santi Padri għamlu fuq Marija, huma jopponu billi jgħidu li dawn huma biss eseġerazzjonijiet tar-rettorika jew inkella jinterpretawhom b’mod kollu falz. Nies foloz bħal dawn, li jqimu lill-Madonna, suppervi u tad-dinja huma ta’ min jibża’ minnhom ħafna; huma jagħmlu ħsara bla qies, lid-devozzjoni tal-Madonna, u jbiegħdu n-nies minnha b’mod ta’ min jistmerru; bl-iskuża li se jirranġaw bl-abbużi, li daħlu fihom.

2. Dawk li jqimuha bil-biża’

94. Dawk li jqimuha bil-biża’, huma dawk li jibżgħu li meta nonoraw lill-Madonna jiddiżonoraw lil Binha; meta jgħollu l-Marija jnaqqsu mill-qima lejn Ġesu’. Ma jistgħux jaqblu, li għandna nagħtu lil Marija tifħir ġustifikat bil-kbir – tifħir meħud mill-fomm tas-Santi Padri stess. Hu b’ċertu dwejjaq, li jaraw aktar nies għarkubbtejhom quddiem l-altar tal-Madonna milli quddiem l-altar tas-Sagrament, bħallikieku altar qiegħed f’kompetizzjoni ma’ ieħor u bħallikieku, dawk li qed jitolbu lill-Madonna m’humiex jitolbu lil Ġesu’ permezz tagħha! Jiddispjaċihom li din is-Sultana sublimi, tingħatalha prominenza hekk kbira u li daqshekk talb hu indirizzat lilha.

Dawn huma ftit mis-sentimenti li jesprimu: X’jiswew daqshekk Rużarji, daqshekk Konfraternijiet, u daqshekk devozzjonijiet minn barra lejn il-Verġni Mbierka? Hemm ħafna injoranza (ikomplu huma) f’dan kollu! Jirridikulaw ir-reliġjon. Ħallini nisma’ biss b’dawk li huma devoti lejn Ġesu’ Kristu – (imma hawn ħalli l-awtur jinterrompihom biex jgħid li dawn il-kritiċi, jużaw l-Isem Imqaddes ħafna drabi mingħajr ma jikxfu jew ibaxxu rashom) għand Ġesu’ għandna mmorru li hu l-Medjatur waħdieni tagħna, lil Ġesu’ Kristu għandna nippritkaw, għax dan hu l-qofol tad-devozzjoni vera!

Hemm ċertu sens ta’ verita’ f’dak kollu li qalu; imma huma jiżbaljaw fl-applikazzjoni li jagħmlulu, u biha jsibu l-ġustifikazzjoni tagħhom biex jiskoraġixxu d-devozzjoni tal-Madonna. Mela l-attitudni tagħhom hi perikoluża u mhix ħlief nassa fina tad-demonju – bl-iskuża ta’ ġid wisq akbar. Kristu qatt ma hu daqshekk onorat, daqs meta aħna nonoraw lill-Imqaddsa Ommu, ladarba Marija biex aktar nkunu nistgħu nonoraw lil Ġesu’ Kristu aktar perfettament. Aħna mmorru għand Marija, bħala triq li twassalna dritt għand Ġesu’ – l-Għan Divin tal-vjaġġ tagħna.

95. Il-Knisja, flimkien mal-Ispirtu s-Santu l-ewwel bierket lil Marija u mbagħad lil Ġesu’ Kristu. “Imbierka int fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesu’” Kienet tkun ereżija kbira li tifhem din bħallikieku l-Madonna hija iktar importanti minn Ġesu’ Kristu, jew ugwali miegħu. It-tifsir tagħhom hu, li biex inbierku ‘l Ġesu’ Kristu iktar perfettament, irridu nibdew billi nbierku ‘l Ommu. Għaldaqstant kontra d-devoti foloz u l-iskrupli, ejjew ngħidu mad-devoti vera kollha ta’ Marija: “O Marija, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesu’”

3. Dawk li jqimuha minn barra

96. Dawk li jqimuha minn barra biss huma dawk li d-devozzjoni kollha tagħhom lejn il-Madonna, tikkonsisti f’dawk l-atti li jidhru minn barra. Huma jiggustaw id-devozzjoni ta’ barra biss lejn il-Madonna għaliex m’għandhomx spirtu interjuri.

Għalhekk, huma jgħidu ħafna posti fir-Rużarju bil-għaġġla, jisimgħu ħafna quddies mingħajr attenzjoni, imorru wara purċissjonijiet mingħajr ebda ħsieb, u jidħlu f’ħafna fratellanzi – imma dan kollu mingħajr ma jtejbu ħajjithom, mingħajr ma jrażżnu l-passjonijiet tagħhom, u mingħajr ebda ħsieb li jimitaw il-virtujiet tal-Madonna. Huma jfittxu biss sentimenti ta’ pjeta’ fid-devozzjoni tagħhom, u ma jafux x’hemm ta’ valur fiha.

U meta dawn is-sentimenti komdi ta’ pjeta’ ma jħossuhomx, malajr jaħsbu li dak li qed jagħmlu hu kollu għalxejn, jinkwetaw jew iħallu d-devozzjonijiet li kienu jagħmlu għal kollox, jew jagħmluhom biss meta jogħġobhom. Hemm ħafna minn dawk li jqimuha biss minn barra u huma, li huma l-akbar kritiċi akkaniti ta’ dawk in-nies mogħtijin għat-talb, li billi jgħidu li hi d-dispożizzjoni interjuri l-essenzjali tat-talb, huma dejjem attenti li josservaw dik il-moderazzjoni ta’ dekor ta’ barra, li jiġu dejjem mad-devozzjoni vera.

4. Dawk li jqimuha bil-preżunzjoni

97. Dawk li jqimuha bil-preżunzjoni huma midinba mitluqin għall-passjoniijiet tagħhom, inkella mgħaddsin fil-vizzju u fil-ġibdiet tad-dinja, li taħt l-isem sabiħ ta’ Nsara u ta’ devoti ta’ Marija jgħattu s-suppervja, ix-xeħħa, l-impurita’, is-sokor, il-korla, id-dagħa, il-kalunja u l-inġustizzja tagħhom eċċ… B’paċi u sigurta’ qarrieqa, ikomplu fid-drawwiet ħżiena tagħhom u ma jagħmlu ebda sforz kbir biex jikkoerġuhom; u huma jassiguraw ruħhom bil-ħsieb li huma devoti tal-Madonna u li Alla jaħfrilhom, u li ma jmutux mingħajr qrar u li jsalvaw – għaliex? Għaliex jgħidu r-Rużarju, għax jagħmlu l-astinenza nhar ta’ Sibt, għax miktubin fil-Konfraternitajiet tar-Rużarju, tal-Labtu u ta’ xi Għaqda tal-Madonna, għax jilbsu l-labtu żgħir, jew il-katina tal-Verġni Mbierka u nkomplu hekk.

Meta tgħidilhom li d-devozzjoni tagħhom hi biss illużjoni tax-xitan, u preżunzjoni perikuluża li tista’ twassalhom għad-dannazzjoni, huma ma jemmnux. Anzi huma jwieġbu li Alla hu twajjeb u ħanin; li hu ma ħalaqniex biex jindannana, u li m’hemm ebda bniedem mingħajr dnub; u li huma m’humiex se jmutu mingħajr ma jqerru; illi l-istqarrija tad-dnub hi tajba u biżżejjed waqt il-pont tal-mewt; u li huma devoti ta’ Marija, li huma jilbsu l-labtu u bis-sempliċita’ u bl-umilta’ huma qatt ma jħallu li jgħidu seba’ Pater u seba’ Ave Marijiet f’ġieh il-Madonna; u li xi darba jgħidu wkoll ir-Rużarju u jaqraw l-Uffizzju tal-Verġni Mbierka; u li jsumu eċċ.. U biex isaħħu dak li jgħidu u biex aktar jitfgħu trab f’għajnejhom, huma jirreferu għal xi rakkont li semgħu jew qraw fil-kotba – jekk il-fatt hux awtentiku jew le ftit jimpurtahom – kif nies li kienu qed imutu fid-dnub il-mejjet, u mingħajr qrar, huma ħelsuha tajjeb, għaliex qalu xi talb, matul ħajjithom, jew inkella kienu jipprattikaw xi devozzjonijiet f’ġieh il-Madonna; kif kienu rxuxtati għall-ħajja, biex ikunu jistgħu jqerru; kif ruħhom baqgħet mirakolożament f’ġisimhom sa ma wasal il-qassis; jew inkella, kif bil-ħniena tal-Madonna huma qalgħu mingħand Alla, il-grazzja ta’ ndiema perfetta, u l-maħfra ta’ dnubietna fil-pont tal-mewt u salvaw għal dejjem. F’dan kollu huma jwaħħlu t-tama tagħhom.

98. M’hemm xejn li hu daqshekk ta’ stmerrija fil-Kristjaneżmu bħal dik il-preżunzjoni djabolika. Għaliex kif jista’ bniedem jgħid li hu tassew iħobb u jagħti ġieh lill-Verġni Mbierka, meta bi dnubietu hu jinfed, isallab, idejjaq bla ħniena lil Ġesu’ Binha? Li kieku Marija kienet soltu tuża l-ħniena tagħha biex issalva nies bħal dawn, hi kienet tkun tinkoraġġixxi l-vizzju u kienet tkun tgħin biex issallab u tinkwieta lil Binha. X’dawgħa tkun li tissopponi li dan hu minnu!

99. Jien ngħid li tabbuża b’dan il-mod mid-devozzjoni tal-Madonna – li wara d-devozzjoni lejn is-Sinjur tagħna fis-Santissmu Sagrament, hi l-iktar devozzjoni qaddisa u soda – tkun ħati ta’ sagrileġġ hekk kbir, li wara tqarbina ħażina, hu l-aktar sagrileġġ kbir u li ma jinħafirx. Naturalment, biex inkunu tassew devoti tal-Madonna mhux assolutament meħtieġ li nkunu hekk qaddisin li nevitaw id-dnubiet kollha – għalkemm din hi ħaġa li għandna nixtiquha. Madankollu – u ifhmu sewwa dak li ngħid – aħna għandna għallinqas:

L-ewwel: niddeċiedu sinċerament li ma nagħmlu l-ebda dnub mejjet li hu insult kontra l-Omm, kif ukoll kontra l-Iben.

It-tieni: nagħmlu ħilitna kollha biex ma nagħmlux dnub.

It-tielet: nidħlu b’konfraternitajiet, ngħidu r-Rużarju u talb ieħor, insumu s-Sibtijiet u nagħmlu devozzjonijiet oħra għal dawn.

100. Dan kollu jgħin ħafna għall-konverżjoni tal-midneb anke għall-midneb li ilu ħafna fid-dnub; u jekk dak li qed jaqra hu wieħed minn dawn, b’siequ waħda diġa’ fl-abbissi tal-infern, jiena nagħtih parir jagħmel dawn il-ħwejjeġ prattiċi, imma biss bil-kundizzjoni li l-intenzjoni tiegħu, filwaqt li jwettaq dawn l-għemejjel tajba, tkun li jaqla’ mingħand Alla, bl-interċessjoni tal-Verġni Mbierka, il-grazzja tal-indiema u l-maħfra ta’dnubietu, flimkien mal-qawwa biex jirbaħ id-drawwiet ħżiena tiegħu, u mhux biex ikompli bil-kwiet fil-ħajja midinba tiegħu, mingħajr ma jagħti kas tal-vuċi tal-kuxjenza, tal-eżempju ta’ Ġesu’ Kristu u tal-Qaddisin u l-massmi tal-Vanġelu.

5. Dawk li m’humiex kostanti fil-qima tagħhom.

101. Dawk li m’humiex kostanti fil-qima tagħhom huma dawk li huma devoti lejn il-Madonna kultant, issa jkunu mħeġġin u issa berdin; issa ssibhom lesti li jagħmlu kollox biex jaqduha, u ftit wara, dawn ix-xewqat sbieħ kollha ssibhom għabu. Huma jibdew billi jagħmlu d-devozzjonijiet kollha lejn il-Madonna, jinkitbu fil-konfraternitajiet kollha imma ma josserrvawx ir-regoli sewwa; fil-fatt huma jbiddlu bħall-qamar – u għalhekk Marija tpoġġihom mal-qamar taħt riġlejha. Huma li jbiddlu ma jistħoqqilhomx li jkunu magħduda mal-qaddejja ta’ din il-Verġni dejjem kostanti u fidila, għaliex is-sinjali tal-qaddejja tagħna huma l-qawwa u l-fedelta’. Kien ikun aħjar għal dawn dawn id-devoti li m’humiex kostanti li jindaħlu għal inqas talb u devozzjonijiet, u jagħżlu ftit minnhom u jagħmlulhom bil-fedelta’ u bl-imħabba, minkejja d-dinja, il-ġisem u d-demonju.

6. Dawk li jippretendu li jqimuha.

102. Dawn huma dawk li jippretendu li għandhom devozzjoni lejn il-Madonna billi jgħattu dnubiethom u drawwiet ħżiena tagħhom taħt il-mant tal-Verġni l-aktar fidila, biex fl-għajnejn tal-bnedmin jidhru dak li m’humiex.

7. Dawk li jqimuha għall-interessi tagħhom

103. Fl-aħħar niġu għal dawk li jqimuha għall-interessi tagħhom, u li jirrikorru lejn il-Madonna biex tgħinnhom biss, biex jirbħu xi kawża, biex jiskansaw minn xi periklu, biex ifiequ minn xi marda, jew għal xi raġuni oħra bħal dawn, u li meta ma jkun hemm xejn minn dan, jinjorawha għal kollox. Dawn m’humiex devoti sinċieri u m’għandhomx post la ma’ Alla u lanqas ma’ Ommu l-għażiża.

104. Ejjew noqgħodu attenti mela li ma nkunux magħdudin mal-kritiċi li ma jemmnu b’xejn u jikkritikaw kollox; jew mal-beżżiegħa li jibżgħu jkunu devoti ħafna ta’ Marija għax jibżgħu li jonqsu lil Ġesu’; jew fost dawk li jqimuha minn barra biss li d-devozzjoni tagħhom kollha tikkonsisti minn devozzjonijiet li jidhru minn barra biss; jew fost il-prużuntużi, li bl-iskuża ta’ devozzjoni falza lejn il-Madonna jgħumu fid-dnub; jew fost dawk li m’humiex kostanti li jduru frivolożament minn devozzjoni għall-oħra, jew iħalluhom mal-iċken tentazzjoni; jew ma’ dawk li jippretendu li jqimuha u jinkitbu ma’ ħafna fratellanzi tal-Madonna, biex jidhru li huma nies tajba, u fl-aħħarnett ma’ dawk li jfittxu l-interessi tagħhom, li jirrikorru biss għand il-Verġni Marija biex ikunu meħlusin minn xi mard tal-ġisem jew biex jaqilgħu benefiċċji temporali.

2. Il-Karatteristiċi tal-Vera Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka

105. Wara li kxifna u kkundannajna d-devozzjonijiet foloz lejn il-Madonna issa rridu ngħidu xi ħaġa fuq il-vera forma. Il-kwalitajiet tagħha huma li hi :
(1) Interjuri;
(2) Delikata;
(3) Qaddisa;
(4) Kostanti;
(5) Mingħajr interessi.

1. Il-Vera devozzjoni hi interjuri

106. Il-vera devozzjoni lejn il-Madonna hi interjuri, jiġifieri tiġi mill-moħħ u mill-qalb. Il-bidu tagħha hu r-rispett li għandna lejn il-Verġni Mbierka, mill-idea għolja li ffurmajna tal-kobor tagħha u mill-imħabba li għandna lejha.

2. Il-Vera devozzjoni hi delikata

107. Hija delikata, jiġifieri mimlija bil-fiduċja fil-Verġni Mbierka, bħal fiduċja li għandha tarbija f’ommha. Iġġegħelna nersqu lejha, fil-bżonnijiet kollha tagħna, tal-ġisem u tar-ruħ, u dan nagħmluh b’sempliċita’, b’fiduċja u bi ħlewwa kbira.

Aħna nħarsu lejn din l-Omm Twajba fil-ħtiġijiet kollha tagħna, dejjem u fiċ-ċikustanzi kollha,
fid-dubbji tagħna biex inkunu mdawlin;
fit-telfien tagħna biex inkunu nistgħu niġu mmexxija fit-triq id-dritta;
fit-tiġrib tagħna biex inkunu megħjunin;
fil-personalita’ tagħna biex inkunu msaħħin;
fil-qtigħ il-qalb tagħna, biex inkunu nkoraġġiti,
fl-iskrupli tagħna biex inkunu ikkwetati u żgurati;
u fis-slaleb, provi u taħbit tal-ħajja tagħna, biex inkunu mfarrġa.

Fl-aħħarnett aħna nduru lejn Marija fid-dwejjaq kollha tagħna tal-ġisem u tar-ruħ, għaliex m’għandha ebda biża’ li se ndejqu lil din l-Omm Twajba, u ma nogħġbux lil Ġesu’.

3. Il-Vera devozzjoni hi qaddisa

108. Il-vera devozzjoni lejn il-Madonna hija qaddisa, jiġifieri tmexxina biex naħarbu d-dnub u nimitawha, speċjalment fl-għaxar virtujiet prinċipali tagħha:
l-umilta’ profonda tagħha,
il-fidi ħajja tagħha,
l-ubbidjenza għamja tagħha,
it-talb bla jaqta’ tagħha,
il-mortifikazzjoni tagħha f’kollox,
is-safa bla paragun tagħha,
il-karita’ mħeġġa tagħha,
il-paċenzja erojka tagħha,
il-ħlewwa anġelika tagħha
u l-għerf divin tagħha.

4. Il-vera devozzjoni hi kostanti

109. Il-vera devozzjoni lejn il-Madonna hi kostanti. Hi ssaħħaħna fil-għemil it-tajjeb u ma tħalliniex, biex għal ħaġa ta’ xejn inħallu d-drawwiet tad-devozzjoni; tgaħtina l-kuraġġ biex nieqfu lid-dinja u biex niċħdu l-modi u l-għerf ta’ din id-dinja; tagħmilna kapaċi niġġieldu mal-ġisem bil-passjonijiet u l-ġibdiet ħżiena tiegħu, u x-xitan bit-tentazzjoni tiegħu. Bħala riżultat, bniedem li hu veru devot tal-Madonna:
ma jbiddilx,
ma jgħixx skont l-aptit,
mhux skrupluż jew beżżiegħi.

Naturalment, mhux li bniedem bħal dan qatt ma jaqa’ jew ivarja fis-sentimenti ta; devozzjoni, imma jekk jaqa’, iqum billi jaqbad l-id tal-Omm twajba tiegħu; u jekk iħoss li d-devozzjonijiet tiegħu huma xotti u mingħajr ħeġġa, ma jitħawwadx. Għaliex id-devot veru u fidil ta’ Marija jgħix bil-fidi ta’ Ġesu’ u ta’ Marija u mhux bit-tqanqil u s-sentimenti naturali.

5. Il-Vera devozzjoni hi mingħajr interess għaliha nnfisha

110. Fl-aħħarnett il-vera devozzjoni hi diżinteressata,jiġifieri hi li tispira lir-ruħ, biex tfittex mhux lilha nfisha imma ‘l Alla waħdu, f’Ommu l-għażiża. Il-veru devot ta’ Marija ma jaqdix lil din is-Sultana sublimi bil-ħsieb li jaqla’ jew għall-interess tiegħu nnifsu; lanqas bil-ħsieb li jakkwista xi ġid temporali tal-ġisem u lanqas tar-ruħ, imma jaqdiha biss għaliex jistħoqqilha li tkun moqdija, u Alla biss ikun moqdi meta naqdu lilha. Aħna ma nħobbux lill-Madonna speċifikament għal dak li naqilgħu jew nittamaw li naqilgħu minn għandha, imma aħna nħobbuha għax hi ta’ min iħobbha. Hu għalhekk li aħna nħobbuha u naqduha bl-istess fedelta’ f’mumenti ta’ nixfa spiritwali, kif ukoll meta nduqu l-ħlewwa tal-fervur imqanqal. Inħobbuha bl-istess ħerqa fuq l-Kalvarju kif ukoll inħobbuha fit-tieġ ta’ Kana.

Kemm jogħġob u kemm hu prezzjuż dak id-devot ta’ Marija li ma jfittex bl-ebda mod lilu nnifsu fil-qadi li jagħtiha! Iżda kemm huma skarsi dawn id-devoti llum! Biex nirrimedja għal din l-iskarsezza, jien qed nikteb dak li għallimt fil-beraħ u fil-privat matul il-ħafna snin tal-missjoni tiegħi.

111. Jiena diġa’ għidt ħafna fuq il-Madonna, iżda għad baqagħli iżjed x’ngħid. Bla dubju se nħalli ħafna iżjed barra jew mill-injoranza tiegħi inkella għax m’għandix żmien. Iżda dak kollu li diġa’ għidt u li għad ngħid hu kollu dirett għall-pjan tiegħi, li nifforma veru devot ta’ Marija u veru dixxiplu ta’ Ġesu’ Kristu.

112. Kemm ikun imħallas bl-abbundanza it-taħbit tiegħi, jekk xi ruħ magħżula – imwielda minn Alla u Marija u mhux mid-demm, lanqas mir-rieda tal-ġisem, lanqas mir-rieda ta’ bniedem – tiltaqa’ ma’ dal-ktieb u hu jsir il-mezz li bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu, ikun imnebbaħ u japprezza r-rikkezzi tal-vera donazzjoni soda lejn il-Madonna, li jien dalwaqt niddiskrivi. Li kieku ħsibt li d-demm tiegħi midneb, kien iservi biex iqanqal xi qlub għal dawn il-veritajiet li qed nikteb b’ġieh l-għażiża Ommi u Sinjura setgħana, għalkemm naf li jien l-iċken fost l-ulied u l-ilsiera tagħha, jien kont nikteb dan kollu bil-ferħ b’demmi stess, biex infisser it-tama li għandi li nsib xi erwieħ nobbli, li bil-fedelta’ tagħhom lejn din il-prattika li qed ngħallem, ipattu lill-għażiża Ommi u Sinjura tiegħi, għat-telfiet li ġarrbet minħabba l-ingratitudni u l-infedeltajiet tiegħi.

113. Aktar minn qatt qabel, jien mimli b’fidi ħajja u tama soda fuq dak li jien ktibt fil-fond ta’ qalbi u li għalih tlabt lil Alla għal ħafna snin: jiġifieri li kmieni jew tard, il-Verġni Mqaddsa jkollha aktar ulied, qaddejja u ilsiera tal-imħabba, milli qatt kellha u li permezz ta’ dan, Ġesu’ Kristu, l-Imgħallem, Sidi l-għażiż tiegħi, isaltan aktar perfettament minn qabel fil-qlub tal-bnedmin.

114. Jien qed nara ċar minn issa li għad jiġu annimali feroċi, jirtogħdu bir-rabja, għad iqumu biex iqattgħu dan il-ktejjeb bis-snien imxajtna tagħhom u lil dak li bih inqeda l-Ispirtu s-Santu biex jiktbu, jew għall-inqas biex jidfnuh fid-dlam u s-sikta ta’ xi senduq biex qatt ma jidher aktar u jintesa. (din il-profezija seħħet tassew – ara l-Introduzzjoni) Huma jaħbtu u jippersegwitaw ukoll lil dawk li jaqrawh u jipprattikawh. Iżda x’jimporta? Anzi dan ikun ta’ ġid! Din id-dehra tinkuraġġini u ġġigħelni nittama suċċess kbir – għaliex leġjun kbir ta’ suldati qalbiena u ta’ ħila ta’ Ġesu’ u Marija, irġiel u nisa lesti, biex jiġġieldu kontra d-dinja, ix-xitan u n-natura mħassra tal-bniedem fiż-żminijiet li ġejjin meta l-periklu ikun wisq akbar. “Ħa jifhem min jaqra … Min jista’ jifhem, jifhem.” (Mt 24, 15; 19,12).

2. Il-Prattika tal-Vera Devozzjoni lejn il-Verġni Mqaddsa
1. Il-Prattika interjuri u esterjuri

115. Huma diversi d-drawwiet interjuri tal-vera devozzjoni lejn il-Verġni Mqaddsa. F’li ġej se ngħidu fil-qosor fuq l-punti ewlenin:

(1) Li tagħti ġieh lil Marija bħala Omm xierqa t’Alla, bil-qima tal-Iperdulija, jiġifieri li tagħtiha qima u tikkunsidraha fuq il-qaddisin kollha, bħala l-kapulavur tal-grazzja, li għandha l-aqwa post ħdejn Ġesu’ Kristu, veru Alla u veru bniedem;
(2) li nimmeditaw fuq il-virtujiet, il-privileġġi u l-egħmejjel tagħha;
(3) nikkontemplaw l-kobor tagħha;
(4) nagħmlulha atti ta’ mħabba, ta’ tifħir u ta’ radd il-ħajr;
(5) nitolbu b’ħerqa kbira l-interċessjoni tagħha;
(6) noffru lilna nfusna lilha u ningħaqdu magħha;
(7) nagħmlu għemejjel bl-iskop li nogħġbuha;
(8) li nibdew, inkomplu u nispiċċaw dak kollu li nagħmlu permezz tagħha, fiha, magħha u għaliha biex inkunu nistgħu nagħmluhom permezz ta’ Ġesu’ Kristu, ma’ Kristu, u għal Kristu, it-Tmiem ta’ kollox tagħna. Aktar ‘il quddiem infissru din l-aħħar prattika.

116. Il-Vera devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka għandha wkoll ħafna prattiċi esterjuri u l-aqwa fosthom huma:
(1) li tidħol fil-fratellanzi u l-għaqdiet tagħha;
(2) li tidħol f’xi Ordni Reliġjuż jew Kongregazzjoni mwaqqfa taħt il-patroċinju Tagħha;
(3) li xxandar it-tifħir Tagħha;
(4) li tagħmel karita’, issum jew tagħmel xi mortifikazzjoni tar-ruħ u tal-ġisem għall-qima tagħha;
(5) li jkollok fuqek il-kuruna tar-Rużarju u tilbes il-labtu jew katina tagħha;
(6) li tgħid bl-attenzjoni, bid-devozzjoni u bl-umilta’ r-Rużarju Mqaddes, li jikkonsisti fi ħmistax-il posta (illum nafu li b’kollox hemm għoxrin posta) ta’ Ave Marijiet f’ġieh il-Misteri prinċipali ta’ Ġesu’ Kristu, jew għallinqas tgħid ħames posti.
Nistgħu nagħżlu l-ħames posti tal-Ferħ:
it-tħabbira ta’ l-Anġlu;
il-Viżitazzjoni;
it-Twelid tas-Sinjur Tagħna;
il-Purifikazzjoni
u s-Sejba tat-Tfajjel Ġesu’ fit-Tempju.

(Jew inkella nistgħu nimmeditaw fir-Rużarju l-ħames Misteri tad-Dawl:
il-Magħmudija;
l-Ewwel Sinjal fit-tieġ ta’ Kana;
ix-Xandir tal-Kelma u s-sejħa għall-Indiema;
il-Bidla Glorjuża fuq it-Tabor;
it-Twaqqif tas-Sagrament tal-Ewkaristija u s-Saċerdozju.)

Jew inkella nistgħu nimmeditaw fir-Rużarju l-ħames Misteri tat-Tbatija:
l-Agunija;
il-Flaġellazzjoni mal-kolonna;
l-Inkurunazzjoni bix-Xewk;
il-Ġarr tas-Salib
u l-Kruċifissjoni.

Fl-aħħar nistgħu nagħżlu l-ħames misteri tal-Glorja:
il-Qawmien mill-imwiet;
it-Tlugħ fis-Sema ta’ Ġesu’;
il-Miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli;
it-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna bir-Ruħ u l-Ġisem
u l-Inkurunazzjoni tal-Madonna mit-Trinita’ Qaddisa.

Nistgħu wkoll ngħidu:
sitta jew seba’ posti f’ġieh is-sittin jew sebgħin sena li jaħsbu li l-Madonna damet id-dinja,
jew il-Kuruna ż-Żgħira tal-Verġni Mbierka li tikkonsisti fi tliet Missierna u tnax-il Sliema f’ġieh il-kuruna tagħha ta’ tnax-il kewkba jew privileġġi;
jew l-Uffizzju tal-Verġni Mbierka, li hu aċċettat u rreċitat mill-Knisja;
jew is-Salterju ż-Żgħir – “The Little Psalter” tal-Verġni Mbierka, li għamel San Bonaventura b’qima lejha u li jnebbaħ tant delikatezza u devozzjoni, li impossibli li ma jqanqlikx;
jew erbatax-il Missierna u Sliema f’ġieh l-erbatax-il ferħa tagħha jew talb ieħor,
innijiet u kantiċi tal-Knisja – skont iż-żmien liturġiku
– bħas-Salve Reġina,
Alma Redemptoris Mater,
Regina Coeli,

kif ukoll innjiet u talb ġenerali bħal:
Ave Maris Stella,
O Gloriosa Domina
jew il-Magnificat,
jew prattiki oħra ta’ devozzjoni li nsibu fil-kotba tat-talb tagħha;
(7) li nkantaw innijiet spirtwali ad unur tagħha;
(8) li tagħmel ċertu numru ta’ ġenuflessjonijiet u inkini waqt li tgħid xi ġakulatorja b’qima lejha,
per eżempju kull filgħodu; nistgħu nirripetu ħafna drabi – Ave Marija, Virgo Fidelis – biex naqilgħu bl-interċessjoni tagħha l-grazzja li nkunu fidili għall-grazzji li Alla jagħtina matul il-jum;
u kull filgħaxija Sliem għalik Marija Omm il-Ħniena, biex nitolbu l-maħfra ta’ Alla bl-interċessjoni tagħha għad-dnubiet li nkunu għamilna mal-ġurnata;
(9) li nieħdu sehem attiv fil-fratellanzi tagħha, inżejnu l-altari u ninkurunaw u nżejnu l-istatwi tagħha;
(10) li nġorru x-xbieha tagħha fil-purċissjonijiet u anki nilbsu l-medalji tagħha bħala ħarsien kontra l-ħażen;
(11) li nagħmlu statwi u plakki b’isimha fil-knejjes, fid-djar, fid-daħla tal-bliet, fil-knejjes u fil-bini;
(12) li nikkonsagraw ruħna lilha b’mod speċjali u solenni.

117. Hemm ħafna modi oħra ta’ vera devozzjoni lejn il-Madonna li bihom l-Ispirtu s-Santu nebbaħ lill-erwieħ qaddisa u li verament iqaddsu. F’“Le Paradis ouvert a Philagie” ta’ Father Paul Barry tas-Soċjeta’ ta’ Ġesu’, insibu ġabra kbira ta’ devozzjonijiet li l-qaddisin għamlu lill-Madonna. Dawn id-devozzjonijiet igħinu ħafna biex iqaddsu l-erwieħ jekk ikunu magħmulin b’mod sewwa:
(1) b’intenzjoni retta u sinċiera li nogħoġbu biss ‘l Alla, li ningħaqdu ma’ Ġesu’ Kristu l-Aħħar Tmiem tagħna u li nedifikaw lill-proxxmu tagħna;
(2) b’attenzjoni, mingħajr distrazzjonijiet voluntarji;
(3) b’devozzjoni, billi nevitaw l-għaġġla u t-traskuraġini;
(4) bil-modestja li tedifika u b’reverenza minn barra.

2. Il-Għażla tal-prattika perfetta

118. Imma meta għidt dan kollu, jien bil-qawwa kollha insostni – wara li qrajt kważi l-kotba kollha li jitħaddtu fuq din id-devozzjoni, u wara li tħadditt familjarment fuqha ma’ ħafna studjużi u nies qaddisin taż-żmienna – jien qatt ma sibt jew tgħallimt b’xi devozzjoni lejn il-Madonna bħal din li dalwaqt ngħidilkom għaliex id-devozzjoni li se nirrkmanda:
hija waħda li titlob mir-ruħ aktar sagrifiċċji għal Alla;
li aktar tneżża’ lir-ruħ effettivament minna nfisha u mill-imħabba tagħha nfisha;
li aktar iżżomm lir-ruħ fedelment fil-grazzja, u l-grazzja fir-ruħ;
li tgħaqqad lir-ruħ aktar perfettament u b’aktar ħeffa ma’ Ġesu’ Kristu;
u fl-aħħarnett li aktar tagħti glorja lil Alla, iktar tqaddes lir-ruħ, iktar ta’ għajnuna għall-proxxmu.

119. Billi din id-devozzjoni essenzjalment tikkonsisti fid-disposizzjoni interjuri li hi għandha toħloq, ma tiġix mifhuma minn kulħadd xorta. X’uħud – il-parti l-kbira – ma jifhmux ħlief l-aspett ta’ barra ta’ din id-devozzjoni; waqt li xi ftit, jidħlu fil-verita’ profonda tagħha, imma biss sal-ewwel stadju tagħha. Min jitla’ sat-tieni? U min jirnexxilu jilħaq it-tielet? Fl-aħħarnett min hu dak li jgħix fiha bħala fi stat permanenti? Dak biss li l-ispirtu ta’ Ġesu’ jirrivelalu dan is-sigriet – ir-ruħ tassew fidila li l-Ispirtu stess imexxi għaliha, biex ikun jista’ jgħaddi ‘l quddiem minn virtu’ għall-oħra, minn grazzja għal oħra, minn dawl għall-ieħor, sa ma jiġi trasformat f’Ġesu’ Kristu sal-milja ta’ ħajtu fuq l-art u l-glorja tiegħu fis-sema.

KAPITLU IV
Il-Konsagrazzjoni Perfetta lil Ġesu’ Kristu

120. Ladarba l-perfezzjoni tagħna tikkonsisti filli nkunu nixbħu, maqgħudin, u kkonsagrati lil Ġesu’ Kristu, l-aktar perfetta fost id-devozzjonijiet, hi bla dubju, dik li l-aktar perfettament ixxebbaħna, tgħaqqadna u tikkonsagrana ma’ dal-mudell perfett tal-qdusija. Issa la darba Marija, hi fost il-krejaturi kollha l-aktar li tixbaħ lil Ġesu’ Kristu, jirriżulta li fost id-devozzjonijiet kollha, dik li tikkonsagrana u xxebbaħna l-aħjar mas-Sinjur Tagħna, hi d-devozzjoni lejn il-Madonna, l-Imqaddsa Ommu; u li aktar ma nkunuu kkonsagrati lil Marija, aktar inkunu perfettament maqgħudin ma’ Ġesu’ Kristu.

Għalhekk l-aktar konsagrazzjoni perfetta lil Ġesu’ Kristu, mhix ħaġ’oħra ħlief konsagrazzjoni perfetta u sħiħa tagħna nfusna lil Verġni Marija – id-devozzjoni li jien nirrikmanda; jew fi kliem ieħor tiġdid perfett tal-wegħdiet tal-Magħmudija Mqaddsa.

1. Il-Konsagrazzjoni perfetta u sħiħa tagħna nfusna lill-Verġni Mbierka

121. Din id-devozzjoni, mela, tikkonsisti filli nagħtu lilna nfusna kollna kemm aħna lill-Imqaddsa Verġni Marija, biex permezz tagħha aħna nkunu nistgħu nkunu kollna kemm aħna ta’ Ġesu’. Aħna għandna nagħtuha:
(1) Ġisimna bis-sensi u l-membri kollha tiegħu;
(2) Ruħna bis-setgħat kollha tagħha;
(3) Il-ġid materjali li għandna u dak li nistgħu nakkwistaw;
(4) Il-ġid interjuri u spiritwali – il-merti tagħna, il-virtujiet tagħna u l-opri tajba tagħna, tal-imgħoddi, ta’ issa u ta’ li ġej; fil-qasir dak kollu li għandna fl-ordni tan-natura, fl-ordni tal-grazzja u dak li qatt jista’ jkun tagħna, fl-ordni tan-natura, fl-ordni tal-grazzja u fl-ordni tal-glorja – u dan mingħajr l-ebda riserva, lanqas tal-iċken opra tajba; u għall-eternita’ kollha. Meta nagħmlu hekk, m’għandniex nippretendu jew nistennew, għall-offerta u x-xogħol tagħna, ebda ħlas, ħlief dak il-ġieh li aħna ta’ Ġesu’ Kristu permezz ta’ Marija u f’Marija, ma nħallux lilna nfusna niġu konxjament influwenzati mill-fatt li hi dejjem l-aktar liberali u l-aktar grata fost il-kreaturi.

122. F’dan l-istadju, ta’ min jinnota, illi hemm żewġ aspetti ta’ kull opra tajba li nagħmlu:
(i) is-sodisfazzjon u
(ii) il-mertu.
Fi kliem ieħor, il-valur li jissodisfa jew li qlajt bit-talba, u l-valur meritorju. Il-valur li jissodisfa jew impetratorju ta’ opra tajba, huwa għemil tajjeb meta tikkunsidrah mil-lat ta’ tpattija għall-piena taż-żmien tad-dnub, jew biex taqla’ xi grazzja. Il-valur meritorju, jew mertu ta’ xi opra tajba, hu dak li bih naqilgħu l-grazzja u l-glorja eterna. Issa f’din il-konsagrazzjoni tagħna nfusna lill-Verġni Mqaddsa, aħna nagħtuha l-valur kollu satisfatorju, impetratorju u meritorju. Dan hu fi kliem ieħor, is-sodisfazzjon u l-mertu tal-opri tajba kollha. Aħna nagħtu dan, mhux biex hi tagħtihom lill-oħrajn. (Ngħiduha kif inhi, il-merti, il-grazzji u l-virtujiet tagħna huma inaljenabbli, jiġifieri jiġu ma jistgħux jiġu mogħtija lill-oħrajn. Ġesu’ Kristu biss, billi ndaħal ta’ rahan għalina mal-Missier seta’ jagħtina l-merti tiegħu). Imma dan nagħmluh biex Hi tikkonservahom, tkabbarhom u ssebbaħhom kif naraw aktar ‘il quddiem. Nagħtuha s-sodisfazzjonijiet tagħna, biex Hi tgħaddihom lil min jidhrilha Hi, u għall-aktar glorja t’Alla.

123. Minn dak li ktibna s’issa naraw (1) illi b’din id-devozzjoni aħna nagħtu lil Ġesu’ Kristu, dak kollu li nistgħu nagħtuh u wisq iżjed minn devozzjonijiet oħra li bihom nagħtuh parti miż-żmien tagħna jew biċċa mill-għemejjel tajba tagħna jew biċċa mit-tpattija u l-mortifikazzjonijiet tagħna. U dak li hu iżjed ikunu nagħmlu dan b’mod l-aktar perfett, jiġifieri minn idejn Marija. Għaliex f’din id-devozzjoni kollox hu ddedikat u mogħti anke d-dritt li niddisponu mill-għemejjel interni tagħna u mit-tpattija li nakkwistaw ta’ kuljum bl-opri tajba tagħna. Din hi ħaġa li mhix magħmula, lanqas fl-Ordnijiet Reliġjużi. Fl-Ordnijiet Reliġjużi l-erwieħ dedikati jagħtu lil Alla l-ġid materjali tagħhom permezz tal-vot tal-faqar, joffru ġisimhom permezz tal-vot tal-kastita’ u r-rieda tagħhom permezz tal-vot tal-ubbidjenza u xi drabi l-liberta’ tal-moviment permezz tal-vot tal-klawsura. Imma huma ma jagħtux il-liberta’ u d-dritt li aħna lkoll għandna li niddisponu mill-valur tal-opri tajba tagħna u lanqas jiċħdu totalment kif jistgħu, dak li bħala Nsara jżommu bħala l-aktar prezzjuż u għażiż, jiġifieri l-merti u t-tpattija tagħhom.

124. (2) Iktar, jirriżulta wkoll li min ikun għamel din id-dedikazzjoni u sagrifiċċju lil Ġesu’ Kristu, permezz ta’ Marija ma jkunx aktar jista’ jiddisponi mill-valur tal-opri tajba tiegħu. Dak kollu li persuna bħal din iġġarrab, kull ħaġa tajba li taħseb, tgħid jew tagħmel tkun ta’ Marija, biex hi tkun tista’ tiddisponi minnu skont ir-rieda ta’ Binha, u għall-akbar glorja tiegħu. Jiftiehem ċar, mela li din id-dipendenza mhi ta’ ebda preġudizzju għall-obbligi tal-istat tal-persuna, la issa u lanqas għal li ġej. Per eżempju, għall-obbligi ta’ saċerdot, li bl-uffiċċju tiegħu jew mingħajru, irid japplika l-valur satisfatorju u impetratorju tal-Quddies għal ruħ partikulari. Dejjem għandna nifhmu li din l-offerta lil Ġesu’ permezz ta’ Marija hi magħmula skont l-ordni t’Alla u dmirijiet tal-istat tagħna.

125. (3) Fl-aħħar jiġi li aħna nikkonsagraw ruħna lil Madonna u ‘l Ġesu’ Kristu flimkien: lill-Verġni Mbierka, bħala mezz perfett li Ġesu’ Kristu għażel biex jingħaqad magħna u jgħaqqad lilna miegħu; u s-Sinjur Tagħna bħala Tmiem tagħna, li lilu nafu kull ma aħna, bħala s-Salvatur u Alla tagħna.

2. It-Tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija

126. Jiena diġa’ għidt li din id-devozzjoni tista’ tissejjaħ, kif jixirqilha, tiġdid perfett tal-wegħdiet tal-Magħmudija Mqaddsa. Qabel tirċievi dan is-Sagrament, kull ruħ kienet ilsiera tad-demonju, għaliex kull ruħ kienet tax-xitan. Imma bil-Magħmudija tiegħu, kull Nisrani, minn jeddu jew permezz tal-parrinjiet, ċaħad solennament lix-xitan, bl-opri u l-pompi tiegħu kollha, hu ħa lil Ġesu’ Kristu bħala l-Imgħallem u l-Mulej Sovran tiegħu, biex jaqdih bħala lsir ta’ mħabba. Issa dan hu preċiżament li jiġri b’din id-devozzjoni; kif jidher ċar mill-formola tal-konsagrazzjoni: aħna niċħdu lix-xitan, lid-dinja, id-dnub, u lilna nfusna u nagħtu lilna nfusna, kollna kemm aħna, lil Ġesu’ Kristu permezz tal-idejn ta’ Marija. Aħna mmorru anke pass ‘il quddiem. Ordinarjament, fil-Magħmudija, aħna nagħtu lilna nfusna lil Ġesu’ Kristu biss bil-prokura, jiġifieri permezz tal-parrinijiet, li jitkellmu f’isimna. Imma f’din id-devozzjoni aħna nagħmlu hekk personalment, minn jeddna, u bl-għarfien sħiħ ta’ dak li qegħdin nagħmlu. Fil-Magħmudija aħna ma nagħtux lilna nfusna lil Ġesu’ Kristu permezz ta’ Marija – jew għallinqas ma nagħmlux hekk espliċitament – u ma nagħtux lil Ġesu’ Kristu l-valur tal-opri tajba tagħna, bir-riżultat li wara l-Magħmudija aħna nibqgħu għal kollox ħielsa li napplikaw dan il-valur lil min ikunu rridu jew inżommuh għalina stess; imma b’din id-devozzjoni aħna nagħtu lilna nfusna, espressament lil Ġesu’ Kristu permezz ta’ Marija u nikkonsagrawlu l-valur tal-opri tajba tagħna kollha.

127. Fil-Magħmudija, jgħid San Tumas, il-bnedmin jaħilfu li jiċħdu lix-xitan u l-pompi tiegħu kollha: In Baptismo novent homines abrenuntiare diabolo et pompis ejus. U din il-wegħda, jgħid Santu Wistin, hija l-ikbar u l-aktar meħtieġa: Votum maximum nostrum quo vovimus nos in Christo esse mansuros. Il-Kanonisti jgħidu l-istess: Il-Wegħda ewlenija hi dik li nagħmlu fil-Magħmudija. U b’dan kollu min hu dak li jwettaq perfettament din il-wegħda hekk importanti? Min hu dak li jkompli fedelment il-wegħdiet tal-Magħmudija? Mhux kważi kollha jitradixxu l-fedelta’ li wegħdu lil Ġesu’ Kristu fil-Magħmudija? Mnejn ġejja din id-diżordni jekk mhux milli kulħadd iwarrab dawn il-wegħdiet u bl-obbligi li ndħalna għalihom fil-Magħmudija; u mill-fatt li bilkemm wieħed iġedded b’mod personali l-kuntratt tal-għaqda li bil-prokura tal-parrinjiet għamel lil Alla.

128. Dan tant hu veru, li l-Konċilju ta’ Sens, imsejjaħ mir-Re Lwiġi le Debonnaire, biex jirranġa d-diżordni kbira li kien hemm fost l-insara, stqarr illi l-kawża prinċipali ta’ dak it-taħsir fil-kostumi, kien ġej mill-injoranza tal-obbligi tal-Wegħdiet tal-Magħmudija; u li ma setax isib rimedju aħjar biex jirranġa din il-ħsara kbira, milli jħeġġeġ lill-Insara kollha jġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija tagħhom.

129. Il-Katekiżmu tal-Konċilju ta’ Trentu – l-interpretu fidil ta’ dan il-Konċilju Mqaddes – jeżorta l-kappillani biex jużaw dan l-istess metodu, u li jfakkru ta’ spiss lill-fidili li huma marbutin u kkonsagrati lis-Sinjur Tgaħna Ġesu’ Kristu, bħala ilsiera mar-Redentur u l-Mulej tagħhom. Hawn hu l-kliem tal-katekiżmu: Il-Kappillan għandu jeżorta lill-fidili biex ikunu jafu li hija ħaġa sewwa… illi għandna nagħtu lilna nfusna u nikkonsagraw ruħna bħala ilsiera lil Mulej u Feddej tagħna. (Cath. Conc. Trent. 2,19)

130. Issa, ladarba l-Konċilju, is-Santi Padri u l-istess esperjenza kollha juru li l-aħjar mezz li tirripara l-infedelta’ tal-insara, hu li tfakkarhom fl-obbligi tal-Magħmudija tagħhom li tmexxihom biex iġeddu l-wegħdiet li għamlu fil-Magħmudija, mhux raġjonevoli li nagħmlu dan issa b’mod perfett, billi nikkonsagraw lilna nfusna kollha kemm aħna lis-Sinjur tagħna permezz t’Ommu l-Imbierka? Jien ngħid b’mod l-iktar perfett għaliex biex nikkonsagraw lilna nfusna lil Ġesu’ Kristu, nużaw il-mezz l-aktar perfett, li bih nistgħu nagħmlu dan – il-Verġni l-aktar Imbierka.

3. Tweġib għal xi oġġezzjonijiet

131. Ma tistax tiġi oġġezzjonata li din id-devozzjoni, hi jew ġdida jew tista’ ma tagħżilhiex. Mhix xi ħaġa ġdida ladarba l-Konċilji, is-Santi Padri u bosta awturi sew antiki kemm moderni jitkellmu minn din il-konsagrazzjoni lis-Sinjur Tagħna fit-tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija, bħala ħaġa li kienet ipprattikata mill-Insara sa mill-ewwel żminijiet u li kienet imħeġġa fuq l-Insara kollha; mhix xi ħaġa li tista’ tagħżilha jew le, ladarba l-bidu ta’ kull diżordni li hemm fis-soċjeta’, u konsegwentement tad-dannazzjoni tal-Insara, tista’ ssibu fil-fatt li din il-prattika tiġi mwarrba u għall-attitudni ta’ indifferenza li għandhom lejha.

132. Xi ħadd jista’ joġġezzjona li din id-devozzjoni – li biha aħna nagħtu l-valur ta’ opri tajba kollha tagħna, it-talb, it-tgħakkis, il-karita’, lis-Sinjur Tagħna, mill-idejn tal-Verġni l-aktar Imbierka – tħallina bla saħħa, għall-aħħar, biex ngħinu l-erwieħ ta’ niesna, ta’ ħbiebna u tal-benefatturi tagħna. Jiena nwieġeb l-ewwel li ħadd ma jista’ jissopponi għal mument wieħed li niesna, ħbiebna u l-benefatturi tagħna se jsofru xi telf, bħala riżultat tad-devozzjoni u konsagrazzjoni tagħna nfusna mingħajr riserva, għas-servizz tas-Sinjur Tagħna u tal-Imqaddsa Ommu. Li tissopponi dan tkun qed tagħmel inġustizzja lit-tjubija u s-setgħa ta’ Ġesu’ u ta’ Marija li jafu tajjeb kif jgħinu lil qrabatna, ħbiebna u benefatturi tagħna, mill-ġid fqir spiritwali tagħna jew minn imkejjen oħra.

It-tieni, din id-devozzjoni ma ċċaħħadniex li nitolbu għall-oħrajn, sew ħajjin kif ukoll mejtin, basta l-applikazzjoni tal-opri tajba tagħna jkunu kollha mħollija dipendenti mir-rieda tal-Imqaddsa Verġni. Fil-verita’ jiġri l-kuntrarju: din id-devozzjoni iġġegħelna nitolbu b’fiduċja akbar għall-oħrajn. Immaġina l-każ ta’ wieħed sinjur li biex jonora l-prinċep kbir, jagħtih dak kollu li għandu. Wieħed bħal dan ma jfittixx b’fiduċja akbar, mingħand dan il-prinċep, xi karita’ għal xi ħabib tiegħu li ġie jitolbu xi ħaġa? Ikun ukoll ta’ pjaċir għall-prinċep li jkollu okkażżjoni juri l-gratitudni tiegħu lejn xi ħadd li neża’ kollox, biex ilibbes lilu, li sar tallab biex jonorah. L-istess għandna ngħidu mis-Sinjur Tagħna u mill-Verġni Mqaddsa; huma qatt ma jħallu min jgħaddihom fil-gratitudni.

133. Oġġezzjoni oħra possibli hi: jekk jien nagħti l-valur tal-opri tiegħi kollha lill-Verġni Mqaddsa biex hi tapplikhom lil min jidhrilha, forsi jiena jkolli nsofri għal żmien twil fil-purgatorju. Din l-oġġezzjoni li ġejja mill-imħabba tagħna nfusna u mill-injoranza fuq il-ġenerożita’ t’Alla, tal-Omm Imbierka, tinħall waħidha. Ikkunsidraw dil-kwalita’ ta’ ruħ li għandna f’moħħna kollha fervur u ġenerożita’ dejjem tqiegħed l-interessi t’Alla qabel tagħha; tagħti ‘l Alla dak kollu li għandha, mingħajr riservi, tant li ma baqgħalniex x’tagħti; tixxennaq biss għas-Saltna Ġesu’ Kristu permezz ta’ Ommu l-Imqaddsa, u tissagrifika ruħha kollha kemm hi biex iġġib ‘il quddiem din is-Saltna. Issa, għiduli – din ir-ruħ tkun ikkastigata fid-dinja l-oħra, sempliċiment għaliex kienet aktar ġeneruża u iktar ma tħobbx lilha nfisha mill-oħrajn? Veru, bil-maqlub! Għaliex kif se naraw aktar ‘il quddiem f’dan il-ktieb, hu sewwasew lejn din ir-ruħ li jkunu l-iktar ġenerużi s-Sinjur Tagħna Ġesu’ Kristu u Ommu l-Imqaddsa. U dan sew f’dil-ħajja, u sew fl-oħra fl-ordni tan-natura tal-grazzja u tal-glorja.

134. Issa se naraw, fil-qosor kemm jista’ jkun il-motivi li jirrikmandawlna din id-devozzjoni; l-effetti tal-għaġeb li ġġib fir-ruħ tal-fidili, u l-prattiki ewlenin tagħha.

KAPITLU V
Il-Mottivi li jħajruna nipprattikaw din id-devozzjoni

135. L-ewwel mottiv li jurina l-eċċellenza ta’ din il-konsagrazzjoni tagħna nfusna lil Ġesu’ Kristu mill-idejn ta’ Marija.

Huwa impossibli li timmaġina fl-art, xogħol aktar nobbli mis-servizz tagħna lil Alla. U għalhekk l-iċken qaddej, hu l-aktar għani, iktar setgħani u iktar nobbli mis-slaten u l-imperaturi kollha ta’ din id-dinja, sakemm dawn ma jkunux huma wkoll qaddejja fidili ta’ Alla. Kemm mela għandu jkun kbir l-għana, is-setgħa u d-dinjita’ tan-Nisrani fidil u perfett, li hu ddedikat għas-servizz t’Alla, kollu kemm hu, u bla riserva ta’ xejn sal-inqas ħaġa li hu u li għandu! Ta’ din ix-xorta hu l-ilsir fidil u maħbub ta’ Ġesu’ u ta’ Marija, li jagħti lilu nnifsu kollu hu għall-qadi ta’ dan is-Sultan tas-Slaten permezz tal-idejn ta’ Ommu l-Imqaddsa. U Ġesu’ ma jżomm assolutament xejn għalih. Hu ikbar mid-deheb kollu tal-art u mis-sbuħija kollha tas-sema, jista’ jħallas.

136. Kongregazzjonijiet oħra, assoċċjazzjonijiet u fratellanzi mwaqqfin f’ġieh is-Sinjur Tagħna u ta’ Ommu l-Imqaddsa, li jagħmlu tant ġid fid-dinja nisranija ma jitolbux li aħna nagħtu kulma għandna mingħajr riserva. Huma jippreskrivu biss, ċerti opri tajba u ċerti prattiki, li meta jagħmluhom il-membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom u huma jħallu l-membri għal kollox ħielsa, għal dawk li huma opri tajba oħra, u l-ħin l-ieħor tagħhom. Imma b’din id-devozzjoni, li qegħdin nirrikmandaw l-ilsir fidil jagħti kollox, mingħajr ma jżomm xejn lil Ġesu’ u lil Marija, il-ħsibijiet tiegħu kollha, kliemu u l-għemejjel u s-sofferenzi ta’ kull mument ta’ ħajtu; biex b’hekk sewwa jekk imqajjem jew rieqed, sewwa jekk jiekol jew jixrob, sewwa jekk qed jagħmel xi xogħol tal-akbar importanza, jew l-iktar xogħol umli, dejjem ikun veru li tgħid li dak li qed jagħmel, anke jekk immexxi biss l-intenzjoni ġenerali tiegħu, ikun ta’ Ġesu’’u ta’ Marija bis-saħħa tal-offerta tiegħu, jekk ma jkunx rtira din l-offerta. X’konsolazzjonijiet tkun din!

137. U dak li hu aktar, m’hemmx prattika oħra, li biha aħna nneħħu minnha hekk malajr dak is-sens ta’ pussess li jidħol fin fin anke fl-aħjar opri tagħna. It-twajjeb Ġesu’ tagħna jagħtina l-grazzja li neħilsu minn dan bħala premju għall-att erojku u disinterresat, li għamilna meta tajnieh, permezz tal-Madonna l-valur kollu tal-opra tajba tagħna. Hu jħallas għal mitt darba, anke f’din il-ħajja, lil dawk, li għall-imħabba Tiegħu, ħallew il-ġid materjali, temporali u li jispiċċa. Mela x’mitt darba aktar abbundanti ma jagħtix lil dawk li għalih jissagrifikaw l-opri interjuri u spiritwali tagħhom!

138. Ġesu’, il-Ħabib tagħna li jista’ kollox, ta lilu nnifsu għalina mingħajr ma żamm xejn – ġismu u ruħu, virtujiet, grazzji u merti: “Se toto totum me comparavit, jgħid San bernard – Hu rebaħni kollni kemm jien, billi ta lilu nnifsu kollu kemm hu lili.”

Ma jixraqx sewwa b’ġustizzja kif ukoll bi gratitudni, li aħna nagħtuh dak kollu li nistgħu nagħtu? Hu tana min qabel il-ġenerosita’ tiegħu, ejjew inkunu ġenerużi aħna wkoll. Jekk inkunu ġenerużi, it-tweġiba tiegħu tkun iktar ta’ ġenerożita’ kbira lejna matul ħajjitna, fil-pont tal-mewt, u fl-eternita’ kollha: Mal-ġenerużi jkun ġeneruż.

2. Din id-devozzjoni ġġegħilna nimitaw l-eżempju mogħti lilna minn Ġesu’ Kristu u minn Alla stess u nippratikaw l-umilta’

139. It-tieni mottiv, li jurina kemm hija ħaġa ġusta u ta’ vantaġġ għall-Insara, li aħna nikkonsagraw lilna nfusna kollna kemm aħna lill-Verġni Mqaddsa biex inkunu b’mod perfett ta’ Ġesu’ Kristu. Dan l-Imgħallem twajjeb ma stmerrx li jingħalaq bħala priġunier u lsir ta’ mħabba, fil-ġuf tal-Verġni Mbierka u li kien suġġett u ubbidjenti lejha għal tletin sena. Ħalluni nirrepeti, li hawnhekk il-moħħ tal-bniedem jintilef fl-iskantament tiegħu, meta jikkontempla bis-serjeta’ din l-imġiba tal-Verb Inkarnat: li ma riedx – għalkemm seta’ jagħmel dan – li jagħti lilu nnifsu direttament lill-bnedmin, imma ried li dan ir-Rigal hekk kbir, jiġi mogħti lilna permezz tal-Verġni Mbierka. Lanqas ma ried li jiġi fid-dinja bħala raġel magħmul, magħżul mill-oħrajn; imma Hu ried li jiġi bħala tarbija fqira u ċkejkna, li tiddependi fuq l-għajnuna u l-kura tal-Omm Qaddisa Tiegħu. Dan l-Għerf Infinit, mimli bix-xewqa li jigglorifika ‘l Alla, Missieru, u biex isalva l-umanita’, ma sabx mezz ieħor perfett, jew dirett li jagħmel dan, milli jissottometti ruħu f’kollox għall-Verġni Mbierka – mhux biss, bħal tfal oħra, sal-ewwel tmienja, għaxra jew ħmistax-il sena ta’ ħajtu, imma għal tletin sena. Matul dawk is-snin twal, Ġesu’ ta’ aktar glorja lil Alla l-Missier bis-sottomissjoni u d-dipendenza tiegħu għall-Verġni Mbierka, milli kien jagħtih kieku għadda dawk is-snin jagħmel il-mirakli jew jippriedka mad-dinja kollha u jikkonverti ‘l kulħadd. Kemm immela aħna nigglorifikaw ‘l Alla meta fuq l-eżempju ta’ Ġesu’ aħna nissottomettu ruħna lejn Marija!

B’eżempju hekk ċar, u magħruf mad-dinja kollha quddiem għajnejna aħna ħa nżommu xi tama fiergħa, li se nsibu xi mezz aktar perfett u dirett li nigglorifikaw ‘l Alla, minn dak tas-sottomissjoni lejn Marija – l-istess mezz magħżul minn Kristu stess?

140. Bi prova tad-dipendenza li jkollna minn Marija, ħalli nfakkru hawnhekk, dak li għedna qabel dwar l-eżempju ta’ din id-dipendenza li tana l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Il-Missier, ma tax, u ma jagħtix lil Ibnu ħlief permezz tagħha, u permezz tagħha biss jikkomunika l-grazzji tiegħu. Alla l-Iben sar Bniedem għall-bnedmin kollha, imma biss permezz tagħha Hu jitnissel u jitwieled biss permezz tagħha, bl-għaqda mal-Ispirtu s-Santu. U jikkomunika l-merti u l-virtujiet tiegħu biss permezz tagħha. Hu biss permezz tagħha li l-Ispirtu s-Santu ħadem biex jitnissel Ġesu’ Kristu; Hu biss permezz tagħha li hu jifforma l-Membri tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu u mhux barra minnha li Hu jqassam id-doni u l-favuri tiegħu. Wara dawn l-eżempji kbar tal-imġiba tat-Trinita’ Mqaddsa nistgħu aħna mingħajr ma nkunu għomja għal kollox inħallu ‘l Marija barra minn ħajjitna, nirrifjutaw li nikkonsagraw ruħna lilha u li niddependu minnha bħala triq li twassalna għand Alla, u li nissagrifikaw ruħna għall-ġieh u l-glorja t’Alla?

141. Hawn xi passaġġi li jien għażilt biex nikkonferma dak li għadni kif għidt:

“Marija għandha żewġ ulied, il-bniedem Alla u l-bniedem: F’tal-ewwel hija Omm Korporali, fit-tieni hija Omm Spiritwali.

Din hi rieda ta’ Alla, li jrid li jkollna kollox permezz ta’ Marija. Mela, jekk għandna xi tama, xi grazzja jew xi don ta’ fedja, jeħtieġ li nkunu nafu li dan kollu ġej permezz tagħha. Id-doni kollha, il-virtujiet u l-grazzji tal-Ispirtu s-Santu huma mqassma minn idejn Marija, lil min trid, kif trid u kemm trid. Għax ma kienx jistħoqqilkom li tirċievu l-grazzja; għalhekk ġew mogħtija lil Marija biex tkunu tistgħu tirċevuhom permezz tagħha.”

142. Billi ra li aħna m’aħniex denji li nirċievu l-grazzji direttament minn Idejh, jikteb San Bernard, Alla jagħtihom li Marija, biex permezz tagħha aħna nirċievu dak kollu li jrid jagħtina; filwaqt li Hu jsib il-glorja tiegħu meta jirċievi minn idejn Marija l-gratitudni, l-adorazzjoni u l-imħabba tagħna li jistħoqqulu għall-grazzji tiegħu. Għalhekk jixraq ħafna, jgħid l-istess San Bernard, li aħna nimitaw din l-imġieba t’Alla biex hekk il-grazzja terġa’ tmur għand l-Awtur tagħha permezz tal-istess kanal immakulat, li ġiebha lilna: Ut eodem alveo ad largitorem gratia redeat quo fluxit.

Dan preċiżament dak li nagħmlu, b’din id-devozzjoni; aħna noffru li nikkonsagraw dak kollu li aħna u li għandna lill-Verġni Mbierka, biex hekk permezz tal-medjazzjoni tagħha, is-Sinjur Tagħna jkun jista’ jirċievi l-glorja u l-gratitudni li għandna nagħtuh. Aħna nistqarru li aħna denji u m’aħniex kapaċi nersqu waħidna lejn il-Majesta’ Infinita; u għalhekk aħna nfittxu l-interċessjoni t’Ommu l-Imqaddsa.

143. Aktar, din id-devozzjoni tinħtieġ l-eżerċizzju ta’ umilta’ kbira – dik il-virtu’ li Alla jħobb fuq il-virtujiet l-oħra kollha. Meta ruħ titkabbar tagħmel diżunur ‘l Alla. Meta ruħ tumilja ruħha, tgħolli ‘l Alla. Alla jirreżisti lis-suppervja u jagħti l-grazzja tiegħu lill-umli. Jekk tumilja ruħek sinċerament, konvint li int indenn li tidher quddiemu u tersaq Lejh, Hu stess jitbaxxa biex jiġi għandek ħalli jieħu gost bik, u jgħollik, minkejja li inti tħoss li ma jistħoqqlokx. Bil-maqlub, meta inti tersaq lejn Alla bla ħsieb, mingħajr medjatur, Alla jaħbi lilu nnifsu minnek u ma jinstab imkien. Kemm iħobbha Alla l-umilta’ tal-qalb! Il-prattika tad-devozzjoni li qed nirrikmandaw twassal għal din l-umilta’. Tgħallimna biex qatt ma nersqu lejn is-Sinjur Tagħna waħedna, kien kemm kien ħelu u ħanin, imma dejjem infittxu l-interċessjoni tal-Verġni Mbierka, meta nixtiequ nidhru quddiemu, biex inkellmuh jew nersqu lejh, biex noffrulu r-rigal tagħna jew biex ningħaqdu u nikkonsagraw ruħna lilu.

3. Din i-devozzjoni taqlgħalna l-għajuna ta’ Marija
1. Marija tagħti lilha nnifisha lill-ilsir tagħha ta’ mħabba

144. Hawn niġu għat-tielet mottiv. Il-Verġni Mqaddsa – li hi Omm il-ħlewwa u l-ħniena, u li ħadd ma jgħaddiha fil-ġenerożita’ u fl-imħabba meta tara li aħna qed nagħtu lilna nfusna, kollna kemm aħna lilha biex nagħtuha ġieh u naqduha, billi niċċaħħdu minn dak kollu li hu għażiż għalina, biex inżejnu lilha. Bi tpattija, hi wkoll tagħti lilha nfisha lilna, kollha kemm hi u b’mod l-aktar ħelu. Hi ddaħħalna fl-abbiss tal-grazzji tagħha, iżżejjinna bil-merti tagħha, twiżinna bis-setgħa tagħha, iddawwalna bid-dija tagħha, u tgħannaqna bl-imħabba tagħha, tikkommunikalna l-virtujiet tagħha: l-umilta’ tagħha, il-fidi tagħha, il-purita’ tagħha… Hi tidħol bħala pleġġ għalina u tissuplixxi għan-nuqqasijiet tagħna. Hi l-għażiża f’kollox għalina flimkien ma’ Ġesu’. Billi aħna kollna kemm aħna kkonsagrati lil Marija, Marija hi wkoll kollha kemm hi tagħna; għad li kull wieħed minna jista’ jgħid għalih innifsu dak li San Ġwann l-Evanġelista jgħid għalih, li hu ħa ‘l Verġni Mqaddsa għalih innifsu: Accepit eam discipulus in sua (Ġw 19,27)

145. Jekk nibqgħu fidili, dan inissel f’ruħna sfiduċja kbira u mibgħeda lejna nfusna, flimkien ma’ fiduċja sħiħa fil-Verġni Mqaddsa, l-Omm twajba tagħna. Inissel ukoll sottomissjoni perfetta lejha. Ma nibqgħux nafdaw aktar fid-diżpożizzjonijiet, l-intenzjonijiet, il-merti u fl-opri tajba tagħna. Għamilna offerta sħiħa lil Ġesu’ Kristu mill-idejn ta’ din l-Omm twajba, u għalhekk għandna teżor wieħed fejn jinsabu l-oġri kollha tagħna, u issa m’għandhomx iżjed tagħna. Dan it-teżor hi Marija.

Dan li jġegħilna nersqu lejn is-Sinjur Tagħna mingħajr biża’ servili jew ansejta’, u nitolbuh b’fiduċja kbira. Dan hu li jġegħilna nħossu s-sentimenti tal-Abbe Rupert, Saċerdot devot u għaref, li b’referenza għar-rebħa li Ġakobb kellu fuq anġlu, indirizza lill-Madonna b’dal-kliem ħelu: “O Marija, prinċepessa tiegħi u Omm Immakulata ta’ Alla- Bniedem, Ġesu’ Kristu, jien nixtieq nissielet billi nissieħeb ma’ dak il-Bniedem – mal-Kelma Divina – mhux armat bil-merti tiegħi imma armat b’tiegħek…”

Kemm inkunu setgħana u b’saħħitna ma’Ġesu’ Kristu meta nkunu armati bil-merti u l-interċessjoni ta’ din l-Omm denja ta’ Alla, illi kif igħid Santu Wistin rebħet bil-ħlewwa lil Dak li jista’ Kollox!

2. Marija ssaffi l-opri tajba tagħna, issebbaħhom u tagħmilhom aċċettabbli għal Binha

146. Ladarba b’din il-prattika tad-devozzjoni perfetta, aħna nagħtu lis-Sinjur Tagħna l-opri tajba kollha tagħna mill-idejn ta’ Ommu l-Imqaddsa, din l-Omm twajba ssaffihom, issebbaħhom u tagħmilhom aċċettabbli għal Binha Divin.

1. Hi ssaffihom minn kull tebgħa ta’ mħabba tagħna nfusna, u mill-ġibda, li ma nindunawx biha, lejn il-ħlejqa li tidħol fl-aħjar opri tagħna. Meta l-opri tajba tagħna jkunu mogħtija fl-idejn ħabrieka u kollha safa ta’ Marija, dawn l-istess idejn li qatt ma kienu mittiefsa jew għażżiena, u jippurifikaw kulma jmissu, inaddfu r-rigal li nagħtuha, minn kull ħaġa li tista’ ttebbgħu u tagħmlu mperfett.

147. 2. Hi ssebbaħ l-opri tajba tagħha, billi żżejjinhom bil-merti u l-virtujiet tagħha. Qisu, bħallikieku bidwi li jixtieq ikun ħabib u jkollu l-ħbiberija tas-Sultan, imur ħdejn is-Sultana u jagħtiha tuffieħa li hi l-qliegħ tiegħu kollu bħala rigal, biex hi tippreżentaha lis-Sultan. Wara li taċċetta dar-rigal żgħir, is-Sultana tpoġġih ġo gabare’ kbir tad-deheb, u hekk tippreżentah lis-Sultan f’isem il-bidwi. Hekk it-tuffieħa, għalkemm fiha nfisha mhix rigal addattat biex jiġi preżentat lis-Sultan, issa ssir rigal xieraq għall-Maesta’ tiegħu, kemm minħabba l-gabare’ tad-deheb li fih tkun qiegħda, kif ukoll minħabba s-sbuħija tal-persuna li qed tippreżentah.

148. 3.Hi tippreżenta dawn l-opri tajba lil Ġesu’ Kristu. Hi tgħaddi kollox fedelment lil Binha Divin u ma żżomm xejn għaliha mill-opri tajba kollha offerti lilha. Meta nagħtu lilha, aħna bilfors nagħtu lil Ġesu’ Kristu, meta nfaħħruha u nigglorifikawha hi mill-ewwel tfaħħar u tigglorifika ‘l Ġesu’. Hi l-istess issa bħal meta faħħrtiha Santa Eliżabetta. Meta aħna nlissnulha l-kliem ta’ tifħir u benedizzjoni tagħna, hi mill-ewwel tgħolli l-leħen tagħha u tgħid: Magnificat anima mea Dominum (Lq 1,46)

149. 4. Hi tipperswadi lil Ġesu’ biex jilqa’ l-għemil tajjeb tagħna, kien kemm kien ċkejken u insinifikanti r-rigal tagħna meta nqabbluh mal-Maesta’ tal-Qaddis tal-Qaddisin u tas-Sultan tas-Slaten. Meta minn jeddna u billi nafdaw fuq il-bżulija u d-dispożizzjoni tajba tagħna, aħna noffru xi rigal lil Ġesu’ hu jiflih u spiss jirreġettah minħabba xi tebgħa li jkun ħa mill-imħabba tagħna nfusna, bħalma fl-antik Alla ma kienx jilqa’ s-sagrifiċċju tal-Poplu Magħżul, għaliex kienu mħassrin bihom nfushom. Imma meta aħna noffrulu xi ħaġa, mill-idejn puri u verġninali tal-Imqaddsa Ommu, aħna mmissuh fid-“debboli” tiegħu jekk nista’ nuża l-espressjoni popolari. Issa hu jkun fi ħsiebu iżjed f’Ommu l-maħbuba li tkun qed toffri r-rigal, milli fir-rigal stess. Hu hekk bl-id immakulata li qed toffri r-rigal, li ma joqgħodx jistaqsi minn fejn ġie r-rigal. Hekk, Marija li qatt ma hi miċħuda, imma dejjem milqugħa bil-ħlewwa u l-imħabba minn Binha, tagħmel dak kollu li toffri, kbir jew żgħir, mogħġub u aċċettabbli għall-Maesta’ Tiegħu. Il-fatt li tkun qed toffrih Marija hu biżżejjed biex iġġiegħel lil Ġesu’ jaċċettah u jieħu gost bih. Din hi l-massima ewlenija li San Bernard ta lil dawk li kien qiegħed imexxi fit-triq tal-perfezzjoni. “Meta jkollkom xi rigal li tixtiequ toffru ‘l Alla oqgħodu attenti li toffruh mill-idejn wisq mogħġuba u denji ta’ Marija – jekk naturalment ma tridux li tkunu rrifjutati.”

150. Forsi mhix din sewwa sew l-imġiba li n-natura tispira fl-umli meta jkollhom x’jaqsmu mal-kbarat ta’ din id-dinja, bħalma diġa’ rajna? Għaliex il-grazzja m’għandhiex iġġegħilna nagħmlu l-istess ħaġa m’Alla li hu infinitament ogħla minna u li quddiemu aħna anqas minn traba? Iktar, aħna għandna f’Marija Avukata, hekk qawwija li qatt ma tiġi rrifjutata, hekk għaqlija li taf il-mogħdijiet sigrieti kollha, biex tirbaħ il-favuri t’Alla, hekk ħanina u ta’ karita’ li ma tirrifjuta ‘l ħadd, kien ċkejken u midneb kemm kien. Iktar ‘il quddiem jiena nsemmi s-simbolu ċar ta’ dak li għedt fl-istorja ta’ Rebekka.

4. Din id-Devozzjoni tagħti l-Akbar Glorja ‘l Alla

151. Ir-raba’ mottiv hu li din id-devozzjoni pprattikata fedelment hi mezz eċċellenti li tiggarantixxi li l-valur tal-opri tajba kollha tagħna jkun użat għall-akbar glorja t’Alla. Għalkemm aħna obbligati nagħmlu hekk, kważi ħadd ma jagħmel l-azzjonijiet tajba b’din l-intenzjoni nobbli, jew għax ma jafux fejn hi l-akbar glorja t’Alla, inkella għaliex huma indifferenti fuq dil-ħaġa. Imma l-Verġni Mbierka, li lilha tajna l-valur kollu, u l-merti tal-opri tajba tagħna, taf perfettament fejn tista’ tinsab l-akbar glorja t’Alla u f’kollox taħdem biss biex iġġib l-akbar glorja. Meta qaddej perfett ta’ din is-Sinjura twajba, li jkun ikkonsagra lilu nnifsu lilha, jista’ bil-kuraġġ igħid, li l-valur ta’ ħsibijietu, kliemu u l-azzjonijiet tiegħu qed jiġi wżat għall-akbar glorja t’Alla, għall-inqas, sakemm ma jirrevokax espressament din l-offerta li għamel. Jista’ jkun hemm xi ħaġa ta’ konsolazzjoni akbar għar-ruħ, li tħobb ‘l Alla b’imħabba pura u mneżżgħa minn kull ġibda lejha nfisha, u li iktar tfittex il-glorja u l-interessi t’Alla milli tfittex il-glorja u l-interessi tagħha?

5. Din id-Devozzjoni tmexxina malajr għall-Għaqda m’Alla

152. Il-ħames mottiv hu li din id-devozzjoni hija t-triq ħafifa, qasira, perfetta u żgura li twassal għall-għaqda m’Alla li hi l-Perfezzjoni Nisranija.

1. Din id-Devozzjoni hija t-triq il-ħafifa

1. Hi triq ħafifa. Hi t-triq li fassal Ġesu’ biex ġie għandna, u li fiha m’hemm ebda ostaklu li jfixkilna biex naslu Għandu. L-għaqda m’Alla, tista’, naturalment tintlaħaq minn toroq oħra; imma din tkun biss b’ħafna slaleb, xi mwiet strambi, u b’diffikultajiet wisq ikbar li aħna nirbħu biss bi tbatija kbira. Ikollna ngħaddu minn iljieli mudlama tar-ruħ, minn taqbid tal-biża’ u minn agunija terribli, ikollna nixxabbtu ma’ muntanji skabrużi, nimxu minn ġo għollieq li jqatta’, u minn deżerti nifxin li jbeżżgħu. Waqt li, bit-triq ta’ Marija, aħna nimxu ‘l quddiem aktar bil-ħlewwa u bil-paċi. Ibqgħu ċerti, li hemm kumbattimenti ħorox u diffikultajiet kbar jistennewna f’din it-triq. Imma din is-Sinjura u Omm twajba toqgħod hekk fil-qrib u preżenti mal-qaddejja fidili tagħha, biex iddawwalhom fid-dlam u d-dubji tagħhom, biex issaħħaħhom fil-mumenti tal-biża’ u biex twiżinhom fil-kumbattimenti u d-diffikultajiet tagħhom, illi tassew din it-triq verġinali li twassal għand Ġesu’ Kristu, hi meta nipparagunawha ma’ oħrajn, it-triq tal-ward u l-għasel. Hemm xi qaddisin, imma mhux ħafna – Sant Efrem, San Ġwann Damaxxenu, San Bernard, San Bernardinu, San Bonaventura, San Franġisk de Sales u oħrajn – li waslu għand Ġesu’ Kristu permezz ta’ din it-triq ħelwa għaliex l-Ispirtu s-Santu, l-Għarus fidil ta’ Marija, irrivelahielhom bi grazzja singulari. Il-biċċa l-kbira tal-qaddisin, madankollu, ma daħlux f’din it-triq, jew daħlu għal ftit, għalkemm kull wieħed minnhom kellu devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka. Għalhekk, huma ġarrbu aktar provi u tentazzjonijiet ħorox u perikolużi.

153. Kif inhu dan – xi veri devoti tal-Madonna jistaqsuni – li l-qaddejja fidili ta’ din l-Omm Twajba, jiltaqgħu ma’ tant okkażjonijiet ta’ tbatija u fil-fatt isofru aktar minn dawk li huma anqas devoti lejha? Huma jkunu mgiddba, ippersegwetati, ikkalunjati, meqjusa bħala nies insuppurtabbli jew jimxu fid-dlamijiet tar-ruħ u f’deżerti fejn m’hemm l-ebda sinjal ta’ ħniena. Jekk din id-devozzjoni tħaffef it-triq li twassal għand Ġesu’ Kristu, għaliex dawk li jagħżluha huma l-aktar immaqdra?

154. Jien inwieġeb: “Ladarba l-qaddejja fidili ta’ Marija huma l-favoriti speċjali tagħha, hu tassew minnu li jirċievu minn għandha l-akbar numru ta’ grazzji u benefiċċji mis-sema – li huma s-slaleb. Imma jiena nsostni li l-qaddejja ta’ Marija, jerfgħu dawn is-slaleb b’ħeffa, mertu u glorja akbar minn tal-oħrajn. Dak li jġiegħel lill-ieħor jitfixkel elf darba, jew li jitfgħu mal-art, ma jfixkilx il-mixja tagħhom bl-ebda mod. Anzi bil-maqlub, hu jgħinnhom javanzaw, għaliex din l-Omm Twajba mimlija bil-grazzja u bid-dlik tal-Ispirtu s-Santu, tagħmel dawn is-slaleb kollha li tfassal għalihom ħelwin biz-zokkor tal-ħlewwa tagħha materna, u bil-balzmu tal-imħabba safja tagħha. Għalhekk huma jgħożżu dawn is-slaleb u jaċċettawhom bil-ferħ, bħal meta tarbija tibla’ l-pillola biz-zokkor u ma tirrealizzax li fiha nfisha kienet ħażina u morra. U jien konvint li bniedem li jrid ikun devot u li jrid jgħix ħajja qaddisa f’Ġesu’ Kristu, u għalhekk irid isofri persekuzzjoni u jrid iġorr salibu kuljum, qatt ma jġorr slaleb tqal, jew ma jġorrhomx bil-ferħ u bil-perseveranza sa l-aħħar, jekk ma jkollux devozzjoni delikata lejn il-Verġni Mbierka, li hi l-ħlewwa tas-salib, l-istess bħalma persuna ma tistax tieħu mingħajr dwejjaq u stmerrija l-pilloli li ma kinux miksija biz-zokkor biex ikollhom tomgħa tajba.

2. Din id-Devozzjoni hi t-triq il-qasira

155. 2. Din id-devozzjoni lejn il-Madonna hi triq qasira biex issib lil Ġesu’ Kristu, kemm għaliex fiha ma nintilfux, u għaliex, kif għadni kemm għedt, aħna nimxu fiha b’aktar ferħ u ħeffa, u għalhekk b’aktar prontezza. Nimxu aktar ‘il quddiem fi żmien qasir ta’ sottomissjoni u dipendenza minn Marija milli nagħmlu fi snin sħaħ ta’ smigħ ir-rieda tagħna, u fiduċja fuq l-forzi tagħna, għaliex il-bniedem ubbidjenti u sottomess lejn Marija għad ikanta vittorji li hu rebaħ fuq l-għedewwa tiegħu. Għedewwa bħal dawn għad iqumu, tassew, biex ifixkluwna fil-progress tagħna biex iġegħeluna nerġgħu lura jew iwaqqgħuna. Imma bl-għajnuna, it-tweżin u t-tmexxija ta’ Marija aħna ma naqgħux jew induru lura jew għallanqas nitħassbu, iżda b’passi ta’ ġgant, u malajr aħna mmorru ‘l quddiem għand Ġesu’ Kristu, bl-istess triq li minnha għadda Hu nnifsu, biex jiġi għandna.

156. Għaliex, taħsbu intom li Ġesu’ Kristu, li kellu żmien hekk qasir li jgħix fid-dinja, għażel li kważi l-ħajja kollha tiegħu fuq l-art igħaddiha fis-sottomissjoni u l-ubbidjenza lejn Ommu? Kien għaliex, billi kien magħmul perfett f’qasir żmien, Hu jimla żmien twil – itwal mis-snin ta’ Adam li kien ġie biex isewwi l-ħtija tiegħu, minkejja li Adam għex għal aktar minn disa’ mitt sena, Ġesu’ Kristu għex żmien twil għaliex kien hu dejjem kienet perfettament ubbidjenti lejn Ommu l-Imqaddsa u maqgħud perfettament magħha b’ubbidjenza lejn ir-rieda ta’ Alla l-Missier. Għaliex (1) dak li jagħti ġieh ‘l ommu, igħid l-Ispirtu s-Santu, hu bħal dak li jaħżen teżor kbir. Fi kliem ieħor, min jagħti ġieh lil Marija Ommu, billi jasal biex jissottometti ruħu għaliha u jobdiha f’kollox, malajr isir sinjur ħafna: għaliex hu jkun igeddes teżor ta’ kuljum skont is-sigriet mogħti lilna minn din il-filosofija. (2) Għax skont interpretazzjoni mistika ta’ dal-kliem tal-Ispirtu s-Santu “Ix-xjuħija tiegħi hija fil-ħniena tal-ġuf, huwa fil-ġuf ta’ Marija, dak il-ġuf hu li sawwar u għamel bniedem perfett, u kien kapaċi jżommu, dak li d-dinja kollha ma tifhmux u lanqas tesgħu – illi ż-żgħar fl-eta’ jsiru bħal dawk illi ż-żmien jimmatura fid-dawl, fil-qdusija u fl-għerf u jilħqu f’qasir żmien il-milja tal-eta’ ta’ Ġesu’ Kristu.”

3. Din id-devozzjoni hija t-triq perfetta

157. 3. Marija, hi l-aktar perfetta u l-aktar qaddisa fost il-ħlejjaq; u Ġesu’ Kristu li ġie fostna b’manjiera perfetta m’għażilx triq oħra ħlief dik ta’ Marija għall-miġja setgħana u tal-għaġeb Tiegħu. Mela din id-devozzjoni lejn il-Verġni Mqaddsa, hija triq perfetta biex naslu għand Ġesu’ Kristu u ningħaqdu Miegħu. L-Iktar Għoli, Dak li ħadd ma jista’ jifhmu, Dak li ħadd ma jista’ jersaq Lejh, Dak li Hu, ried li jiġi fostna, dud insinifikanti tal-art. Kif ġara dan? Permezz ta’ Marija. L-aktar Għoli, niżel perfettament u b’mod divin fostna, mingħajr ma naqqas id-Divinita’ Tiegħu u l-Qdusija Tiegħu. U hu permezz ta’ Marija li aħna ż-żgħar irridu niltilgħu perfettament u b’mod divin, u mingħajr biża’ għand l-Aktar Għoli:

Dak li ħadd ma jista’ jifhmu ppermetta lilu nnifsu li jkun mifhum u miżmum perfettament minn Marija, mingħajr ma tilef xejn mill-immensita’ Tiegħu; u hekk ukoll li permezz ta’ din il-Verġni umli li aħna għandna nħallu ruħna nkunu miżmuma u mmexxijin perfettament u mingħajr riserva. Dak li ħadd ma jista’ jersaq lejh, ġie ħdejna u għaqqad lilu nnifsu mill-qrib perfettament u anke personalment ma’ l-umanita’ tagħna, permezz ta’ Marija, mingħajr ma tilef xejn mill-Maesta’ Divina Tiegħu. Hu wkoll permezz ta’ Marija li aħna nistgħu nersqu lejn Alla u ngħaqqdu lilna nfusna mill-qrib u perfettament mal-Maesta’ Divina Tiegħu, mingħajr biża’ li niġu mkeċċija. Fl-aħħarnett, Dak li Hu, ried jiġi għand dak li mhux, u jġiegħel dak li mhux, isir Alla,jew Dak li Hu; u Hu għamel dan perfettament billi ta lilu nnifsu u ssottometta ruħu għal kollox għall-Verġni umli Marija, mingħajr ma jieqaf li jibqa’ fil-kwadru taż-żmien, Dak li Hu mill-eternita’. Hekk ukoll għalkemm m’aħna xejn, permezz ta’ Marija nistgħu nsiru bħal Alla, bil-grazzja u l-glorja, billi nagħtu lilna nfusna lilha hekk perfettament u għal kollox, li nsiru xejn għalina nfusna, imma kollox fiha, mingħajr ebda biża’, li mixjin ħażin.

158. Ħalli xi ħadd joffrili triq oħra għal għand Ġesu’ Kristu. Ħalli dik it-triq tkun miksija bil-merti kollha tal-qaddisin u mżejna bil-virtujiet erojċi tagħhom, u tiddi u sabiħa bid-dija u s-sbuħija tal-Anġli, u ħalli l-Anġli u l-Qaddisin kollha jimxi fiha biex imexxu, jiddefendu u jwieżnu lil dawk kollha li jagħżlu din it-triq. Fil-verita’, jien għandi l-kuraġġ ngħid li jien aktar nagħżel it-triq Immakulata ta’ Marija milli din it-triq li hi hekk perfetta.

Posui Immaculatam viam meam: triq safja u bla tebgħa, mingħajr dnub tan-nisel jew attwali, mingħajr l-ebda dell jew dlam, u meta fil-milja taż-żmien is-Sinjur Tagħna, fil-glorja tiegħu jerġa’ jiġi t-tieni darba fid-dinja biex iħabbar is-saltna tiegħu, Hu ma jagħżilx triq oħra ħlief dik ta’ Marija tas-sema, li permezz tagħha wettaq l-ewwel miġja tiegħu, b’mod l-aktar żgur u perfett. Id-differenza bejn l-ewwel u t-tieni miġja ta’ Kristu hi li l-ewwel waħda kienet sigrieta u moħbija waqt li t-tieni waħda tkun glorjuża u trijonfanti; imma t-tieni waħda tkun perfetta daqs l-ewwel għaliex tiġi mwettqa permezz ta’ Marija. Hawnhekk hawn misteru li ħadd ma jifhem: Hic taceat omis lingua.

4. Din id-devozzjoni hija t-triq żgura

159. 4. Din id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi triq żgura biex naslu għand Ġesu’ Kristu u li nsiru perfetti billi ningħaqdu Miegħu:

1. Dan hu hekk, l-ewwelnett, għaliex din il-prattika li qed nirrikmanda mhi bl-ebda mod ġdida. Hi tassew hekk qadima li skont Father Boudon, li kiteb ktieb fuq din id-devozzjoni, mhux possibli li tagħti data eżatta ta’ meta bdiet. Imma żgur li aħna nsibu sinjali ta’ din id-devozzjoni fil-Knisja, ‘il fuq minn l-aħħar seba’ mitt sena. Saint Odilon, Abbati ta’ Cluny (fl-1040) kien wieħed minn tal-ewwel li pprattika din id-devozzjoni pubblikament fi Franza, kif inhu nnutat fl-istorja ta’ ħajtu.

Il-Kardinal Peter Damien jirrakkonta li fl-1036, ħuh, il-Beatu Marino għamel lilu nnifsu l-ilsir ta’ Marija quddiem id-direttur tiegħu. Hu għamel dan b’mod l-aktar edifikanti, billi poġġa ħabel madwar għonqu, għamel id-dixxiplina u poġġa somma flus fuq l-altar bħala sinjal tad-devozzjoni u l-konsagrazzjoni tiegħu lil din il-Verġni Mbierka. Hu kompla din id-devozzjoni hekk fedelment matul ħajtu, illi waqt mewtu, hu mmerita li jkollu żjara u jkun mfarraġ mis-Sinjura twajba Tiegħu li jisma’ minn xofftejha l-wegħda tal-Ġenna, bħala premju tal-qadi tiegħu.

Caesarius Bollandus isemmi Kavallier famuż Vautier de Birbak, li madwar is-sena 1500, għamel din il-konsagrazzjoni tiegħu nnifsu lill-Verġni Mbierka. Din id-devozzjoni kienet ipprattikata minn ħafna nies privatament sas-sbatax-il Seklu, meta saret pubblika.

160. Patri Simon de Roias tal-Ordni tat-Trinita’, anke magħruf bħala tal-Ordni tal-Ħelsien tal-ilsiera, li kien il-predikatur tal-qorti ta’ Filippu Tlieta, xerred ħafna din id-devozzjoni fi Spanja u l-Ġermanja u fuq talba ta’ Filippu Tlieta, qala’ ħafna ndulġenzi mingħand il-Papa Gregorju XV għal dawk kollha li jagħmluha.

Patri de Los-Rois tal-Ordni ta’ Santu Wistin, ingħaqad mal-ħabib intimu tiegħu, Patri de Roias biex ixxerred din id-devozzjoni bil-kitba u l-predikazzjoni tiegħu fi Spanja u l-Ġermanja. Hu kiteb biċċa xogħol kbira msejħa Hierarchia Mariana, li fiha hu jittratta bi qdusija kbira u b’għerf kbir il-qedem, l-eċċellenza u sodezza ta’ din id-devozzjoni ta’ Marija. Fis-Sbattax-il Seklu, il-Patrijiet waqfu din id-devozzjoni fl-Italja, fi Sqallija u fis-Savoja.

161. Filwaqt li Patri Stanislaus Phalicius, tas-Soċjeta’ ta’ Ġesu’, daħħalha sewwa fil-Polonja. Patri de Los Rios, fix-xogħol li għalih irreferejna iktar ‘il fuq, jagħti lista’ ta’ prinċpijiet, prinċipessi, duki u kardinali minn saltniet differenti li ħaddnu din il-prattika tal-vera devozzjoni. Patri Cornelius a Lapide, raġel imsemmi għall-virtu’ daqskemm hu msemmi għall-istudju profond tiegħu, kellu kummissjoni minn ħafna isqfijiet u teoloġi biex jgħarbel din id-devozzjoni. Wara li kkonsidra bir-reqqa l-materja kollha, hu faħħarha bi kliem ispirat mill-qdusija tiegħu. Ħafna oħra, kbarat tat-teoloġija mxew fuq l-eżempju tiegħu, billi faħħruha. Il-Patrijiet Ġiżwiti, dejjem żelanti fis-servizzi tal-Verġni Mbierka, ippreżentaw lid-Duka Ferdinandu tal-Bavarja, f’isem is-Sodalisti ta’ Cologne, trattat żgħir fuq din id-devozzjoni. Id-Duka – li kien l-Arċisqof ta’ Colonge – approvaha u ħallieha tiġi stampata, u eżorta lill-qassisin u lir-reliġjużi tal-Arċidjoċesi tiegħu biex jagħmlu kull mezz ħalli jxerrdu din id-devozzjoni qaddisa.

162. Il-Kardinal de Berulle, li l-memorja tiegħu għadha tinħass bħal barka fuq Franza kollha, kien wieħed mill-aktar żelanti, biex ikabbarha mal-art kollha, minkejja l-kalunji u l-persekuzzjonijiet tal-kritiċi u tal-libertini. Huma akkużawh bis-superstizzjoni u t-tibdil; huma kitbu u ppublikaw ktieb biex imaqdruh u użaw – jew aħjar ix-xitan permezz tagħhom uża – elf nassa biex ifixkel it-tixrid ta’ din id-devozzjoni fi Franza. Imma dan il-bniedem, kbir u qaddis laqa’ l-kalunji tagħhom bis-sabar u għall-oġġezzjonijiet kollha li ġabu fil-ktieb tagħhom hu wieġeb b’biċċa xogħol żgħira li biha hu rebaħ l-oġġezzjonijiet tagħhom kollha billi wera li din id-devozzjoni hi mwaqqfa fuq l-eżempju ta’ Ġesu’ Kristu, fuq l-obbligazzjonijiet li għandna lejh, u fuq il-wegħdiet li aħna għamilna fil-magħmudija mqaddsa. Kien speċjalment b’dan l-argument tal-aħħar li hu sikket il-kritiċi tiegħu billi wriehom illi din il-konsagrazzjoni lil Marija u lil Ġesu’ Kristu mhix ħlief tiġdid perfett tal-Magħmudija. Fil-kitba tiegħu, hu jgħid ħafna affarijiet sbieħ fuq din id-devozzjoni.

163. Fil-ktieb ta’ Father Boudon jinsabu l-ismijiet ta’ Papiet differenti li approvaw din id-devozzjoni u tat-teoloġi li studjawha; hemm ukoll rakkont tal-persekuzzjonijiet li ġabbret u rebħet, u tal-eluf li ħaddnuha – imma l-ebda kelma ta’ kundanna minn xi wieħed mill-Papiet, għaliex tassew kundanna bħal din ma setgħetx tingħata mingħajr ma kienet tfarrak l-istess pedamenti tal-Kristjaneżmu. Hi mela ħaġa ċerta li din id-devozzjoni mhix ġdida; u jekk mhix popolari, dan l-għaliex din hi wisq prezzjuża biex tkun maħbuba u mħaddna minn kulħadd addoċċ.

164. 2. Fit-tieni lok, din id-devozzjoni hi triq żgura biex nersqu fejn is-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu l-għaliex hi karrateristika tal-Madonna li tmexxina fis-sikurezza lejn Ġesu’ Kristu bħalma hi prijorita’ ta’ Ġesu’ Kristu li jwassalna qawwijin u sħaħ għand il-Missier Etern. Erwieħ spiritwali m’għandhomx jiġu mqarrqin billi jaħsbu li Marija tkun ta’ tfixkil tagħhom għall-għaqda m’Alla. Għaliex kif jista’ wieħed jissopponi li dik li għall-umanita’ b’mod ġenerali u għal kull ruħ b’mod individwali sabet grazzja quddiem Alla, tista’ tkun ta’ tfixkil għar-ruħ li tkun qed tfittex il-grazzja kbira tal-għaqda ma’ Ġesu’ Kristu? Kif jista’ jkun li dik li fiha l-grazzja kbira hija soprabbundanti u li hi hekk maqgħuda m’Alla u ttransfurmata fih u li hu tħajjar li jieħu l-ġisem fiha, tfixkel lil ruħ milli tilħaq għaqda perfetta m’Alla? Ir-relazzjonijiet tagħna ta’ nies oħra jistgħu verament ikunu ta’ tfixkil għall-għaqda tagħna m’Alla, kienu qaddisa kemm kienu dawn in-nies. Imma fir-relazzjonijiet tagħna ma’ Marija dan mhux hekk bħalma diġa għedt u nibqa’ nirrepeti mingħajr ma’ nixba’. Waħda mir-raġunijiet għaliex hekk ftit jaslu għall-milja tal-eta’ ta’ Ġesu’ Kristu, hi għaliex Marija li dejjem tibqa’ bħalma dejjem kienet, l-Omm tal-Iben l-Għarusa fertili tal-Ispirtu s-Santu, għadha mhix magħrufa biżżejjed fil-qlub tal-bnedmin. Għalxejn wieħed jistenna frott misjur u bnin jekk ma jkollux is-siġra li tagħmlu. U l-istess kull min jixtieq li jkollu l-frott tal-ħajja, Ġesu’ Kristu, jeħtieġ ikollu s-siġra tal-ħajja li hi Marija; u kull min jixtieq li jkollu ġo fih il-preżenza li taħdem tal-Ispirtu s-Santu, jeħtieġ ikollu l-għarusa fidila u li qatt ma tinfired minnu, Marija tas-sema, li permezz tagħha Hu jaħdem fina.

165. Ħalli mela naċċertaw ruħna minn dan: aktar ma nħarsu lejn Marija – jekk mhux b’direzzjoni speċifika tal-ħsibijiet tagħna, għallinqas b’intenzjoni u attitudni ġenerali – fit-talb, fil-meditazzjoni, fl-azzjonijiet u t-tbatijiet tagħna, aktar insibu ‘ l Ġesu’ Kristu perfettament, li hu dejjem ma’ Marija, kbir, setgħani, li jaħdem u li ħadd ma jista’ jifhem. Hekk Marija hi totalment maqgħuda m’Alla bħallkieku mitlufa f’Alla; u għalhekk mhux talli mhix ta tfixkil għal dawk li jfittxu l-perfezzjoni fl-għaqda m’Alla, imma qatt ma kien hemm, u lanqas qatt ikun hemm kreatura oħra li tgħinna hekk tajjeb, biex nilħqu dan l-għan kbir. Hi tagħmel dan permezz tal-grazzji li tagħtina għal dan il-għan – għaliex igħid wieħed qaddis, għax ħadd mhu mimli bil-ħsieb t’Alla ħlief permezz ta’ Marija – Nemo cogitatione Dei repletur nisi per te. U anke bil-kura hi dejjem tieħu biex tħarisna mill-falsita’ u l-qerq tax-xitan.

166. Fejn hemm Marija, l-ispirtu ta’ ħażen ma jistax joqgħod; u wieħed mis-sinjali li ma jiżbaljawx illi bniedem ikun qed jiġi mmexxi minn spirtu tajjeb, hu d-devozzjoni kbira tiegħu lejn din l-Omm Twajba, billi jaħseb spiss fiha u spiss jitkellem fuqha. Qaddis qal dan – li bħalma n-nifs hu sinjal ċar li l-ġisem mhux mejjet, hekk ukoll hu l-ħsieb spiss u l-invokazzjoni ta’ mħabba lejn Marija, sinjal ċar li r-ruħ mhix ‘il bogħod minn Alla bid-dnub.

167. Għalkemm il-kritiċi jistgħu jgħidu l-akkużi tagħhom, jibqa’ fatt li devot fidil ta’ Marija qatt ma jaqa’ fl-ereżija jew fl-iżball, għallinqas ta’ kwalita’ formali, għaliex kif tgħid il-Knisja mmexxija mill-Ispirtu s-Santu, Marija biss saħqet l-ereżija kollha: Sola cunctas haereses interemisti in universo mundo. Dawn id-devoti fidili jistgħu verament jaqgħu fl-iżball materjali billi jħalltu l-falsita’ mal-verita’ u l-ispirtu ħażin mat-tajjeb – imma dawn inqas jistgħu jagħmlu dan minn oħrajn. Kmieni jew tard huma jgħarfu l-iżball tagħhom u l-iżball materjali tagħhom, u meta jagħrfuh huma ma jwebbsux rashom biex iżommu ma’ dak li jkun deherilhom verita’.

168. Jekk mela xi ħadd jixtieq jimxi ‘l quddiem fit-triq tal-perfezzjoni u jasal qawwi u sħiħ perfettament għand Ġesu’ Kristu, u fl-istess ħin jiskappa dak il-biża’ ta’ qerq li ġeneralment iħossu nies ta’ talb, ħalli dal-bniedem iħaddan bil-qalb – qalb kbira u fehma sħiħa (2 Mak 1,3) – din id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka, devozzjoni li forsi s’issa qatt ma kien jaf biha. Ħalli jidħol f’din it-triq eċċellenti li ma kienx jaf biha, u li jien se nurih: Jien nurikom triq li tgħaddihom ilkoll (1 Kor 12,31). Hija triq imfassla minn Ġesu’ Kristu, l-Għerf Inkarnat, ir-Ras waħdanija tagħna. Meta juża dik it-triq il-membru ta’ Kristu ma jintilifx. Hi triq ħafifa minħabba l-milja tal-grazzja, u bid-dlik tal-Ispirtu s-Santu li jagħniha, aħna ma ngħajjewx u lanqas nerġgħu lura jekk nimxu ma’ dit-triq. Hi triq qasira, li f’qasir żmien teħodna għand Ġesu’ Kristu. Hi triq perfetta fejn m’hemmx tajn, trab u lanqas l-iċken ħjiel tad-dnub. Fl-aħħarnett hi triq żgura li twassalna għand Ġesu’ Kristu u fil-ħajja ta’ dejjem, b’mod dritt u sod, mingħajr tgħawwiġ lejn il-lemin jew ix-xellug.

Ejjew mela niħdlu fiha u nimxu magħha lejl u nhar biex tkun tista’ twassalna għall-milja tal-eta’ ta’ Ġesu’ Kristu.

6. Din id-devozzjoni tagħti liberta’ kbira nterjuri

169. Is-sitt mottiv hu li din id-devozzjoni tagħti liberta’ kbira interjuri – il-liberta’ ta’ wlied Alla – lil dawk li jipprattikawha fedelment. Permezz ta’ din id-devozzjoni aħna nsiru l-ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu u nikkonsagraw ruħna lilu bħala tali kollna kemm aħna. Bi tpattija għal dak li nagħmlu, din l-Omm twajba:
1.tneħħi kull skurplu u kull biża’ servili minn ruħna li jservu biss biex idejqu u jagħlqu qisu f’ħabs lill-erwieħ tagħna u jiżirgħu fihom konfużjoni;
2. tiftaħ lil qlubna beraħ billi tagħtina fiduċja sħiħa f’Alla, u ġġegħelna nqisuh bħala Missierna;
3. tnebbaħ fina mħabba delikata ta’ wlied.

170. M’iniex se noqgħod nipprova din il-verita’ billi niġbor ir-raġunijiet. Minflok dan, se nfakkar inċident li jien qrajt fil-Ħajja ta’ Mother Agnes ta’ Ġesu’, (2. Beata:20/11/1994), soru dumnikana ta’ Langeac fl-Auvergne, li mietet hemm b’fama ta’ qdusija fis-sena 1634. Meta kellha biss seba’ snin, u kienet batuta ħafna, semgħet vuċi tgħidilha, li jekk riedet teħles mill-uġigħ tagħha kollu u tkun imħarsa mill-għedewwa tagħha, għandha tagħmel lili nfisha l-ilsiera ta’ Ġesu’ u tal-Verġni Mqaddsa. Meta marret id-dar, hi malajr offriet lilha nfisha lil Ġesu’ permezz ta’ Marija, bħala ilsiera Tiegħu, għalkemm hi ma kienet taf xejn fuq din id-devozzjoni qabel; u sabet katina tal-ħadid, dawritha magħha u baqgħet biha sal-mewt. Bħala riżultat ta’ din l-azzjoni, l-uġigħ u l-iskrupli kollha għebu, u paċi kbira u ferħ fil-qalb ħadulhom posthom. Dan kollu ħeġġiġha biex tgħallem din id-devozzjoni lil xi nies devoti li għamlu progress kbir – fost dawn kien hemm Fr Olier, li kien waqqaf is-Seminarju ta’ Saint Sulpice , u ħafna saċerdoti u kjeriċi tal-istess Seminarju. Ġurnata waħda dehritilha l-Madonna u poġġitilha katina tad-deheb madwar għonqha, biex turiha kemm kienet ħadet gost meta hi saret l-ilsiera ta’ Ġesu’ u ta’ Marija; u Santa Cecilia li akkompanjat lill-Verġni Mqaddsa f’din il-viżjoni; qalet lil Mother Agnes: “Imberkin l-ilsiera fidili tas-Sultana tas-Sema għaliex igawdu l-vera liberta’”: ‘Tibi servire libertas’.

7. Din id-devozzjoni ġġib benefiċċji kbar lill-proxxmu

171. Is-seba’ mottiv li jħeġġiġna aktar biex inħaddnu din id-devozzjoni huwa: il-benefiċċji kbar li ġġib lill-proxxmu. B’din il-prattika aħna neżerċitaw imħabba tal-aħwa mill-aqwa, ladarba aħna nagħtu lill-proxxmu tagħna permezz ta’ Marija dak kollu li għandu għażiż – il-valur sodisfatorju u impetratorju tal-opri tajba tagħna kollha mingħajr ma nżommu għalina l-iċken ħsieb tajjeb jew l-iċken tbatija. Aħna rridu li l-valur kollu sodisfatorju ta’ kull ħaġa tajba li għamilna, jew li għad nagħmlu anke sal-mewt, ikun użat skont ix-xewqa tal-Verġni Mbierka jew għall-konverżjoni tal-midinbin jew għall-ħelsien tal-erwieħ tal-Purgatorju.

Din mhix imħabba tal-proxxmu perfetta? Dan ma jfissirx li tkun veru dixxiplu ta’ Kristu – dixxiplu magħruf mill-imħabba li għandu lejn il-proxxmu? Dan mhux mezz biex tikkonverti l-erwieħ mingħajr periklu ta’ suppervja; u li teħles l-erwieħ mill-Purgatorju, filwaqt li ma tkun tagħmel xejn aktar milli aħna obbligati nagħmlu, skont l-istat ta’ ħajjitna?

172. Biex tirrealizza l-eċċellenza ta’ dan il-mottiv, irridu napprezzaw kemm hi ħaġa kbira li tikkonverti midneb, jew li teħles ruħ mill-Purgatorju. Din hi ħaġa li jidħol l-infinit fiha, hi ħaġa akbar mill-ħolqien tas-sema u l-art, la darba permezz tagħha Alla jiġi mogħti lil ruħ. Jekk bil-prattika ta’ din id-devozzjoni matul ħajjitha kollha, persuna jirnexxilha teħles ruħ waħda mill-Purgatorju, jew li tikkonverti midneb wieħed biss, dan ma kienx ikun biżżejjed biex iqanqal lil kull min għandu tassew imħabba, biex iħaddan din id-devozzjoni? Imma rridu niftakru, li billi ngħaddu minn idejn Marija, l-opri tajba tagħna jakkwistaw purita’ akbar u għalhekk nirtu valur sodisfatorju u impetratorju akbar. B’dan il-mod isiru wisq aktar effettivi biex jgħinu lill-erwieħ tal-Purgatorju u biex jikkonvertu l-midinbin, milli kieku ma waslux għand Alla permezz l-idejn Verġinali u ġenerużi ta’ Marija.

Id-daqsxejn li nagħtu permezz ta’ Marija, meta ma nfittxux lilna nfusna, imma nkunu naġixxu biss b’imħabba mingħajr interess, isir qawwi ħafna biex iraqqad il-korla t’Alla, u jiġbed il-ħniena tiegħu. Forsi jidher mal-mewt, li persuna li kienet fidila ħafna lejn din id-devozzjoni tkun ħelset ħafna erwieħ mill-Purgatorju u kkonvertiet ħafna midinbin għalkemm tkun għaddiet ħajjitha tagħmel opri ordinarji. X’ferħ iġġiblu dan fil-ġudizzju, u xi glorja fl-eternita’!

8. Din id-devozzjoni hi mezz eċċellenti għall-perseveranza

173. Fl-aħħar wasalna għat-tmiem mottiv li f’ċertu sens iħeġġiġna aktar bil-qawwa lejn din id-devozzjoni. Dan it-tmien mottiv hu li din id-devozzjoni hi mezz tal-għaġeb biex nipperseveraw fil-virtu’ u nibqgħu fidili sal-mewt. X’inhi r-raġuni li l-konversjoni fil-biċċa l-kbira tal-midinbin ma ddumx qawwija u sħiħa? Għaliex jerġgħu jaqgħu hekk ħafif fid-dnub? U għaliex il-biċċa l-kbira tal-ġusti, minflok ma jgħaddu ‘l quddiem minn virtu’ għall-oħra, u minflok ma jaqilgħu żidiet ġodda ta’ grazzji, ħafna drabi, jitilfu l-ħażna żgħira ta’ virtu’ u ta’ grazzji li għandhom?

Kif diġa’ wrejt, din id-diżgrazzja tiġi mill-fatt illi l-bniedem – hekk imħassar, hekk debboli u hekk inkonsistenti – jafda fih innifsu u fuq l-forzi tiegħu, u jaħseb li hu kapaċi jżomm bla mittiefes it-teżor tal-grazzji, virtujiet u merti tiegħu. Issa b’din id-devozzjoni aħna nagħtu dak kollu li għandna lill-Verġni Mbierka biex tħarishulna hi. Aħna nagħżluha bħala l-kaxxaforti universali ta’ dak kollu li għandna, kemm min-natura kif ukoll mill-grazzja. Aħna nafdaw fil-fedelta’ tagħha. Aħna nibnu fuq il-ħniena u l-imħabba tagħha biex hi tkun tista’ tħares u tkabbar il-virtujiet u l-merti tagħna minkejja t-taħbit tad-dinja, tal-ġisem u tad-demonju, biex joħduhomlna. Aħna ngħidulha bħalma jgħid tifel twajjeb lil ommu, u bħalma qaddej fidil igħid lil sidu: DEPOSITUM CUSTODI. O twajba Ommi u Sinjura tiegħi, jien qed nagħraf li bl-interċessjoni tiegħek jien diġa’ rċevejt aktar grazzji milli kien jistħoqqli, u l-esperjenza qarsa tiegħi tgħallimni, li jien qed inġorr dan it-teżor f’vażett fraġli ħafna, u li jien wisq dgħajjef u msejken biex ikun responsabbli tal-ħarsien tiegħu. Jekk jogħġbok mela, ħu b’fiduċja dak kollu li għandi u ħarishuli bil-fedelta’ u s-setgħa tiegħek. Jekk inti tgħasses fuqi, jien ma nitlef xejn. Jekk inti tweżinni, jien ma naqax. Jekk int tħarisni, jien inkun imħares mill-għedewwa tiegħi.

174. San Bernard igħid dan kollu b’mod ċar biex iqanqal din id-devozzjoni fina: “Meta żżommok Marija, int ma taqax, meta tħarsek, int ma tibżax; meta tmexxik, int ma tgħejjix; meta titbissimlek, inti tasal fil-port tas-salvazzjoni…” San Bonaventura donnu jgħid l-istess ħaġa aktar ċar: “Il-Verġni Mbierka mhix biss miżmuma fil-milja tal-Qaddisin, imma hi wkoll twieżen u tħares lill-Qaddisin fil-milja tagħhom biex ma tonqosx. Hi toqgħod għassa biex il-virtujiet tagħhom ma jkunux imminati u l-merti tagħhom ma jkunux mitlufa, il-grazzji tagħhom ma jiġux korrotti u x-xitan ma jagħmlilhom ebda ħsara.” Fl-aħħarnett hi żżomm l-id tas-Sinjur tagħna merfugħa biex ma jikkastigahomx meta jidinbu.

175. Marija hi l-Verġni fidila, li bil-fedelta’ tagħha lejn Alla ssewwi t-telfiet li ġiebet Eva bl-infedelta’ tagħha meta ma kinitx fidila, u li taqla’ l-grazzja tal-fedelta’ lejn Alla u l-perseveranza sal-aħħar lil dawk li jingħaqdu magħha. Għalhekk wieħed Qaddis ixebbaħha ma’ ankra soda li żżomm sod lil dawk marbutin magħha u ma tħallihomx jegħrqu fl-ilmijiet imqallba ta’ din id-dinja, fejn ħafna jintilfu għaliex ma jingħaqdux ma’ Marija. “Aħna norbtu l-erwieħ, biex jafdaw fik bħallikieku ma’ ankra soda”, hu jgħid. Il-Qaddisin li huma qegħdin fil-glorja, intrabtu ma’ Marija biex ikunu jistgħu jipperseveraw fil-virtu’, u tħabtu biex jorbtu lill-oħrajn ukoll ma’ din is-Sinjura Qaddisa. Henjin, mela, u kuntenti għal elf darba, huma dawk l-Insara li issa jorbtu ruħhom bil-fedelta’ u għal kollox magħha bħallikieku ma’ ankra żgura u soda. Id-daqqiet tal-ilmijiet irrabjat ta’ din id-dinja ma jistgħux jgħarrquhom jew iġagħluhom jitilfu t-teżori tagħhom tas-sema. Henjin dawk li jidħlu fiha bħallikieku f’Arka ta’ Noe! L-ilma tad-dulluvju tad-dnub, li qed igħarraq tant nies, ma jagħmlilhom l-ebda ħsara; għaliex f’dawk li jaħdmu s-salvazzjoni tagħhom fiha ma jidinbux”… Qui operantur in me non peccabunt (Sr.24,30) tgħid Marija fil-kliem tal-Għerf Divin. Henjin l-ulied infidili ta’ Eva diżubbidjenti li jintrabtu ma’ Marija, mal-Verġni li dejjem tibqa’ fidila, u żżomm il-wegħdiet tagħha: “Hu jibqa’ jżomm kelmtu; għax hu ma jistax iqarraq bih innifsu” (2 Tim 2,13). Hi dejjem tibqa’ tħobb lil dawk li jħobbuha. “Jien inħobb lil min iħobbni” (Prov 8,17), u dan mhux biss b’imħabba effettiva u effikaċi, billi ma tħallihomx iwarrbu l-prattika tal-virtu’, li jaqgħu fit-triq u li jitilfu l-grazzja ta’ Binha, billi tagħtihom abbundanza ta’ grazzji.

176. Minħabba t-tjubija ta’ qalbha, din l-Omm twajba dejjem taċċetta dak li aħna nagħtuha biex tħarisulna. U meta tkun irċevietu bħala depożitu, hi tkun marbuta bil-ġustizzja u permezz tal-kuntratt ta’ fiduċja, biex iżżommhulna intatt. Sewwa sew bħal persuna li f’idejha nafda elf lira, hi tkun obbligata li tħarishomli, u jekk bi traskuraġni titlifhomli, hi tkun responsabbli tat-telf ta’ din taħt il-ġustizzja. Imma Marija li hi hekk fidila mhix se tħalli dak li ġie fdat f’idejha jintilef bi traskuraġni tagħha; aktar igħaddu s-sema u l-art, milli tkun Marija traskurata u nfidila lejn dawk li jafdaw fiha.

177. Imsejka wlied ta’ Marija! Jien naf li d-dgħjufija tagħkom hi kbira ħafna u li l-inkonsistenza tagħkom kbira wkoll, u n-natura tagħkom midruba sewwa, għaliex intom ġejjin mill-kotra tal-ulied ta’ Adam u Eva mmarkati bid-dnub. Imma agħmlu l-kuraġġ! La tħallux dan jaqtgħalkom qalbkom, ifirħu għax għandkom is-sigriet li qed ngħallimkom – sigriet li kważi l-Insara kollha, anke l-aktar devoti, ma jafux bih. La tħallux id-deheb u l-fidda tagħkom fis-sniedaq li diġa’ ġew skassati u misruqa mill-ispirtu ħażin u li huma żgħar, dgħajfa u anke qodma wisq biex iżommu teżor hekk kbir u prezzjuż. La tpoġġux l-ilma ċar u safi tal-għajn fil-ġarar tagħkom, li huma kollha mtebbgħin u infettati bid-dnub; għax għalkemm id-dnub m’għadux hemm, ir-riħa tiegħu tibqa’, u din hi biżżejjed biex tħassar l-ilma. La taħżnux l-aħjar inbid tagħkom f’damiġġjani qodma, li kienu mimlija b’inbid ħażin għaliex imbagħad l-inbid tagħkom jiġi mniġġeż u jkun fil-periklu li jitħassar.

178. Għalkemm intom, erwieħ ippredestinati tifhmuni sewwa, hawnhekk irrid nitkellem aktar ċar. La tafdawx id-deheb tal-imħabba tagħkom fi xkora mtaqqba, lanqas il-fidi tal-grazzja tas-sema, u l-inbid tal-merti tagħkom f’ġarra mxaqqa u mtebbgħa; għax intom dawn kollha. Inkella tkunu misruqin mill-ħallelin – jiġifieri mid-demonji li qegħdin għassa lejl u nhar, jistennew is-siegħa li jagħmlu dan; intom iċċappsu kull rigal safi li Alla jagħtikom, bir-riħa tal-imħabba tagħkom infuskom, bir-rieda tagħkom, u billi taħsbu li intom m’għandkom bżonn ta’ ħadd. Ferrgħu fil-għan u l-qalb ta’ Marija t-teżori, il-grazzji u l-virtujiet tagħkom, għaliex hi għamara spiritwali, għamara ta’ unur u għamara singulari ta’ devozzjoni. Għamara tal-Ispirtu s-Santu, għamara ta’ kull grazzja, għamara ta’ kull tjieba. Ladarba Alla nnifsu fil-persuna u bil-perfezzjonijiet Tiegħu kollha, ingħalaq ġo din din l-għamara, din saret kollha spiritwali, u d-dar spiritwali tal-erwieħ l-aktar spiritwali. Hi saret ta’ unur, u t-tron tal-unur tal-prinċpijiet setgħana tal-eternita’. Saret singulari fid-devozzjoni, u l-aktar għamara msemmija għall-ħlewwa, għall-grazzja u għall-virtu’. Saret għanja bħal dar tad-deheb u qawwija bħal torri ta’ David, u safja bħal torri tal-avorju.

179. Kemm hu tassew imbierek dak li ta kollox lil Marija u li jafda fiha f’kollox u għal kollox! Hu kollu ta’ Marija u Marija hi kollha tiegħu, u ma’ David jista’ jagħmel il-kuraġġ jgħid: “Din hi l-barka li messet lili” (S 118,56). “Marija ġiet maħluqa għalija” inkella mad-dixxiplu l-maħbub, “Accepi eam in mea” (Ġw 19,27). “U min dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu”, jew ma’ Ġesu’ Kristu, “Omnia mea sunt, et omnia tua mea sunt.” Dak kollu li hu tiegħi huwa tiegħek, u dak kollu li hu tiegħek huwa tiegħi.” (Ġw 17,40)

180. Jekk xi wieħed li jikkritika, meta jaqra dan jaħseb li jien qed ngħid eseġerazzjoni minħabba d-devozzjoni fervoruża żżejjed, jaħasra, dan mhux jifhimni – għaliex hu bniedem marbut mal-ġisem li ma jiggustax il-ħwejjeġ tal-ispirtu, jew inkella tad-dinja, u għalhekk ma jistax jirċievi l-Ispirtu s-Santu, jew inkella għax hu bniedem supperv, li jikkundanna jew imaqdar dak kollu li hu ma jifhimx. Erwieħ li huma mweldin, mhux mid-demm jew mill-ġibda tal-ġisem, jew mir-rieda tal-bniedem, imma minn Alla u minn Marija, jifhmuni u jiggustaw dak li qed ngħid. Hu għalihom li jien qed nikteb.

181. Madankollu, biex nerġgħu niġu għas-suġġett, jien ngħid sewwa lil wieħed u kemm lill-ieħor illi Marija tas-sema, billi hi l-aktar fidila u ġeneruża fost il-krejaturi kollha, mhi ser tħalli ‘l ħadd jirbaħha fl-imħabba u l-ġenerosita’. U kif igħid wieħed qaddis: “Għal bajda hi tagħti gendus”, għal ftit li nagħtuha hi tagħti lura bil-ħafna mill-abbundanza li hi rċiviet mingħand Alla. Għalhekk jekk ruħ tagħti lilha nfisha għal kollox lilha, hi bi tpattija tagħti lilha nfisha kollha kemm hi lil dik ir-ruħ. U jekk mingħar preżunzjoni, u filwaqt li jagħmel ħiltu biex jakkwista l-virtu’ u jrażżan il-passjonijiet tiegħu, wieħed ipoġġi l-fiduċja kollha tiegħu f’Marija, hi tagħti lilha nfisha kollha kemm hi lilu.

182. Ħalli mela l-qaddejja fidili tal-Verġni Mbierka jgħidu bil-kuraġġ ma’ San Ġwann Damaxxenu: “Meta nafda fik, o Omm Alla, jien inkun salv; taħt il-ħarsien tiegħek jien ma nibżax; bl-għajnuna tiegħek, jien neħodha kontra l-għedewwa tiegħi u neqridhom; għaliex id-devozzjoni lejk hija arma ta’ salvazzjoni li Alla jagħti lil dawk li jrid isalva.”

KAPITLU VI
Figura Biblika ta’ din id-Devozzjoni
Rebekka u Ġakobb

183. Fil-ktieb tal-Ġenesi, l-Ispirtu s-Santu jagħtina xbieha perfetta, fl-istorja ta’ Ġakobb, tal-veritajiet kollha li jien iddiskutejt, b’relazzjoni tal-Verġni Mbierka. Naqraw kif Ġakobb irċieva l-barka ta’ missieru permezz tat-taħbit u l-għaqal ta’ Ommu Rebekka. L-ewwel se ngħid l-istorja kif jirrakontaha l-Ispirtu s-Santu, u wara nżid l-interpretazzjoni.

L-Istorja ta’ Ġakobb
184. Eżaw (Ġen 25,29-34) biegħ il-prima ġenitura tiegħu lil Ġakobb. Xi snin wara, Rebekka, omm dawn iż-żewġt aħwa, li kienet tħobb ħafna lil Ġakobb, aċċertatu minn dan il-vantaġġ bi strataġemma qaddisa u fl-istess ħin misterjuża. Iżakk, billi kien qed iħoss it-toqol tas-snin u billi kien jixtieq ibierek lil uliedu qabel ma jmut, sejjaħ lil ibnu Eżaw, li hu kien iħobb u ordnalu biex joħroġ għal kaċċa u biex meta jkun qabad xi ħaġa jsajjarhielu biex jiekol; u mbagħad ikun jista’ jbierku (Ġen 27). Rebekka malajr qalet kollox lil Ġakobb u talbitu jġibilha żewġ gidien mill-merħla. Meta ġiebhomlha, sajrithom b’mod li kienet taf li jogħġbu lil Iżakk. Imbagħad libbset lil Ġakobb bil-ħwejjeġ ta’ Eżaw u għattielu jdejh u għonqu bil-ġild tal-gidien, biex missieru li bilkemm seta’ jara, jaħseb li kien Eżaw, għallinqas bil-ġilda u x-xagħar ta’ jdejh, għalkemm il-vuċi li sama’ kienet bil-vuċi ta’ Ġakobb. Maħsud minn dal-leħen, Iżakk qal lil Ġakobb biex jersaq ħdejh, u meta mess il-ġild tax-xagħar li kien igħattilu jdejh qal li l-vuċi kienet ta’ Ġakobb, imma l-idejn kienu jdejn Eżaw.

Wara li Iżakk kiel u “xamm ir-riħa tfuħ ta’ ħwejġu bierku, u xtaqlu n-nida tas-smewwiet u l-frott tal-art u poġġih fuq ħutu u temm il-barka tiegħu b’dan il-kliem: “Misħut min jisħtek, imbierek min ibierkek” (Ġen 27).

Iżakk bilkemm laħaq spiċċa dal-kliem, meta daħal Eżaw iġorr il-laħam tal-kaċċa tiegħu diġa’ misjur, biex missieru jiekol u wara jbierku. Il-Patrijarka qaddis baqa’ ssummat meta ntebaħ x’kien ġara, imma minflok li rtira dak li kien għadu kif għamel, hu seddqu għax ra ċar l-id t’Alla f’din il-ġrajja. Imbagħad Eżaw “għajjat għajta kbira” kif tgħidilna l-Iskrittura u filwaqt li akkuża l-qerq ta’ ħuh, staqsa lil missieru jekk hux barka waħda kellu jagħti. Hawnhekk jikkummentaw is-Santi Padri, Eżaw kien il-figura ta’ dawk, li jfittxu jqabblu ‘l Alla ma’ din id-dinja, jridu kieku jgawdu l-ħlewwiet tas-sema mingħajr ma jħallu l-pjaċiri tad-dinja. Iżakk, imqanqal mill-biki ta’ Eżaw, fl-aħħar bierku, imma b’barka tal-art, u b’sottomissjoni lejn ħuh. Dan wassal lil Eżaw inissel mibgħeda hekk kbira lejn Ġakobb, li kien qed jistenna biss il-mewt ta’ missieru qabel ma joqtlu. Ġakobb ma kienx jeħles mill-mewt, kieku ommu ma ħarsitux bl-istarteġija tagħha u bil-pariri tajba li kienet tagħtih u li fuqhom kien jimxi.

1. Eżaw il-figura tal-ħżiena

185. Qabel ma nikkummentaw fuq din l-istorja sabiħa, l-ewwel irridu ninnutaw skont is-Santi Padri u dawk li jinterpretaw l-Iskrittura Mqaddsa, li Ġakobb hu l-figura ta’ Kristu u tal-predestinati, waqt li Eżaw hu l-figura tal-ħżiena. Dan jidher ċar meta nikkunsidraw l-azzjonijiet u l-imġiba ta’ kull wieħed minn dawn it-tnejn.

1. Eżaw, il-kbir, kien f’saħħtu u mġissem, “kaċċatur tajjeb u bidwi.”

2. Ftit kont issibu d-dar, u kien jaħdem biss barra, b’fiduċja sħiħa f’saħħtu u bil-ħila tiegħu.

3. Ftit kien jitħabat biex jogħġob ‘l ommu, Rebekka, u xejn ma għamel għalija.

4. Kien hekk żaqqieq u jħobb l-ikel li biegħ il-primaġenitura tiegħu għal platt minestra tal-għadds.

5. Bħal Kajjin kien mimli għira għal ħuh Ġakobb u kien jippersegwitah bl-aħrax.

186. Hawn tassew naraw l-imġiba ordinarja tal-ħżiena.

1. Huma jafdaw fis-saħħa u l-bżulija tagħhom għas-suċċess tal-ġid temporali. Huma f’saħħithom ħafna, tas-sengħa sew, u mdawlin ħafna fuq l-affarijiet ta’ din id-dinja, imma dgħajfin u injoranti ħafna fuq il-ħwejjeġ tas-sema: “In terrenis fortes, in coelestis debiles.”

187. 2. U għalhekk ma huma qatt jew kważi qatt id-dar – jiġifieri, huma jevitaw li joqgħodu miġbura fl-intern ta’ ruħhom, f’dak l-intern u għamara meħtieġa li Alla ta lil kull bniedem, biex igħix fih, fuq eżempju ta’ Alla nnifsu. Il-ħżiena ma jħobbux il-ġabra interjuri, l-ispiritwalita’ u d-devozzjoni: huma jqisu ‘l dawk li jgħixu ħajja interjuri, maqtugħin mid-dinja, u li jaħdmu aktar f’ruħhom milli fid-dinja tal-bnedmin, bħala nies ta’ rashom marbuta, bla raġuni u primittivi.

188. 3 Il-ħżiena ftit iħabblu rashom bid-devozzjoni lejn il-Madonna, l-Omm tal-magħżulin. Tassew li ma jobogħduhiex formalment, u jagħtuha xi tifħir, u jgħidu li jħobbuha. U jista’ jkun li jipprattikaw xi devozzjoni b’qima lejha wkoll. Imma mill-bqija ma jifilħux jissaportu lil xi ħadd li jħobbha ħafna, għaliex huma ma jħossux lejha dik it-tenerezza ta’ Ġakobb. Huma jikkritikaw u jagħtu tort lill-prattiki ta’ devozzjoni, li permezz tagħhom l-ulied it-twajba u l-qaddejja tagħha jfittxu li jaqilgħu l-imħabba tagħha.

Huma jsostnu li din id-devozzjoni mhix meħtieġa għas-salvazzjoni. Li ma jobogħduhiex formalment, u ma jmaqdrux id-devozzjoni tagħha fil-beraħ – dan, igħidu huma, u biżżejjed biex ikollhom l-imħabba tagħha u dik li jgħidu u jirrepetu xi ftit talb b’qima lejha, jew xi skop ta’ ndiema, iqisuh bħala biżżejjed biex jittimbrahom bħala qaddejja tagħha.

189. 4. Il-ħżiena jbiegħu l-primaġenitura tagħhom – il-glorja tas-sema – għal platt minestra tal-għadds – il-pjaċir tad-dinja. Huma jidħku, jixorbu u jieklu, jixxalaw, jilgħabu u jiżfnu u bħal Eżaw ma jagħmlu l-ebda sforz biex isiru denji tat-tberik tal-missier tas-sema. Fil-qasir, huma jaħsbu biss fid-dinja: huma jħobbu biss id-dinja, jitkellmu biss fuq id-dinja, u jfittxu biss il-pjaċiri tagħha.

Għall-pjaċir ta’ mument, għall-unur li qisu duħħan, għall-biċċa art ħarxa, għall-ftit muniti huma jbiegħu l-grazzja tal-Magħmudija, il-libsa tagħhom tal-innoċenza u l-wirt tagħhom tas-sema.

190. 5. Fl-aħħarnett il-ħżiena jobogħdu lill-ippredestinati, u jippersegwitawhom kuljum, bil-moħbi jew bil-miftuħ. Billi ma jifilħux jissaportu lill-ippredestinati huma jobogħduhom, jikkritikawhom, igħaddu ż-żmien bihom, u jagħmlulhom ħsara, jisirquhom, iqarrqu bihom, ifaqqruhom, ifittxuhom u jxejnuhom bħat-trab. Fl-istess ħin huma jistagħnew, jieħdu pjaċir, igħixu tajjeb, isiru għonja u setgħana u jgħixu bil-kumdita’.

2. Ġakobb figura tal-magħżulin

191. Issa kkunsidraw lil Ġakobb l-Iben żgħir.

1. Hu kien ta’ karattru kwiet, umli u jħobb il-paċi. Kien ħa d-drawwa jibqa’ d-dar kemm jista’ jkun, biex ikun jista’ aktar jitħabbeb m’ommu, Rebekka, li tant kien iħobb. Meta kien joħroġ mid-dar kien biss għaliex hi xtaqitu jagħmel hekk, mhux għax kien imqanqal minn xi xewqa tiegħu, jew għax kien jafda fil-ħila tiegħu.

192. 2 Din ix-xeħta li jħobb id-dar kienet ġejja mill-imħabba u mir-rispett li kellu lejn ommu. Hu kien jaħrab dak kollu li kien idejjaqha u kien jagħmel dak kollu li jidhirlu li jagħtiha pjaċir. Dan ġiegħel lil Rebekka tħobbu dejjem iżjed.

193. 3. Hu kien sottomess lejn ommu l-għażiża f’kollox. Kien jobdiha f’kollox malajr, bl-imħabba u bil-ferħ, kien ifittex jagħmel dak li kienet tixtieq, mal-iċken wirja tax-xewqa tagħha. Kien jaċċetta dak kollu li tgħidlu b’fiduċja sħiħa: per eżempju, meta qaltlu jġib żewġ gidien għall-ikla ta’ missieru, Iżakk, Ġakobb ma qagħadx igħidilha li gidi wieħed kien biżżejjed għal dak l-iskop. Mingħajr ma qagħad jistaqsi, hu għamel bl-eżattezza kollha, dak li qaltlu.

194. 4. Hu kellu fiduċja sħiħa f’ommu l-għażiża. Fl-ebda mod ma fada fuq il-ħila u l-inizjattiva tiegħu, imma biss fuq il-kura u l-ħarsien li tatu ommu. Kien ifittex l-għajnuna tagħha f’dak kollu li kien ikollu bżonn u kien jikkonsultaha fid-dubji tiegħu; per eżempju meta staqsieha, jekk flok il-barka jirċievi s-saħta ta’ missieru hu emminha u fada fis-sigurta’ li tatu li jekk din tingħatalu, hi tieħu din is-saħta fuqha nnfisha.

195. 5. Fl-aħħarnett hu kien jimita kemm jista’ jkun, il-virtujiet li kien jara f’ommu, u jidher li waħda mir-raġunijiet għaliex kien joqgħod id-dar setgħet kienet biex jimita ‘l ommu li kienet virtuża, u biex jaħrab il-ħbieb ħżiena li kienu jħassruh. B’dal-mod hu sar denn li jirċievi l-barka doppja ta’ missieru.

196. L-imġiba ta’ Ġakobb hija dik li tixbah ħafna il-ħajja ta’ kuljum tal-ippredestinati.

1. Huma jibqgħu d-dar m’ommhom: fi kliem ieħor huma jħobbu l-ġabra, u jikkoltivaw il-ħajja interjuri, jagħtu ruħhom għat-talb – imma dan kollu skont l-eżempju u fil-kumpanija ta’ Ommhom, il-Verġni Mqaddsa; li minnha jingħad, li l-glorja tagħha kollha hi minn ġewwa, li matul ħajjitha kollha, ħabbet tant il-ġabra u t-talb. Huma naturalment jidhru xi darba fid-dinja tal-bnedmin, imma biss biex jaqdu d-dmirijiet tal-istat tagħhom, permezz tal-ubbidjenza lejn ir-rieda t’Alla u tal-Omm għażiża tagħhom. Huma jagħmlu verament xogħol li jidher kbir quddiem id-dinja; imma huma japprezzaw aktar l-opri li jagħmlu minn ġewwa fl-irkejjen moħbija ta’ ruħhom, flimkien mal-Verġni Mqaddsa. Għaliex jafu li dawn l-opri kbar ta’ ġewwa, iwettqu x-xogħol il-kbir tal-perfezzjoni personali tagħhom, li barra minnu, ix-xogħol l-ieħor kollu, hu biss logħob tat-tfal. Għalhekk jiġri li, waqt li ħuthom subien u bniet jagħtu ruħhom b’ħeġġa u enerġija kbira għas-suċċess tax-xogħol ta’ barra, li jġibilhom it-tifħir u l-applawsi tad-dinja, huma stess jirrealizzaw bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu, li hemm wisq iżjed glorja, profitt u pjaċir li tibqa’ moħbi f’Ġesu’ Kristu, f’sottomissjoni perfetta u sħiħa lejn Ommhom, milli tagħmel għeġubijiet tan-natura u tal-grazzja fid-dinja bħal ħafna Eżaw u nies ħżiena tad-dinja. “Ġid u għana jkunu f’daru” (S112(111),3). Il-glorja t’Alla u l-ġid tal-bnedmin huma fid-dar ta’ Marija.

O Sinjur Ġesu’ kemm huma sbieħ l-għamajjar tiegħek! L-għasfur tal-belt sab dar għalih, u l-ħuttafa sabet bejta fejn tpoġġi ż-żgħar tagħha. Imbierek dak il-bniedem li jgħammar fid-dar ta’ Marija, fejn inti stess kont l-ewwel wieħed li għammart! Hi f’din l-għamara tal-magħżulin, li hu jirċievi għajnuna minnek biss, u li “f’qalbu jiddeċiedi li jitla’ bil-ftit il-ftit”, u bil-gradi fil-virtujiet kollha, “f’dal-wied tad-dmugħ”, sa ma jasal fil-quċċata tal-perfezzjoni. “Quam dilecta tabernacula tua”… (S 84 (83)).

197. 2. Il-Magħżulin iħobbu ħafna li jqimu tassew lill-Verġni Mbierka bħala Ommhom u s-Sinjura twajba tagħhom. Huma jħobbuha tassew mhux bit-tpaċpiċ biss; huma jqimuha mhux b’devozzjoni ta’ barra, imma fil-qiegħ ta’ qalbhom. Bħal Ġakobb huma jfittxu li ma jagħmlu xejn li jista’ jiddisgustaha, u b’fervur kbir jipprattikaw dak kollu li jaħsbu li jaqlgħalhom il-ħarsien u l-imħabba tagħha. Huma jġibulha u jagħtuha mhux żewġ gidien, bħalma ġab Ġakobb lil Rebekka, imma ruħhom u ġisimhom bil-fakultajiet u s-setgħat tagħhom, iffigurati fiż-żewġ gidien ta’ Ġakobb. Huma jagħmlu dan:
1. Biex hi tirċeviehom bħallikieku kienu tagħha;
2. biex hi tkun tista’ toqtolhom, u ġġegħilhom imutu għad-dnub u għalihom infushom, billi tqaxxarhom u tneżżagħhom mill-ġilda tagħhom tal-imħabba tagħhom infushom, biex hekk isiru jogħġbu lil Binha, Ġesu’ Kristu, li jixtieq li jkollu bħala ħbiebu dixxipli tiegħu, dawk biss li huma mejta għalihom infushom;
3. biex hi tkun tista’ tħejjihom skont kif jogħġbu lill-Missier tas-sema u għall-akbar glorja tiegħu – li fuqu, hi taf wisq iżjed minn kull kreatura oħra;
4. u biex bil-kura u l-interċessjoni tagħha, dan il-ġisem u din ir-ruħ, imsoffija sewwa minn kull tebgħa tad-dnub, totalment mejta għalihom infushom, imneżżgħin tajjeb u mhejjija ħafna, jistgħu jsiru ikel bnin xieraq għal Missier tas-sema, u denji tal-barka tiegħu.
Mhix din eżattament l-imġiba ta’ dawk il-bnedmin magħżulin li jfittxu bil-pjaċir il-konsagrazzjoni perfetta lil Ġesu’ Kristu permezz tal-idejn ta’ Marija, li qed ngħallmuhom u li jipprattikawha fedelment biex juru mħabba kuraġġuża u effettiva lejn Ġesu’ u Marija? Il-ħżiena, verament jgħidu li jħobbu lil Ġesu’, u li jħobbu u jqimu lil Marija, imma mhux bħall-magħżulin, li jagħtu mill-ġid tagħhom, lanqas li jissagrifikaw ġisimhom bis-sensi tiegħu u ‘l ruħhom bil-passjonijiet tagħha.

198. 3. Il-Magħżulin huma sottomessi u ubbidjenti lejn Marija, bħallikieku lejn Ommhom twajba, bħall-eżempju ta’ Ġesu’ Kristu, li għadda tletin sena minn ħajja ta’ tlieta u tletin sena biss fuq l-art, jigglorifika ‘l Alla, Missieru, permezz ta’ sottomissjoni perfetta u sħiħa lejn Ommu l-Imbierka. Il-Magħżulin jobdu lil Marija billi jimxu eżattament fuq il-parir tagħha bħalma Ġakobb mexa fuq dak ta’ Rebekka li qaltlu: “Acquiesce consillis mei.”, Isma’ minn kliemi” (Ġen 27,8). Jew inkella bħall-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana, li lilhom il-Verġni Marija qalet: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu” (Ġw 2,5). Għaliex obda minn ommu Ġakobb irċieva l-barka qisu b’miraklu, għalkemm fl-ordni tan-natura ma kellux dritt għaliha; ukoll għaliex imxew fuq il-parir tal-Verġni Mbierka, il-qaddejja tat-tieġ ta’ Kana ġew onorati bl-ewwel miraklu ta’ Ġesu’ Kristu, li biddel l-ilma f’inbid għat-talba tal-Imqaddsa Ommu. Hekk ukoll, dawk kollha li sal-aħħar taż-żmien jirċievu l-barka tal-Missier tas-Sema, u jkunu ffavoriti bil-ħwejjeġ tal-għaġeb t’Alla, jirċievu dawn il-grazzji biss għaliex kienu perfettament ubbidjenti lejn Marija. Mill-banda l-oħra dawk li jimxu wara Eżaw jitilfu l-barka tagħhom għaliex ma jridux jissottomettu ruħhom lejn il-Verġni Mbierka.

199. 4. Il-Magħżulin għandhom fiduċja kbira fit-tjieba u l-qawwa tal-Verġni Mbierka, l-Omm twajba tagħhom. Huma kontinwament isejħulha għall-għajnuna. Huma jqisuha bħal Kewkbet-is-Safar li turihom port tal-kenn, huma jiftħu qalbhom magħha, u jitkellmu magħha sinċerament fuq in-niket tagħhom, huma jintrabtu mal-ħniena u l-ħlewwa tagħha, biex, bl-interċessjoni tagħha, huma jkunu jistgħu jaqilgħu l-maħfra ta’ dnubiethom, jew biex bil-faraġ tagħha ta’ omm, jonqsulhom it-tbatijiet u l-għeja tagħhom. Hekk huma jintefgħu fil-ħdan verġinali tagħha ta’ omm, biex hemm b’mod tal-għaġeb jinħbew u jintilfu biex ikunu maqbudin f’tgħannieqa ta’ mħabba safja, biex huma jkunu msoffijin minn kull tebgħa ta’ dnub, u fejn ikunu jistgħu jsibu ‘l Ġesu’ għal kollox, fejn hu qiegħed bħallikieku fuq l-aktar tron glorjuż Tiegħu.

“X’kuntentizza hi din! La taħsbux” – igħid l-Abbati Guerric – “li hemm kuntentizza akbar li toqgħod fi ħdan Abram milli fil-ħdan ta’ Marija ladarba fiha kien is-Sinjur tagħna waqqaf it-tron tiegħu.” Mill-banda l-oħra, il-ħżiena jafdaw biss fihom infushom, u b’riżultat ta’ dan huma jieklu – bħall-iben il-ħali biss il-qxur li jieklu l-qżieqeż. Bħaż-żrinġijiet huma jieklu mill-art. U ladarba huma għandhom l-għatx tal-ulied tad-dinja għal dawk il-ħwejjeġ li jidhru biss minn barra, m’għandhom l-ebda ġibda għall-ħlewwa ta’ ħdan Marija, u lanqas ma jsibu dik il-qagħda u fiduċja żgura li l-magħżulin isibu fil-Verġni Mbierka, it-twajba Ommhom. Huma miżerabilment jippreferu jtaffu l-ġuħ tagħhom fost il-ħwejjeġ tad-dinja, igħid San Girgor, għaliex ma jridux iduqu l-ħlewwa li tinsab imħejjija f’ruħhom, u fil-qiegħ ta’ qalbhom ta’ Ġesu’ u ta’ Marija.

200. 5. Fl-aħħarnett il-magħżulin jimxu fil-mogħdiet ta’ Marija l-Omm twajba tagħhom: fi kliem ieħor huma jimitawha u b’hekk ikunu tassew kuntenti u devoti, u jkollhom it-timbru tal-predestinazzjoni tagħhom, skont kif din l-Omm twajba tgħidilhom: “Henjin dawk li jimxu fi triqati.” (Prov 8,32). Henjin dawk li jipprattikaw il-virtujiet tiegħi u li bl-għajnuna tal-Grazzja Divina jimxu mit-triq li jien għaddejt. Huma jkunu kuntenti f’din id-dinja, permezz tal-abbundanza ta’ grazzji u ta’ ħlewwiet, li jien nagħtihom mill-milja tiegħi – u nagħtihom b’abbundanza akbar milli nagħti lill-oħrajn li ma jimitawnix hekk fil-qrib. Huma jkunu kuntenti f’mewthom, li tkun ħelwa u kalma, u fejn jien bħas-soltu nkun preżenti biex neħodhom fil-ferħ tal-Eternita’, għaliex l-ebda wieħed mill-qaddejja fidili tiegħi, li kien jimita l-virtujiet tiegħi f’ħajtu, qatt ma ntilef. Mill-banda l-oħra, il-ħżiena huma mdejqa f’din id-dinja, f’mewthom u fl-Eternita’, għaliex ma jimitawx il-Verġni Mbierka fil-virtujiet tagħha, billi jikkuntentaw ruħhom biss li jinkitbu biss fil-fratellanzi tagħha, li jgħidu xi talb jew li jagħmlu xi devozzjoni oħra esterna b’qima lejha. O Verġni Mbierka, Omm twajba tiegħi, kemm huma mberkin – nerġa’ ntenniha mqanqal mill-ferħ – kemm huma mberkin dawk li ma jħallux lilhom infushom jiġu mmexxijin ħażin minn xi devozzjoni falza lejk, iżommu fedelment il-modijiet, il-pariri u l-ordnijiet tiegħek! Imma kemm huma mdejqin u misħutin dawk li filwaqt li jippretendu li għandhom qima lejk, ma jobdux il-Kmandamenti ta’ Ibnek! “Misħut min jitbiegħed mill-Kmandamenti tiegħek” (S 118,21).

2. Il-Verġni Mbierka u l-ilsiera tagħha fl-imħabba

201. Issa sa naraw is-servizzi ta’ mħabba, li l-Verġni Mbierka, bħala l-aħjar fost l-ommijiet, tagħmel ma’ dawk il-qaddejja fidili li jkunu taw ruħhom lilha kif iddeskrivejt jiena u fuq ix-xbiha ta’ Ġakobb.
1. Hi tħobbhom

“Jiena nħobb lil min iħobbni” (Prov 8,17).
Hi tħobbhom
(1) għax hi verament ommhom – u omm dejjem tħobb lil uliedha, li huma l-frott tal-ġuf tagħha;
(2) hi tħobbhom bi gratitudni, għaliex huma jħobbuha b’imħabba sinċiera u prattika, bħala ommhom it-twajba;
(3) hi tħobbhom għaliex huma l-ippredestinati t’Alla, maħbubin minn Alla. “Ħabbejt lil Ġakobb u bgħadt lil Eżaw” (Rum9,13);
(4) hi tħobbhom għaliex huma kkonsagraw lilhom infushom kollha kemm huma lilha, u għaliex huma s-sehem u l-wirt tagħha: “Iret sehmek f’Iżrael” (Sir 24,8)

202. Hi tħobbhom ħafna, b’imħabba li tgħaddi l-imħabba tal-ommijiet l-oħra kollha flimkien. Immaġinaw l-imħabba kollha naturali li hemm fil-qlub tal-ommijiet kollha lejn uliedhom, tkun kollha miġbura fil-qalb tal-istess omm waħda għal tarbija waħdanija: bla dubju, omm bħal din, tħobb lit-tarbija tagħha b’imħabba qawwija ħafna. U b’dan kollu jibqa’ veru li Marija tħobb lil uliedha b’imħabba ikbar milli tħobb omm bħal din.

Marija ma tħobbx lil uliedha b’imħabba tenera biss, imma b’mod prattiku wkoll. Bħall-imħabba ta’ Rebekka lejn Ġakobb, u b’intensita’ ikbar, l-imħabba ta’ Marija lejhom hi attivita’ u prattika. Rebekka kienet biss, il-figura ta’ Marija u hawn se ngħidu x’tagħmel din l-Omm twajba biex taqla’ l-barka tal-Missier tas-Sema għal uliedha;

203. 1. Bħalma għamlet Rebekka ma’ Ġakobb hi tgħasses għall-opportunitajiet adattati biex tkabbar l-interessi tagħhom biex tgħollihom u tagħnihom. Hi tagħraf ċar f’Alla dak kollu li hu tajjeb, u dak kollu li hu ħażin, kif ukoll il-barkiet u s-saħtiet t’Alla kollha. U f’dan id-dawl hi ttawwal l-id mexxejja tagħha fil-futur biex tkun tista’ tħares lill-qaddejja tagħha minn kull xorta ta’ deni u titfa’ fuqhom kull xorta ta’ ġid. Mela, meta jkun hemm xi pjan li jrid jitwettaq f’Alla, u jista’ jinkiseb mertu kbir, permezz tal-fedelta’ ta’ xi kreatura li tkun imsejħa biex twettaq dan il-pjan għoli, Marija żgur li tipprokura biex tieħu din ir-ruħ imbierka u magħżula, bħala wieħed minn uliedha u l-qaddejja tagħha għeżież, u tiżguralu l-grazzja li jkompli l-missjoni tiegħu fedelment: “Hija tieħu ħsieb tal-interessi lejha”, jgħid wieħed qaddis.

204. 2 Bħalma għamlet Rebekka ma’ Ġakobb, Marija tagħti parir tajjeb lill-qaddejja tagħha: “Ibni, isma’ minn kliemi” (Ġen 27,8). U fost pariri oħra, hi tispirahom biex iġibulha żewġ gidien, jiġifieri ġisimhom u ruħhom, u jikkonsagrawhom lilha biex hi tkun tista’ tirranġahom bħall-platt li jogħġob ‘l Alla. Hi wkoll tispirahom biex jagħmlu dak kollu li Ġesu’ Kristu, Binha, għallem bi kliemu u bl-eżempju tiegħu. U jekk ma tkunx tat dawn il-pariri personalment, tkun għamlet dan bil-qadi tal-Anġli, li ma jħossux pjaċir jew unur akbar, milli meta jobdu l-iċken kmand tagħha biex jinżlu fid-dinja u jgħinu l-qaddejja fidila tagħha.

205. 3. X’tagħmel il-Madonna meta wieħed ikun ta u kkonsagra ġismu u ruħu totalment lilha? Hi tagħmel kif għamlet qabel Rebekka liż-żewġ gidien li ġibilha Ġakobb:
(a) Toqtolhom – jiġifieri ġġagħalhom imutu għall-ħajja ta’ Adam il-qadim;
(b) Hi tqaxxrilhom u tneżżagħlhom il-ġilda naturali – jiġifieri mill-ġibdiet ħżiena u r-rabta mal-kreaturi;
(ċ) Hi tnaddafhom mill-impuritajiet u d-dnubiet;
(d) Hi tippreparahom biex ikunu jogħġbu ‘l Alla, u jkabbru l-glorja Tiegħu.
U ladarba Marija biss taf tajjeb x’jogħġob lill-Maesta’ Divina u jkabbarlu l-glorja, hi biss li tista’ tipprepara u tirranġa mingħajr żbalji lil ruħna u ġisimna għall-gost infint u sublimi t’Alla u għall-glorja infinita u moħbija Tiegħu.

206. 4. Meta tkun irċeviet din l-offerta perfetta tagħna nfusna u tal-merti u s-sodisfazzjonijiet tagħna li nkunu għamilnielha b’din id-devozzjoni li qed nirrikmanda u meta tkun ukoll neżżgħetna mill-ħwejjeġ il-qodma, din l-Omm twajba teħodna f’idejha u tagħmilna denji biex nidhru quddiem il-Missier tas-Sema. (a) Hi tlibbisna ħwejjeġ adattati, ġodda, prezzjużi u kollha fwieħa, ta’ Eżaw ħuh il-kbir – jiġifieri ta’ Ġesu’ Kristu, Binha – li hi żżomm f’darha, jiġifieri li hu fis-setgħa tagħha, ladarba hi t-teżoriera u d-dispensatriċi universali tal-virtujiet u l-merti ta’ Binha, Ġesu’ Kristu.

Hi tagħti u tikkomunika dawn lil min trid, kif trid u bil-kwantita’ li trid kif ġa rajna. (b) Hi tgħatti l-għonq u l-idejn tal-qaddejja tagħha bil-ġlud tal-gidien maqtula u mqaxxra. Fi kliem ieħor hi żżejjinhom bil-merti u l-prezz tal-opri tagħhom. Fil-verita’, hi toqtol u teqred dak kollu li mhux pur u perfett fil-persuna tagħhom. Imma hi ma titlifx jew taħli t-tajjeb li l-grazzja tkun wettqet hemm.

Hi żżomm dak it-tajjeb u tkabbru bħall-ornament u s-saħħa ta’ għonqhom u jdejhom. Fi kliem ieħor hi ssaħħaħhom u tgħinhom iġorru l-madmad li għandhom fuq għonqhom u jagħmlu ħwejjeġ kbar għall-glorja t’Alla u għas-salvazzjoni ta’ ħuthom sfortunati. (ċ) Hi tagħti fwieħa ġdida lill-ilbiesi u lill-ornamenti tagħhom, billi tlibbes lill-qaddejja tagħha bil-merti u l-virtujiet tagħha stess, li meta mietet, ħallitilhom – kif qaltilna soru tas-seklu li għadda, li għamlet mewta ta’ qaddisa u li saret taf dan b’rivelazzjoni speċjali.

B’hekk dawk kollha ta’ darha – il-qaddejja u l-ilsiera – huma mlibbsin b’żewġ ilbiesi, jiġifieri bil-libsa ta’ Binha u b’tagħha stess! “Għax kollha għandhom żewġ ilbiesi” (Prov 31,21). U għalhekk Ġesu’ Kristu ma jkunx għalihom dak li hu għall-ħżiena – biża’ li jinġazza, bjuda kiesħa bħal tas-silġ, li huma ma jkunux jifilħu jissapportu billi huma mneżżgħin mill-merti ta’ Ġesu’ Kristu u tal-Imqaddsa Ommna Marija.

207. 5. Fl-aħħarnett, għalkemm huma l-ulied iż-żgħar u huma biss ulied adottati – u għalhekk m’għandhomx dritt naturali għal barka bħal din – Marija taqla’ l-barka tal-Missier tas-Sema għall-qaddejja tagħha. Lebsin ilbiesi ġodda fjamanti, ta’ kwalita’ mill-aqwa u kollha fwieħa; b’ruħhom u ġisimhom ippreparati u ddestinati – huma jersqu bil-kunfidenza lejn it-tron tal-Missier tagħhom tas-Sema. Dan il-Missier twajjeb jismagħhom u jagħraf il-leħen tagħhom, li hu l-leħen tal-midneb. Hu jmissilhom idejhom, mgħottijin bil-ġlud. Ixomm il-fwieħa ħelwa tal-ilbiesi tagħhom. Hu jiggosta bil-ferħ dak li ppreparatlu Marija.
Billi jagħraf fihom il-merti u l-fwieħa ta’ Ibnu u tal-Omm Qaddisa ta’ Ibnu:
1. Hu jagħtihom iż-żewġ barkiet tiegħu – Il-Barka tan-nida tas-Sema – “Minn nida tas-Smewwiet”, jiġifieri l-barka tal-Grazzja Divina li hi ż-żerriegħa tal-glorja; “Imbierek Alla… li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali fis-smewwiet ta’ Kristu” (Efes 1,3). Il-barka tal-ġid tal-art – “Minn frott tal-art”, fi kliem ieħor il-ħobża ta’ kuljum u dak li hu biżżejjed mill-ġid ta’ din id-dinja.
2. Iktar, hu jagħmilhom sidien fuq ħuthom, il-ħżiena. Ċertament dan mhux dejjem jidher fid-dinja, li tgħaddi f’mument, u fejn il-ħżiena donnhom isaltnu: “Kull min jagħmel il-ħażen jiftaħar” (S 93,4)… “Jien rajt wieħed ħażin jitkabbar, jinfirex qisu ċedru tal-libanu” (S36,35). Imma din is-supremazija tal-magħżulin hi madankollu vera, u tidher ċar fil-ħajja l-oħra, għall-eternita’ kollha, fejn il-ġusti, kif igħidilna l-Ispirtu s-Santu, isaltnu fuq in-nazzjonijiet u jmexxuhom, “Jaħkmu fuq il-poplu” (Għerf 3,8).3.

Mhux kuntent li jberikom fil-persuna tagħhom u f’dak kollu li jippossiedu, Alla jbierek ukoll lil dawk kollha li jberkuhom u jisħet lil dawk kollha li jisħtuhom u jippersegwitawhom.

2. Hija tipprovdilhom kollox

208. It-tieni opra ta’ karita’ li l-Verġni Mbierka tagħmel mal-qaddejja fidili tagħha, hi dik li tipprovdilhom kull ma għandhom bżonn għall-ġisem u għar-ruħ. Bħalma diġa’ rajna, hi tagħtihom żewġ ilbiesi: Hi tittrattahom bl-iktar ikel delizzjuż mill-mejda t’Alla. Hi titmagħhom bil-Ħobż tal-Ħajja, li hi stess iffurmat: “A generationibus meis implemini” (Koħ 24,25). “Għeżież uliedi”, hi tgħidilhom permezz ta’ Ktieb il-Għerf, “Imtlew bil-ġenerazzjoni tiegħi”, jiġifieri b’Ġesu’, il-Frott tal-Ħajja, li jien ġibt fid-dinja minħabba fikom”…

“Ejjew kulu l-ħobż tiegħi u ixorbu l-inbid li ħejjejt għalikom” (Prov 9,5). “Kulu għeżież, ixorbu u iskru” (Għan 5,1). “Ejjew” tgħidilhom, “kulu l-ħobż tiegħi, li hu Ġesu’, ixorbu l-inbid ta’ mħabbtu, li jien ħallatt għalikom.” Ladarba Marija hi t-teżoriera u d-dispensatriċi tar-rigali u l-grazzji tal-Aktar Għoli, hi tagħti lil uliedha u l-qaddejja tagħha sehem kbir u l-aħjar minn dawk il-grazzji u r-rigali mill-isbaħ, biex issostnihom u tħarishom. Huma jkunu mmantnin bil-Ħobż tal-Ħajja u msakkrin bl-Inbid li jnissel l-verġni. Bl-għajnuna qatt ma taqta’ ma’ Marija “Intom terdgħu u fuq id-dirgħajn tintrefgħu” (Is 6,12) – huma jġorru l-madmad ta’ Ġesu’ Kristu b’tant ħeffa, li bilkemm iħossu t-toqol tiegħu minħabba ż-żejt tad-devozzjoni li bih dilkithom. “Jugun eorum computrescet a facie olei”… “U l-madmad tiegħu jinkiser minn fuq għonqok” (Is 10,27).

3. Hija tmexxihom u tiggwidahom

209. It-tielet benefiċċju li l-Verġni Mbierka tagħti lill-qaddejja tagħna, hu dak li tmexxihom u tiggwidahom skont ir-rieda ta’ Binha. Rebekka kienet tmexxi liċ-ċkejken Ġakobb u tagħtih xi parir f’waqtu kemm biex tiġbed fuqu l-barka ta’ missieru, kif ukoll biex tiskansalu l-mibgħeda u l-persekuzzjoni ta’ ħuh Eżaw. Marija, li hi l-Kewkba tal-Baħar, tmexxi lill-fidili qaddejja tagħha kollha għall-port tal-kenn; hi turihom il-mogħdijiet tal-ħajja ta’ dejjem; hi ma tħallihomx imorru f’toroq perikulużi u tmexxihom minn idejhom huma u telgħin it-taraġ tal-qdusija. Hi twiżinhom meta jkunu fil-periklu li jaqgħu, u terfagħhom meta jaqgħu.

Hi ċċanfarhom, bħal omm li tħobb, meta jaqgħu, u xi darba tikkastigahom bl-id tal-imħabba. Jista’ iben, li jkun ubbidjenti lejn Marija, Ommu u l-protettriċi tiegħu, jista’ iben bħal dan jintilef fi triqtu lejn l-eternita’? “Ipsam sequens non devias”… “Min jimxi warajha ma jintilifx” (San Bernard).

M’hemm l-ebda biża’ li xi veru iben ta’ Marija jkun imqarraq minn spirtu ħażin u jaqa’ f’xi ereżija formali. Fejn tmexxi Marija m’hemmx post għax-xitan u l-qerq tiegħu, jew għall-eretiċi bit-tqarriq tagħhom. “Meta żżommok Marija, int ma taqax”.

4. Hija tiddefendihom u tħarishom

210. Bħala r-raba’ servizz lill-ulied u qaddejja tagħha, il-Verġni Mbierka tiddefendihom u tħarishom mill-għedewwa tagħhom. Bil-kura u l-għaqal tagħha, Rebekka, ħarset lil Ġakobb mill-perikli kollha li kien jiltaqa’ magħhom u speċjalment mill-mewt, li ħuh Eżaw kien lest li jagħmillu, minħabba l-mibgħeda u l-għira li kellu lejh, bħalma Kajjin għamel lil ħuh Abel. Marija, l-Omm twajba tal-ippredestinati, taħbihom taħt il-ġwienaħ tal-protezzjoni tagħha, bħalma qroqqa taħbi l-flieles tagħha. Hi titkellem magħhom, titbaxxa sa fejnhom, u tagħti kas tad-debolizza tagħhom, biex fid-dell tagħha huma jistgħu jkunu mħarsin mis-seqer u miċ-ċawlun. Hi ddawwarhom bil-qawwa tagħha u timxi magħhom bħal eżerċitu lest għat-taqbida: “ut castrorum acies ordinata” (Għan 6,3). Jista’ jkun li bniedem li jkun imdawwar minn eżerċitu kbir ta’ mitt elf suldat, jibża’ mill-għedewwa tiegħu? Qaddej fidil ta’ Marija, imdawwar bil-protezzjoni u l-qawwa tagħha ta’ Sultana, għandu wisq anqas minn xiex jibża’. Din l-Omm twajba u Prinċipessa setgħana tas-sema, aktar tagħmel li tibgħat malajr armata ta’ miljuni t’Anġli biex igħinu lil wieħed minn uliedha, milli xi darba jingħad li qaddej fidil ta’ Marija, li kien jafda fiha, kien mirbuħ mill-malizzja, min-numru, jew mill-qawwa tal-għedewwa tiegħu.

5. Hija tinterċedi għalihom.

211. Fl-aħħarnett, il-ħames u l-ikbar benefiċċju li Marija tagħti lis-segwaċi fidili tagħha, hu li tidħol għalihom quddiem Binha u tikkalmah bit-talb tagħha. Tgħaqqadhom miegħu b’rabta l-aktar intima u tgħasses fuq din l-għaqda. Rebekka ġagħlet lil Ġakobb jersaq lejn is-sodda ta’ missieru. U r-raġel xwejjaħ messu, għannqu u anke biesu bil-ferħ, billi kien hekk sodisfatt u kuntent bil-platt imħawwar tajjeb li kien ġieblu Ġakobb. Wara li xamm, bi pjaċir kbir, ir-riħa fina tal-ilbiesi tiegħu Iżakk għajjat: “Ara riħet ibni, bir-riħa ta’ għalqa mbierka mill-Mulej!” (Ġen 27,27). Din l-għalqa mimlija, li r-riħa tagħha saħħret il-qalb tal-missier mhix ħaġ’oħra ħlief il-fwieħa u l-merti ta’ Marija, li hi l-għalqa għanja bil-grazzji, fejn Alla l-Missier żera’ lil Ibnu l-Waħdieni, bħaż-żerriegħa tal-qamħ tal-magħżulin. Kemm togħġob lil Ġesu’ Kristu, il-Missier tad-dinja, li għad trid tiġi, it-tarbija tfuħ bil-fwieħa ħelwa ta’ Marija! Kemm tingħaqad Miegħu malajr u perfettament! Aħna dan kollu diġa’ wrejnih fit-tul.

212. Aktar, meta l-Verġni Mbierka tkun qassmet il-favuri tagħha fuq uliedha u fuq il-qaddejja fidili tagħha, meta tkun ukoll qalgħetilhom il-barka tal-Missier tas-Sema u għaqqdithom ma’ Ġesu’ Kristu – hi tippreservahom f’Ġesu’ Kristu, u Ġesu’ Kristu fihom; Hi tipproteġihom u kontinwament tgħasses fuqhom li ma jmorrux jitilfu l-grazzja t’Alla, u jaqgħu fin-nases tal-għedewwa tagħhom: “Hi żżomm il-qaddisin fil-milja tagħhom” (San Bonaventura). Hi tgħinhom, bħalma diġa’ għidna, li jipperseveraw sal-aħħar. Hekk mela, hi t-tifsira ta’ din it-tixbiha kbira u antika, tal-predestinazzjoni u tal-ħżunija, li hi ftit wisq magħrufa, u hekk mimlija bil-misteru.

KAPITLU VII
L-Effetti tal-għaġeb li din id-devozzjoni
ġġib f’ruħ fidila lejha

213. Għażiż ħija , jien niżgurak li jekk inti tkun fidil lejn il-prattiki interjuri u esterjuri ta’ din id-devozzjoni, li se nispeċifika fil-kapitlu li jmiss, inti jkollok dawn il-benefiċċji.

1. Tagħraf lilek innifsek

1. Bid-dawl li l-Ispirtu s-Santu jagħtik permezz ta’ Marija, l-Għarusa maħbuba Tiegħu, inti tasal biex tagħraf in-natura mħassra tiegħek, it-taħsir tiegħek, u l-inkapaċita’ tiegħek li tagħmel xi ħaġa tajba li m’għandhiex il-bidu tagħha f’Alla, l-Awtur tan-natura u tal-grazzja. B’riżultat ta’ dan it-tagħrif, inti tmaqdar lilek innifsek u tħares lilek innifsek bil-biża’. Inti tħares lejk innifsek bħal bebbuxu, li jħammeġ kollox bil-lgħab tiegħu; jew bħal żrinġ li javvelena kollox bil-velenu tiegħu; jew bħal serp malizzjuż li jfittex biss biex iqarraq. Fl-aħħar, lill-umli, Marija tagħtih sehem mill-umilta’ profonda tagħha; u bħala riżultat, filwaqt li tmaqdar lilek innifsek, u tieħu pjaċir li tkun immaqdar, inti stess ma tmaqdar lil ħadd.

2. Partiċipazzjoni fil-Fidi ta’ Marija

214. 2. Il-Verġni Mqaddsa tagħtik sehem f’dik il-Fidi tagħha, li matul ħajjitha f’din id-dinja, kienet akbar minn dik tal-Patrijarki, tal-Profeti, tal-Appostli u tal-Qaddisin. Issa qed issaltan fis-Sema, fejn tara kollox ċar f’Alla, bid-dawl tal-glorja, Marija m’għandhiex bżonn aktar tal-Fidi. Madankollu, hu pjaċir kbir t’Alla, li Marija ma titlifx din il-Fidi għal kollox meta daħlet fil-glorja: hi għadha żżommha biex tipperserveraha fil-Knisja Militanti, għall-qaddejja fidili tagħha. Aktar, mela ma tkun miġjub u ffavorit minn din il-Prinċipessa sabiħa u Verġni fidila, aktar ikollok l-imġiba tiegħek kollha mħeġġa b’fidi vera. Fidi hekk safja, li bilkemm tħallilek xewqa għas-sentimentaliżmu u għall-istraordinarju. Fidi ħajja mixgħula bl-imħabba, li biha tkun tista’ ttemm l-għemil kollu tiegħek, mħeġġeġ mill-imħabba safja lejha, qawwija u sħiħa bħall-blata li tgħinek biex tibqa’ qawwi u sod, qalb it-tempesti u tbatija. Fidi attivita u penetranti, li bħal “master-key”, misterjuża ddaħħlek fil-misteri kollha ta’ Ġesu’ Kristu, fl-għarfien tal-aħħar fini tal-bniedem, u fil-qalb t’Alla nnifsu; Fidi qalbenija li ġġegħlek tibda u ttemm bla biża’ ħwejjeġ kbar għal Alla u għas-salvazzjoni tal-erwieħ. Fl-aħħarnett, fidi li taqbad bħal ħuġġieġa l-ħajja divina tiegħek, u t-teżor moħbi tiegħek tal-Għerf Divin, u l-mezz li jista’ kollox int tuża biex iddawwal lil dawk li jinsabu fid-dlam u fid-dell tal-mewt, biex tħeġġeġ lil dawk li huma berdin u li m’għandhomx id-deheb jaħraq tal-imħabba, biex tagħti l-ħajja lil dawk li huma mejtin bid-dnub, biex tqanqal u tikkonverti bil-ħlewwa u bis-saħħa ta’ kliemek, il-qlub iebsa daqs l-irħam u daqs iċ-ċedri tal-libanu; u fl-aħħar, biex tieqaf lix-xitan u lill-għedewwa kollha tas-salvazzjoni tiegħek.

3. Il-Grazzja tal-imħabba safja

215. 3. Din l-Omm tal-Imħabba Divina, tneħħi minn qalbek l-iskrupli kollha, u kull biża’ servili u mhux floku. Tiftaħlek qalbek u tagħmilha kbira u ġeneruża, biex inti tkun tista’ tiġri fit-triq tal-kmandamenti ta’ Binha, bil-liberta’ qaddisa tal-ulied t’Alla, u biex tiġi mogħti sehem minn dik l-imħabba safja li tagħha hi t-teżoriera. Bħala riżultat, inti ma tkunx aktar immexxi, kif kont s’issa, minn attitudni ta’ biża’ lejn Alla tal-Imħabba, imma mill-imħabba safja Lejh. Inti tħares Lejh bħala l-Missier twajjeb tiegħek, li lilu inti tfittex dejjem li togħġob u li miegħu titkellem bil-fiduċja kollha, bħalma tifel ikellem lit-twajjeb missieru. Jekk disgrazzjatament toffendih, malajr tumilja ruħek quddiemu u bl-umilta’ titolbu maħfra; u b’qalb sempliċi, inti tnewwilu idek u terġa’ tqum bis-saħħa tal-imħabba u bla xkiel jew inkwiet fir-ruħ u tkompli bil-kuraġġ fi triqtek Lejh.

4. Kunfidenza Kbira f’Alla u f’Marija

216. 4. Il-Verġni Mqaddsa timliek b’fiduċja kbira f’Alla u fiha nfisha. Hi tagħmel dan:
(1) Għaliex inti ma tersaqx iżjed waħdek lejn Ġesu’Kristu imma dejjem permezz ta’ din l-Omm twajba,
(2) Għaliex ladarba inti tajtha l-merti, il-grazzji u s-sodisfazzjonijiet tiegħek kollha biex hi tiddisponi minnhom kif trid, bi tpattija hi tagħtik il-virtujiet tagħha u tlibbsek bil-merti tagħha biex inti tkun tista’ tgħid ‘l Alla bil-fiduċja kollha: “Hawn hi Marija, il-qaddejja tiegħek isir minni skont kelmtek.” “Ecce Ancilla Domini ,fiat mihi secundum verbum tuum.” (Lq 1,38).
(3) Għax ladarba inti tajt lilek innifsek kollok kemm inti ruħ u ġisem, lil Marija, li l-ġenerożita’ tagħha ma titqabbel ma’ xejn, ma tħalli ‘l ħadd jgħaddiha fil-libertalita’ tagħha, hi tagħti ruħha lilek bi tpattija b’mod misterjuż imma veru. Għalhekk tista’ bil-kuraġġ kollu tgħid: “Tuus sum ego, salvum me fac.” Jiena tiegħek, O Verġni Qaddisa, salvani.”

“Accepi te in me.” “O Omm Qaddisa jien ħadtek għalija.” Jew tista’ tgħid ma’ San Bonaventura: “Għażiża Sidt tiegħi, tant għanja fil-fidwa. Jien naħdem bil-fiduċja kollha, u ma nibżax, għaliex inti s-saħħa u t-tifħir tiegħi fil-Mulej”… u f’post ieħor “jiena kollni tiegħek u kulma għandi hu tiegħek. O Verġni glorjuża, imbierka fuq il-kreaturi kollha, ħallini npoġġik bħala siġill ta’ qalbi, għaliex qalbi l-imħabba tiegħek hi qawwija daqs il-mewt” (Psalter Majus B.V)

Is-sentimenti tal-profeta tista’ tagħmilhom tiegħek: “Mulej ma tkabbritx qalbi lanqas ma ntrefgħu għajnejja, jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, jew wara ħwejjeġ ogħla minni, u b’dan kollu għadni m’iniex umli, imma tkabbart bħal tarbija li tinfatam minn ommha, hekk hi ruħi ġewwa fija” (S 130, 1-2). Jien bħal tifel miftum mill-pjaċiri tad-dinja li qed jistrieħ fi ħdan Ommu – dak il-ħdan li hu tani bl-abbundanza.
(4) Dak li jkompli jkabbar il-fiduċja tiegħek f’Marija hu l-fatt li meta tkun fdajt f’idejha dak kollu li għandek, biex hi tqassamhom jew kif trid hi tikkonservahom, jkollok inqas fiduċja fik innifsek u fiduċja aktar qawwija fiha li hi t-teżoriera tiegħek. X’fiduċja u x’konsolazzjoni jkollha dik ir-ruħ li tista’ tgħid li t-teżor t’Alla, fejn Hu poġġa dak kollu li hu l-iżjed prezzjuż, hu t-Teżor tagħha wkoll! “Ipsa est thesaurus Domini”, igħid wieħed qaddis. “Hi t-teżor tal-Mulej!”

5. Komunikazzjoni tar-ruħ mal-Ispirtu s-Santu

217. 5. Ir-ruħ tal-Verġni Mbierka tikkomunika ruħha miegħek, biex tagħti glorja ‘l Alla, l-Ispirtu tagħha jieħu post l-Ispirtu tiegħek biex jifraħ f’Alla s-Salvatur tagħha – basta tkun fidil lejn il-prattika ta’ din id-devozzjoni. “Sit in singulis anima Mariae, ut magnificet Dominum;sit in singulis Mariae, ut exultet in Deo,” igħid Sant’Ambroġ: “Ħalli l-ispirtu ta’ Marija jkun f’kull wieħed u f’kull waħda minna biex jigglorifika lill-Mulej, u ħalli l-Ispirtu ta’ Marija jkun f’kull waħda minna biex jifraħ f’Alla.” “Meta se jasal dak iż-żmien sabiħ meta Marija, għanja bil-grazzja, issaltan fil-qlub tagħna, bħal Sidt u Sultana, biex qlubna jkunu sottomessi għal kollox għas-saltna ta’ Binha l-Waħdieni Ġesu’ Kristu?” Meta se jasal iż-żmien li l-erwieħ jieħdu min-nifs Marija, bħalma l-ġisem tagħna jirrispira l-arja? Ħwejjeġ tal-għaġeb għad jitwettqu hawn fl-art meta jasal iż-żmien, l-Ispirtu s-Santu jsib lill-Għarusa maħbuba tiegħu bħallikieku mnissla fl-erwieħ, jinżel bl-abbundanza Tiegħu kollha fihom u jimliehom bid-doni Tiegħu, speċjalment bid-don tal-Għerf biex Hu jkun jista’ jaħdem fihom l-għeġubijiet tal-grazzja.

Għażiż ħija, meta jasal tassew dak iż-żmien imbierek, iż-żmien ta’ Marija, li fih ħafna erwieħ magħżula li hija kisbet minn Alla l-għoli, jintilfu fl-abbiss tar-ruħ tagħha, u jsiru xbihat ħajjin ta’ Marija, biex iħobbu u jigglorifikaw lil Ġesu’ Kristu? Dak iż-żmien jasal biss meta d-devozzjoni, li qed nirrikmanda, tkun magħrufa u pprattikata: “Ut adven regnum adveniat regnum Mariae.”

6. Marija tnissel lil Ġesu’ Kristu fl-erwieħ

218. 6. Jekk Marija, li hi s-siġra tal-Ħajja, tkun ikkultivata tajjeb bil-ġenerożita’ f’ruħna permezz tal-fedelta’ tagħna lejn il-prattiki ta’ din id-devozzjoni, hi tagħmel il-frott fi żmienu; u l-frott tagħha ma jkun ħadd iżjed, ħlief Ġesu’ Kristu. Jien nara ħafna erwieħ devoti li qed ifittxu lil Ġesu’ Kristu, x’uħud b’devozzjoni u oħrajn b’oħra. U wara li jkunu tħabtu ħafna bil-lejl, huma jkunu jistgħu jgħidu biss: “Għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn” (Lq 5,5). U aħna nistgħu nagħtu t-tweġiba: “Ħdimtu ħafna u qlajtu ftit” (Aggeus 1,6). Dan għaliex Ġesu’ Kristu għadu mhux preżenti biżżejjed fikom. Imma, bit-triq immakulata ta’ Marija u b’dil-prattika divina, li qed nirrikmanda, aħna naħdmu bin-nhar, naħdmu f’post qaddis, naħdmu ftit. F’Marija m’hemmx lejl, għaliex fiha la kien hemm dnub u lanqas dell ta’ dnub. Marija hi post qaddis, hija l-Qaddisa tal-qaddisin, fejn il-qaddisin huma ffurmati u mogħtija s-sura.

219. Nixtieqkom tinnuttaw, jekk jogħġobkom, li jien ngħid li l-qaddisin jiġu ffurmati f’Marija. Hemm differenza kbira bejn li tnaqqax figura billi titfagħha ġo forma. Biex joħolqu figura maqlugħa, l-iskulturi u dawk li jagħmlu l-istatwi jieħdu ħafna xogħol, u teħdilhom ħafna żmien, imma meta jużaw forma, ix-xogħol ikun ħafif u joħorġu l-istatwti tagħhom f’qasir żmien. Santu Wistin isejjaħ lil Marija: “forma Dei…” “Il-forma t’Alla.”: “Int jistħoqqlok tissejjaħ il-Forma t’Alla.” Hi l-forma, magħmula biex tifforma kreaturi jixbhu ‘l Alla. Kull min jiġi mixħut ġo din il-forma divina malajr jiġi ffurmat f’Ġesu’ Kristu, u Ġesu’ Kristu fih. Bi ftit spejjeż u fi żmien qasir, isir jixbah ‘l Alla, ladarba kien miftuħ fil-foma li sawret Alla.

220. Jiena jidhirli li nista’ nxebbah dawk id-diretturi spirtiwali u erwieħ devoti li jfittxu li jiffurmaw lil Ġesu’ Kristu infushom jew f’oħrajn bi prattiki differenti minn dik li jien qed nirrikkmanda mal-iskulturi, li jafdaw fil-ħila, bżulija, u arti tagħhom, jagħtu daqqiet bħax-xita bil-mazza u l-iskarpell fuq il-granit jew l-injam biex joħorġu minn din il-blokka bla forma l-figura ta’ Ġesu’ Kristu. Xi drabi huma jirnexxilhom li jipproduċu biss xbieha ta’ Ġesu’ Kristu mhix perfetta, jew minħabba nuqqas ta’ tagħrif biżżejjed fuq il-persuna ta’ Ġesu’ Kristu, jew minħabba xi daqqa bla grazzja, li tħassar l-opra kollha. Imma, għal dawk li jħaddnu dan is-sigriet ta’ grazzja, jiena sejjer inxebbaħhom ma’ dawk li jħollu u jagħmlu l-forom. Huma sabu f’Marija l-forma perfetta fejn Ġesu’ kien iffurmat naturalment u divinament u bla ma afdaw fuq il-bżulija tagħhom imma biss fuq il-perfezzjoni tal-forma – huma jitfgħu lilhom infushom u jintilfu f’Marija biex ikunu jistgħu jiġu mibdulin fix-xbieha perfetta ta’ Ġesu’ Kristu.

221. Dan hu tassew paragun sabiħ u ġust! Iżda min sejjer jifhmu? Nittama li tkun int għażiż ħija. Imma ftakar li biss dak li jkun maħlul u likwidu jintefa’ ġo forma; fi kliem ieħor inti għandek teqred u tħoll fik innifsek ‘l Adam il-qadim, biex tkun tista’ ssir Adam il-Ġdid f’Marija.

7. Għall-Akbar Glorja t’Alla

222. 7. Bil-ħarsien fidil ta’ din il-prattika, inti tagħti glorja ikbar lil Ġesu’ Kristu f’xahar wieħed, milli tista’ tagħti billi tosserva xi prattika oħra għal ħafna snin kienet diffiċli kemm kienet. Dawn li ġejjin huma r-raġunijiet li se nġib biex nurik dan:

1. Għax il-prattika tgħallmek tagħmel l-azzjonijiet tiegħek permezz tal-Verġni Mbierka. Int għalhekk tħalli fil-ġenb l-intenzjonijiet u l-iskopijiet tiegħek. Għalkemm ikunu tajbin u magħrufa sewwa, biex b’hekk inti tintilef, biex ngħid hekk, f’dawk ta’ Marija, għalkemm l-intenzjonijiet tagħha huma moħbija għalik. B’hekk int tidħol u taqsam fis-sublimita’ tal-intenzjonijiet tagħha, li huma hekk safja, illi tagħti glorja akbar ‘l Alla bl-iċken azzjoni tagħha, per eżempju, billi ddawwar l-imgħażel tagħha, jew tagħmel pont ħjata, milli ġie mogħti bil-martirju aħrax ta’ San Lawrenz fuq il-gradilja, jew bl-atti l-aktar erojċi tal-qaddisin kollha. Matul ħajjitha fid-dinja l-Verġni Mqaddsa akkwistat ħażna hekk kbira ta’ grazzji u merti, li kien ikun eħfef li tgħodd il-kwiekeb tas-sema, il-qatriet tal-ilma fil-baħar, jew ir-ramel fuq x-xtajta, mill tgħodd il-merti u l-grazzji tagħha. Hi tat glorja akbar lil Alla milli qatt tawh, jew għad jagħtuh l-Anġli u l-Qaddisin kollha. O Marija, għaġeb tal-għeġubijiet! Żgur li inti bilfors tagħmel għeġubijiet tal-grazzja fl-erwieħ li tassew ifittxu li jintilfu fik!

223. 2. Għax ir-ruħ li hi fidila lejn din id-devozzjoni ma torbotx fuq dak li taħseb jew tagħmel hi min jedda, iżda tafda biss fuq id-dispożizzjonijiet ta’ Marija, biex tersaq lejn Ġesu’ Kristu u anke biex titkellem Miegħu, hi tipprattika aktar l-umilta’ minn dawk l-erwieħ li jaħdmu waħedhom, u mingħajr ma jindunaw, jafdaw dejjem aktar fuq id-disposizzjonijiet tagħhom stess. Għaldaqstant ruħ bħal din tagħti glorja ikbar ‘l Alla, li hu biss perfettament adorat minn dawk ta’ qalb ħelwa u umli.

224. 3. Għax il-Verġni Mbierka fl-imħabba kbira tagħha lejna tixtieq ħafna li tieħu f’idejha verġinali, l-offerta tal-għemejjel tagħna, biex hi tagħtihom sbuħija u dija tal-għaġeb. Hi stess toffrihom lil Ġesu’ Kristu, mingħajr biża’ li jiġu miċħuda; u b’hekk is-Sinjur Tgaħna jirċievi aktar glorja milli kieku offrejnihomlu aħna stess mill-idejn midinba tagħna.

225. 4. Fl-aħħarnett għax meta inti terfa’ ħsibijietek lejn Marija, Marija twassal dawk il-ħsibijiet tiegħek lejn Alla; inti ma tsiatx tfaħħar jew tqim lil Marija, mingħajr Marija ma tfaħħar u tqim ‘l Alla f’ismek. Marija hi għal kollox orjentata lejn Alla: tassew nista’ nsejħilha r-relazzjoni ta’Alla, ladarba hi teżisti biss fir-relazzjoni tagħha m’Alla, jew bħall-eku t’Alla li jgħid u jirrepeti biss “Alla.” Meta inti tgħid “Marija” hi tgħid “Alla”. Sant’Eliżabetta faħħret lil Marija u sejħitilha “Imbierka” għaliex kienet emmnet; u malajr Marija, l-eku fidil t’Alla, stqarret: “Magnificat anima mea Dominum”, “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej” (Lq 1,46). Dak li għamlet Marija f’dik l-okkażjoni, issa qed tagħmlu kuljum. Meta hi tkun imfaħħra, maħbuba, onorata jew meta xi rigal jiġi mogħti lilha, hu Alla li jkun imfaħħar, maħbub, igglorifikat u jkun Alla li jirċievi r-rigal permezz ta’ Marija u f’Marija.

KAPITLU VIII
Prattiki Partikulari ta’ din id-Devozzjoni

1. Prattiki Esterjuri

226. Filwaqt li l-essenza ta’ din id-devozzjoni hija n-natura interjuri tagħha, hemm xi prattiki esterjuri relevanti li m’għandhomx jiġu traskurati “Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l-oħrajn barra” (Mt 23,23). Dan hu hekk għaliex il-prattiki esterjuri magħmula sewwa jgħinu ħafna lid-dispożizzjonijiet interni; għaliex billi l-bniedem hu kreatura, taħt l-influwenza qawwija tas-sensi, hu jkun ta’ sikwit imfakkar b’dawn il-prattiki, f’dak li jagħmel jew f’dak li għandu jagħmel; u għaliex, mhux bħad-dispożiżżjonijiet interjuri, dawn jistgħu jidhru minn barra, hu għalhekk huma tajbin għall-edifikazzjoni tal-proxxmu.

Mela ma jiġix xi bniedem tad-dinja jew wieħed li jrid jikkritika jgħidli illi l-vera devozzjoni qiegħda fil-qrib, li l-wirja minn barra għandha tkun maħruba, u li jista’ jkun hemm il-vanita’ f’dan kollu, illi d-devozzjoni għandha tkun moħbija u l-kumplament. Jien nirrispondi mal-Imgħallem tiegħi: “Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet” ( Mt 5,16). Lanqas, bħalma jgħid San Girgor, m’għandu wieħed jagħmel azzjonijiet u devozzjonijiet esterni biex jogħġob lill-bnedmin u jfaħħruh – għaliex din tkun vanita’; iżda dawn l-azzjonijiet xi drabi jkunu magħmulin li jidhru mill-bnedmin, bl-intenzjoni li jfaħħru u jigglorifikaw ‘l Alla bla ma nħabblu rasna mit-tmaqdir u mit-tifħir tal-bnedmin.

Sa nsemmi fil-qosor ftit prattiki esterjuri li jien nsejħilhom “esterjuri” mhux għaliex m’hemmx intenzjoni “interjuri” fihom, imma għaliex għandhom xi sinjal minn barra, li jgħinhom biex jingħażlu mill-prattiki, li huma biss interjuri.

1. Il-Konsagrazzjoni u tħejjija

227. L-Ewwel Prattika: Dawk li jixtiequ jadottaw din id-devozzjoni partikolari li għadha mhix ikkostitwita bħala Konfraternita’** (għalkemm dan hu mixtieq ħafna), għandhom jagħmlu dan li ġej: wara li jkunu għaddew għall-inqas tnax-il ġurnata, kif ktibt jien fl-ewwel parti ta’ din il-preparazzjoni għas-saltna ta’ Ġesu’ Kristu, li fihom jinżgħu mill-Ispirtu tad-dinja, li hu kuntrarju għal dak ta’ Ġesu’ Kristu** jridu jagħmlu tliet ġimgħat li fihom jimtlew bl-ispirtu ta’ Ġesu’ Kristu permezz tal-Verġni Mbierka. Dan li ġej hu l-programm li fuqu għandhom jimxu:

228. Matul l-ewwel il-ġimgħa, huma għandhom joffru t-talb u l-attivitajiet spiritwali kollha tagħhom biex jaqilgħu d-don tal-għarfien tagħhom infushom u l-indiema ta’ dnubiethom. Huma jagħmlu dan kollu fi spirtu ta’ umilta’. Huma jistgħu jekk isibuh ta’ għajnuna jimmeditaw fuq dak li diġa’ għidna fuq n-natura tagħna u t-taħsir tagħha; jew nistgħu jaħsbu fuq dawn it-tliet massimi ta’ San Bernard: “Ftakar f’dak li kont, ftit trab; f’dak li int, ġarra tinten; f’dak li sejjer tkun, ikel għad-dud.” Huma għandhom jitolbu lis-Sinjur Tagħna u lill-Ispirtu s-Santu biex idawwalhom billi jżommu fuq fommhom dejjem dawn il-kelmiet:

“Mulej, agħmel li nara” (Lq. 18,14); jew “Noverim me”, jew “Veni Sancte Spiritus”. U wkoll jgħidu kuljum l-Ave Maris Stella u l-Litanija tal-Ispirtu s-Santu jew il-Litanija tal-Verġni Mqaddsa Marija.

**Nota (1) Fl-1899 ġiet imwaqqfa f’Ottawa, il-Kanada l-ewwel Konfraternita’ ta’ Marija Sultana tal-Qlub, minn Mgr Duhamel. L-1913 il-Qdusija tiegħu l-Papa Piju X, waqqaf il-Konfraternita’ f’Ruma.

**Nota (2) Din il-parti mill-ktieb li ntilfet, iżda nistgħu nkunu nafu x’irid l-awtur mill-ktieb l-ieħor “L’Amour de la Sagesse Eternelle.”

229. Matul it-tieni ġimgħa l-qawwa kollha tat-talb u l-azzjonijiet tagħhom tkun diretta, biex jaqilgħu l-grazzja li jsiru jafu lill-Verġni Mqaddsa. Huma jfittxu dan it-tagħrif mingħand l-Ispirtu s-Santu. Isibuha ta’ għajnuna jekk jaqraw u jimmeditaw dak li ktibna fuq din il-materja. U bħal fl-ewwel ġimgħa huma jirreċitaw il-litanija tal-Ispirtu s-Santu u l-Ave Maris Stella; u magħhom iżidu r-Rużarju jew għall-inqas ħames posti tar-Rużarju għal din l-intenzjoni.

230. It-tielet ġimgħa jgħadduha fit-tħabrik, biex isiru jafu lil Ġesu’ Kristu. Huma jistgħu jaqraw u jimmeditaw dak li għidna fuq das-suġġett jew jgħidu t-talba ta’ Santu Wistin li tajniekom fl-ewwel taqsima ta’ dan il-ktieb. Mal-istess qaddis jistgħu jirrepetu għal mitt darba kuljum: “Noverim te”, “O Sinjur li kieku nista’ nagħrfek,” kif ukoll: “Domine ut videam” “O Sinjur li kieku nista’ naf min int!” Bħal fil-ġimgħatejn ta’ qabel huma jgħidu l-litanija tal-Ispirtu s-Santu u l-Ave Maris Stella; magħhom iżidu kull jum il-litanija tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesu’.

231. Fl-għeluq ta’ dawn it-tliet ġimgħat, huma jirċievu s-Sagramenti tal-qrar u tat-tqarbin bl-intenzjoni li jagħtu lilhom infushom lil Ġesu’ Kristu bħala ilsiera ta’ mħabba mill-idejn ta’ Marija. U jfittxu li jirċievu t-Tqarbin Imqaddes skont il-metodu li se nġibu hawn taħt; imbagħad jirreċitaw il-formula tal-konsagrazzjoni tagħhom kif issibuha fl-appendiċi ta’ dal-ktieb. Jekk ma jkollhomx kopja stampata, huma għandhom jikkopjaw din il-formola ta’ konsagrazzjoni u jiffirmawha fl-istess jum li jagħmlu din il-Konsagrazzjoni.

232. Hu tal-parir, li f’din il-ġurnata joffru xi ħaġa lil Ġesu’ Kristu u lill-Verġni Mbierka, jew bħala penitenza għall-infedelta’ tagħhom lejn il-wegħdiet tal-Magħmudija, jew bħala sinjal estrem tad-dipendenza sħiħa tagħhom mill-ħakma ta’ Ġesu’ u ta’ Marija. Din l-offerta tkun skont id-devozzjoni u l-kapaċita’ ta’ kull persuna, u tista’ tkun sawma, mortifikazzjoni, karita’, jew xemgħa. Anke li kieku kienu jistgħu jagħtu biss labra tar-ras, bħala offerta għal Kristu din tkun biżżejjed, basta tkun mogħtija b’intenzjoni tajba – għax Hu jħares biss lejn ir-rieda tajba ta’ dak li jagħmel l-offerta.

233. Għallinqas darba fis-sena fil-ġurnata tal-anniversarju huma jerġgħu jġeddu l-konsagrazzjoni tagħhom u josservaw ukoll l-istess devozzjonijiet għal tliet ġimgħat. Huma jistgħu wkoll iġeddu din il-konsagrazzjoni kull xahar jew anki kull jum permezz ta’ dal-kliem: “Totus tuus ego sum, et omnia mea tua sunt.” “Jiena kollni tiegħek u kull m’għandi hu tiegħek, O Ġesu’ tiegħi l-aktar maħbub permezz ta’ Marija, l-Omm Qaddisa tiegħek.”

2. Ir-Reċita’ tal-Kuruna ż-Żgħira tal-Verġni Mbierka

234. It-tieni prattika: “Jirreċitaw, kull jum matul ħajjithom, mingħajr ma jagħmluha piż tqil għalihom, il-Kuruna ż-Żgħira tal-Verġni Mqaddsa, li tikkonsisiti fi tliet Paternostrijiet u tnax-il Avemarija f’ġieh it-tnax-il privileġġ u splendur tal-Verġni Mqaddsa. Din id-devozzjoni hi qadima ħafna u hi bbażata fuq l-Iskrittura Mqaddsa. San Ġwann ra mara nkurunata bi tnax-il kewkba, imlibbsa bix-xemx u bil-qamar taħt riġlejha. Din il-mara jgħidu l-interpreti, hi l-Verġni Marija.

235. Ma nistgħux intawlu hawn biex ngħidu fuq il-varjeta’ ta’ modi kif tista’ tingħad bid-devozzjoni l-kuruna ż-żgħira. L-Ispirtu s-Santu jgħallimhom lil dawk li jkunu l-aktar fidili għal din id-devozzjoni, madankollu l-forma ġenerali tal-Kuruna ż-Żgħira li hi hekk:

Tibda biex tgħid: “Ħalli jkun jistħoqqli nfaħħrek Verġni Mbierka, agħtina l-qawwa konta l-għedewwa tiegħek.” Imbagħad tgħid il-Kredu u wara tgħid Paternoster, erba’ Avemarijiet u glorja. Wara terġa’ tgħid il-Pasternoster, erba’ Avemarijiet u glorja u tibqa’ sejjer sal-aħħar. Fl-aħħar tgħid is-“Sub tuum praesidium.” “Taħt il-ħarsien tiegħek.”

3. L-Użu tal-Ktajjen

236. It-Tielet Prattika. Hi ħaġa glorjuża u xierqa ta’ tifħir, kif ukoll ta’ benefiċċji kbar, jekk dawk li jkkonsagraw ruħhom bħala l-ilsiera ta’ Ġesu’ f’Marija jilbsu – bħala sinjal tal-jasar tal-imħabba tagħhom – xi katina żgħira li tkun tbierket għal tal-apposta.**

U żgur dawn is-sinjali minn barra mhumiex essenzjali u wieħed jista’ jħallihom barra, filwaqt li jħaddan din id-devozzjoni. Madankollu ma nistax ma nirrikkmandax bil-ħeġġa lil dawk li wara li tefgħu fil-ġenb il-ktajjen tal-mistħija, tal-jasar ta’ Satana – ktajjen magħmulin mid-dnub tan-nisel u forsi mid-dnub attwali wkoll – intrabtu minn rajhom f’jasar glorjuż ta’ Ġesu’ Kristu; u li bħal San Pawl jifirħu għax qegħdin fil-ktajjen għal Ġesu’ Kristu – ktajjen li huma wisq iżjed glorjużi u prezzjużi, għalkemm huma biss tal-ħadid, mill-ġiżirani tad-deheb kollha tal-imperaturi.

237. Darba, is-salib kien ix-xbieha tal-infamja l-aktar baxxa. Issa hu jiddi, b’aktar glorja minn kull ħaġa oħra, fil-qalb tal-Kristjaneżmu. Nistgħu ngħidu l-istess ħaġa mill-ktajjen tal-jasar. Fost l-antiki, u aktar fost il-pagani, la kien hemm u lanqas hemm ħaġa aktar ta’ stmerrija, u l-aktar baxxa. Iżda għan-Nisrani m’hemm xejn aktar glorjuż mill-ktajjen ta’ Ġesu’ Kristu, għaliex huma jeħilsuna u jħarsuna mir-rabta tal-ktajjen tad-dnub u tax-xitan li jumiljawna. Huma jeħilsuna, billi jorbtuna ma’ Ġesu’ u ma’ Marija, mhux bil-fors, bħal ilsir tax-xwieni, imma bil-karita’ u l-imħabba, li permezz tagħhom aħna nsiru bħal tfal: “Jien ġbidthom b’rabtiet ta’ mħabba” (Hos 11,4), igħid Alla bil-fomm tal-profeta tiegħu. Ktajjen, mela, li huma ta’ saħħithom daqs il-mewt, u anke aqwa, f’ċertu sens, ma’ dawk li bil-fedelta’ jilbsu dawn is-sinjali glorjużi sal-mewt. Għaliex, għalkemm il-mewt teqred ġisimhom, billi tagħmlu trab u rmied, hi ma teqridx ir-rabtiet tal-jasar, li billi jkunu tal-ħadid ma jispiċċawx malajr, u forsi fil-jum tal-Qawmien tagħhom mill-mewt fl-aħħar Ġudizzju, dawn il-ktajjen li jkunu għadhom idawru l-fdalijiet tagħhom, jiffurmaw biċċa mill-glorja tagħhom u jkunu mibdulin fi ktajjen ta’ dawl u ta’ glorja. Imberkin, mela, u mberkin għal elf darba l-ilsiera nobbli ta’ Ġesu’ u ta’ Marija li jibqgħu bil-ktajjen tagħhom sal-qabar!

**Nota (3) Tista’ tiġi l-oġġezzjoni li l-użu ta’ ktajjen bħal dawn hu pprojbit minn ċerti digrieti tal-Kongregazzjoni Rumana. Aħna madankollu ma nsibu xejn f’dawn id-digrieti li jipprojbixxi din il-prattika lil persuni individwali speċjalment meta – kif inhi l-intenzjoni fid-devozzjoni ta’ San Grignion de Montfort – dawn il-ktajjen huma milbusa bħala simbolu tal-jasar ta’ Ġesu’ f’Marija. (Ara Analecta Juris Pontifici).

238. Hawn huma r-raġunijiet għaliex għandhom jintlibsu dawn il-ktajjen: l-ewwel huma jservu biex ifakkru lin-Nisrani fil-Wedgħiet tal-Magħmudija, u fit-tiġdid perfett tagħhom li hu għamel, b’din id-devozzjoni u bl-obbligu strett li jkun fidil lejhom. Ladarba l-bniedem iktar ta’ spiss ikun immexxi mis-sensi milli mill-Fidi, malajr jinsa l-obbligi tiegħu lejn Alla, jekk ma jkollux xi oġġett li jidher minn barra li jservi biex ifakkru fihom, dawn il-ktajjen żgħar huma tifkira eċċellenti għan-Nisrani tal-ktajjen tal-jasar tad-dnub u tax-xitan, li minnhom ħelsitu l-Magħmudija u fil-jasar ta’ Ġesu’ Kristu, li hu wiegħed fil-Magħmudija u li reġa’ saħħaħ bit-tiġdid ta’ dawn il-wedgħiet. Waħda mir-raġunijiet għaliex, hekk ftit Insara jagħtu kas tal-obbligi li ndaħlu għalihom tal-Magħmudija, u jgħixu bl-istess laxkezza bħal ma jgħixu l-pagani bħallikieku ma wedgħu xejn lil Alla, hu għaliex ma jilbsu xejn li jfakkarhom f’dawn il-wedgħiet.

239. Fit-tieni lok, dawn il-ktajjen jintlibsu biex juru li min jilbishom ma jistħix mill-kondizzjoni tiegħu ta’ lsir ta’ Ġesu’ Kristu, u li hu jiċħad il-jasar tad-dinja, tad-dnub u tax-xitan. It-tielet, dawn il-ktajjen jintlibsu biex iħarsu u jipproteġu lil min jilbishom, mill-ktajjen tad-dnub u tax-xitan. U għaliex aħna għandna nilbsu jew il-ktajjen tal-ħażen inkella l-ktajjen tal-karita’ u tas-salvazzjoni “Vincula peccatorum aut vincula caritatis.”

240. Għażiż ħija, ejja nkissru l-ktajjen tad-dnub u tal-midinbin, tad-dinja u ta’ dawk li jħobbuha, tax-xitan u l-ħbieb tiegħu u nwaddbu l-madmad tal-mewt tagħhom, ‘il bogħod minna: “Ħa nkissru l-ktajjen tagħhom, u ntajru minn fuqna l-irbit tagħhom” (S 2,3). Biex bil-kliem tal-Ispirtu s-Santu, inqegħdu riġlejna fil-ktajjen glorjużi u għonqna fil-ktajjen tiegħu. “Qiegħed riġlejk fil-ktajjen tal-għerf, u għonqok fl-irbit tiegħu.” (Sir6,24). Nagħtu spallejna, u nġorru l-Għerf, li hu Ġesu’ Kristu u ma niddejqux mill-ktajjen tiegħu: “Agħti spalltek ħa ġġor il-piż tiegħu, u tiddejjaqx mill-ilġiem tiegħu” (Sir 6,25). Innota kif, l-Ispirtu s-Santu, qabel ma qal dan il-kliem, ħejja lir-ruħ, biex ma tiċħadx il-parir importanti tiegħu: “Agħti widen, ibni u ilqa’ l-fehma tiegħi u tiċħadx il-parir li nagħtik.” (Sir 6,23)

241. Għażiż ħabib tiegħi,, inti tippermettili ningħaqad mal-Ispirtu s-Santu biex nagħtik l-istess parir: “Vincula illius allegatura salutis.” “Il-ktajjen tiegħu, huma ktajjen ta’ salvazzjoni.” Ladarba Ġesu’ Kristu minn fuq is-salib għandu jiġbed il-bnedmin kollha lejh, irridu u ma rridux, Hu jiġbed il-ħżiena bil-ktajjen ta’ dnubiethom, biex jorbothom bħall-ilsiera tal-ġifen, u bħax-xjaten mal-korla eterna u mal-ġustizzja Tiegħu. Imma Hu jiġbed lill-ippredestinati, partikularment f’dawn l-aħħar taż-żminijiet, bil-ktajjen tal-imħabba. “Jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja” (Ġw12,32). “Jien ġbidthom b’rabtiet ta’ mħabba” (Hos 11,14)

242. Dawn l-ilsiera fidili ta’ Ġesu’ Kristu – vincti Christi – jistgħu jilbsu l-ktajjen tagħhom jew f’għonqhom, jew f’idejhom jew madwar qaddhom, jew inkella f’riġlejhom. Patri Vincent Caraffa, is-seba’ Ġeneral tas-Soċjeta’ ta’ Ġesu’ li miet bil-fwieħa tal-qdusija fl-1643, kien jilbes ċirku tal-ħadid ma’ kull sieq bħala sinjal tal-jasar tiegħu. U hu kien juri s-sobgħa tiegħu talli ma kienx jista’ jkaxkar katina fil-pubbliku. Madre Agnes ta’ Ġesu’, li diġa’ tkellimna fuqha, kienet tilbes katina madwar qaddha. Nisa qaddisin oħra, kienu jilbsuha m’għonqhom bi tpattija għall-ġiżirani tal-ġawhar li kienu jilbsu fid-dinja. Oħrajn libsuha f’idejhom biex tkun tifkira kontinwa fix-xogħol manwali, li huma kienu l-ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu.

4. Devozzjoni speċjali lejn il-Misteru tal-Inkarnazzjoni

243. Ir-Raba’ Prattika. Dawk li huma l-ilsiera ta’ Ġesu’ u Marija, għandu jkollhom devozzjoni speċjali lejn il-misteru kbir tal-Inkarnazzjoni tal-Verb, li l-festa kommemorativa tiegħu taħbat fil-25 ta’ Marzu. Għaliex dan hu l-misteru li hu speċjalment adattat għad-devozzjoni ta’ Ġesu’ u Marija. Din il-festa kienet imnebbħa mill-Ispirtu s-Santu:
(1) biex tunura u timita d-dipendenza li ma tistax titfisser bil-kliem li Alla l-Iben għoġbu jilqa’għall-glorja ta’ Alla l-Missier, u għas-salvazzjoni tagħna – dipendenza li tidher l-aktar ċar fl-Inkarnazzjoni, fejn Ġesu’ jagħmel lilu nnifsu priġunier u lsir fil-ġuf tal-Verġni Mbierka, u fejn hemm huwa ried li jkun dipendenti minnha f’kollox.
(2) Biex inroddu ħajr ‘l Alla, għall-grazzji speċjali li ta lil Marija, fuq kollox meta għażilha biex tkun l-Omm l-aktar denja Tiegħu, l-għażla li saret f’dan il-misteru. Dawn huma ż-żewġ għanjiet ewlenin tal-jasar ta’ Ġesu’ Kristu f’Marija.

244. Nixtieq inġegħilkom tinnuntaw li l-frażi li nuża hi: “l-ilsir ta’ Ġesu’ f’Marija; l-ilsir ta’ Marija f’Ġesu’.”

Naturalment nistgħu ngħidu kif qalu x’uħud s’issa, l-ilsir ta’ Marija, il-jasar lejn il-Verġni Mbierka. Imma jien naħseb li l-aħjar wieħed jissejjaħ l-ilsir ta’ Ġesu’ f’Marija, kif kien tal-parir Father Tronson, is-Superjur Ġenerali tas-Seminarju ta’ Saint-Suplice, li kien magħruf għall-prudenza rari tiegħu u għall-qdusija kbira tiegħu meta ċertu ekklesjastiku kkonsultah fuq din il-ħaġa. Hawn huma r-raġunijiet għal din l-għażla.

245. 1. Żmienna hu żmien ta’ suppervja, fejn hemm numru kbir ta’ skulari mkabbrin, jafdaw lilhom infushom biss u moħħhom biex jikkritikaw u li jsibu xi difett fil-prattiki tal-pjeta anke l-aktar li ilhom imwaqqfin u sodi. Għalhekk biex ma nagħtuhomx okkażjoni oħra ta’ kritika, aħjar ngħidu, il-jasar ta’ Ġesu’ f’Marija, u wieħed jiddikjara ruħu l-ilsir ta’ Ġesu’ u mhux ilsir ta’ Marija. Aħna, għalhekk insejħu din id-devozzjoni b’referenza għall-għan aħħari tagħha; li hu Ġesu’ Kristu, għax Marija hija t-triq u l-mezz li twassalna għal dan il-għan, għalkemm, fil-verita’ aħna nistgħu nsejħu din id-devozzjoni b’referenza kemm għal wieħed u kemm għall-oħra. Per eżempju vjaġġatur li jmur minn Orleans għal Tours billi jgħaddi minn Amboise, jista’ verament igħid li sejjer Amboise jew li sejjer Tours – imma b’din id-differenza, Amboise hi t-triq id-dritta tiegħu għal Tours, filwaqt li Tours hi l-post fejn irid jasal u tmiem il-vjaġġ tiegħu.

246. 2. Il-Misteru prinċipali li hu mfakkar u mweġġah b’din id-devozzjoni, hu dak tal-Inkarnazzjoni, fejn insibu lil Ġesu’ Kristu biss, f’Marija kif tnissel fil-ġuf tagħha. Għalhekk aktar jixraq li nitkellmu mill-jasar ta’ Ġesu’ f’Marija, minn Ġesu’ jgħix u jsaltan f’Marija skont dik it-talba sabiħa ta’ ħafna nies kbar: “O Ġesu’, li tgħammar f’Marija, ejja u għix fil-qaddejja Tiegħek, bl-ispirtu tal-qdusija Tiegħek, bil-milja tas-setgħa Tiegħek, bil-perfezzjoni tat-triqat Tiegħek, bil-verita’ tal-virtujiet Tiegħek, fix-xirka tal-misteru Tiegħek, fuq kollox rażżan kull setgħa tal-għadu bl-Ispirtu tiegħek għall-glorja tal-Missier.”

247. 3. L-għażla ta’ dan l-isem turi aktar ċar l-għaqda intima li teżisti bejn Ġesu’ u Marija. Huma maqgħudin hekk intimament, li kull wieħed hu kollu kemm hu fl-ieħor – Ġesu’ hu kollu kemm hu f’Marija; 4. Hi kollha kemm hi f’Ġesu’, jew aħjar Marija tgħix, iżda mhix hi, imma Ġesu’ jgħix għal kollox fiha, tant li jkun eħfef li tifred id-dawl mix-xemx milli tifred lil Ġesu’ minn Marija. Mela, nistgħu nitkellmu mis-Sinjur tagħna bħala “Ġesu’ ta’ Marija” mill-Verġni Mqaddsa bħala “Marija ta’ Ġesu’”.

248. Iż-żmien ma jippermettilix biex nieqaf fuq l-eċċellenza u s-sbuħija tal-Misteru ta’ Ġesu’ li jgħix u jsaltan f’Marija, jew inkella fuq il-Misteru tal-Inkarnazzjoni tal-Verb. Ikolli nikkuntenta ruħi bi ftit stqarrijiet. Hawnhekk għandna l-ewwel misteru ta’ Ġesu’ Kristu, il-misteru li hu l-aktar moħbi, l-aktar għoli, u l-inqas magħruf. Hu permezz ta’ dan il-Misteru, flimkien ta’ Marija u fil-ġuf verġinali tagħha, li Ġesu’ għażel il-magħżulin tiegħu; u għal din ir-raġuni li l-qaddisin sejħu l-ġuf ta’ Marija “it-teatru tal-Misteri t’Alla”. Għaliex bl-aċċettazzjoni ta’ dan il-Misteru, Ġesu’ seta jwettaq il-misteri ta’ ħajtu l-oħra kollha li ġew wara. “Kristu meta daħal fid-dinja qal: Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek” (Lhud 10, 5-9); u għalhekk dal-misteru jiġbor fih il-qosor il-Misteri kollha ta’ Ġesu’, għaliex fih ir-rieda u l-grazzja tagħhom kollha.

Fl-aħħarnett dal-Misteru hu t-tron tal-ħniena, tal-ġenerożita’ u tal-glorja t’Alla. Hu t-Tron tal-ħniena għalina, għax la darba aħna nistgħu nersqu lejn Ġesu’ permezz ta’ Marija biss, aħna nistgħu naraw lil Ġesu’ u nitkellmu Miegħu biss permezz tal-interċessjoni ta’ Marija. Ġesu’, li dejjem jisma’ ‘l Ommu l-għażiża, jagħti l-grazzja u l-ħniena tiegħu lill-midinbin imsejkna. “Ħa nersqu mela, b’qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja” (Lhud 4,16). U wkoll dal-Misteru hu għal Marija it-tron tal-ġenerożita’ ta’ Alla. Għaliex waqt li dan Adam il-Ġdid għammar fil-ġuf tagħha, bħallikieku kien tassew f’Ġenna tal-Art, hemmhekk għamel tant għeġubijiet fil-moħbi li la l-Anġli u lanqas il-bnedmin ma jistgħu jifhmuhom. Għalhekk il-Qaddisin isejħu lil Marija il-manificenza t’Alla, Magnificentia Dei bħallikieku Alla kien kbir biss f’Marija; “Għax hemm għalina jkun il-kobor tal-Mulej” (Is 33,21). Dan il-Misteru hu t-tron tal-glorja Tiegħu, għal Alla l-Missier, għaliex f’Marija kien, li Ġesu’ Kristu berred perfettament lil Alla l-Missier li kien inkurlat għall-umanita’. Kien f’Marija li Kristu reġa’ ta lil Missieru l-glorja li kienet misruqa bid-dnub. Kien f’Marija bl-offerta li għamel tiegħu nnifsu u bir-rieda tiegħu Kristu kiseb glorja għal Missieru milli kienet tkun mogħtija lilu bis-sagrifiċċji kollha tal-Liġi l-Qadima; u fl-aħħarnett kien f’dan il-Misteru u f’Marija li Kristu ta lil Missieru dik il-glorja infinita’ li sa dakinhar qatt ma kien għadu rċeviha mingħand il-bnedmin.

5. Devozzjoni kbira lejn l-Ave Maria u r-Rużarju

249. Il-ħames prattika. Dawk li jsiru ilsiera ta’ Ġesu’ f’Marija, għandhom jikkultivaw devozzjoni kbira lejn l-Ave Maria (it-tislima tal-Anġlu) li l-valur, il-mertu, l-eċċellenza u l-ħtieġa tagħha huma ftit apprezzati anki fost Insara tal-affari tagħhom. Kien meħtieġ li l-Verġni Mqaddsa tidher ħafna drabi lill-qaddisin kbar u mdawlin – bħal per eżempju lil San Duminku, San Ġwann Capistranu u l-Beatu Alain de la Roche – biex iġġagħalhom jifhmu l-valur kbir tal-Ave Maria. Huma kitbu kotba sħaħ fuq l-għeġubijiet ta’ din it-talba u fuq il-qawwa li għandha li taqla’ l-konverżjoni tal-midinbin.

Huma stqarrew bil-kuraġġ u ppridkaw fil-beraħ, illi ladarba s-salvazzjoni tal-umanita’ bdiet permezz tal-Ave Maria, is-salvazzjoni ta’ kull individwu hi marbuta ma’ din it-talba; huma jsostnu li kienet din it-talba li ġagħlet il-Frott tal-Ħajja jinbet fid-dinja niexfa, arida, u li hi din l-istess talba, mlissna bid-devozzjoni, li għandha ġġiegħel il-Kelma t’Alla tinbet f’ruħna, u ġġib il-Frott tal-Ħajja Ġesu’ Kristu. Huma jitkellmu minn din it-talba bħal nida ħelwa tas-sema li tinxtorob bil-mod, fil-ħamrija tar-ruħ tal-bniedem, biex din tagħmel il-frott f’waqtu; u jkomplu jżidu jgħidu li ruħ li ma tkunx imsoqqija b’din it-talba ma tagħmilx frott, imma tagħmel biss xewk u għollieq u “tkun waslet biex tiġbed fuqha saħta” (Lhud 6,8)

250. Fil-ktieb tiegħu “De Dignitate Rosarii” il-Beatu Alain de la Roche jikteb din ir-rivelazzjoni li ġejja li hu kellu mill-Verġni Mqaddsa: “Kun af, ibni, u għarraf lil kulħadd, illi sinjal viċin u probabbli ta’ dannazzjoni eterna hu meta ruħ ikollha disprezz jew inkella tkun bierda u bla kont waqt li tgħid l-Ave Maria, li permezz tagħha ġiet salvata d-dinja kollha.” Dan il-kliem huwa fl-istess ħin ta’ konsolazzjoni kbira u terribbli ħafna, kliem, li bilkemm konna nemmnu li kieku ma taniex xhieda tagħhom dan il-bniedem kbir, San Duminku qablu, u mbagħad wara xi nies kbar u huma msaħħin mill-esperjenza ta’ ħafna sekli. Għaliex dejjem kien jidher ċar li dawk li għandhom fuqhom il-marka tal-ħażen bħall-eretiċi, il-ħżiena, is-suppervi u dawk mogħtijin għad-dinja, jobgħodu u jmaqdru l-Ave Maria u r-Rużarju. L-eretiċi għadhom jitgħallmu jgħidu l-Pater Noster imma mhux l-Ave Maria jew ir-Rużarju. Dawn iħarsu lejhom bil-biża’, u aktar lesti jġorru s-serp fuqhom milli l-Kuruna tar-Rużarju. Is-suppervi, għalkemm huma Kattoliċi, wkoll, billi għandhom l-istess ġibdiet ta’ missierhom Luċifru, imaqdru u għandhom indifferenza lejn l-Ave Maria,u r-Rużarju jqisuh bħala devozzjoni tan-nisa u tajba biss għall-injoranti u l-illitterati. Mill-banda l-oħra l-esperjenza dejjem urietna li dawk, li f’affarijiet oħra u mmarkati ċar bħala ppredestinati, issibhom li għandhom imħabba u qima lejn l-Ave Maria u li jgħiduha bil-ferħ; u li aktar ma jkunu ma’ Alla, iktar ikunu jħobbu din it-talba. Dan hu li tgħid il-Verġni Mqaddsa lill-Beatu Alain, wara dak il-kliem, li għadna kemm ikkwotajna mill-ktieb tiegħu.

251. Jien ma nafx kif u lanqas għaliex dan hu hekk, madankollu hu veru. Jien ma nsibx mezz iktar effikaċi biex inkun naf jekk persuna jekk persuna hix t’Alla, milli billi nistaqsi jekk tħobbx tgħid l-Ave Maria u r-Rużarju. Jien ngħid “jekk tħobbx” għaliex jista’ jingħata l-każ li persuna ma tkunx tsita’ tgħidha la naturalment u lanqas b’mod sopranaturalu u tispira lill-oħrajn biex igħiduha.

252. Erwieħ ippredestinati, ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu jafu li l-Ave Maria hi wara l-Pater Noster,l-aktar talba sabiħa. Hi l-kumpliment l-aktar perfett li tista’ tagħmel lil Marija, għaliex hu l-kumpliment li l-Kbir Alla nnifsu għamilha permezz ta’ Arkanġlu, biex jirbaħ qalbha. Permezz tas-sbuħija moħbija li biha hi mimlija din it-tislima, kellha tant setgħa fuq Marija li tat il-kunsens tagħha għall-Inkarnazzjoni tal-Verb minkejja l-umilta’ kbira tagħha. Bla dubju ta’ xejn, hu permezz ta’ dan il-kumpliment ukoll, li Int tirbaħ il-qalb tagħha; jekk int tgħid l-Ave Maria b’devozzjoni xierqa.

253. L-Ave Maria rreċitata bl-attenzjoni, bid-devozzjoni u bil-qima esterna – jgħidu l-Qaddisin – hi l-għadu li jħarrab ix-xitan u l-martell li jisħqu. Hi l-qdusija tar-ruħ, il-ferħ tal-Anġli, il-melodija tal-ippredestinati, l-kantiku tar-Rabta l-Ġdida, il-ferħ ta’ Marija u l-glorja tal-Imqaddsa Trinita’. L-Ave Maria hi n-nida tas-sema li tagħmel ir-ruħ għammiela; hi bewsa safja ta’ mħabba lil Marija, waħda ħamra li npoġġu quddiemha. Hi ġawhra prezzjuża li noffrulha, u tazza ta’ ikel l-aktar bnin u għasel li nressqu quddiemha. Dawn ix-xbihat kollha huma meħudin mill-Qaddisin.

254. Jiena nħeġġiġkom tassew, mela f’ġieh l-imħabba li għandi għalikom fi Kristu u Marija, biex ma tkunux kuntenti li tgħidu biss il-Kuruna ż-Żgħira tal-Verġni Mqaddsa, imma li tirreċitaw kuljum ħames posti tar-Rużarju – u anke l-ħmistax-il posta jekk ikollkom il-ħin. Fis-siegħa tal-mewt tagħkom intom tbierku l-ġurnata u s-siegħa li fiha tajtu kas tal-parir tiegħi; għaliex wara li tkunu żrajtu fil-barkiet ta’ Ġesu’ u Marija intom taħsdu barkiet għal dejjem fis-sema: “Qui seminat in benedictionbus de benedictionbus et metet” (2 Kor 9,6)

6. Ir-Reċita tal-Magnificat

255. Is-sitt Prattika. Fuq l-eżempju tal-Beata Marija ta’ Oignies u ta’ ħafna nies qaddisin oħra, l-ilsiera ta’ Ġesu’ f’Marija għandhom igħidu l-Magnificat ta’ spiss b’ringrazzjament lil Alla tal-grazzji li ta lill-Verġni Mqaddsa. Din hi l-unika talba li kkomponiet b’fommha:“Il Magnificat” hu l-iktar sagrifiċċju ta’ tifħir li Alla rċieva taħt l-ordni tal-grazzja. Hu l-innu l-aktar umli, li juri l-gratitudni, kif ukoll l-aktar sublimi u għoli fost il-kantiċi kollha. Hu jħaddan misteri hekk kbar u moħbija li lanqas l-Anġli ma jafu bihom. Gerson, dak il-bniedem qaddis u ta’ skola profonda, għadda biċċa kbira minn ħajtu jikteb trattati ta’ pjeta u għerf fuq l-iktar suġġetti tqal; u kien biss fl-aħħar ta’ ħajtu, li hu ndaħal jirtogħod bil-biża’ biex ifisser il-Magnificat, li bih inkuruna x-xogħol kollu tiegħu. Fi ktieb li kiteb fuq dan is-suġġett, jagħmel xi osservazzjonijiet tal-għaġeb fuq dan il-kantiku. Fost ħwejjeġ oħra, hu jgħid li l-Verġni Mbierka kienet tgħidlu biex jgħidu ta’ spiss, speċjalment wara t-Tqarbin, bħala talba ta’ ringrazzjament. L-għaref Benzonius, waqt li kien jikkummenta fuq il-Magnificat jirrakonta ħafna mirakli li twettqu bil-qawwa tiegħu. Hu jgħid li d-demonji jitregħdu u jaħrabu meta jisimgħu dan il-kliem: “Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom”

7. Tmaqdir tad-Dinja

256. Is-seba’ prattika. Il-qaddejja fidili ta’ Marija għandhom bil-qawwa kollha ddisprezzaw, jobgħodu u jaħarbu d-dinja u l-ħażen tagħha. Għal dan il-għan huma għandhom josservaw il-prattiki tal-istmerrija tad-dinja li aħna tajna fl-ewwel parti ta’ dan it-trattat.

2. Prattiki partikulari “Interjuri” għal dawk li qed ifittxu l-perfezzjoni

257. B’żiedja mal-prattiki tad-devozzjoni esterjuri – u li m’għandhomx jiġu mħollija bi traskuraġni jew tmaqdir imma kkultivati fedelment skont ma jippermetti l-istat ta’ kull persuna – hawnhekk se nġibu xi ftit prattiki interni li jgħinu ħafna għall-qdusija lil dawk li l-Ispirtu s-Santu sejjaħ għall-perfezzjoni għolja. Dawn il-prattiki jistgħu jinġabru f’erba’ frażijiet: li nwettqu u l-għemejjel tagħna kollha permezz ta’ Marija, ma’ Marija, f’Marija u għal Marija biex nagħmluhom aktar perfettament permezz ta’ Ġesu’, ma’ Ġesu’, f’Ġesu’ u għal Ġesu’.

1. Permezz ta’ Marija

258. Għandna nagħmlu l-għemejjel tagħna permezz ta’ Marija jiġifieri għandna nobdu lill-Verġni Mqaddsa f’kollox, u nkunu f’kollox immexxijin mill-ispirtu, li hu l-Ispirtu Qaddis t’Alla. U dawk li huma mmexxijin mill-Ispirtu t’Alla huma wlied Alla: “Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu t’Alla huma wlied Alla.” (Rum 8,14). Dawk li huma mmexxijin mill-Ispirtu ta’ Marija, huma l-ulied ta’ Marija u għalhekk ulied Alla, kif ġa wrejna. U fost dawk li jgħidu li jqimu lil Marija, dawk biss huma l-qaddejja veri u fidili tagħha, li huma mmexxijin mill-Ispirtu tagħha.

Jiena għidt li l-Ispirtu ta’ Marija, hu l-Ispirtu t’Alla, għaliex Marija qatt ma kienet immexxija mill-ispirtu tagħha, imma dejjem mill-Ispirtu t’Alla, li ppossedieha hekk intimament, li sar l-ispirtu tagħha stess. Għalhekk igħidu li Sant’Ambroġ qal: “Ħalli l-Ispirtu ta’ Marija jkun f’kull bniedem, biex ikun jista’ jfaħħar lill-Mulej, ħalli l-ispirtu ta’ Marija jkun f’kull bniedem biex ikun jista’ jifraħ f’Alla.” Imbierka tassew dik ir-ruħ, li fuq l-eżempju tat-twajjeb patri Ġiżwita, Rodriguez, tkun kollha ppussessata u mmexxija mill-Ispirtu ta’ Marija, li hu spirtu ħelu u qawwi, żelanti u prudenti, umli u kuraġġuż, safi u profond!

259. Jekk wieħed irid ikun immexxi mill-Ispirtu ta’ Marija hu għandu:
(1) Jiċħad l-ispirtu tiegħu, il-pariri u x-xewqat tiegħu, qabel ma jagħmel xi ħaġa – per eżempju, qabel ma jitlob, qabel ma jiċċelebra jew jisma’ l-quddiesa, qabel jitqarben – għaliex li kieku kellna nisimgħu mill-pariri mudlama tal-ispirtu tagħna u mid-dlam tar-rieda tagħna, u l-mod kif naġixxu, tajbin kemm jidhrilna tajbin, aħna nkunu nfixklu l-ispirtu ta’ Marija.
(2) Hu għandu jintelaq fl-ispirtu ta’ Marija biex ikun jista’ jiġi mmexxi u ggwidat fejn jogħġob lilha.

Hu għandu jpoġġi lilu nnifsu fl-idejn verġinali tagħha, bħala strument f’idejn wieħed tas-sengħa u bħall-kitarra f’idejn il-mużiċista. Hu għandu jintelaq f’Marija, bħal ġebla li tintefa’ ġol-baħar – li hu jista’ jagħmel f’sekonda u b’sempliċita’ b’ħarsa tal-moħħ, ċaqlieqa żgħira tar-rieda jew bi ftit kliem bħal dawn: Jien niċħad lili nnifsi, u nagħti lili nnifsi lilek għażiża Ommi. U għalkemm il-persuna ma tħoss l-ebda fervur tal-emozzjoni f’dan l-att ta’ unjoni spiritwali, b’dan kollu hu tassew veru daqs kemm kien veru (Alla ħares qatt) li kieku kellna nagħtu lilna nfusna lil Satana, u bla ebda sinjali ta’ emozzjoni waqt li nagħmlu dan.
(3) Minn żmien għal żmien, hu għandu jġedded l-att tal-offerta u ta’ għaqda, qabel u wara li titwettaq l-azzjoni. Iktar ma jagħmel dan ta’ spiss, iktar jitqaddes u iktar jasal malajr għall-għaqda ma’ Ġesu’ Kristu – għaqda li bla dubju u bil-fors tiġi wara l-unjoni ma’ Marija, ladarba l-Ispirtu ta’ Marija hu l-Ispirtu ta’ Ġesu’.

2. Ma’ Marija

260. Għandna nagħmlu l-azzjonijiet tagħna ma’ Marija: jiġifieri f’dak kollu li nagħmlu għandna nħarsu lejn Marija bħala l-mudell bla tebgħa ta’ kull virtu’ u perfezzjoni. L-Ispirtu s-Santu tana fiha x-xbieha li tidher tal-perfezzjoni ta’ sempliċi kreatura, biex aħna nkunu nistgħu nimitawha skont il-kapaċita’ spiritwali tagħna. F’kull ħaġa li nindaħlu biex nagħmlu, għandna naraw kif kienet tagħmel dik il-ħaġa Marija, jew kif kienet tagħmilha issa kieku kienet minn flokna. Għal dan l-għan aħna għandna nistudjaw u naħsbu fuq il-virtujiet kbar li Marija pprattikat matul ħajjitha fuq l-art, b’mod speċjali
(1) Il-Fidi Ħajja tagħha, li ġagħlitha temmen mingħajr tlaqliq il-messaġġ tal-Anġlu; Fidi li hi żammet sa taħt is-Salib;
(2) L-Umilta’ profonda tagħha, li ġagħlitha tistaħba, toqgħod siekta, tissottometti ruħha f’kollox u tieħu l-aħħar post;
(3) Il-Purita’ l-iktar qaddisa tagħha, li la qatt kien hawn u l-anqas għad ikun fid-dinja. Fuq dawn, u fuq il-virtujiet tagħha l-oħra kollha, għandna nimmeditaw.

Ħalluni nerġa’ ntenni lil Marija hi l-forma kbira u waħdanija ta’ Alla, iddestinata biex toħloq forom ħajjin t’Alla, bi ftit flus u f’qasir żmien; u li bniedem li jkun sab din il-forma u li jintilef fiha, jinbidel malajr f’Ġesu’ Kristu, li tiegħu din il-forma hi kopja vera.

3. F’Marija

261. Għandna nagħmlu l-azzjonijiet tagħna f’Marija. Biex nifhmu tajjeb dan irridu nkunu nafu:
(1) Li l-Verġni Mqaddsa hi vera Ġenna tal-Art ta’Adam il-Ġdid u li l-ewwel Ġenna tal-Art, kienet biss xbieha tagħha. F’din il-Ġenna tal-Art, mela, hemm rikkezzi misterjużi u tal-għaġeb, sbuħija, affarijiet rari, u ħlewwiet li ma nistgħux nifhmu, li Adam il-Ġdid, Ġesu’ Kristu ħalla hemm. Kien f’din il-Ġenna, li sab l-għaxqa Tiegħu għal disa’ xhur sħaħ u fejn wettaq l-għeġubijiet Tiegħu, filwaqt li wera l-għana Tiegħu b’ġenerożita’ ta’Alla.

Dan il-post imqaddes u magħmul biss minn ħamrija mmakulata u verġni li biha ġie fformat u sostnut bl-opra l-Ispirtu s-Santu, Adam il-Ġdid mingħajr tebgħa jew tiċpisa. Hi din il-Ġenna tal-Art ta’ Marija li fiha żgur is-siġra tal-ħajja li l-Frott tagħha kien il-Frott tal-Ħajja – Ġesu’ Kristu, u s-siġra tal-għerf, tat-tajjeb u tal-ħażin, li tat id-dawl lid-dinja.

F’dan il-post divin, hemm siġar imħawlin bl-id t’Alla u msoqqijin bid-dlik divin tiegħu, li dejjem u li kuljum jagħmlu frott li jogħġob ‘l Alla. Hemm imxietel tal-ward mżejnin b’ħafna ward ta’ kulur sbieħ tal-virtujiet li l-fwieħa tagħhom tasal anke fost l-Anġli. F’dal-post imbierek hemm għelieqi ħodor tat-tama, torrijiet ta’ qawwa li ħadd ma jista’ jirbaħ, djar li jgħaxxqu ta’ fiduċja eċċ. L-Ispirtu s-Santu biss jista’ jġagħlna nifhmu l-verita’ moħbija ta’ dawn ix-xbihat meħudin minn affarijiet materjali. F’din il-Ġenna mbierka nsibu arja pura, mingħajr tniġġis, xemx mingħajr l-ebda dell tad-Divinita’, ġurnata li tiddi mingħajr lejl tal-Umanita’ Mqaddsa ta’ Kristu, u ħuġġieġa taqbad dejjem bl-imħabba, li tħoll il-ħadid kollu li jiġi mixħut fiha u tbiddlu f’deheb fin. Hawn insibu wkoll xmara ta’ umilta’, li titla’ mill-art u li filwaqt li tinqasam f’erba’ friegħi, issaqqi dan il-post meraviljuż; dawn l-erba’ friegħi huma l-erba’ virtujiet kardinali.

262. 2. Permezz tas-Santi Padri, l-Ispirtu s-Santu, jsejjaħ ukoll lil Marija;
(1) l-Bieb tal-Lvant li minnu l-Qassis il-Kbir, Ġesu’ Kristu, jidħol fid-dinja u jitlaq minnha. Hu ġie fid-dinja l-ewwel darba permezz tagħha, u permezz tagħha wkoll jerġa’ jiġi fit-tieni miġja Tiegħu.
(2) Is-Santwarju tad-Divinita’; il-Post fejn tgħammar it-Trinita’ Qaddisa, it-Tron ta’ Alla; il-Belt ta’ Alla; l-Altar ta’ Alla; it-Tempju ta’ Alla; id-Dinja ta’ Alla. Dawn it-titli u t-tifħir differenti li għamel f’Marija, l-Aktar Għoli. X’għana! Xi glorja! X’ferħ! Xi pjaċir ikun, li tkun tista’ tidħol u toqgħod f’Marija – li fiha Alla waqqaf it-tron tal-ogħla glorja Tiegħu!

263. Imma hu diffiċli għalina midinbin, li jkollna l-permess, il-ħila u d-dawl biex nidħlu f’post hekk kbir u qaddis, li hu mħares – mhux bħalma kienet l-ewwel Eden (ġenna) minn wieħed mill-Kerubini – imma mill-istess Spirtu s-Santu, li ħa pussess sħiħ ta’ Marija u li jgħid minnha: “Ġnien magħluq tajjeb int oħti, l-għarusa tiegħi, ġnien magħluq tajjeb, għajn ssiġillata” (Għan 4,12). Marija hi magħluqa; Marija hi ssiġillata. L-imsejkna wlied ta’ Adam u Eva, mkeċċijin mill-ġenna tal-art, jistgħu jidħlu biss għat-tieni darba f’din il-ġenna tal-art bi grazzja speċjali tal-Ispirtu s-Santu – grazzja li huma jridu jimmeritaw.

264. Meta bil-fedelta’ tagħna, nkunu qlajna dil-grazzja singulari, aħna, għandna nibqgħu fil-qalb sabiħa ta’ Marija. Għandna nibqgħu hemm bil-ferħ; għandna nistrieħu hemm fil-paċi; għandna nafdaw f’Marija bil-kunfidenza; għandna ninħbew b’fiduċja fiha u nitilfu lilna nfusna għal kollox biex fil-ġuf verġinali tagħha:
(1) Aħna nistgħu nkunu sostnuti mill-ħalib tal-grazzja tagħha, u mill-ħniena tagħha ta’ omm.
(2) Aħna nistgħu niġu meħlusin mill-inkwiet, mill-biża’ u mill-iskrupli;
(3) Inkunu mħarsin mill-għedewwa tagħna kollha, mid-dinja, mid-demonju u mid-dnub – li qatt ma’ jista’ jkollu post f’Marija. Għalhekk Hi tgħid: “Qui operantur in me, non peccabunt” “Dawk li jaħdmu bija ma jidinbux” (Sir 24,22). Fi kliem ieħor, dawk li jkunu bl-ispirtu fil-Verġni Mqaddsa ma jikkommettux dnub gravi.
(4) Aħna nkunu nistgħu niġu ffurmati f’Ġesu’ Kristu u Ġesu’ Kristu fina; għaliex is-santi padri jgħidu li l-ġuf ta’ Marija hu d-dar tal-Misteri Divini, fejn Ġesu’ Kristu u l-magħżulin Tiegħu kollha ġew iffurmati: “Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha” (S 86,5).

4. Għal Marija

265. Fl-aħħarnett aħna għandna nagħmlu l-azzjonijiet tagħna kollha għal Marija. Ladarba aħna tajna lilna nfusna kollna kemm aħna, għas-servizz tagħha, jixraq li nagħmlu kollox għaliha bħal sefturi, qaddejja u ilsiera tagħha. Naturalment mhux inqisuha bħala l-aħħar skop tax-xogħol tagħna, għaliex Ġesu’Kristu biss hu dak l-iskop, imma nħarsu lejha bħat-tmiem fil-qrib, l-interċessur misterjuż tagħna u t-triq ħafifa tagħna li twassalna għal għand Ġesu’ Kristu.

Għalhekk bħala qaddejja u ilsiera għaqlin m’għandiex noqgħodu għażżiena, imma bl-għajnuna u l-ħarsien tagħha aħna għandna nibdew u ntemmu ħwejjeġ kbar għal din is-Saltna tal-għaġeb.

Aħna għandna niddefendu l-privileġġi tagħha meta jkunu jiddubitaw minnhom; għandna ngħollu l-glorja tagħha meta tkun attakkata u għandna niġbdu n-nies kemm nistgħu għall-qadi tagħna u lejn din id-devozzjoni vera u soda; u għandna nitkellmu bil-kuraġġ kontra dawk li joffendu lil Binha billi jmaqdru din id-devozzjoni, u fl-istess ħin għandna nagħmlu ħilitna biex inwaqqfu dan il-mezz veru biex nonorawha. Imma bħala ħlas għal dan ix-xogħol żgħir, m’għandna nistennew xejn minnha ħlief il-glorja ta’ wieħed li jkun jappartieni lil din il-Prinċipessa maħbuba, u l-ferħ li wieħed ikun maqgħud permezz tagħha, ma’ Ġesu’ Kristu, Binha, b’rabta li la ż-żmien u lanqas l-eternita’ ma jistgħu jħollu.

GLORJA LIL ĠESU’ F’MARIJA!

GLORJA LIL MARIJA F’ĠESU!

GLORJA LIL ALLA WAĦDU!

SUPPLIMENT
Kif tista’ tiġi pprattikata din id-Devozzjoni
fit-Tqarbin Imqaddes

1. Qabel it-Tqarbin

266. (1) Umilja ruħek ħafna quddiem Alla.
(2) Iċħad in-natura mħassra tiegħek għal kollox, u anke d-dispożizzjonijiet tiegħek, għalkemm l-imħabba tiegħek innifsek turik li huma tajbin.
(3) Ġedded il-konsagrazzjoni billi tgħid: “Tuus totus ego sum, et omnia mea tua sunt” “Għażiża Sinjur tiegħi, jiena kollni tiegħek, u kull m’għandi hu tiegħek”.
(4) Itlob lil din l-Omm twajba biex tisilfek qalbha, biex ikollok post fejn tilqgħu, bid-dispożizzjonijiet tagħha. Inti turiha li ma jixraqx għall-glorja ta’ Binha li jkun milqugħ f’qalb hekk imtebba’, u inkonsistenti bħal tiegħek, li żgur tnaqqas dik il-glorja, jekk ma titlifhiex għal kollox. Imma jekk hi trid tiġi u tgħammar fik, biex tirċievi lil Binha hi tista’ tiġi għax hi għandha s-setgħa fuq il-qlub tal-bnedmin. Imbagħad Binha jiġi milqugħ kif jixraq minnha; mingħajr l-ebda biża’ li l-glorja Tiegħu tiġi mtebba’, immaqdra jew mitlufa: “Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx” (S 45,6). Kellimha bil-fiduċja, billi tgħidilha li dak kollu li tajtha minn tiegħek u li hu kważi xejn għall-unur tagħha, imma li permezz tat-Tqarbin Imqaddes inti tixtieq tagħtiha l-istess rigal, li ta lilha l-Missier Etern stess, u li b’hekk hi tiġi aktar onorata milli kieku kellek tagħtiha l-ġid kollu tad-dinja. Għidilha li Ġesu’ li jħobbha b’mod speċjali, għadu jixtieq li jsib il-ferħ u l-mistrieħ Tiegħu fiha – għalkemm dan ifisser li jiġi f’ruħek, li hi aktar maħmuġa u fqira mill-maxtura li fiha Ġesu’ ma stmerrx li jitwieled, għaliex hemmhekk kien hemm Marija. Inti titlobha tisilfek qalbha b’dawn il-kelmiet ħelwin: “Nieħdok bħala kollok tiegħi; agħtini qalbek, O Marija!”

2. Fit-Tqarbin

267. Wara l-Pater Noster fil-quddies, x’ħin il-waqt it-Tqarbin ikun qed joqrob għid “Mulej ma jistħoqqlix…” għal tliet darbiet. L-ewwel darba ndirizza l-kliem lill-Missier Etern, u għidlu li inti m’intix dehen li tirċievi lil Ibnu, l-Waħdieni Tiegħu, minħabba l-ħsibijiet ħżiena tiegħek u l-ingratitudni tiegħek lejn Missier hekk twajjeb: imma li inti se toffrilu lil Marija, filwaqt li tgħidlu “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej”; u hija qed titlob fik u għalik. Dan hu li jispirak b’kunfidenza u tama speċjali u qawwija fil-Maesta’ Tiegħu, “Għax inti waħdek, Mulej, fis-sod, tqegħedni.” (S 4,9).

268. It-tieni “Domine, non sum dignus” – “Mulej ma jistħoqqlix” tkun indirizzata lil Alla l-Iben. Inti tistqarr li int m’intix dehen li tirċevih minħabba kliemek fieragħ u ħażin u għall-infedelta’ tiegħek fis-servizz Tiegħu; imma b’dan kollu inti titolbu jkollu ħniena minnek u tkompli tgħidlu li inti lest biex tilqgħu ġo dik id-dar li hi ta’ Ommu u t’Ommok u li ma tħallihx jitlaq imma tridu jagħmel l-għamara Tiegħu fik: “Żammejtu, u le, nitilqu, qabel ma nkun daħħaltu fid-dar t’Ommi fil-Kamra wkoll ta’ dik li nisslitni” (Għan 3,4). Itolbu biex iqum u jiġi fil-post tal-mistrieħ Tiegħu u fil-arka tal-qdusija Tiegħu: “Qum u ejja Mulej, fejn il-mistrieħ tiegħek, int u l-arka tal-qawwa tiegħek” (S 131, 8). Inti tgħidlu li inti bl-ebda mod ma tafda fuq il-merti, is-saħħa u l-preparazzjonijiet tiegħek, bħalma għamel Eżaw, imma fuq dawk ta’ Marija, l-għażiża ommok sewwa sew kif għamel Ġakobb, li fada fil-ħarsien u l-kura ta’ Rebekka; u li għalkemm inti midneb, Eżaw ieħor, inti tissogra tersaq lejn il-Qdusija Tiegħu għaliex inti mgħejjun u mżejjen bil-merti u l-virtujiet tal-Omm Mqaddsa tiegħu.

269. Fit-tielet darba inti tindirizza “Mulej ma jistħoqqlix” tiegħek, lill-Ispirtu s-Santu. Inti tistqarr li m’intix dehen tilqa’ l-Kapulavur tal-Imħabba Tiegħu minħabba l-bruda tiegħek, l-azzjonijiet midinba tiegħek u r-reżistenza kontinwa tiegħek lejn l-ispirazzjonijiet Tiegħu, imma illi l-fiduċja tiegħek kollha qiegħda f’Marija, l-Għarusa fidila Tiegħu. Inti tgħid ma’ San Bernard: “Hija l-ikbar fiduċja tiegħi; hija l-għan tat-tama tiegħi.” Inti anke titolbu biex jerġa’ għal darb’oħra jitfa’ d-dell tiegħu fuq Marija, l-Għarusa li qatt ma tinħall minnu, li l-ħdan tagħha hu daqstant safi, u l-qalb tagħha hi daqstant imħeġġa daqs kemm kienu meta tefa’ d-dell Tiegħu l-ewwel darba; u li jekk ma jindenjax jinżel fir-ruħ tiegħek la Ġesu’ u l-anqas Marija ma jistgħu jkunu msawrin f’qalbek, jew ikunu jistgħu jsibu l-għamara xierqa hemm.

3. Wara t-Tqarbin Imqaddes

270. Wara t-Tqarbin, għalaq għajnejk u nissel fik spirtu ta’ ġabra profonda li ġġagħlek twassal lil Ġesu’ fil-qalb ta’ Marija. Int tagħtih lill-Ommu li tilqgħu bl-imħabba, twasslu fil-post tal-unur, tadurah profondament, tħobbu perfettament, tgħannqu bil-ħerqa, fl-Ispirtu u fil-verita’ turih sinjali ta’ qima li ma nistgħux naslu biex nifhmuhom.

271. Inti tista’ wkoll tiċċekken fl-ispirtu, b’sens profond tax-xejn tiegħek fil-preżenza ta’ Ġesu’, li qed igħix f’Marija; jew tista’ tqis ruħek bħal ilsir ħdejn il-bieb tal-palazz tas-Sultan jitkellem mas-Sultana, u waqt li jkunu jitkellmu flimkien u m’għandhomx bżonnok, inti titla’ sas-Sema bl-ispirtu, u tasal sal-aktar truf l-art kollha, tistieden lill-kreaturi kollha biex iroddu ħajr, jaduraw u jħobbu lil Ġesu’ u lil Marija f’ismek: “Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu” (S 96,6).

272. Tista’ wkoll inkella, titlob lil Ġesu’ f’għaqda ma’ Marija, jagħmel li tiġi Saltnatu fid-dinja permezz ta’ Ommu l-Imqaddsa; jew inkella tista’ titlob id-don tal-Għerf Divin jew tal-imħabba divina jew il-maħfra ta’ dnubietek, imma dejjem permezz ta’ Marija u f’Marija, billi tgħid: “Mulej, la tħarisx lejn dnubieti; iżda ħalli għajnejk iħarsu lejja, u jaraw biss il-virtujiet u l-merti ta’ Marija” u x’ħin tiftakar fi dnubietek kompli “Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi – jiena stess, l-għadu tiegħi nnifsi, ikkommettejt dawn id-dnubiet.” Jew għid “Minn nies qarrieqa u ħżiena eħlisni” (S42,1). Jew ukoll “Jinħtieġ li tikber Int, u niċkien jiena” (Ġw 3,30). O Marija, inti għandek tikber fija filwaqt li jien għandi nsir iċken milli kont s’issa. “Nisslu u oktru” (Ġen 1,28). “O Ġesu’ u Marija ikbru fija u fl-umanita’ kollha.”

273. Hemm ħsibijiet oħra bla għadd li l-Ispirtu s-Santu jispiralek u jġibhomlok f’moħħok jekk inti tassew bniedem interjuri, immortifikat u fidil lejn din id-devozzjoni kbira u nobbli li għadni kif għallimtek. Imma ftakar li aktar ma tħalli lil Marija taħdem fit-Tqarbin tiegħek, aktar ikun igglorifikat Ġesu’. Iktar ma inti tumilja ruħek profondament, u iktar ma tisma’ lil Ġesu’ u lil Marija fil-paċi u fis-silenzju ta’ ruħek, bla ma jkollok l-ebda xewqa li tara, ittiegħem jew tħoss, iktar tħalli lil Marija taħdem għal Ġesu’ u Ġesu’ f’Marija; għaliex il-bniedem ġust dejjem jgħix bil-Fidi, u speċjalment meta jitqarben li hi l-għemil ta’ fidi: “Il-bniedem ġust tiegħi jgħix bil-fidi” (Lhud 10,38).

Att ta’ Konsagrazzjoni lil Ġesu’ Kristu,
l-Għerf Inkarnat minn idejn Marija

O Għerf etern u nkarnat! O Ġesu’ l-aktar maħbub u adorabbli, veru Alla u veru Bniedem, Iben waħdieni tal-Missier etern u ta’ Marija dejjem Verġni!

Jiena nadurak profondament fi ħdan u fl-isplendur ta’ Missierek għall-eternita’; jiena nadurak fi ħdan il-Verġni Marija, Ommok l-aktar denja, fi żmien l-Inkarnazzjoni Tiegħek. Jiena nirringrazzjak talli xejjint lilek innifsek billi ħadt xbieha ta’ lsir, biex issalvani mill-jasar kiefer tax-xitan.

Jiena nfaħħrek u nigglorifikak talli ridt tissottometti ruħek f’kollox għal Marija, Ommok l-Imqaddsa, biex tagħmilni permezz tagħha, l-ilsir fidil tiegħek.

Imma, jaħasra, fl-ingratitudni u fl-infedelta’ tiegħi, jiena ma żammejtx il-wegħdiet li jien għamilt solennement fil-Magħmudija, u ma wettaqtx id-dmirijiet tiegħi, u għaldaqstant jien ma jixraqlix nissejjaħ ibnek jew l-ilsir tiegħek. U billi ma hemm xejn fija li ma jixriqilhiex it-tmaqdir u l-korla tiegħek, jien ma nissograx niġi iżjed waħdi fil-preżenza tal-Maesta’ l-iżjed għolja u qaddisa tiegħek.

Għalhekk jien nirrikorri għall-interċessjoni u għall-ħniena tal-Imqaddsa Omm Tiegħek, li inti tajtni bħala Medjatriċi mal-Maesta’ Divina Tiegħek. Hu permezz tagħha, li jien nittama li naqla’ mingħandek indiema u maħfra ta’ dnubieti flimkien mad-don tal-Għerf u l-grazzja tal-perseveranza.

Sliem għalik, mela, O Marija Mmakulata, Tabernaklu Ħaj tad-Divinita’ fejn l-Għerf Etern staħba, ħalli jkun adorat mill-Anġli u l-bnedmin!

Sliema għalik Sultana tas-Sema u l-art, li taħt is-setgħa tiegħek jinsab kull ma hemm taħt Alla!

Sliema għalik refuġju żgur tal-midinbin, li l-ħniena tiegħek ma tonqos lil ħadd! Agħmel li naqla din ix-xewqa li għandi biex nikseb l-Għerf Divin, u bħala tpattija ndejna, ilqa’ l-wegħdiet u l-offerti li mix-xejn tiegħi qed nippreżentalek.

Jiena N.N… midneb infidil illum inġedded u nsaħħaħ il-wegħdiet tal-Magħmudija tiegħi u npoġġi dan it-tiġdid f’idejk. Jiena niċħad għal dejjem ix-xitan bl-opri u l-pompi tiegħu; u nagħti lili nnifsi kollni kemm jien lil Ġesu’ Kristu, l-Għerf Inkarnat, biex inkun nista’ nimxi bis-salib tiegħi fuq il-passi tiegħu ħajti kollha, u biex inkun iżjed fidil lejh, milli qatt kont s’issa.

Jien illum nagħżel lilek O Marija, fil-preżenza tal-qtajjiet kollha tas-sema, biex tkun l-Omm u s-Sidt tiegħi. Jiena nagħtik u nikkonsagralek bħal ilsir tiegħek ġismi u ruħi, u dak kollu li għandi fija u madwari; u saħansitra l-valur tal-opri tajba tiegħi, tal-imgħoddi, ta’ issa u ta’ li ġej. Jiena nagħtik id-dritt kollu u assolut li tiddisponi minni u minn kull ma għandi, mingħajr l-iċken riserva, kif jogħġob lilek, u għall-akbar glorja t’Alla, kemm fiż-żmien kif ukoll fl-eternita’.

Ilqa’ O Verġni ħanina din l-offerta żgħira tal-jasar tiegħi, f’ġieħ il-mod li bih l-Għerf Etern għoġbu jissottometti Ruħu lejn il-Maternita’ tiegħek. Ilqagħa wkoll dan l-att ta’ qima lejn is-setgħa li Ibnek Divin u Inti għandkom fuq dan il-midneb miżerabbli u bħala att ta’ ringrazzjament għal privileġġi lit-Trinita’ qaddisa tefgħet fuqek.

Jiena niddikjara sollennement li jien nixtieq mil-lum ‘il quddiem biex inkun tassew u sinċerament l-ilsir tiegħek, infittex l-unur tiegħek u nkun ubbidjenti lejk f’kollox.

O Omm, l-aktar tal-għaġeb, ippreżentani lil Ibnek l-għażiż bħala l-ilsir etern Tiegħu ħalli bħalma fdieni permezz tiegħek, hekk ukoll jilqagħni permezz tiegħek!

O Omm il-Ħniena, aqlagħli l-grazzja li nirċievi l-veru Għerf t’Alla u għaldaqstant inkun imgħolli ma dawk li inti tħobb, li inti tgħallem, li inti tmexxi u li inti tgħajjex u tħares bħala wliedek u l-ilsir tiegħek.

O Verġni l-aktar fidila, agħmilni f’kollox dixxiplu hekk perfett, imitatur u lsir tal-Għerf Inkarnat , Ġesu’ Kristu, Ibnek li bl-eżempju u bl-interċessjoni tiegħek, jien inkun nista’ nilħaq il-milja tal-eta’ Tiegħu fuq l-art, u tal-glorja tiegħu fis-sema. Ammen.

“Min jista’ jifhem, jifhem!” (Mt.19,12)
“Kull min hu għaref, jifhem dawn il-ħwejjeġ”. (Hos.14,10)

0.1 Indiċi

Agħfas fuq kull titlu biex tmur direttament fil-paġna li trid:

0. DOKUMENT SĦIĦ
0.1 Indiċi
0.2 Introduzzjoni
0.3 Irrifletti ftit … (Para. 1-13)

1 KAPITLU – Il-Ħtieġa tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka

1.1 Prinċipji
1.1.1 Is-sehem ta’ Marija fl-Inkarnazzjoni (Para. 14-21)
1.1.2 Is-sehem ta’ Marija fil-Qdusija tal-Erwieħ (Para. 22-36)

1.2 Konsegwenzi
1.2.1 Marija s-Sultana tal-Qlub Kollha (Para. 37-38)
1.2.2 Marija hi meħtieġa għall-bnedmin (Para. 39)
1.2.2.1 Id-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi meħtieġa għal bnedmin kollha jekk iridu jsalvaw (Para. 40-42)
1.2.2.2 Id-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi aktar meħtieġa f’dawk li huma msejħin għall-Perfezzjoni speċjali (Para. 43-48)
1.2.2.3 Id-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka tkun meħtieġa b’mod speċjali fl-aħħar żminijiet

1.2.2.3.1 Is-sehem ta’ Marija fl-aħħar żminjiet (Para. 49-54)
1.2.2.3.2 L-Appostli tal-aħħar żminijiet (Para. 55-59)

2 KAPITLU – Veritajiet fundamentali tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para 60)

2.1 Ġesu’ Kristu hu l-aħħar tmiem tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 61-67)
2.2 Aħna ta’ Ġesu’ u ta’ Marija bħala lsiera (Para. 68-77)
2.3 Irridu ninżgħu minn dak kollu li hu ħażin fina (Para. 78-82)
2.4 Għandna bżonn ta’ medjatriċi ma’ Ġesu’ Kristu (Para. 83-86)
2.5 Il-periklu li nitilfu t-teżori spiritwali tagħna (Para. 87-89)

3 KAPITLU – L-Għażla tad-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka (Para. 90-91)

3.1 Il-Karatteristiċi tad-devozzjoni falza u tad-devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka
3.1.1 Devozzjonijiet foloz (Para.92)
3.1.1.1 Dawk li jqimuha bil-kritika (Para. 93)
3.1.1.2 Dawk li jqimuha bil-biża’ (Para.94-95)
3.1.1.3 Dawk li jqimuha minn barra (Para. 96)
3.1.1.4 Dawk li jqimuha bil-preżunzjoni (Para. 97-100)
3.1.1.5 Dawk li m’humiex kostanti fil-qima tagħhom (Para.101)
3.1.1.6 Dawk li jippretendu li jqimuha (Para.102)
3.1.1.7 Dawk li jqimuha għall-interessi tagħhom (Para.103-104)

3.1.2 Il-Karatteristiċi tad-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka (Para. 105)
3.1.2.1 Id-devozzjoni vera hi interjuri (Para. 106)
3.1.2.2 Id-devozzjoni vera hi delikata (Para.107)
3.1.2.3 Id-devozzjoni vera hi qaddisa (Para.108)
3.1.2.4 Id-devozzjoni vera hi kostanti (Para.109)
3.1.2.5 Id-devozzjoni vera hi diżinteressata (Para.110-114)

3.2 Il-Prattiki tad-Devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka (Para. 115)
3.2.1 Il-prattiki interjuri w esterjuri (Para. 115-117)
3.2.2 L-għażla tal-prattika perfetta (Para. 118-119)

4 KAPITLU – In-natura tad-devozzjoni perfetta lejn il-Verġni Mbierka jew il-Konsagrazzjoni perfetta lil Ġesu’ Kristu (Para. 120)

4.1 Konsagrazzjoni perfetta u sħiħa tagħna nfusna lill-Verġni Mbierka (Para. 121-125)
4.2 Tiġdid perfett tal-wegħdiet tal-Magħmudija (Para. 126-130)
4.3 Tweġibiet għal xi oġġezzjonijiet (Para. 131-134)

5 KAPITLU – Il-mottivi li jħajruna nipprattikaw din id-devozzjoni

5.1 Din id-devozzjoni tpoġġina kollha kemm aħna għas-servizz ta’ Alla (Para. 135-138)
5.2 Din id-devozzjoni ġġegħilna nimitaw l-eżempju ta’ Ġesu’ Kristu u ta’ Alla stess u nipprattikaw l-umilta’ (Para. 139-143)

5.3 Din id-devozzjoni taqlgħalna l-għajnuna ta’ Marija
5.3.1 Marija tagħti lilha nnfisha lill-ilsir tagħha ta’ mħabba (Para 144-145)
5.3.2 Marija ssaffi l-opri tajba tagħna, issebbaħhom u tagħmilhom aċċettabbli għal Binha (Para. 146-150)

5.4 Din id-devozzjoni hija mezz eċċellenti biex nagħtu l-ikbar glorja lil Alla (Para. 151)

5.5 Din id-devozzjoni tmexxina malajr għall-Għaqda m’Alla
5.5.1 Din id-devozzjoni hija triq ħafifa (Para. 152-154)
5.5.2 Din id-devozzjoni hija triq qasira (Para. 155-156)
5.5.3 Din id-devozzjoni hija triq perfetta (Para.157-158)
5.5.4 Din id-devozzjoni hija triq żgura (Para. 159-168)

5.6 Din id-devozzjoni tagħti liberta’ kbira nterjuri(Para. 169-170)
5.7 Din id-devozzjoni ġġib benefiċċji kbar lill-proxxmu (Para. 171-172)
5.8 Din id-devozzjoni hi mezz eċċellenti għall-perseveranza (Para. 173-182)

6 KAPITLU – Figura Biblika ta’ din id-Devozzjoni vera: Rebekka u Ġakobb (Para. 183)

6.1 L-istorja ta’ Ġakobb (Para. 184) Interpretazzjoni tal-istorja ta’ Ġakobb
6.1.1 Eżaw figura tal-ħżiena (Para. 185-190)
6.1.2 Ġakobb figura tal-magħżulin (Para. 191-200)

6.2 Il-Verġni Mbierka u l-ilsiera tagħha
6.2.1 Hija tħobbhom (Para. 201-207)
6.2.2 Hija tipprovdilhom kollox (Para. 208)
6.2.3 Hija tmexxihom u tiggwidahom (Para. 209)
6.2.4 Hija tiddefendihom u tħarishom (Para. 210)
6.2.5 Hija tinterċedi għalihom (Para. 211-212)

7 KAPITLU – L-effetti tal-għaġeb li din id-devozzjoni ġġib fir-ruħ fidila lejha

7.1 Tagħraf lilha nnfisha (Para. 213)
7.2 Parteċipazzjoni fil-fidi ta’ Marija (Para. 214)
7.3 Il-grazzja ta’ l-imħabba safja (Para. 215)
7.4 Kunfidenza kbira f’Alla u f’Marija (Para. 216)
7.5 Komunikazzjoni tar-ruħ u tal-Ispirtu ta’ Marija (Para. 217)
7.6 Marija tnissel lil Ġesu’ Kristu fl-erwieħ (Para. 218-221)
7.7 Għall-akbar glorja ta’ Alla (Para. 222-225)

8 KAPITLU – Prattiki Partikulari ta’ din id-devozzjoni

8.1 Prattiki esterjuri (Para. 226)
8.1.1 Konsagrazzjoni u t-thejjija (Para. 227-233)
8.1.2 Ir-Reċita tal-Kuruna ż-żgħira tal-Verġni Mbierka (Para. 234-235)
8.1.3 L-Użu ta’ ktajjen (Para. 236-242)
8.1.4 Devozzjoni speċjali lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni (Para. 243-248)
8.1.5 Devozzjoni kbira lejn l-Ave Marija u r-Rużarju (Para. 249-254)
8.1.6 Ir-Reċita tal-Magnificat (Para. 255)
8.1.7 Tmaqdir tad-dinja (Para. 256)

8.2 Prattika partikulari u interjuri għal dawk li qed ifittxu l-perfezzjoni (Para. 257)
8.2.1 Permezz ta’ Marija (Para. 258-259)
8.2.2 Ma’ Marija (Para. 260)
8.2.3 F’Marija (Para. 261- 264)
8.2.4 Għal Marija (Para. 265)

9 SUPPLIMENT – Kif tiġi pprattikata din id-devozzjoni fit-Tqarbin Imqaddes

9.1 Qabel it-Tqarbin (Para. 266)
9.2 Fit-Tqarbin (Para. 267-269)
9.3 Wara t-Tqarbin (Para. 270-273)

APPENDIĊI
9.4 Att tal-Konsagrazzjoni lil Ġesu’ Kristu, l-Għerf Inkarnat minn idejn Marija

0.2 Introduzzjoni

Għandna ma faħħarniex, ma għollejniex, ma ħabbejniex, ma servejniex lil Marija b’mod li jixraq lill-kobor tagħha. Hi mmeritat iżjed u iżjed tifħir, rispett, imħabba u qadi. — San Alwiġi Maria De Montford

TRATTAT DWAR ID-DEVOZZJONI VERA LEJN IL-VERĠNI MBIERKA MARIJA
(San Alwiġi Maria De Monfort)

AAEAAQAAAAAAAAmBAAAAJDE0MzlkYTQ5LWE1ZTItNDhjNS1iMzk4LWRmOTczZTQ2YzVlMA

Introduzzjoni

Fit-22 ta’ April 1842, Patri Rautureau, li kien jieħu ħsieb il-Librerija tal-Kunvent f’Saint-Laurent-sur-Sevre, sab manuskritt li ġibidlu l-attenzjoni. Dan il-manuskritt għalkemm kien kollu sfuljat, kien fi stat tajjeb u bil-paġni waħda wara l-oħra. Malli dan il-patri għaraf li kienet il-kitba tal-fundatur tagħhom, Lwiġi Marija Grignon de Montfort, mar minnufih iħaffef għand is-Superjur Ġenerali Patri Dalin, għarrfu b’dak li sab u tah dan il-manuskritt prezzjuż.

Patri Dalin kien għadu kif ġabar ix-xogħol kollu tal-fundatur De Montfort u kien ħadhom il-Kurja Episkopali ta’ Lucon biex jiġu eżaminati għall-Beatifikazzjoni tiegħu. Kif ra l-manuskritt, hu minnufih għaraf il-kaligrafija li kienet perfettament taqbel mad-dokumenti l-oħra kollha.

Għaldaqstant l-ewwel ħaġa li għamel, sejjaħ il-komunita’ kollha biex iħabbrilhom dak li kien instab. “Sibna teżor kbir” huwa stqarr u beda jaqralhom is-silta kollha tal-ktieb fejn De Montfort stess ħabbar dak li kellu jiġri minn dan il-Ktieb Ċkejken! “Jiena qed nara ċar minn issa li għad jiġu annimali feroċi… biex iqattgħu dan il-ktejjeb… jew għall-inqas biex jidfnuh fid-dlam u s-sikta ta’ xi senduq”.

Dak li ħabbar San Lwiġi, twettaq, għax dan il-ktieb aktarx li nkiteb fil-ħarifa tas-sena 1712, jiġifieri erba’ snin qabel il-mewt tiegħu u ġie misjub fis-sena 1842 – 130 sena wara.

X’kien ġara?

Fir-rivoluzzjoni Franċiża id-dar tal-Montforjani ġewwa Saint Laurent-sur-Sevre kienet ta’ spiss tiġi mfittxa u r-rivoluzzjonarji kienu jagħmlu ħerba minn dak kollu li kien jiġi taħt idejhom. Għalhekk il-Kitba ta’ San Lwiġi u xi affarijiet oħra prezzjużi ġew miġbura u mpoġġija ġewwa senduq. Dawn ġew mogħtija lil xi bdiewa ta’ dawk l-inħawi biex jeħdulhom ħsiebhom. Għaldaqstant dawn il-bdiewa meta raw il-periklu jikber u jersaq aktar lejhom ħbewhom taħt l-art, fl-għelieqi tagħhom, b’hekk dan il-ktieb ċkejken mal-affarijiet l-oħra, sabu ruħhom moħbija f’senduq u midfuna taħt l-art fl-1793.

X’fih dan il-ktieb?

Fil-paragrafu 110 San Lwiġi stqarr “Jiena qed nikteb dak li għallimt fil-beraħ u fil-privat matul il-ħafna snin tal-missjoni tiegħi.”

X’għallem San Lwiġi?

L-Evanġelju ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, li jurina li l-għan ewlieni tal-ħajja tagħna hu Alla u Alla biss. Għaldaqstant it-triq waħdanija biex naslu għand Alla hu Ġesu’ Kristu, l-Għerf Inkarnat, li Hu t-Triq, il-Verita’ u l-Ħajja.

Iżda biex naslu għand Kristu, biex inkunu fi Kristu u Kristu jkun fina, jeħtieġ li aħna nagħrfuh u nħobbuh. It-triq l-aktar faċli, qasira, perfetta u żgura li twassalna għal din il-Għaqda hija Marija. Dan, De Montfort jurihulna b’mod l-aktar ċar fil-ktieb tiegħu “L-Imħabba ta’ Għerf Etern” li kiteb għall-ħabta tas-snin 1703 u 1704. Fih insibu l-qofol tat-tgħallim kollu tiegħu u li nistgħu niġbruh f’sentenza waħda meħuda mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, Kap 17, vers 3: “Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek u veru, lil Ġesu’ Kristu, li inti bgħatt”.

564016

Għaldaqstant biex nilħqu dan il-għan, ikollna dan l-Għerf divin, De Montfort, fl-aħħar tliet kapitli ta’ dan il-ktieb jagħtina erba’ mezzi:
1. Xewqa mħeġġa
2. Talb bla heda
3. Mortifikazzjoni
4. Devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka. B’dan l-aħħar mezz jagħlaq il-ktieb tiegħu billi fih jurina: l-ewwel ħtieġa tad-devozzjoni vera u mbagħad fiex tikkonsisti. Frott ta’ dan it-tgħallim, fis-snin ta’ wara, kiteb aktar fit-tul fuq d-devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka. Iżda sfortunatament f’dan il-manuskritt insibu xi faċċati neqsin. Fil-fatt l-isem tal-Ktieb “Trattat tad-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka” ġie mogħti meta stampawh għall-ewwel darba fis-sena 1843, jiġifieri 127 sena wara l-mewt tiegħu. Għalkemm ħassew il-ħtieġa li jagħtuh dan l-isem, jaħsbu li tixraq aktar dak li De Montfort kiteb fil-paragrafu Nru 227: “Tħejjija għas-Saltna ta’ Ġesu’ Kristu”, tant hu hekk illi fl-edizzjoni tal-opri tiegħu li ħarġu fis-sena 1966, poġġewh bħala sub-titlu.

Rigward it-tqassim tat-test, l-uniċi titli li nsibu fl-oriġinali huma dawk fil-paragrafi Nru 120; 231; 226; 257 u 266. It-taqsim li nsibu f’din l-edizzjoni hija meħuda mill-edizzjoni li ħarġet fl-1943 għall-okkażjoni taċ-ċenitnarju ta’ meta nstab il-manuskritt.

Il-formula tal-Konsagrazzjoni hija meħuda mill-ktieb li għadna kif semmejna: “L-Imħabba tal-Għerf Etern”.

X’kien fihom il-paġna mitlufa tal-manuskritt?

In-Nru 227; 228 u 256 jitkellmu mill-ewwel taqsima imma jagħtuna biss xi ħjiel hekk:

Fin-Nru 227: Tnax-il ġurnata biex ninżgħu mill-ispirtu tad-dinja li hu kontra dak ta’ Kristu;
Fin-Nru 228: Litanija tal-Ispirtu s-Santu;
Fin-Nru 256: Xi prattiċi għat-tmaqdir tad-dinja.

Il-kwotazzjonijiet tal-Kotba Mqaddsa huma meħuda mit-traduzzjoni tal-Għaqda Bibblika Maltija – il-Bibbja li ġiet stampata fl-1984.

Fl-aħħarnett San Lwiġi jagħmel enfasi l-aktar kbira li d-devozzjoni tagħna lejn il-Madonna mhix l-għan tal-ħajja tagħna, iżda biss il-mezz l-aktar ħafif, it-triq l-aktar qasira, perfetta u żgura għall-għaqda tagħna ma’ Alla u jgħidlna ċar u tond, bla tlaqliq, illi jekk id-devozzjoni tagħna lejn il-Verġni Mbierka tbegħidna minn Ġesu’ jkollna nwarrbuha bħal nassa tax-xitan.

Dun Karm Farrugia

0.3 Irrifletti ftit … (Para. 1-133

Aħseb u xtarr sewwa …

Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza, imma issa, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet. — San Alwiġi Maria De Montford

orlando-pp072810060 (1)

1. Hu permezz tal-Imqaddsa Verġni Marija li Ġesu’ Kristu ġie fid-dinja u hu wkoll xieraq illi permezz tagħha Hu jsaltan fuq id-dinja.

2. Marija għaddiet ħajja moħbija ħafna u għalhekk hi msejħa mill-Ispirtus-Santu u mill-Knisja “Alma Mater”, Omm moħbija u mhix magħrufa. L-umilta’ tagħha kienet hekk kbira, illi l-ikbar u l-iktar xewqa soda li kellha f’ħajjitha kienet li tibqa’ moħbija għaliha nfisha u għan-nies biex hekk tkun magħrufa biss minn Alla waħdu.

3. It-talba tagħha ‘l Alla, kienet li Hu jogħġbu jżommha umli u fqira. It-tweġiba t’Alla kienet dik li qiegħed velu fuq ħajjitha biex jaħbi mill-għajnejn tal-bnedmin kollha t-tnissil bla tebgħa tagħha, it-twelid tagħha, ħajjitha, il-qawmien tagħha mill-mewt, it-tlugħ tagħha fis-sema u l-misterji tagħha. Anki l-ġenituri tagħha ma kienu jafu xejn bil-kobor tagħha u l-Anġli ta’ spiss kienu jistaqsu wieħed lill-ieħor Quae est ista?… Min hi din? Dan għaliex l-iktar Għoli kien qed iżommha bħala sigiret minnhom, jew inkella jekk ħallihom jilmħu xi ħaġa f’dak is-sigriet, ħallihom f’għaġeb ikbar fuq dak li ma lemħux.

4. Hekk għoġob lil Alla l-Missier illi Marija ma tagħmel ebda miraklu matul ħajjitha, għall-inqas l-ebda miraklu pubbliku għalkemm Hu kien taha s-setgħa li tagħmel dan. Alla l-Iben ried li hi titkellem darba fil-bogħod għalkemm hu kien taha l-għerf tiegħu. Minkejja l-fatt li Marija kienet l-għarusa fidila tal-Ispirtu s-Santu, Alla ppermetta li l-Appostli u l-Evanġelisti jitkellmu ftit ħafna fuqha, u dak il-ftit li kien meħtieġ biex isir magħruf Ġesu’ Kristu.

5. Marija hi l-kapulavur eċċellenti tal-iktar Għoli. Dan żammu għalih l-għarfien u l-pussess ta’ dak il-kapulavur. Marija hija l-Omm tal-għaġeb tal-Iben u hekk għoġob lill-Iben jqiegħed velu ta’ ħabi fuqha matul ħajjitha bħala tweġiba għall-umilta’ tagħha. Ġesu’ sejħilha “mara” bħallikieku kienet barranija filwaqt li f’qalbu kien iħobbha u jweġġagħha fuq l-Anġli u l-bnedmin kollha. Marija hija l-għajn issiġillata u l-għarusa fidila tal-Ispirtu s-Santu riservata għalih biss. Marija hija s-Santwarju u l-post ta’ mistrieħ tat-Trinita’ Qaddisa. Alla jinsab f’Marija iktar preżenti bid-divinita’ u l-kobor tiegħu milli fil-post fejn isaltan fuq il-Kerubini u s-Serafini u f’kull post ieħor fid-dinja. Hu privileġġ tassew kbir jekk xi ħlejqa safja kemm hi safja, ikollha l-permess tidħol f’dak is-Santwarju.

6. Mal-Qaddisin ngħid lil Marija hi l-Ġenna tal-Art ta’ Adam il-Ġdid fejn ħa l-ġisem, bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, biex hemm jagħmel l-għeġubijiet li ħadd ma jista’ jifhimhom. Marija, hija d-dinja kbira u divina t’Alla mogħnija bl-ikbar sbuħija u glorja spiritwali. Hi l-kobor ta’ ġmiel tal-Iktar Għoli, fejn Alla ħeba, bħallikieku fi ħdanu, l-Iben waħdieni tiegħu, u flimkien ma’ dak l-Iben, dak kollu li hu l-aktar eċċellenti u prezzjuż. X’għeġubijiet kbar u moħbija għamel Alla s-Setgħani f’din il-ħlejqa tal-għaġeb! Minkejja l-umilta’ kbira tagħha Marija ħasset li għandha tgħid: “Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.” Id-Dinja ma taf xejn b’dawn l-għeġubijiet għax mhix kapaċi tifhimhom u ma jixirqilhiex tirċevihom.

7. Il-Qaddisin qalu ħafna ħwejjeġ tal-għaġeb fuq din il-Belt Qaddisa t’Alla u huma stess stqarru li qatt ma ħassewhom iktar elokwenti u kuntenti milli meta kienu jitkellmu fuqha. Iżda minkejja din l-elokwenza, huma jsostnu illi l-quċċata tal-merti tagħha, mgħollijin minnha sat-tron tad-Divinita’, ħadd ma jista’ jilħaqha, u li l-wisa’ tal-imħabba tagħha, li hi akbar milli tista’ toffri d-dinja, ma jistax ikun li titqies; u l-kobor tas-setgħa li hi għandha wkoll fuq Alla, ma nistgħux nifhmuh; u fl-aħħarnett illi l-umilta’ tagħha, il-virtujiet u l-grazzji tagħha huma abbiss li ħadd ma jista’ jkejjel. Għoli bla tarf! Wisa’ bla tmiem! Kobor bla qies! Abbiss bla qiegħ!

8. Il-jiem kollha, minn tarf sa ieħor, fl-art, fl-għoli tas-smewwiet, u fil-qiegħ tal-abbissi, il-ħwejjeġ kollha jħabbru lil Marija bħala l-Kreatura tal-għaġeb. Id-disa’ kori tal-Anġli, l-bnedmin kollha, tajbin u ħżiena, ta’ kull eta’, kundizzjoni u twemmin, u l-istess demonji, kulħadd hu mġiegħel, irid jew ma jridx, bil-qawwa tal-verita’ biex isejħu lil Marija mbierka, bħalma San Bonaventura jgħid: “L-Anġli fis-sema mingħajr ma jaqtgħu jgħajtulha “Qaddisa, Qaddisa, Qaddisa Marija, Omm Alla u Verġni.” Kuljum huma jlissnulha bla heda t-tislima tal-Anġlu: “Sliem għalik Marija,” u filwaqt li jinxteħtu quddiemha jitolbuha biex tindenja ruħha tonorahom b’xi kmand minn tagħha Santu Wistin jgħid lil San Mikiel Arkanġlu, għalkemm hu l-prinċep tal-kori kollha tas-Sema, hu l-aktar żelanti biex jagħtiha kull unur, u dejjem lest, biex mal-kelma tagħha jmur jgħin lil xi wieħed mill-qaddejja tagħha.

9. Id-dinja kollha hi mimlija bil-glorja tagħha speċjalment fil-pajjiżi Nsara, fejn hi magħżula bħala l-patruna u l-prottetriċi ta’ ħafna saltniet, provinċji, djoċesijiet u bliet. Ħafna katidrali huma kkonsagrati lil Alla f’isimha. Ma hemmx knisja mingħajr l-altar ta’ Marija; u ma hemmx art, jew provinċja li mhix mbierka, b’waħda mix-xbihat mirakolużi tagħha; fejn kull xorta ta’ tiġrib hu mfejjaq u kull grazzja maqlugħa. Kemm insibu konfraternitajiet u Unjoni Piji f’ġieħha! X’numru kbir ta’ Ordinijiet Reliġjużi u kongregazzjonijiet li jaħdmu taħt isimha u l-ħarsien tagħha!

U kemm jitkanta bil-ħerqa it-tifħir tagħha! U kemm hi mxandra bil-qalb il-ħniena tagħha mill-membri ta’ dawn l-għaqdiet kollha! It-tfal ċkejknin kollha jfaħħruha malli jlissnu s-Sliem għalik Marija, u m’hemmx midneb, li mgħaddas kemm hu mgħaddas fid-dnub, li ma jkollux f’qalbu xi xrara ta’ tama fiha, anzi iżjed minn hekk, m’hemmx dimonju fid-dalma tal-infern li ma jirrispettahiex u jitwerwer minnha, filwaqt li jibża’ mis-setgħa tagħha.

10. Meta nafu dan kollu għandna ngħidu mal-qaddisin: “Fuq Marija qatt ma ngħidu biżżejjed.”

Għandna ma faħħarniex, ma għollejniex, ma ħabbejniex, ma servejniex lil Marija b’mod li jixraq lill-kobor tagħha. Hi mmeritat iżjed u iżjed tifħir, rispett, imħabba u qadi.

11. Għandna ngħidu mal-Ispirtu s-Santu; “Fiha tinsab il-Glorja kollha ta’ Bint is-Sultan”: Bħallikieku l-glorja esterna li tagħmel is-Sema u l-art itennu l-għeġubijiet tagħha, qishom m’huma xejn meta nqabbluhom mal-glorja moħbija interna li hi tirċievi mill-Ħallieq. Din hi l-glorja li l-ħlejjaq iż-żgħar ma jistgħu jkunu jafu xejn fuqha għaliex ma jistgħux ikunu jafu s-sigriet tas-sigrieti tas-Sultan.

12. Fl-aħħar għandna ngħidu għaliha u b’tifħir tagħha l-kliem ta’ San Pawl: “Dak li l-għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, u dak li qatt ma daħal f’qalb il-bniedem.” (1 Kor 2,9) M’għarfux is-sbuħija, il-ġmiel u l-kobor ta’ Marija, il-miraklu tal-mirakli fl-ordni tal-grazzja, tan-natura u tal-glorja. Wieħed qaddis jgħid, jekk trid tagħraf l-Omm, tgħallem ħa tkun taf lil Binha, għaliex hi Omm li tixraq lil Alla. U hawn ħalli jiskot kull ilsien.

13. Qalbi iddettatli dak kollu li ktibt hawn, u li ktibt b’ferħ kbir. L-għan tiegħi hu, li nuri li Marija ftit li xejn kienet magħrufa s’issa u din hi waħda mir-raġunijiet għaliex Ġesu’ Kristu mhux magħruf kif jixraqlu. Mela, meta tibda s-Saltna ta’ Ġesu’ Kristu fid-dinja, din tkun konsegwenza meħtieġa tal-għarfien tas-saltna tal-Imqaddsa Verġni. Kien permezz tagħha li Hu ġie l-ewwel darba fid-dinja, u jkun permezz tagħha li jiddi bil-ġmiel kollu tiegħu fit-tieni miġja tiegħu.

1 KAPITLU – Il-Ħtieġa tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka *** 1.1 Prinċipji *** 1.1.1 Is-sehem ta’ Marija fl-Inkarnazzjoni (Para. 14-21)

L-Iben Divin tagħha, ried li tieħu sehem miegħu fis-Sagrifiċċju u li bir-rieda tagħha Hu jiġi offrut lil Missier Etern bħalma kien offrut qabel Iżakk bil-kunsens ta’ Abraham, bir-rieda ta’ Alla. Kienet Marija li reddgħitu, rabbietu, ħarsitu, kabbritu u issagrifikatu għalina. — San Alwiġi Maria De Montford

 

14. Jien naqbel mal-Knisja kollha illi, meta nipparagunawha mal-Maesta’ infinita’ tal-Kbir Alla, Marija mhijiex ħlief ħlejqa magħmula minn idejh, u nkomplu b’dan il-paragun, hi inqas minn atomu – u iżjed hi mhi xejn, la darba Alla, li Hu, għandu l-eżistenza minnu nnifsu. Mela, dan il-Mulej Kbir minn dejjem, indipendenti u ma jonqsu xejn fih Innifsu, ma kellu ebda bżonn – u lanqas issa m’għandu bżonn – tal-Verġni Mqaddsa Marija biex iwettaq il-pjani Tiegħu u biex juri l-glorja Tiegħu. Hu jixtieq biss u kollox isir.

15. Imma filwaqt li nifhmu dan kollu, jiena nsostni li Alla malli ħalaqha għoġbu jibda jipperfezzjona l-pjani rendentiċi tiegħu permezz tal-Verġni Mqaddsa. Hu ma jbiddilx il-proċedura tiegħu minn seklu għall-ieħor. Għaliex huwa Alla, Hu ma jbiddilx il-mod kif jaħseb u jaġixxi.

16. Kien permezz ta’ Marija waħedha li Alla l-Missier, ta lid-dinja l-Iben Tiegħu, il-Waħdieni. Mal-medda ta’ erbat elef sena l-Patrijarki kienu tassew jixtiequ r-Rigal t’Alla, il-Profeti u l-Qaddisin tal-Liġi l-Qadima kienu jitolbu bl-akbar ħerqa għal dan il-għan. Imma kienet biss Marija li sabet grazzja quddiem Alla bil-qawwa tat-talb tagħha, u l-fwieħa tal-virtu’ tagħha. “Id-dinja ma kinitx denja”, jgħid Santu Wistin, “li tirċievi l-Iben ta’ Alla direttament minn idejn il-Missier. Hu ta l-Iben tiegħu lil Marija biex id-dinja tirċevih minn għandha.”

L-Iben t’Alla sar bniedem, biex isalvana, imma f’Marija u permezz ta’ Marija. Alla l-Ispirtu s-Santu sawwar li Ġesu’ Kristu f’Marija, wara li kien ħa l-kunsens tagħha, permezz ta’ wieħed mill-ogħla Anġli tal-Qorti tas-Sema.

17. Il-Missier Alla kkomunika l-fekondita’ tiegħu lil Marija fil-ogħla grad li ħlejqa tista’ tirċievi, sabiex Hi tkun tista’ tnissel ‘l Ibnu, u l-membri kollha tal-Ġisem Mistiku.

18. Alla l-Iben niżel fil-ġuf Verġni tagħha, bħal Adam il-Ġdid fil-ġenna tal-art, biex jieħu pjaċir fiha u jagħmel bil-moħbi l-għeġubijiet tal-grazzja tiegħu. Alla magħmul bniedem sab il-ħelsien tiegħu billi ngħalaq fil-ġuf tagħha; wera s-setgħa tiegħu billi ssottometta ruħu li ġġibu din it-tfajla mqaddsa; fittex il-glorja tiegħu u ta’ Missieru billi ħeba l-kobor tiegħu mill-ħlejjaq kollha, biex jurihom biss lil Marija; hu sebbaħ l-indipendenza u l-maesta’ tiegħu billi sar dipendenti minn din il-Verġni umli fil-konċepiment tiegħu, fi twelidu, fil-preżentazzjoni fit-tempju u fil-ħajja moħbija tiegħu ta’ tletin sena, u anke sa mewtu, fejn ried li hi tkun preżenti. L-Iben Divin tagħha, ried li tieħu sehem miegħu fis-Sagrifiċċju u li bir-rieda tagħha Hu jiġi offrut lil Missier Etern bħalma kien offrut qabel Iżakk bil-kunsens ta’ Abraham, bir-rieda ta’ Alla. Kienet Marija li reddgħitu, rabbietu, ħarsitu, kabbritu u issagrifikatu għalina. X’dipendenza tal-għaġeb t’Alla! Għalkemm l-Ispirtu s-Santu hu sieket fuq kważi l-ħwejjeġ kollha tal-għaġeb li l-Għerf Inkarnat għamel fil-Ħajja tiegħu moħbija, hu ma setax jaħbi, fir-rakkont tal-Vanġelju dan il-fatt hekk kbir, imma għoġbu jiġbdilna l-attenzjoni fuq dan l-għaġeb. Bis-sottomissjoni ta’ Kristu lejn Ommu għal tletin sena, Hu ta iżjed glorja lil Missieru milli kien jagħtih jekk jikkonverti d-dinja kollha jew jagħmel mirakli l-aktar kbar. Mela, aħna kemm nigglorifikaw ‘l Alla, meta aħna nkunu sottomessi lejn Marija, fuq l-eżempju ta’ Kristu, l-uniku mudell tagħha.

19. Jekk aħna nikkunsidraw bir-reqqa l-bqija tal-ħajja ta’ Ġesu’ aħna naraw li hu għoġbu jibda l-mirakli permezz ta’ Marija. Bil-kliem ta’ Marija, hu qaddes lil San Ġwann il-Battista f’ġuf ommu Santa Eliżabetta; għaliex ġara li malli Eliżabetta semgħet it-tislima ta’ Marija, Ġwanni tqaddes. Dan kien l-ewwel u l-ikbar miraklu tal-grazzja ta’ Kristu. Għat-talba umli ta’ Marija, hu biddel l-ilma f’inbid fil-festa tat-tieġ ta’ Kana: dan kien l-ewwel miraklu tiegħu tan-natura. Kristu beda u ssokta l-mirakli tiegħu permezz ta’ Marija; u permezz tagħha Hu għad ikomplihom sat-tmiem taż-żminijiet.

6a00d834516bb169e201bb08a5cf3f970d20. Alla l-Ispirtu s-Santu, billi huwa sterili f’Alla, fis-sens li ma jipproduċix Persuna Divina oħra imma hu kellu l-frott permezz ta’ Marija, li hu tgħarras, Hu magħha, fiha minnha li hu pproduċa l-kapulavur tiegħu – Alla magħmul Bniedem. U bl-istess mod hu jkompli jipproduċi u hekk għad ikompli jagħmel sal-aħħar taż-żminijiet il-membri tal-Ġisem Mistiku, ta’ din ir-Ras adorabbli. U għalhekk iktar mal-Ispirtu s-Santu jsib lil Marija l-għarusa maħbuba tiegħu u li ma tinħall qatt minn miegħu fir-ruħ, iktar hu jaħdem bis-saħħa biex iġib lil Kristu f’dik ir-ruħ, u dik ir-ruħ fi Kristu.

21. Dan m’għandux jiftiehem li l-Imqaddsa Verġni, tagħti l-fekondita’ lill-Ispirtu s-Santu , li hu m’għandux. Bħal Alla, hu għandu l-istess fekondita’ jew setgħa li jipproduċi, bħal dik tal-Missier u tal-Iben; imma Hu ma jużahiex, la darba ma jnissilx Persuna Divina oħra. Dak li rridu ngħidu hu, li l-Ispirtu s-Santu, Persuna Divina oħra. Dak li rridu ngħidu hu, li l-Ispirtu s-Santu, permezz tal-Verġni Mqaddsa, li hu jrid juża, għalkemm m’għandu ebda ħtieġa assoluta biex jagħmel hekk, iwettaq il-fekondita’ tiegħu billi jnissel fiha u permezz tagħha, lil Ġesu’ Kristu u l-membri tiegħu. Dan hu l-misteru tal-grazzja li anke dawk l-insara l-iktar mgħallmin u spiritwali ma jistgħux jifhmu.

1.1.2 Is-sehem ta’ Marija fl-Qdusija tal-Erwieħ (Para. 22-36)

Bħalma fil-ġenerazzjoni naturali u korporali hemm missier u hemm omm, hekk ukoll fil-ġenerazzjoni sopranaturali u spiritwali hemm il-missier li hu Alla u hemm l-omm li hi Marija. L-ulied veri u predestinati t’Alla għandhom ‘l Alla bħala missierhom, u ‘l Marija bħala ommhom; dak li m’għandux lil Marija bħala ommu lanqas ma għandu ‘l Alla bħala missieru. — San Alwiġi Maria De Montford

19554028_749016428618615_3093642122280286832_n.jpg22. Il-pjan li wżaw it-Tliet Persuni tat-Trinita’ Qaddisa fl-Inkarnazzjoni u fl-ewwel miġja ta’ Kristu, għadhom ikompluha fil-Knisja Mqaddsa b’mod li ma jidhirx u hekk għad titkompla, sal-aħħar taż-żminijiet, sal-aħħar tal-miġja ta’ Ġesu’ Kristu.

23. Alla l-Missier għamel ġemgħa tal-ilma kollu u sejħilha baħar. Hu għamel ġemgħa tal-grazzji kollha u sejħilha Marija. Dan Alla setgħani għandu teżor jew maħżen ta’ rikkezzi li tgħaġġeb u fih dak kollu li jgħaxxaq bis-sbuħija, bil-ġmiel, bil-kobor u anke jinkludi l-Ibnu stess; u dan it-teżor immens m’hu ħadd ħlief Marija li l-Qaddisin isejħulha t-Teżor tal-Mulej, li mill-milja tiegħu jistagħnew il-bnedmin.

24. Alla l-Iben ikkomunika lil Ommu dak kollu li rebaħ b’ħajtu u b’mewtu, il-merti infiniti tiegħu, u l-virtujiet tal-għaġeb, u għamilha d-dispensatriċi ta’ dak kollu li tah Missieru bħala wirt. Hu permezz tagħha li hu japplika l-merti tiegħu lill-membri, jikkomunikalhom il-virtujiet tiegħu, u jqassmilhom il-grazzji tiegħu. Hija l-kanal misterjuż, l-akwedott li minnu jgħaddu l-grazzji tiegħu bil-ħlewwa u bl-abbundanza għal fuqna.

25. Alla l-Ispirtu s-Santu ikkomunika lill-Għarusa fidila tiegħu r-rigali prezzjużi tiegħu. Hu għażilha biex tkun id-dispensatriċi ta’ dak kollu li għandu. Ħatarha biex tqassam ir-rigali u l-grazzji tiegħu lil min trid, kemm trid, kif trid, u x’ħin trid, u Hu stess ma jagħti l-ebda rigal tas-sema lill-bnedmin jekk mhux permezz tal-idejn verġinali tagħha. Dan hu skont ir-rieda t’Alla li xtaq li aħna nirċievu kollox permezz ta’ Marija. Dik li kellha umilta’ profonda matul ħajjitha kollha u li riedet iċċekken lilha nfisha biex tkun moħbija u mistura, saret għanja, u ġiet mgħollija u mweġġħa mill-Iktar Għoli. Dawn huma s-sentimenti tal-Knisja u tas-Santi Padri.

26. Li kieku kont qed nitkellem mal- “Freethinkers” u l-imħuħ kritiċi ta’ dan iż-żmien, kont nipprova dak kollu li qed ngħid sempliċiment billi nikkowta aktar fit-tul passaġġi bil-Latin li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, mill-Iskrittura Mqaddsa, u mis-Santi Padri u billi nżid dawk ir-raġunijiet sodi li wieħed jista’ jsibhom fil-ktieb tal-Patri Poire “Triple Couronne de La Sainte Vierge”. Imma jien qed nitkellem b’mod partikulari, mal-fqar u s-sempliċi, li huma nies ta’ rieda tajba u li l-fidi tagħhom hija ikbar minn dik tal-għorrief, u għalhekk iġġegħilhom jemmnu iktar bis-sempliċita’ u bil-mertu. Għalhekk jien sejjer nistqarrilhom sempliċiment il-verita’, mingħajr ma nintilef nikkwota passaġġi bil-Latin li huma ma jifhmux. Madankollu jien sejjer inġib xi siltiet ‘l hawn u ‘l hinn mingħajr ma noqgħod infittex iżżejjed. Inkomplu.

27. La darba l-grazzja tipperfezzjona n-natura, u l-glorja tipperfezzjona l-grazzja, nistgħu nibqgħu ċerti, li fis-sema s-Sinjur tagħna jibqa’ wkoll Iben ta’ Marija daqs kemm kien meta kien fid-dinja. Hu għalhekk kompla bl-istess sottomissjoni, b’mod l-aktar perfett tal-ulied kollha lejn l-aħjar Omm fost l-ommijiet imma wieħed irid joqgħod attent li ma jaħsibx li din id-dipendenza timplika li hu tbaxxa jew hemm xi imperfezzjoni f’Ġesu’ Kristu. Marija li hi infinament iżgħar minn Binha, li hu Alla, ma tikkmandahx bħalma omm tad-dinja tikkmanda lil binha li hu iċken minnha. Marija la tixtieq u lanqas tagħmel xejn kontra r-rieda sħiħa u eterna t’Alla, il-għaliex b’dik il-grazzja u l-glorja li tbiddel il-qaddisin kollha f’Alla, Marija hi diġa’ mibdula fih. Għalhekk meta naqraw fil-kitba ta’ San Bernard, San Bernardinu u San Bonaventura u oħrajn, li dak kollu li hemm fl-art u fis-sema, inkluż Alla nnifsu, hu suġġett għall-Verġni Mqaddsa, għandna nifhmu ċar xi jfisser. Jiġifieri li Alla għoġbu jagħtiha awtorita’ hekk kbira illi tidher li donnu għandha l-istess setgħa ta’ Alla, u li t-talb u x-xewqat tagħha għandhom saħħa hekk kbira quddiem Alla, li dejjem jitbiddlu f’xi kmandi għalih. Hekk hu ma jistax jiċħad it-talb tal-għażiża ommu, għaliex hi dejjem umli u taqbel mar-rieda tiegħu.

Jekk Mose’, bis-saħħa tat-talba tiegħu, żamm il-korla ta’ Alla, li kienet tixgħel għall-Israeliti, għax it-talba tiegħu kienet hekk ħerqana li Alla, għani fil-ħniena, ma setax jirreżisti, nidem mill-ħsara li qal li se jagħmel lill-poplu tiegħu, kemm għandna x’naħsbu għat-talba tal-umli Marija, l-Omm glorjuża ta’ Alla, talba li hi aktar qawwija fl-għajnejn tal-Maesta’ Divina mit-talb u l-interċessjonijiet tal-Anġli u tal-Qaddisin kollha tas-sema u tal-art?

28. Fis-sema Marija ssaltan fuq l-Anġli u l-Qaddisin. Bħala premju tal-umilta’ profonda tagħha, Alla taha s-setgħa u x-xogħol li timla’ fil-Qaddisin it-tronijiet vojta li ħallew l-Anġli l-ħżiena bil-waqgħa supperva tagħhom. Hi r-rieda ta’ Alla, li jgħolli l-umli, li jrid is-Sema, l-Art u l-Infern ibaxxu rashom bil-ħlewwa, jew bilfors, għall-kmand tal-umli Marija, li Hu għamel Sultana tas-Sema u l-art, il-Mexxejja tal-armati tiegħu, it-teżoriera tar-rikkezzi tiegħu, id-dispensatriċi tal-grazzji tiegħu, dik li wettqet l-għeġubijiet tiegħu, dik li tpatti għall-umanita’, il-medjatriċi tal-bnedmin, dik li teqred l-għedewwa t’Alla, u s-sieħba fidila tal-isplendur u t-trijonfi tiegħu.

29. Hi x-xewqa tal-Missier tas-Sema, illi permezz ta’ Marija, hu jkollu wlied sal-aħħar tad-dinja: “Tella’ l-għarix tiegħek f’Ġakobb.” (Sir 24,8). Fi kliem ieħor, hu jgħidilha: “Qiegħed l-għamara tiegħek f’uliedi l-magħżulin li x-xbieha tagħhom hu Ġakobb, u mhux fl-ulied ħżiena tax-xitan iffigurati minn Eżaw.”

revelation30. Bħalma fil-ġenerazzjoni naturali u korporali hemm missier u hemm omm, hekk ukoll fil-ġenerazzjoni sopranaturali u spiritwali hemm il-missier li hu Alla u hemm l-omm li hi Marija. L-ulied veri u predestinati t’Alla għandhom ‘l Alla bħala missierhom, u ‘l Marija bħala ommhom; dak li m’għandux lil Marija bħala ommu lanqas ma għandu ‘l Alla bħala missieru. Għalhekk il-ħżiena, l-eretiċi, ix-xiżmatiċi, u oħrajn bħalhom, li jobgħodu lill-Imqaddsa Marija, jew inkella jħarsu lejha b’suspett u indifferenza, m’għandhomx ‘l Alla bħala missierhom, għalkemm jiftaħru li għandhom għaliex huma m’għandhomx lil Marija bħala ommhom. Kieku lil Marija kienu jqisuha bħala ommhom, kieku kienu jħobbuha u jqimuha bħalma iben tassew u twajjeb naturalment iħobb u jqim ‘l ommu li tatu l-ħajja. Dan jagħtina l-iktar sinjal, infallibli u żgur, li bih tagħraf bejn l-eretiku, il-bniedem ta’ duttirna falza, u l-ħażin minn naħa waħda u dak li hu predestinat minn naħa l-oħra. L-eretiku u l-bniedem ħażin għandhom l-attitudni ta’ mibgħeda u indifferenza lejn il-Verġni Mqaddsa. Huma jippruvaw inaqsu d-devozzjoni u l-imħabba tagħha minn qalb il-bnedmin, bil-kliem u bl-eżempju, fil-moħbi u fil-beraħ, u xi drabi b’wirja falza ta’ raġunar qarrieqi. Tassew Alla l-Missier ma sejjaħx lil Marija biex tgħammar fihom għax huma Eżaw oħra.

31. Alla l-Iben jixtieq li jkun iffurmat, bħallikieku nkarnat kuljum, fil-membri tiegħu permezz ta’ Marija. Hu jgħidilna: “ U iret sehmek f’Israel.” (Sir 24,8).

Bħallikieku qal: “Alla Missieri tani l-ġnus kollha tal-art b’wirt, il-bnedmin kollha tajbin u ħżiena dawk ippredestinati u dawk mgħaddsin fid-dnub. Jiena mmexxi tal-ewwel b’xettru tad-deheb u lill-oħrajn b’xettru tal-ħadid. Jiena nkun għal tal-ewwel Missier u Avukat, il-Vendikatur ġust għal tat-tieni, u Mħallef għal kulħadd. Iżda inti, għażiża Ommi, inti jkollok b’wirt u bħala tiegħek l-ippredestinati biss għax-xbieha tagħhom huwa Israel. Bħala l-Omm twajba tagħhom, inti tnissilhom, tedukahom u tieħu ħsiebhom; bħala s-Sultana tagħhom inti tmexxihom, tiggvernahom u tiddefendihom.”

32. L-Ispirtu s-Santu jgħid: “Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!” (S 86,5). Skont is-Santi Padri, l-ewwel bniedem li twieled minn Marija, hu Alla magħmul bniedem, Ġesu’ Kristu ; u t-tieni hu l-bniedem kreatura, l-Iben adottiv ta’ Alla u ta’ Marija. La darba Ġesu’ Kristu; ir-Ras tal-bnedmin, twieled minn Marija bilfors jiġi li l-predestinati, li huma l-membri tar-Ras, għandhom ukoll jitwieldu fiha. Omm ma twellidx ir-ras mingħajr il-membri jew il-membri mingħajr ir-ras, għaliex dan ikun mostru, skerz tan-natura. Hekk ukoll fl-ordni tal-grazzja, ir-Ras u l-membri jitwieldu mill-istess Omm. Li kieku membru tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu, jiġifieri wieħed ippredestinat, jitwieled xort’oħra u mhux minn Marija li welldet ir-Ras, żgur li ma kienx ikun bniedem ippredestinat jew membru ta’ Kristu, imma biss skerz fl-ordni tal-grazzja.

33. Terġa’, Ġesu’ Kristu, hu issa bħalma kien qabel, il-frott ta’ Marija. Is-sema u l-art dan ifakkruh elf darba kuljum: “U mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesu’.” Għalhekk, hu żgur li Ġesu’ huwa individwalment għal kull bniedem li jippossedih, tassew il-frott u l-opra ta’ Marija daqs kemm hu għad-dinja kollha b’mod ġenerali: b’tali mod li n-nisrani, li f’qalbu hemm ffurmat Ġesu’ Kristu jista’ jazzarda jgħid: “Inroddu ħajr lil Marija! Dak li jien nippossiedi, hu l-effett u l-frott tagħha, u mingħajrha ma kontx inkun nista’ nippossedih.” Nistgħu napplikaw għaliha, b’verita’ ikbar minn dak li fil-kuntest applika San Pawl b’dawn il-kelmiet: “Għal darba oħra qiegħed inħoss l-uġigħ tal-ħlas sakemm Kristu jissawwar fikom.” (Gal 4,19). Snatu Wistin, f’silta li fiha l-entużjażmu tiegħu jisboq dak kollu li għidna s’issa, jgħid li l-magħżulin, sakemm huma fid-dinja huma moħbija fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa, biex isiru jixbħu lilu fis-sura tal-Iben t’Alla. Hemm huma jkunu mħarsin, mitmugħin, miżmumin u żviluppati minn din l-Omm twajba sa ma twassalhom fil-glorja wara mewthom, li propjament hu l-jum tat-twelid tagħhom, kif il-Knisja ssejjaħ il-mewt tal-ġusti. X’misterju tal-grazzja li fuqu dawk li huma l-ħżiena ma jafu xejn, u li anke l-magħżulin nfushom, ma tantx jafu fuqu!

34. F’Marija u permezz ta’ Marija, Alla l-Ispirtu s-Santu jogħġbu jifforma l-magħżulin tiegħu u għalhekk jgħidilha: “U xenxilt l-għeruq tiegħi f’poplu ta’ ġieħ.” (Sir 24,12). Fi kliem ieħor: “Ħawwel Għażiża tiegħi, u Għarusa tiegħi, l-għeruq tal-virtujiet tiegħek kollha, fil-magħżulin tiegħi, ħalli jkunu jistgħu jikbru minn virtu’ għall-oħra u minn grazzja għall-oħra. Kont hekk nitgħaxxaq bik meta fuq l-art int kont għaddej ħajtek tħaddem il-virtujiet l-aktar kbar li jiena għadni nixtieq insibek fid-dinja mingħajr ma tieqaf li tkun preżenti fis-sema. Ġedded lilek innifsek mela, fil-magħżulin tiegħi: “Ħallini nithenna nara fihom l-għeruq ta’ fidi li ma tintrebaħx, tal-umilta’ tiegħek profonda, tat-tgħakkis f’kollox tiegħek, tat-talb ħerqan tiegħek, tal-imħabba mħeġġa tiegħek, ta’ tama sħiħa u tal-virtujiet kollha tiegħek. Inti għadek l-għarusa tiegħi, dejjem fidila, safja u tagħti l-frott. Ħalli l-fidi tiegħek, tagħtini nies ta’ twemmin, ħalli s-safa tiegħek inissel nies verġni għalija, u ħalli s-setgħa li għandek li tagħti l-frott, tagħtini l-magħżulin tiegħi, it-tempji tiegħi.

35. Meta Marija xxenxel l-għeruq tagħha f’ruħ, hi tnissel dawk l-għeġubijiet ta’ grazzja, li hi biss għandha l-ħila tnissel għaliex hi biss il-Verġni, li tagħti l-frott u li qatt kellha u lanqas qatt ma jkollna min hu bħala fis-safa u fil-fekondita’. Bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu Marija saret l-akbar ħidma li qatt ġrat, jew li għad tista’ sseħħ: it-twelid tal-Bniedem Alla. Għalhekk trid tkun hi li tagħmel qaddisin kbar li jidhru sat-tmiem taż-żmien. Għaliex il-formazzjoni u l-edukazzjoni tal-qaddisin il-kbar li jkunu hawn sal-aħħar tad-dinja huma fdati f’idejha. Din il-Verġni singulari u mirakuluża biss tista’ flimkien mal-Ispirtu s-Santu twettaq ġrajjiet kbar u straordinarji.

36. Meta l-Ispirtu s-Santu jsib l-Għarusa tiegħu f’ruħ, Hu jtir lejn dik ir-ruħ, jidħol fiha fil-milja tiegħu u jimliha bil-preżenza tiegħu fi proporzjon daqs kemm isib il-preżenza tal-Għarusa tiegħu. Waħda mir-raġunijiet għaliex l-Ispirtu s-Santu ma jagħmilx għeġubijiet tal-grazzja li jgħaġġbu fir-ruħ tagħna hi għaliex Hu ma jsibx fina għaqda qawwija biżżejjed mal-Għarusa fidila tiegħu li ma tinfired qatt minnha. Ngħid li ma tinfired qatt, għaliex minn mindu l-imħabba sostanzjali tal-Missier u l-Iben tgħarrset ma’ Marija biex tnissel lil Ġesu’ Kristu, ir-Ras tal-Magħżulin, u Ġesu’ Kristu fil-magħżulin, hu qatt ma twarrab minnha. Hi kienet dejjem fidila u tat frott.

1.2 Konsegwenzi *** 1.2.1 Marija s-Sultana tal-Qlub Kollha (Para. 37-38)

Meta Alla ta s-setgħa lil Marija fuq Ibnu naturali u waħdieni Alla taha wkoll setgħa fuq uliedu adottivi, mhux biss fuq ġisimhom, li jkollha ftit importanza, imma fuq ruħhom ukoll.. — San Alwiġi Maria De Montford

OurLadyOfAllNations37. Minn dan li għadni kif għidt jidher ċar, l-ewwel li Marija rċeviet minn għand Alla ħakma kbira fuq ir-ruħ tal-magħżulin. Hi ma tistax tgħammar fihom bħalma Alla l-Missier ordnalha tagħmel; ma tistax bħala ommhom tiffurmahom, tieħu ħsiebhom u tnissilhom għall-ħajja ta’ dejjem; ma tistax teħodhom bħala l-wirt u s-sehem tagħha, ma tistax tiffurmahom f’Ġesu’ Kristu u tagħmel lil Ġesu’ Kristu fihom, ma tistax tħawwel l-għeruq tal-virtujiet tagħha fihom u tkun sieħba li ma tinfired qatt tal-Ispirtu s-Santu fix-xogħol tal-grazzja tiegħu, anzi ngħid li ma kienet tista’ tagħmel xejn minn dawn il-ħwejjeġ li kieku ma kellix id-dritt u l-ħakma fuq dawn l-erwieħ bi grazzja singulari tal-Iktar Għoli. Meta taha s-setgħa fuq Ibnu naturali u waħdieni Alla taha wkoll setgħa fuq uliedu adottivi, mhux biss fuq ġisimhom, li jkollha ftit importanza, imma fuq ruħhom ukoll.

38. Marija hija s-Sultana tas-Sema u tal-art permezz tal-grazzja, kif Ġesu’ hu s-Sultan tagħhom, permezz tan-natura u tar-rebħa. Is-Saltna ta’ Ġesu’ Kristu hi prinċipalment fil-qlub jew fil-ħajja interjuri tal-bnedmin skont il-kliem: “Is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.” (Lq 17,21). Hekk ukoll is-saltna tal-Verġni Mqaddsa hi ġol-bniedem, jiġifieri fir-ruħ tiegħu. Għaliex hu prinċipalment fl-erwieħ li flimkien ma’ Binha, hija aktar igglorifikata milli fil-kreaturi kollha viżibbli. Għalhekk nistgħu ningħaqdu mal-Qaddisin u nsejħulha s-Sultana ta’ qlubna.

1.2.2 Marija hi meħtieġa għall-bnedmin (Para. 39)

Bħalma Marija kienet meħtieġa għal Alla, … hi aktar meħtieġa għall-bnedmin biex jilħqu l-iskop tal-ħajja tagħhom. — San Alwiġi Maria De Montford

Rosary Title Pic shad words

39. Imbagħad, għandna nikkonkludu, li bħalma Marija kienet meħtieġa għal Alla, hi ħtieġa hekk imsejħa, ipotetika, għaliex hija konsegwenza tar-rieda tiegħu, hi aktar meħtieġa għall-bnedmin biex jilħqu l-iskop tal-ħajja tagħhom. Għalhekk m’għandniex nqabblu d-devozzjoni lejn il-Madonna ma’ dik id-devozzjoni tal-qaddisin l-oħra, bħallikieku d-devozzjoni lejn Marija ma kinitx iżjed meħtieġa jew bħallikieku kienet xi ħaġa li nistgħu ma nagħżluhiex, għall-ħajja tagħna spiritwali.

1.2.2.1 Id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi meħtieġa għall-bnedmin kollha jekk iridu jsalvaw (Para. 40-42)

“Li nkun devot tiegħek, O Verġni Mqaddsa, hija arma ta’ salvazzjoni li Alla jagħti lil dawk li jrid isalva.” — San Ġwann Dammaxenu

e3bc13d83a273d5011ee4ae32df9d707-holy-mary-blessed-mother40. L-għaref u qaddis Ġiżwita Suarez u l-għaref devot Juste-Lipse, duttur ta’ Louvain, u ħafna oħrajn, urew illi d-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hija meħtieġa għas-salvazzjoni, u biex jagħtu prova ta’ dan, dawn in-nies għorrief ġabru x-xhieda tas-santi padri – fost l-oħrajn ta’ Santu Wistin, Sant Efrem, Djaknu minn Odessa, San Ċirillu ta’ Ġerusalemm, San Ġermanu ta’ Kostantinopli, San Ġwann Damaxxenu, San Anselmu, San Bernard u San Bernardinu, San Tumas u San Bonaventura, u iżjed urew li n-nuqqas mill-qima u l-imħabba lejha huwa sinjali infallibli ta’ telfien kif Ecolumpadius u ħafna eretiċi oħrajn stqarrew huma stess; waqt li tkun tassew devot ta’ Marija u tqimha huwa sinjal ċar ta’ predestinazzjoni.

41. Ix-xbihat u l-kliem tar-Rabta l-Qadima u tar-Rabta l-Ġdida jippruvaw din il-verita’, is-sentimenti u l-eżempji tal-qaddisin iwettquha, ir-raġuni u l-esperjenza juruha u jsostnuha; anke x-xjaten u l-ħbieb tagħhom, marsusin mill-qawwa tal-verita’, spiss kienu mġagħlin jammettuha, minkejja r-rieda tagħhom. Jiena ġbart ġabra kbira ta’ siltiet mis-santi padri u d-dutturi tal-Knisja biex nipprova din il-verita’, iżda biex ma ntawwalx sejjer ngħid waħda biss. “Li nkun devot tiegħek, O Verġni Mqaddsa,” jgħid San Ġwann Dammaxenu, “hija arma ta’ salvazzjoni li Alla jagħti lil dawk li jrid isalva.”

42. Hawnhekk nista’ nirrakonta ħafna ġrajjiet li jippruvaw l-istess ħaġa, fost l-oħrajn:

(1) Dik li naqraw fil-ħajja ta’ San Franġisk, illi waqt waħda mill-estasi tiegħu, huwa lemaħ sellum kbir li jasal sas-sema, li fit-tarf kien hemm il-Verġni Mbierka u ġie muri lilu li kien meħtieġ li wieħed jitilgħu biex jasal fis-Sema:

(2) dik li naqraw, fil-ġrajjiet ta’ San Duminku, kif dal-qaddis, meta kien ħdejn Carcassonne jippriedka r-Rużarju, iltaqa’ ma’ wieħed eretiku żvinturat, li ruħu kienet maħkuma minn ħmistax-il elf xitan. Bi kmand li tathom il-Madonna, dawn ix-xjaten kienu obbligati, b’konfużjoni kbira tagħhom li jistqarru, xi veritajiet kbar u ta’ faraġ fuq d-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka. Huma għamlu dan b’tant konvinzjoni u ċarezza illi ċkejkna kemm hi ċkejkna d-devozzjoni lejn Marija, ma tistax ma xxerridx dmugħ ta’ ferħ meta taqra din il-ġrajja awtentika u l-eloġju fuq din id-devozzjoni li x-xitan kien imġiegħel jagħmel.

1.2.2.2. Id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka hi aktar meħtieġa f’dawk li huma msejħin għall-perfezzjoni speċjali (Para. 43-48)

Jien ma naħsibx li xi ħadd jista’ jikseb għaqda sħiħa mas-Sinjur tagħna, u fedelta’ perfetta lejn l-Ispirtu s-Santu, mingħajr għaqda profonda mal-Verġni Mbierka u dipendenza kbira fuq l-għajnuna tagħha. — San Alwiġi Maria De Montford

mm243. La darba d-devozzjoni lejn il-Madonna hi meħtieġa għall-bnedmin kollha jekk iridu jsalvaw, hi aktar meħtieġa f’dawk li huma msejħin għall-perfezzjoni speċjali. Jien ma naħsibx li xi ħadd jista’ jikseb għaqda sħiħa mas-Sinjur tagħna, u fedelta’ perfetta lejn l-Ispirtu s-Santu, mingħajr għaqda profonda mal-Verġni Mbierka u dipendenza kbira fuq l-għajnuna tagħha.

44. Marija biss sabet grazzja quddiem Alla, mingħajr l-għajnuna ta’ kreatura oħra. L-oħrajn kollha li sabu grazzja quddiem Alla, għamlu dan permezz tagħha u dan jibqa’ veru minn dawk li f’xi żmien jogħġbu lil Alla. Hi kienet mimlija bil-grazzja meta sellmilha l-Arkanġlu Gabriel, u ġiet mogħtija grazzja suprabbondanti meta niżel fuqha l-Ispirtu s-Santu bil-preżenza bla tarf tiegħu. Dawn iż-żewġ miljiet ta’ grazzja, hi hekk kabbret minn ġurnata għall-oħra, u minn mument għall-ieħor, li laħqet grad hekk għoli tal-għaġeb ta’ grazzja, illi Alla għamilha t-teżoriera waħdanija tar-rikkezzi tiegħu, u d-dispensatriċi waħdanija tal-grazzji tiegħu biex hi tkun tista’ tagħmel nobbli, tgħolli u tagħmel sinjur lil min trid hi; hekk li tkun tista’ tmexxi lil min tagħżel hi mit-triq id-dejqa li twassal fis-sema. Hi tkun tista’ tħares il-passi tagħhom, f’nofs il-perikli, fil-bieb id-dejjaq. Hi tkun tista’ tagħti, lill-magħżulin tagħha, it-tron, ix-xettru u l-kuruna tas-Sultan tas-Sema. Dejjem u kullimkien Ġesu’ hu l-frott u l-Iben ta’ Marija, u Marija hi verament kullimkien is-siġra li tagħti l-frott tal-ħajja, u l-vera omm li tipproduċih.

45. Alla ta l-imfietaħ tal-ħażna tal-Imħabba Divina lil Marija biss, kif ukoll is-setgħa li tidħol fl-iktar sigriet sublimi tat-triqat tal-perfezzjoni, u biex tmexxi lill-oħrajn f’dawn it-triqat. Permezz ta’ Marija biss, l-ulied imsejkna ta’ Eva infidila, jiġu mogħtija d-dritt biex jidħlu fil-ġenna tal-art, fejn inkunu jistgħu jimxi fil-paċi ma’ Alla; u fejn ikunu jistgħu jsibu kenn bla biża’, kontra l-għedewwa tagħhom, biex hemm, bla biża’ mill-mewt, ikunu jistgħu jieklu mill-frott bnin tas-siġra tal-ħajja, u tas-siġra tal-għerf, tat-tajjeb u tal-ħażin. Hemm ikunu jistgħu jgawdu xarbiet kbar mill-ilma tas-sema, ta’ dik l-għajn abbundanti. Jew aħjar, Hi stess din il-Ġenna tal-Art, dan il-ġnien verġni u mbierek, li minnu ġew imkeċċija l-midinbin Adam u Eva; tiftaħ il-bieb ta’ dan il-ġnien, li hu Hi stess, lil dawk biss li jogħġbuha, biex tgħinhom isiru qaddisin.

46. Jekk nista’ nuża l-espressjoni tal-Ispirtu s-Santu, kif ifissirha San Bernard, l-għonja kollha jżejnuk minn nisel għall-ieħor u speċjalment fl-aħħar jiem tad-dinja. Fi kliem ieħor, l-ikbar qaddisin, l-erwieħ l-iktar għonja bil-grazzji u bil-virtujiet issibhom l-iktar perseveranti fit-talb lill-Madonna, u jżommuha dejjem quddiem għajnejhom, bħala l-mudell perfett li għandhom jimitaw u bħala l-aqwa għajnuna biex tħarishom u tgħinhom.

47. Jiena għidt li dawn l-affarijiet kollha jiġbru, b’mod speċjali, fl-aħħar tad-dinja. Permezz ta’ Ommu l-Imqaddsa Alla se jagħti lid-dinja, qaddisin kbar li jisbqu fil-qdusija, lill-parti l-kbira tal-qaddisin l-oħra fil-qdusija daqs kemm iċ-ċedri tal-Libanu jegħlbu fil-kobor u l-maesta’ tagħhom lill-issopu tal-widien. Dan kien irrevelat lil ruħ qaddisa li ħajjitha ġiet miktuba minn Mr de Rentry. * (Nota: Din ir-ruħ qaddisa kienet Marie des Vallees, li d-Direttur Spiritwali tagħha kien San Ġwann Eudes)

48. Dawn il-ġganti ta’ qdusija, mimlija bil-grazzja u żelu jkunu magħżulin biex jieqfu lill-għedewwa t’Alla li qed jiġġerrew ma’ kull naħa. Huma jkollhom devozzjoni singulari lejn il-Madonna, imdawlin mid-dawl tagħha, imsaħħin bil-ħalib tagħha, immexxija mill-ispirtu tagħha, imsaħħin bil-qawwa tagħha u mħarsa bil-kenn tagħha. B’id waħda huma jiġġieldu u bl-oħra jibnu. Huma jissieltu, jegħilbu, jeqridu u jisħqu l-eretiċi bl-ereżji tagħhom, ix-xiżmatiċi bix-xiżmi tagħhom, l-idolatri bl-allat foloz tagħhom u l-midinbin bid-dnubiet tagħhom. Huma jibnu t-tempju tal-veru Salamun u l-belt mistika t’Alla. Jiġifieri l-Imqaddsa Verġni Marija, imsejħa mis-Santi Padri: “It-tempju ta’ Salamun u l-belt t’Alla.” Bi kliemhom u bl-eżempju tagħhom jiġbdu ħafna nies għal din il-vera devozzjoni, ġrajja li ġġibilhom ħafna għedewwa, imma ġġibilhom ukoll teżor ta’ rebħiet u glorja għal Alla waħdu. Dan hu li Alla nebbaħ lil San Vinċenz Ferreri, l-appostlu l-kbir ta’ żmienu, kif wera ċar hu stess f’waħda mill-kitbiet tiegħu. L-Ispirtu s-Santu donnu ħabbar din il-verita’ fis-Salm 58, 14-16, fejn naqraw: “biex kulħadd jagħraf li Alla jaħkem fuq Ġakobb sat-trufijiet tal-art. Jersqu filgħaxija, jinbħu bħall-klieb, jiġġerrew ‘l hawn u ‘l hemm mal-belt. Jiġġerrew u jimirħu biex isibu x’jieklu.” Din hi l-belt li l-bnedmin għad iridu jduru magħha fl-aħħar tad-dinja biex jikkonvertu u jaqtgħu l-ġuħ tagħhom għall-ġustizzja, hija l-Imqaddsa Verġni li ġiet imsejħa mill-Ispirtu s-Santu l-Belt t’Alla.

1.2.2.3 Id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka tkun meħtieġa b’mod speċjali fl-aħħar taż-żminijiet *** 1.2.2.3.1 Is-sehem ta’ Marija fl-aħħar żminijiet (Para. 49-54)

Dak li Luċifru tilef bis-suppervja, Marija rebħet bl-umilta’. Dak li Eva qerdet bid-diżubbidjenza, Marija salvat bl-ubbidjenza. Billi obdiet is-serpent, Eva ntlifet hi, u magħha wliedha li hi tagħtu; u billi Marija kienet perfettament fidila lejn Alla, Marija salvat l-uliedha kollha u l-qaddejja li hi ġabret magħha, u ddedikathom lill-Maesta’ Divina. — San Alwiġi Maria De Montford

49. Permezz ta’ Marija bdiet il-fidwa tad-dinja, u hu permezz tagħha li tkun mitmuma. Fl-ewwel miġja ta’ Kristu, Marija ma tantx kellha prominenza. Dan ġara, biex il-bnedmin li ma tantx kien għadhom mgħallma u mdawla fuq il-Persuna tal-Iben, ma jitbegħdux iżjed minnu, bix-xewqa u l-ġibda umana tagħhom lejn Marija, kif aktarx kien jiġri kieku kienu tassew jafuha, għas-sbuħija li Alla xeħet fuqha anke minn barra. Dan hu hekk veru, li San Dijonisju l-Areopaġita kiteb illi meta hu ra lill-Madonna kien jaħsibha xi Alla minħabba l-ġmiel tas-sbuħija risplendenti tagħha li kieku s-saħħa tal-fidi ma kinitx għallmitu xort’oħra. Madankollu, fit-tieni miġja ta’ Ġesu’ Kristu, Marija se tkun imħabbra u murija mill-Ispirtu s-Santu biex permezz tagħha, Ġesu’ Kristu jista’ jkun magħruf, maħbub u moqdi. Ir-raġunijiet li ġegħlu lill-Ispirtu s-Santu jaħbi l-Għarusa tiegħu, meta kienet fid-dinja u li jħalliha tidher wisq ftit meta l-Vanġelu xxandar għall-ewwel darba m’għandhomx jeżistu.

50. Mela, hi r-rieda t’Alla li jgħarraf u jipproklama lil Marija, il-kapulavur ta’ jdejh, f’dawn l-aħħar żminijiet:

1. għaliex bl-umilta’ profonda tagħha li nħbiet f’din id-dinja u tant tbaxxiet aktar mit-trab, qalgħet mingħand Alla, mill-Appostli u mill-Evanġelisti tiegħu li ma tiġix mgħarrfa lid-dinja;

2. għaliex billi Marija hi l-kapulavur ta’ Alla hekk kemm fl-art bil-grazzja, kif is-sema bil-glorja, Alla jrid li hi tkun igglorifikata u mfaħħra fuq l-art mill-bnedmin;

3. u ladarba hi ż-żerniq ta’ filgħodu li jiġi qabel u jħabbar ix-Xemx tal-Ġustizzja, Ġesu’ Kristu, jixraq li hi tkun magħrufa u jarawha biex permezz tagħha l-bnedmin jistgħu jagħrfu lil Kristu;

4. ladarba hija t-triq li minnha ġie fostna Ġesu’ Kristu l-ewwel darba, hekk għad tkun dik it-triq, meta Hu jiġi t-tieni darba għalkemm il-mod ikun xort’oħra;

5. ladarba Hi l-mezz żgur u t-triq dritta u bla tebgħa, li minnha aħna nimxu lejn Kristu u nsibuh perfettament, hu permezz ta’ Marija li dawk l-erwieħ iddestinati għall-qdusija tal-għaġeb, f’dawk l-aħħar jiem, isibu lil Kristu. Min isib lil Marija jsib il-ħajja, jiġifieri jsib lil Ġesu’ Kristu, li Hu t-Triq, l-Verita’ u l-Ħajja. Imma min ma jfittixhiex ma jistax isibha lil Marija. Lanqas ma jfittixha min ma jafhiex, għax ħadd ma jfittex jew jixtieq ħaġa li ma jafx biha. Għalhekk Marija għandha tkun magħrufa aktar minn qabel, għall-glorja u għall-għarfien akbar tat-Trinita’ Qaddisa;

6. F’dak l-aħħar żmien Marija għad tiddi bi ġmiel li qatt ma deher bħalu, fil-ħniena, fis-setgħa u fil-grazzja. Fil-ħniena, biex tiġbor flimkien u tilqa’ fl-imħabba lill-imsejkna midinbin u l-erwieħ mitluba li għad jikkonvertu u jirritornaw lejn il-Knisja Kattolika. Fis-setgħa kontra l-għedewwa ta’ Alla, il-pagani, ix-xiżmatiċi, Mawmettani, Lhud, u dawk li webbsu qalbhom fid-dnub li għad iqumu u jkunu ta’ periklu billi jqarrqu u jbiegħdu mill-Knisja b’wegħdiet u theddid lil dawk kollha li ma jkunux magħhom. Fil-grazzja biex tagħti l-kuraġġ u s-saħħa lis-suldati qalbiena u l-qaddejja fidili ta’ Kristu li jiġġieldu għalih;

7. Fl-aħħar Marija għad tkun terribbli bħall-eżerċtu lest għat-taqbida, speċjalment f’dawk l-aħħar żminijiet kontra d-demonju u l-ħbieb tiegħu. Billi d-demonju jaf li ż-żmien qed joqrob, Satana kuljum jirdoppja l-isforzi tiegħu u l-istrateġiji tiegħu, biex jindanna l-erwieħ tal-bnedmin kontra l-qaddejja fidili u l-ulied veri ta’ Marija. Billi r-rebħa tagħhom hi aktar diffiċli minn tal-bnedmin l-oħra, hu jqajjem persekuzzjonijiet ġodda u jpoġġilhom nases tal-biża’ quddiemhom.

Capture1251. Hija b’referenza speċjali għal dawk il-persekuzzjonijiet kiefra tal-aħħar, u li jiżdiedu kuljum sas-saltna tal-Antikrist li aħna għandna nifhmu l-ewwel profezija u saħta famużi tAlla, ippronunzjati fil-Ġenna tal-Art, kontra s-serpent. Għall-glorja tal-Verġni Mqaddsa, għas-salvazzjoni ta’ wliedha u għall-konfużjoni ta’ Satana, jixraq li hawn nikkummentaw fuqha. “Jiena nqajjem mibgħeda bejnek u bejn il-Mara, bejn nislek u nisilha, Hu jistħaqlek rasek u inti tisħaqlu għarqubu.” (Ġen 3,15).

52. Alla gwerra waħda ħalaq, imma hi gwerra li ma tiqafx, u li tiżdied fis-saħħa u l-ħruxija sal-aħħar tad-dinja. Din hi t-taqbida bejn Marija, l-Omm setgħana tiegħu u x-xitan, bejn uliedu l-qaddejja ta’ Marija u l-ulied u l-istrumenti ta’ Satana. L-għadu l-aktar tal-biża’ mela, li Alla qajjem kontra x-xitan hi Marija, Ommu Imqaddsa. Anke fi żmien it-tkeċċija mill-Ġenna tal-Art, meta Marija kienet għadha biss ħsieb fil-moħħ t’Alla, Alla ta lil Marija tant mibgħeda għall-għadu misħut t’Alla u tant enerġija biex tikxef il-malizzja ta’ dan is-serp qadim, tant saħħa biex tirbaħ, tirfes u tisħaq dan l-esseri supperv u ħażin, illi Satana iżjed jibża’ minnha milli mill-Anġli u mill-bnedmin kollha, u saħansitra f’ċertu sens, anke minn Alla stess. Il-korla, il-mibgħeda u s-setgħa t’Alla huma żgur aktar minn dawk tal-Verġni Mqaddsa ladarba s-setgħat ta’ Marija huma limitati. Biss hu minnu li:

a) billi Satana huwa spirtu supperv isofri aktar meta jkun mirbuħ u kkastigat minn qaddejja umli u ċkejkna t’Alla, illi l-umilta’ tagħha ċċekknu aktar b’mistħija milli jiċċekken bis-setgħa t’Alla;

b) u billi Alla ta’ lil Marija setgħa hekk kbira fuq ix-xjaten li jibżgħu iżjed minn tnehida tal-Madonna għall-ruħ milli jibżgħu mit-talb tal-qaddisin kollha u jitwerwru u jitilqu aktar bil-biża’ minn theddida waħda li hi tagħmel kontrihom milli jibżgħu mit-torturi l-oħra kollha, kif bosta drabi kienu mġegħla jammettu kontra qalbhom permezz ta’ xi wieħed ppossessat.

53. Dak li Luċifru tilef bis-suppervja, Marija rebħet bl-umilta’. Dak li Eva qerdet bid-diżubbidjenza, Marija salvat bl-ubbidjenza. Billi obdiet is-serpent, Eva ntlifet hi, u magħha wliedha li hi tagħtu; u billi Marija kienet perfettament fidila lejn Alla, Marija salvat l-uliedha kollha u l-qaddejja li hi ġabret magħha, u ddedikathom lill-Maesta’ Divina.

54. Alla ma qiegħedtx mibgħeda biss bejn Marija u x-xitan, imma wkoll bejn in-nisel tiegħu tagħha u n-nisel tiegħu. Fi kliem ieħor, Alla nissel mibgħeda, antipatija u għira moħbija bejn l-ulied veri u qaddejja ta’ Marija u l-ilsiera ta’ Satana. M’hemmx imħabba bejn dawn iż-żewġ razez, ladarba m’hemm l-ebda kuntatt interjuri bejniethom. Ulied Belial, l-ilsiera ta’ Satana, il-ħbieb tad-dinja (għax hi l-istess ħaġa), dejjem ippersegwitaw u jkomplu jagħmlu hekk, bi vjolenza akbar, lil dawk kollha li huma tal-Verġni Mqaddsa, sewwa sew kif fl-antik, Kajjin ippersegwita lil ħuh, Abel, u Eżaw lil ħuh Ġakobb, dawn kienu xbihat tal-ħżiena u l-ippredestinati. Imma l-Madonna dejjem tirbaħlu lil dan is-serpent supperv, ir-rebħa hekk kbira li tisħaqlu rasu fejn tinbet dis-suppervja. Hi dejjem issiblu l-ħażen tiegħu u turi l-pjanijiet infernali tiegħu. Hi tfarrak il-pariri djaboliċi tiegħu u tħares lill-qaddejja fidili tagħha mill-kefrija ta’ difrejh sal-aħħar taż-żminijiet.

Iżda din is-setgħa ta’ Marija fuq ix-xjaten għad tiddi bi glorja speċjali fl-aħħar żminijiet meta Satana jdur għal għarqubha jiġifieri għall-qaddejja umli tagħha u għall-uliedha msejkna li hi tqajjem biex jiġġieldu ma’ ġenbha. Huma jkunu żgħar u tal-ebda mportanza f’għajnejn id-dinja, li jistgħu jiġu mxebbha mal-għarqub li pparagunat mal-membri l-oħra tal-ġisem, hu dejjem mgħaffeġ u mirfus taħt. Iżda, bi tpattija, huma jkunu mżejna bil-grazzji t’Alla li l-Madonna tagħtihom bl-abbundanza. Il-qdusija tagħhom tagħmilhom kbar, u mgħollija f’għajnejn Alla. Iż-żelu mħeġġeġ tagħhom jgħollihom fuq il-ħlejjaq l-oħra kollha. Tant ikunu msaħħin bl-għajnuna t’Alla, illi bl-umilta’ ta’ għarqubhom, maqgħudin ma’ Marija, huma jisħqu ras is-serpent infernali, u jġibu rebħa għal Ġesu’ Kristu.

1.2.2.3.2 L-Appostli tal-aħħar żminijiet (Para. 55-59)

Dawk li jkunu laqgħu lil Marija bħala Ommhom, jitgħallmu li hi t-triq l-aktar żgura, ħafifa, dritta u perfetta li twassal għand Ġesu’ Kristu, u b’din il-konvinzzjoni huma jagħtu lilhom infushom b’ruħhom u ġisimhom lilha, biex b’hekk u bl-istess mod ikunu ta’ Ġesu’ Kristu. — San Alwiġi Maria De Montford

OLRosary_wp55. Fl-aħħarnett, Alla jixtieq li issa iktar minn qabel, Ommu l-Imqaddsa għandha tkun aktar magħrufa, u aktar maħbuba u mweġġħa bil-ħeġġa. Dan żgur li jiġri jekk l-ippredestinati jaddottaw bil-grazzja u l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu l-prattika interjuri u perfetta tad-devozzjoni lejn Marija li jien se niddeskrivi f’dan il-ktieb. Huma jħarsu lejn din il-Kewkba tal-Baħar, jarawha hekk ċara daqs kemm tħallihom il-Fidi, u bid-dawl werrej tagħha huma jaslu fil-port imqaddes tal-mistrieħ etern minkejja t-tempesti u l-perikli tal-baħar. Huma jitgħallmu jagħrfu l-kobor ta’ din is-Sultana u jikkonsagraw ruħhom kollha għas-servizz tagħha bħas-sudditi u l-ilsiera tal-imħabba tagħha. Huma jduqu l-ħlewwa u t-tjubija tagħha ta’ omm, u jħobbuha ħafna bħal uliedha l-għeżież. Billi jagħrfu l-bżonn kbir tal-għajnuna tagħha, huma jduru lejha f’kull ħaġa, bħal avukata u medjatriċi għażiża ma’ Kristu, u mbagħad żgur li jaraw kemm hi kbira l-ħniena tagħha. Jitgħallmu li hi t-triq l-aktar żgura, ħafifa, dritta u perfetta li twassal għand Ġesu’ Kristu, u b’din il-konvinzzjoni huma jagħtu lilhom infushom b’ruħhom u ġisimhom lilha, biex b’hekk u bl-istess mod ikunu ta’ Ġesu’ Kristu.

56. Iżda x’sinjal ikollhom dawn il-qaddejja, l-ilsiera u l-ulied ta’ Marija? Ikunu nar jaqbad, ministri tal-Mulej, li jixgħelu n-nar tal-imħabba t’Alla fid-dinja. Ikunu qishom vleġeġ qawwija fl-id setgħana tal-Madonna biex jindfu l-għedewwa tagħha.

Ikunu ulied ta’ Levi, imsoffijin tajjeb bin-nar ta’ tribulazzjonijiet kbar u maqgħudin intimitament mAlla. Ikollhom id-deheb tal-imħabba f’qalbhom, l-inċens tat-talb f’moħħhom, u l-mirra tal-mortifikazzjoni f’ġisimhom. Għall-fqar u l-umli huma jkunu l-fwieħa ta’ Ġesu’ Kristu, filwaqt li għas-setgħana, għas-sinjuri u għas-suppervi huma jkunu l-intiena tal-mewt.

57. Huma jkunu bħal sħab tar-ragħad, u bħal sħab jiġri mas-sema mċaqlaq ma’ kull nifs tal-Ispirtu s-Santu. Maħlulin minn kull ħaġa tad-dinja filwaqt li l-ebda ħaġa tad-dinja ma togħġobhom, u ma jagħtu kas ta’ xejn tad-dinja, huma jxerrdu bħax-xita l-Kelma t’Alla u tal-Ħajja ta’ dejjem. Huma jikkumbattu d-dnub, jilmentaw mid-dinja u s-sajjetti tagħhom jolqtu x-xitan u l-ħbieb tiegħu. Bix-xabla li taqta’ minn żewġ naħat tal-Kelma ta’ Alla, huma jinfdu fil-fond, lil dawk kollha li għalihom kienu mibgħutin f’isem Alla u l-ferita tkun jew għall-ħajja nkella għall-mewt.

58. Huma jkunu l-veri Appostli f’dak l-aħħar żmien li lilhom Alla tal-Virtujiet jagħti l-kelma u s-setgħa biex jagħmlu l-mirakli li jisirqu lill-għedewwa tagħhom bil-glorja. Billi ma jkollhom l-ebda xewqa għad-deheb u l-fidda, huma jorqdu f’nofs il-qassisin u l-ekklesjastiċi (S 67, 14). Madankollu huma jkollhom ġwienaħ bħal tal-ħamiem imberflin bil-fidda, biex jistgħu jtiru kull fejn l-Ispirtu s-Santu jsejħilhom imqanqlin mill-intensita’ safja biex ikabbru l-glorja t’Alla u s-salvazzjoni tal-erwieħ. Fil-postijiet fejn jippridkaw, huma ma jħallux warajhom ħlief id-deheb tal-karita’ li hi l-milja tal-Liġi.

59. Fl-aħħarnett aħna nafu li jkunu veri appostli ta’ Kristu. Jimxu fuq l-eżempju tiegħu ta’ faqar, umilta’, karita’ u l-istmerrija tad-dinja, huma jgħallmu t-triq id-dejqa ta’ Alla bil-verita’ skont il-Vanġelu Mqaddes, u mhux skont il-massimi tad-dinja. Huma ma jagħtu kas tal-ebda bniedem u ma jarawx l-uċuħ tal-persuni, u ma jaħfruhiex u ma jibżgħu minn ebda bniedem, qawwi kemm hu qawwi. Fuq fommhom ikollhom ix-xabla li taqta’ minn żewġ naħat tal-Kelma t’Alla. Fuq spallejhom huma jġorru l-istandard imċappas bid-demm tas-Salib, li huma jżommu b’idhom il-leminija waqt li fix-xellugija jżommu l-kuruna tar-Rużarju. L-ismijiet qaddisa ta’ Ġesu’ u Marija jkunu minquxa f’qalbhom, il-modestja u l-mortifikazzjoni ta’ Kristu fl-imġiba tagħhom kollha.

Hekk mela jkunu n-nies kbar li għad jiġu. Imma l-Madonna tkun magħhom bi kmand t’Alla biex tifrex is-Saltna tiegħu fuq il-ħżiena, l-idolatri u l-Mawmettani. Meta jkun dan u kif sejjer jitwettaq? Alla biss jaf. Sadattant is-sehem tagħna hu li nixtiequ fis-skiet nitolbu, nitniegħdu u nistennew. (S 39,1).

2 KAPITLU – Veritajiet fundamentali tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 60)

“Ġnien magħluq tajjeb inti oħti, l-għarusa tiegħi, ġnien magħluq tajjeb, għajn issiġillata.” — (Għan 4:12)

5f3a54b9345ab9c974c1c13e2109671f

 

60. S’issa għedt xi ħaġa fuq il-ħtieġa tad-devozzjoni tal-Madonna għalina. Issa rrid nuri fiex tikkonsisti din id-devozzjoni. Qabel ser nitkellem fuq ċerti veritajiet fundamentali li jagħtuna xi ħjiel fuq din id-devozzjoni soda u kbira li jien qed nipprova nfisser f’dan il-Ktieb.

2.1 Ġesu’ Kristu hu l-aħħar tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 61-67)

Li kieku d-devozzjoni lejn il-Madonna kellha l-effett li tbegħidna minn Ġesu’ kien ikollha tiġi mwarrba bħala nassa tad-demonju. Imma din mhix hekk. Bil-maqlub, kif diġa’ wrejna u kif se nuru aktar fid-dettal, din id-devozzjoni hi biss meħtieġa għalina biex insibu ‘l Kristu perfettament, inkunu nistgħu nħobbuh aktar u naqduh fedelment. — San Alwiġi Maria De Montford

61. L-Ewwel Verita’- Ġesu’ Kristu, is-Salvatur tagħna, veru Alla u veru bniedem, għandu jkun it-tmiem ta’ kull devozzjoni oħra tagħna. Jekk ma jkunx hekk, kemm tkun falza u qarrieqa d-devozzjoni! Ġesu’ Kristu l-Alfa u l-Omega, il-bidu u t-tmiem ta’ kollox. Aħna qed nitħabtu, kif jgħid San Pawl, biex nagħmlu kull bniedem perfett fi Kristu, għaliex fi Kristu biss hemm il-Milja tad-Divinita’ u l-miljiet l-oħra kollha tal-grazzja, tal-virtu’ u tal-perfezzjoni, għaliex fiH biss aħna konna mberkin b’kull barka spiritwali. Huwa hu l-Imgħallem waħdieni tagħna li minnu għandna niddependu; Hu r-Ras waħdanija tagħna li tagħha biss għandna nkunu membri; Hu l-mudell waħdieni tagħna li lilu għandna nimitaw; Hu t-tabib waħdieni tagħna li għandu jfejjaqna; Hu r-ragħaj waħdieni tagħna li għandu jitmana; Hu t-triq waħdanija tagħna li għandha tmexxina; Hu l-verita’ waħdanija lil lilha għandna nemmnu. Hu l-Ħajja waħdanija tagħna li għandha tkun il-ħajja tagħna u l-Milja ta’ kollox tagħna f’kull ħaġa biex Fih ikollna kollox. Minn barra l-isem ta’ Ġesu’ m’hemm l-ebda isem ieħor taħt is-Sema li bih nistgħu insalvaw. Minn barra Ġesu’ Kristu, Alla l-Missier ma tana l-ebda pedament għas-salvazzjoni u għall-perfezzjoni, u għall-glorja tagħna. “Għaliex il-bniedem ma jistax jagħmel pedament ieħor barra dak li hu magħmul li hu Ġesu’ Kristu” (1 Kor 3,11). U kull dar li mhix mibnija fuq din il-blata soda, hi mibnija fuq ir-ramel li jiżloq u żgur li taqa’, f’ħin jew ieħor. Kull ruħ li mhix maqgħuda ma’ Kristu, bħal fergħa maz-zokk tad-dielja, taqa’, tinxef u tkun biss tajba għan-nar. Jekk aħna fi Kristu u Kristu hu fina m’għandniex nibżgħu mit-telfien; għaliex la l-anġli tas-sema, la bnedmin tal-art, la x-xjaten tal-infern u l-ebda ħlejqa oħra ma tista’ tagħmlilna ħsara għax ma jistgħux jifirduna mill-imħabba ta’ Alla, li hi f’Ġesu’ Kristu. Bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu aħna nistgħu nagħmlu kollox. Aħna nistgħu naslu għall-perfezzjoni u nistgħu nkunu l-fwieħa tal-ħajja eterna għal għajrna.

62. L-iskop tagħna li nwaqqfu devozzjoni soda lejn l-Imqaddsa Verġni, mhix ħaġa oħra ħlief li nsaħħu aktar perfettament il-qima lejn Ġesu’ Kristu, u nsibu triq eħfef u iktar żgura li biha nistgħu nsibu lil Ġesu’ Kristu. Li kieku d-devozzjoni lejn il-Madonna kellha l-effett li tbegħidna minn Ġesu’ kien ikollha tiġi mwarrba bħala nassa tad-demonju. Imma din mhix hekk. Bil-maqlub, kif diġa’ wrejna u kif se nuru aktar fid-dettal, din id-devozzjoni hi biss meħtieġa għalina biex insibu ‘l Kristu perfettament, inkunu nistgħu nħobbuh aktar u naqduh fedelment.

Capture1363. Hawnhekk se ndur għall-mument lejk, O Ġesu’ tiegħi li jistħoqqlok kull imħabba, biex nagħmel dan l-ilment ħelu tiegħi lill-Maesta’ Divina tiegħek li l-parti l-kbira tal-insara, anke l-aktar mgħallma, ftit jafu bil-għaqda meħtieġa li hemm bejneK u l-Imqaddsa Ommok. Inti dejjem ma’ Marija u Marija dejjem miegħek, u mingħajrek ma tibqax dak li hi; Marija hi hekk mibdula fik bil-grazzja li hi ma tgħixx weħida. Inti waħdek, O Ġesu’ li tgħix u ssaltan fiha, iktar perfettament milli fl-anġli kollha u l-bqija tal-Qaddisin. Li kieku kien magħruf xi glorja u mħabba inti tirċievi f’dil-ħlejqa tal-għaġeb, kemm kienu jkunu xort’oħra s-sentimenti tal-bnedmin Lejk u Lejha. Marija hi maqgħuda hekk intimament miegħek li iktar kien ikun ħafif li tifred id-dawl mix-xemx jew is-sħana min-nar, milli tifred lil Marija minn Ġesu’. U iktar, jien ngħid, li aktar ħafif li tifred l-anġli u l-qaddisin kollha minnek, milli tifred lill-Verġni Mqaddsa. Għax hi tħobbok aktar bil-ħerqa u tagħtik aktar glorja perfetta minn dawk il-ħlejjaq l-oħra kollha flimkien.

64. Meta nafu dan kollu, Mgħallem maħbub tiegħi, mhix ħasra kbira tara din l-injoranza u dalma tal-bnedmin kollha tal-art lejn Ommok l-għażiża? Minix naħseb tant fuq l-idolatri u l-pagani, li billi ma jafux lilek, ma jħabblux rashom li jkunu jafu lilHa. Lanqas ma jiena naħseb partikolarment fuq l-eretiċi, u x-xiżmatiċi li billi huma mifrudin minnek u mill-Knisja ma jagħtux kas id-devozzjoni lejn Ommok Marija. Jiena qed nitkellem mill-Insara Kattoliċi, anki mit-teoloġi Kattoliċi li filwaqt li jistqarru li jgħallmu l-verita’ lill-oħrajn, huma stess ma jafukx u lanqas jafu ‘l Ommok Imqaddsa, ħlief b’mod spekulattiv, xott, bla frott u indifferenti. Dawn l-għorrief wisq rari jitkellmu fuq Ommok l-għażiża u fuq id-devozzjoni li għandu jkollna lejHa, għaliex isostnu li jista’ jkun hemm abbużi dwarha – illi tista’ ssirlek ħsara permezz ta’ devozzjoni lejn din l-Ommok Marija. Bniedem devot jitkellem bil-ħlewwa, bil-qalb u bil-perswazzjoni meta jqis id-devozzjoni lejn din l-Omm twajba bħala mezz żgur u ħafif, bħala mogħdija dritta u ċerta u bħala sigriet tal-għaġeb li bih inti żgur tista’ tiġi misjub u perfettament maħbub. Huma dritt imorru kontrih u jġibu raġuni qarrieqa bil-ħsieb li juruk li huma qed jagħmlu żżejjed lejn il-Verġni Mqaddsa, u li hemm eseġerazzjoni żejda f’din id-devozzjoni, u li huma għandhom jagħmlu ħilithom biex ineħħu din l-eseġerazzjoni. Illi, f’kelma waħda, huma għandhom jitkellmu fuqek minflok ma jmexxu lill-oħrajn għad-devozzjoni lejn il-Madonna li huma diġa’ jħobbu biżżejjed.

Nies bħal dawn xi drabi jitkellmu fuq id-devozzjoni lejn Ommok l-Għażiża mhux biex jissodaw u jkabbru din il-prattika imma biex jeqirdu l-abbużi li jgħidu li hemm fiha, filwaqt li huma stess m’għandhomx qima u lanqas devozzjoni ħelwa lejk. Dan għaliex huma mingħajr ħlewwa u devozzjoni lejn Marija.

Huma jqisu r-Rużarju, il-labtu u l-kuruna tar-Rużarju bħala devozzjonijiet għan-nies sempliċi u injoranti u li mhumiex meħtieġa għas-salvazzjoni tar-ruħ. Jekk jiltaqgħu ma’ xi ħadd li hu devot tal-Madonna, u li jgħid ir-Rużarju jew li għandu xi devozzjoni oħra lejHa għażiża għalih, dawn l-ewwel jippruvaw ibegħduh minnhom. Minflok ir-Rużarju huma jagħtuh il-parir igħid is-Salmi Penitenzjali. U minflok id-devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka jħeġġuh għad-devozzjoni lejn Ġesu’ Kristu.

X’inhu l-ħsieb tiegħek f’dawn in-nies, O Ġesu’ maħbub tiegħi? L-imġiba tagħhom fuq dil-ħaġa togħġbok? Aħna nogħġbuk meta ma nagħmlux ħilitna biex nogħġbu ‘l Ommok minħabba l-biża’ li nonqsuk? Id-devozzjoni lejn Ommok hi tassew ta’ tfixkil għad-devozzjoni Lejk? Marija tapplikaha għaliha l-qima li tingħata lilha? Għandha xi grupp esklussiv għaliha ta’ devoti? Hi daqshekk barranija li ma’għandha x’taqsam xejn miegħek? Aħna noffenduk billi nfittxu li nogħġbuha? U billi nagħtu lilna nfusna lilha u nħobbuha, aħna ninfirdu, jew nitbiegħdu minnek?

65. U b’dan kollu, Mgħallem Divin tiegħi, ukoll jekk it-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet kollha kienet ‘iva’, il-biċċa l-kbira tal-għorrief ma kinux jistgħu jkunu aktar ‘l bogħod u indifferenti mid-devozzjoni lejn il-Madonna milli huma bħalissa. Ħarisni Mulej mis-sentimenti u d-drawwiet tagħhom u agħtini sehem mis-sentimenti ta’ gratitudni, ta’ qima, rispett u mħabba li Inti għandek lejn Ommok Marija, biex inkun nista’ nimitak u nimxi warajk fedelment u b’hekk inkun nista’ nħobbok u nigglorifikak aktar perfettament.

66. Billi s’issa għadni għidt ftit wisq fuq il-ġieħ ta’ Ommok l-għażiża, agħtini grazzja biex infaħħarha kif jixraq lil Ommok, u dan minkejja l-għedewwa tagħha kollha li huma wkoll l-għedewwa tiegħek. Mal-Qaddisin ħallini ngħidilhom bil-kuraġġ: “Ħalli ħadd ma jiftaħar li rċieva l-ħniena t’Alla, jekk hu joffendi ‘l Ommu l-għażiża.”

67. Agħmel li jiena nħobbok ħafna, ħalli nkun nista’ naqla’ minn għandek il-grazzja tal-vera devozzjoni lejn Ommok Imqaddsa u li jien innissel dik id-devozzjoni fil-bnedmin kollha; u sal-aħħar nitolbok tilqa’ din it-talba ħerqana li jien ngħid flimkien ma’ Santu Wistin u mal-ħbieb veri tiegħek; “Inti Kristu, Missier Qaddis, Alla għażiż tiegħi; is-Sultan kbir tiegħi, ir-Ragħaj tajjeb tiegħi, u Mgħallem waħdieni tiegħi, l-aħjar Għajnuna tiegħi, l-iktar Sabiħ u Maħbub tiegħi, il-ħobż tiegħi tal-Ħajja u Saċerdot tiegħi għal dejjem, il-Mexxej tiegħi għal pajjiżi, il-vera Dawl tiegħi, il-Ħlewwa qaddisa tiegħi, it-Triq dritta tiegħi, l-Għerf bla tarf tiegħi, is-Sempliċita’ safja tiegħi, l-Armonija tal-paċi tiegħi, il-Protezzjoni sħiħa tiegħi, is-Sehem tajjeb tiegħi, u s-Salvazzjoni tiegħi eterna, Ġesu’ Kristu u għażiż Mulej tiegħi, għaliex jien qatt ħabbejt jew xtaqt ħaġ’oħra barra minnek bħala Ġesu’ Alla tiegħi f’ħajti kollha?

Fejn kont jien, meta ma kontx fl-Ispirtu miegħek? Minn issa ‘l quddiem, agħmel li x-xewqat tiegħi kollha jitħeġġu għall-Mulej Ġesu’… Iġru… għax wasaltu tard hemm. Għaġġlu għalfejn sejrin. Fittxu lil min qedgħin tfittxu. Ġesu’, agħmel li min iħobbok ma jkunx misħut u li min iħobbok ma jimtiliex bil-mibgħeda.

O Ġesu’ ħelu, jalla kull sentiment li huwa xieraq għat-tifħir tiegħek, iħobbok, jitgħaxxaq bik u jadurak! Alla ta’ qalbi, u sehem tiegħi, Kristu Ġesu’. Jalla qalbi tintemm Fik spiritwalment u jalla Inti tkun fil-ħajja fija. Jalla l-ġamar ħaj tal-imħabba tiegħek jaqbad f’qalbi u jasal biex isir nar perfett; jalla dan il-ġamar jaqbad bla waqfien fuq l-artal ta’ qalbi; jalla jiddi fil-parti l-aktar interjuri tiegħi u jalla jħeġġeġ l-imkejjen moħbija ta’ ruħi; u hekk fl-aħħar jiem ta’ ħajti nidher quddiemek ikkunsmat Fik. Ammen.

2.2 Aħna ta’ Ġesu’ u ta’ Marija bħala lsiera (Para. 68-77)

Permezz tal-grazzja u b’manjiera subordinata u relattiva mal-Maesta’ Divina Tiegħu, Alla ta lill-Marija l-istess drittijiet u privileġġi li Hu nnifsu għandu min-natura. Dak kollu li jixraq lil Alla min-natura, jixraq lil Marija minħabba l-grazzja. Hekk jgħidu l-qaddisin filwaqt li jġibu r-raġuni li ladarba Ġesu’ u Marija huma maqgħudin fir-rieda u s-setgħa huma għandhom l-istess sudditi, qaddejja u ilsiera. — San Alwiġi Maria De Montford

68. It-Tieni Verita’ – Min dak li Ġesu’ hu għalina, aħna għandna nikkonkludu li aħna m’aħniex iżjed tagħna nnfusna, imma kollha kemm aħna ta’ Kristu, bħalma jgħid San Pawl: aħna l-membri u l-qaddejja tiegħu, li hu xtara bi prezz għoli – il-prezz infinit ta’ Demmu l-għażiż. Qabel il-magħmudija aħna konna tax-xitan bħala ilsiera tiegħu; permezz tal-magħmudija aħna sirna l-veri ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu li dmirhom hu li jgħixu, jaħdmu u jmutu bl-iskop ewlieni li jagħmlu l-frott għal dan il-Bniedem-Alla, li jigglorifikawh f’ġisimhom u jħalluh isaltan f’ruħhom, għaliex aħna ir-rebħa u l-wirt tiegħu u l-poplu tiegħu mixtri bi prezz għoli. Dan kien li ġiegħel lill-Ispirtu s-Santu jxebbaħna

(1) Ma’ siġar imħawla ħdejn l-ilma tal-grazzja, fl-għalqa tal-Knisja li għandhom jagħtu l-frott fl-istaġun tagħhom;

(2) Mal-friegħi tad-dielja, li z-zokk tagħha hu Ġesu’ Kristu, u li għadhom jagħtu għeneb tajjeb;

(3) Ma’ merħla, li r-Ragħaj tagħha hu Ġesu’ Kristu, u li trid tikber, titkattar u tagħti ħafna ħalib;

(4) Ma’ art għammiela li fiha l-Bidwi Divin jitfa’ ż-żerriegħa tal-Kelma t’Alla biex tinbet, tikber u tagħti frott għal tletin, sittin u mitt darba. Ġesu’ Kristu seħet is-siġra tat-tin li ma tatx frott, u kkundanna lill-qaddej għażżien li ma għarafx juża bi qligħ it-talent tiegħu. Minn dan naraw li Ġesu’ Kristu jrid li jirċievi minn għandna l-frott tal-għemejjel tajba tagħna għax dawn l-għemejjel tajba huma biss tiegħu: “Maħluqin fi Kristu biex nagħmlu l-opri tajba.” (Efes 2,10). Dal-kliem juri li Ġesu’ Kristu hu l-prinċipju waħdieni u għandu jkun l-iskop waħdieni tal-opri tajba tagħna, u li aħna naqduh mhux biss bħala qaddejja mikrijin imma bħala qaddejja tal-imħabba tiegħu.

69. Hawn fl-art id-dependenza mill-awtorita’ ta’ ħaddieħor tista’ tkun ta’ żewġ xorta: qadi sempliċi u jasar – u skont għal-liema xorta tkun il-persuna taħt l-awtorita’ tissejjaħ qaddej jew ilsir. Fil-mod ordinarju tal-qadi qalb l-Insara, wieħed jindaħal biex jagħmel biċċa xogħol għall-ieħor, f’ċertu ħin u paga bħala ħlas ta’ dan. Iżda f’jasar, wieħed ikun totalment dipendenti fuq ieħor, għal ħajtu kollha; irid jaqdi lil sidu mingħajr ħsieb ta’ paga jew ħlas, għaliex dak is-sid għandu is-setgħa tal-ħajja u l-mewt fuqu, bħall-annimal tal-għalqa.

secret-demontfort70. Hemm tliet xorta ta’ jasar : il-jasar naturali; il-jasar ta’ bilfors u l-jasar volontarju. Il-ħlejjaq kollha huma l-ilsiera t’Alla skont l-ewwel wieħed. “Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha.” (S 24 (23), 1). Ix-xjaten u l-indannati huma lsiera bil-għażla u r-rieda tagħhom. Il-Glorja t’Alla, l-aħjar li tikber bil-jasar volontarju, għax Alla hu dak li jara l-qalb, u li għandu dritt għall-qalb u li jsejjaħ lilu nnifsu Alla tal-qlub u tar-rieda li tħobb. B’din il-kwalita’ ta’ jasar ir-ruħ tagħti ‘l Alla u s-servizz tiegħu fuq kull ħaġa, anke f’affarijiet li ma jidhrux fil-jasar naturali.

71. Hemm baħar ta’ differenza bejn qaddej u lsir:

(1) Qaddej ma jagħtix kull ma hu, kull ma għandu u kull ma jista’ jaqla’ minn għand ħaddieħor jew b’xogħol; filwaqt li l-ilsir jagħti lilu nnifsu kollu kemm hu mingħajr riserva ta’ xejn dak kollu li għandu u dak li jista’ jakkwista.

(2) Il-Qaddej jitlob il-ħlas tax-xogħol li jagħmel lil sidu; filwaqt li l-ilsir ma jista’ jitlob xejn, jaħdem kemm jaħdem bis-serjeta’, bil-għaqal u bis-saħħa.

(3) Il-Qaddej jista’ jitlaq lill-imgħallem meta jixtieq, jew għall-inqas meta ż-żmien tax-xogħol jispiċċa. Imma l-ilsir qatt ma jista’ jħalli lil sidu.

(4) L-imgħallem tal-qaddej m’għandux dritt tal-ħajja u l-mewt fuqu, bir-riżultat li jekk joqtlu bħal ma joqtol xi bhima minn tiegħu, ikun ħati ta’ delitt; imma sid l-ilsir għandu dritt legali tal-ħajja u l-mewt fuqu, u għalhekk jista’ jbiegħu jew joqtlu kif jidhirlu, mingħajr ma jagħmel l-ebda għażla bejn l-ilsir u ż-żiemel tiegħu.

(5) Fl-aħħarnett il-qaddej ikun għal xi żmien fil-qadi ta’ sidu filwaqt li l-ilsir hu għal dejjem.

72. Fost il-bnedmin, il-jasar hu l-mod sħiħ li bih wieħed jista’ jkun ta’ ieħor, u fost l-Insara l-mod l-aktar assolut li wieħed jista’ jkun ta’ Ġesu’ Kristu u Marija, hu permezz tal-jasar volontarju skont l-eżempju ta’ Ġesu’ stess, li għalina u għas-salvazzjoni tagħna sar ilsir: “Ħa n-natura ta’ lsir.” (Fil 2,7). U anke fuq l-eżempju tal-Verġni Mqaddsa, li sejħet lilha nnfisha bħala l-qaddejja u l-ilsiera tal-Mulej. L-Appostlu San Pawl jigglorifika ruħu bit-titlu “Qaddej ta’ Kristu” (Gal 1,10). Ħafna drabi fl-Iskrittura it-titlu Qaddej ta’ Kristu jingħata lill-Insara. Kif jgħid wieħed għaref, din il-kelma għall-ewwel kienet tfisser biss ilsir ladarba ma kienx hemm sefturi jew qaddejja, kif nifhmu l-kelma llum, is-sidien kienu moqdija biss mill-ilsiera jew nies mifdija. Id-duttrina tal-Konċilju ta’ Trentu ma tħalli l-ebda dubju li aħna l-ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu għaliex billi ssejħilna ilsiera ta’ Kristu hi tuża kliem li ma jħalli l-ebda dell ta’ ambigwita’.

73. Għalhekk jien ngħid bla biża’, li aħna ta’ Ġesu’ Kristu u li għandna naqduh mhux biss bħala qaddejja mikrijin imma bħala lsiera bil-jasar tal-imħabba. Jien ngħid li l-kobor tal-imħabba mħeġġa tagħna għandha twassalna biex nagħtu lilna nfusna lilu u naċċettaw il-madmad tas-servizz tiegħu bħala ilsiera tiegħu u biss il-ġieh li aħna lkoll tiegħu. Qabel, il-Magħmudija konna ilsiera tax-xitan u bis-saħħa tal-Magħmudija sirna l-ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu. In-Nisrani għażla waħda għandu; jew ikun l-ilsir tax-xitan jew l-ilsir ta’ Ġesu’ Kristu.

74. Dak li ngħid b’mod assolut għal Ġesu’ Kristu, napplikah relattivament għall-Verġni Mqaddsa. Kristu għamel lil Marija bħala s-sieħba li ma tinfired qatt, ta’ ħajtu, ta’ mewtu, tal-glorja tiegħu u tas-setgħa tiegħu fis-sema u fl-art. Għalhekk permezz tal-grazzja u b’manjiera subordinata u relattiva mal-Maesta’ Divina Tiegħu, Huwa taha l-istess drittijiet u privileġġi li Hu nnifsu għandu min-natura. Dak kollu li jixraq lil Alla min-natura, jixraq lil Marija minħabba l-grazzja. Hekk jgħidu l-qaddisin filwaqt li jġibu r-raġuni li ladarba Ġesu’ u Marija huma maqgħudin fir-rieda u s-setgħa huma għandhom l-istess sudditi, qaddejja u ilsiera.

75. Megħjunin mill-opinjonijiet tal-Qaddisin u ta’ nies magħrufa, aħna nistgħu mela niddikjaraw ruħna u nsiru ilsiera ta’ Marija. Hekk insiru iktar perfettament l-ilsiera ta’ Ġesu’ Kristu. Il-Verġni Mqaddsa hi l-mezz li Kristu uża biex jiġi għandna. Hi wkoll il-mezz li aħna għandna nużaw biex immorru għandu. Ir-rabta ma’ kreaturi oħra tista’ iktar tbegħedna minn Alla milli tgħinna biex nersqu lejh imma mhix hekk ir-rabta ma’ Marija. L-iskop ewlieni tagħha hu li tgħaqqadna ma’ Ġesu’ Kristu, l-Iben tagħha u hi l-aktar xewqa deċiża ta’ Ġesu’, li aħna niġu għandu permezz ta’ Ommu l-Imbierka. B’hekk inkunu qedgħin nagħtuh ġieh u nogħġbuh sewwa sew bħal meta sudditu jogħġob jonora lis-Sultan tiegħu meta jsir ilsir tas-Sultana ukoll. Għalhekk is-Santi Padri tal-Knisja u San Bonaventura wkoll jgħidu li l-Imqaddsa Verġni hija t-triq li minnha mmorru għand is-Sinjur Tagħna: “Via veniendi ad Christum est appropinquare ad illam.”

76. Iktar, ladarba kif ġa għidt, il-Madonna hi s-Sultana u l-aqwa Sinjura tas-sema u tal-art, m’għandiex hi daqstant sudditi u ilsiera daqs kemm hemm ħlejjaq? “Kollox hu sottomess għas-setgħa ta’ Alla, anke l-Verġni Mbierka; kollox hu sottomess għas-setgħa tal-Verġni Mbierka anke Alla”; jgħidu Sant’ Anselmu, San Bernard, San Bernardinu u San Bonaventura. Imma mhix ħaġa sewwa li tistenna li fost tant ilsiera furzati, ikun hemm x’uħud li jagħżlu minn jeddhom, li jkunu l-ilsiera ta’ Marija u li jipproklamaw ruħhom li huma hekk? X’inhu dak, li sewwa l-bnedmin kemm lix-xjaten ikollhom ilsiera voluntieri u Marija ma jkollha xejn! Is-Sultan jintefaħ, meta jaf lis-Sultana, martu, għandha l-ilsiera li fuqhom għandha d-dritt tal-ħajja u l-mewt, għaliex l-unur li jagħtuha u s-setgħa li turi, huma unur lilu u s-setgħa tiegħu; u tista’ qatt tobsor li l-Mulej Tagħna li hu l-aħjar fost l-ulied kollha u li qasam m’Ommu s-Setgħa tiegħu kollha – jieħu għalih jekk hi jkollha l-ilsiera? Hu Kristu għandu inqas rispett lejn Ommu milli kellu Assweru lejn Ester jew Salamun lejn Bethsabea? Min għandu l-kuraġġ jgħid le jew inkella jaħseb dan?

77. Imma fejn qed teħodni l-pinna? Għaliex qed naħli ż-żmien biex nipprova ħaġa li hi daqshekk ċara? Jekk xi wħud ma jridux jipproklamaw lilhom infushom bħala l-ilsiera ta’ Marija, x’jimporta? Ħalli kull min irid jiddikjara lilu nnifsu u jkun l-ilsir ta’ Ġesu’. Dan ikun l-ilsir tal-Imqaddsa Verġni, ladarba Ġesu’ hu l-frott u l-glorja ta’ Marija. Dan hu li jagħmel perfettament bid-devozzjoni li dalwaqt nitkellem fuqha.

2.3 Irridu ninżgħu minn dak kollu li hu ħażin fina (Para. 78-82)

Hu tal-akbar ħtieġa, li ninżgħu dak kollu li hu ħażin, jekk irridu naqilgħu l-perfezzjoni li nistgħu niksbu biss bl-għaqda tagħna ma’ Ġesu’ Kristu, li hu infinitament pur, u li għalih l-iċken impurita’ fir-ruħ iddejqu. — San Alwiġi Maria De Montford

holyfamily1178. It-Tielet Verita’. L-aħjar għemejjel tagħna huma ġeneralment imċappsin u mtebbgħin bil-ġibdiet ħżiena ta’ qlubna; jew biex inbiddel it-tixbiha, ilma ċar u frisk imqiegħed ġo reċipjent maħmuġ jew inbid tajjeb maħżun f’dammiġġjani qodma ta’ inbid qadim, dan malajr jeħżien u jagħmel riħa tinten. Ruħna hija bħal dak ir-reċipjent mhux maħsul jew dammiġġjana maħmuġa għaliex huma mtebbgħin bid-dnub tan-nisel u attwali u għalhekk meta Alla jsawwab f’ruħna l-ilma pur tal-grazzja tiegħu, jew l-inbid bnin u ħelu tal-imħabba Tiegħu, dawn ir-rigali Divini huma ġeneralment imħassra u mħammġa bit-trab u l-ħama lid-dnub ikun ħalla fina, tant li l-għemejjel tagħna kollha – anke dawk imqanqlin mill-ogħla virtujiet – ikunu mċekkna.

Għalhekk hu tal-akbar ħtieġa, li ninżgħu dak kollu li hu ħażin, jekk irridu naqilgħu l-perfezzjoni li nistgħu niksbu biss bl-għaqda tagħna ma’ Ġesu’ Kristu. Jekk ma nagħmlux hekk il-Mulej tagħna, li hu infinitament pur, u li għalih l-iċken impurita’ fir-ruħ iddejqu, ikeċċina mill-preżenza tiegħu u ma jingħaqadx magħna.

79. Biex niċħdu lilna nfusna rridu l-ewwelnett bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu nagħrfu n-natura ħażina tagħna, u l-inkapaċita’ tagħna li nagħmlu xi ħaġa għas-salvazzjoni tagħna, id-dgħjufija tagħna f’kollox u l-inkonsistenza tagħna dejjem, u li m’aħniex denji li nirċievu l-grazzja u li aħna nidinbu f’kollox. Bħalma l-ħmira tiqras, ittella’ u tħassar l-għaġina li fiha titqiegħed, hekk ukoll id-dnub tal-ewwel ġenituri tagħna ħalla s-sinjali tiegħu fina lkoll, qarrsilna lil ruħna u mliena bis-suppervja. Id-dnubiet attwali li għamilna kienu kemm kienu perfettament maħfurin, kabbru l-konkupixxenza, id-dgħjufija, l-inkonsistenza u t-taħsir tagħna, u ħallew f’ruħna t-tbajja suwed tal-mogħdija tagħhom.

L-iġsma tagħna huma hekk imħassrin li l-Ispirtu s-Santu jsejħilhom iġisma tad-dnub, imnisslin fid-dnub, imkabbrin fid-dnub u kapaċi jagħmlu d-dnubiet kollha – iġsma suġġetti għall-mard bla għadd, jitħassru minn ġurnata għall-oħra, u jġibu biss mard, dud u taħsir.

Maqgħuda ma’ġisimna, ruħna saret hekk karnali, illi tissejjaħ laħam: “Kull ħlejqa ħajja, kienet għawġet triqitha fuq l-art.” (Ġen 6,12) Dak li nistgħu nqisu li hu tagħna, hu biss suppervja, l-għama tar-ruħ, l-ebusija tal-qalb, id-dgħjufija u l-inkonsistenza tar-ruħ, il-konkupixxenza, il-passjonijiet bla rażan u l-mard tal-ġisem. Minn natura, aħna aktar suppervi mill-paguni, iktar imwaħħlin mal-art miż-żrinġijiet, iktar nintnu mill-mogħoż, iktar għajjurin mis-sriep, aktar żaqqiqin mill-ħnieżer, aktar feroċi mit-tigri, aktar għażżenin mill-fkieren, aktar dghajfa mill-qasab, u nduru aktar mill-pinnuri. Ix-xejn u d-dnub huma dak kollu li hu tagħna u dak li jistħoqqilna huma biss il-korla t’Alla u l-infern għal dejjem, li Alla ma jagħtiniex ir-rigal b’xejn tiegħu tal-grazzja ta’ fuq in-natura.

marystdemontfort102480. B’dankollu, hu xi ħaġa tal-għaġeb, li Sidna Ġesu’ qal li hu assolutament meħtieġ għal dawk li jridu jmorru warajh għandhom jiċħdu lilhom infushom u jobogħdu lill-istess ħajjithom. “Min iħobb lil ħajtu jitilfha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja, jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem.” (Ġw 12,25). Dan l-għerf infinit li qatt ma jikkmanda mingħajr raġuni, jikkmandana biex nobogħdu lilna nfusna biss għaliex aħna mibgħeda kbira tixirqilna. M’hemm xejn li jistħoqqlu mħabba bħal Alla u m’hemm xejn li jistħoqqlu mibgħeda daqsna.

81. It-tieni biex niċħdu lilna nfusna, irridu kuljum immutu għalina nfusna; fi kliem ieħor ma rridux nieħdu gost bil-fakultajiet ta’ moħħna jew bis-sensi ta’ ġisimna bħallikieku dawn kienu skopijiet fihom infushom, irrdu nikkunsidrawhom bħallikieku ma kkunsidrajnihomx u nagħtu kashom daqs li kieku ma tajniex kashom. Dan ikollu jfisser ma’ San Pawl: (1 Kor 7,31) nużaw id-dinja bħallikieku ma wżajnihiex, biex aħna wkoll inkunu nistgħu ngħidu miegħu: “Kuljum f’xifer il-mewt.” (1Kor 15,31). Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha. (Ġw 12,24) – jiġifieri ma tagħmilx frott. Jekk aħna ma mmutux għalina nfusna, u jekk id-devozzjonijiet tagħna ma jmexxuniex lejn din il-mewt meħtieġa li ġġib il-frott, ma nagħmlu l-ebda frott siewi, u d-devozzjonijiet tagħna ma jiswew xejn għalina. Il-virtujiet u l-opri tajba tagħna kollha jkollom it-tebgħa tas-suppervja u r-rieda tagħna, u dan jagħmel mis-sagrifiċċji l-aktar kbar, u mill-isforzi tagħna, biss kruha quddiem l-għajnejn t’Alla. Il-mewt issibna b’idejna vojta mill-virtu’ u l-merti, u mingħajr l-ebda sinjal ta’ dik l-imħabba safja li hi mogħtija biss lil dawk li mietu għalihom infushom u li ħajjithom kienet moħbija ma’ Kristu f’Alla.

82. It-tielet fost id-devozzjonijiet lejn il-Madonna, għandna nagħżlu li dik li l-aħjar twassalna għall-mewt tagħna nfusna, bħala l-aħjar u li l-iktar tqaddisna. Għaliex hu żball li taħseb li kull ma jleqq hu deheb, u kull ma hu ħelu hu għasel – u dak li hu ħafif biex tagħmlu u li tagħmlu l-maġġoranza, hu bilfors li jqaddes. Fl-ordni tan-natura, hemm xi sigrieti li bihom proċessi naturali jistgħu jsiru bla ħala, u bl-akbar ħeffa hekk ukoll fl-ordni tal-grazzja hemm sigrieti li bihom aħna nistgħu nagħmlu azzjonijiet ta’ fuq in-natura malajr, bil-ħlewwa u bla tfixkil – dawk li permezz tagħhom niċħdu lilna nfusna u niftħu beraħ għall-preżenza t’Alla u nsiru perfetti.

Il-prattika li nixtieq nispjega hawn, huwa wieħed minn dawn is-sigrieti tal-grazzja, moħbi għal ħafna u ħafna Nsara, bil-kemm magħruf fost id-devoti u l-maħbubin, u pprattikat biss mill-ftit. Bħala bidu ta’ dak li rrid ngħid, fuq din il-prattika, hawn ir-raba’ verita’ li toħroġ dritt minn dan li għandna kif ddiskutejna.

2.4 Għandna bżonn ta’ medjatriċi ma’ Ġesu’ Kristu (Para. 83-86)

Marija qalbha tajba u ħelwa. Hi mhix ix-xemx li bir-raġġi qawwija tagħha tkun qawwija żżejjed għal għajnejna debboli ta’ bnedmin; imma hi sabiħa u tiddi bħal qamar li jieħu d-dawl tiegħu mix-xemx u li jmewwet il-qawwa tad-dija tiegħu, biex aħna nkunu nistgħu nirċevuha; Hi hekk ta’ karita’, li tilqa’ lil dawk kollha li jitolbu l-interċessjoni tagħha; ikunu midinbin kemm ikunu. — San Alwiġi Maria De Montford

our-lady-miracle83. Ir-Raba’ Verita’: Aktar jixraq, għax aktar hu umli, li aħna ma nersqux dritt lejn Alla mingħajr ma nużaw medjatur. Bħalma għadni kif għidt, in-natura tagħna hi mħassra bid-dnub, u għalhekk jekk aħna nafdaw fuq l-opri, ix-xogħol u l-kapaċitajiet tagħna, biex nersqu lejn Alla u nogħġbuh, żgur li l-virtujiet u l-opri tajba tagħna, huma kollha mtebbgħin u jkunu jiswew wisq ftit biex iħajru ‘l Alla jingħaqad magħna u jisma’ t-talb tagħna. Mhux għalxejn mela li Alla tana l-medjaturi quddiem it-tron tal-Maesta’ Tiegħu. Hu ra kemm ma jistħoqqilna xejn u kemm aħna dgħajfin. Hu kellu ħniena minna, u biex inkunu nistgħu nilħqu l-ħniniet tiegħu, Hu tant interċessuri qawwija mad-Divinita’ tiegħu. Mela jiġri, li jekk tipprova tmur dritt għand Alla, mingħajr ma tagħti kas ta’ dawn l-interċessuri, ifisser li ma għandekx umilta’ u rispett lejn il-kobor u l-Maesta’ t’Alla; jfisser li turi anqas ċeremonji lejn is-Sultan tas-Slaten, milli turi lejn is-sultan u l-prinċep tad-dinja, li lejh qatt ma noħolmu li nersqu, jekk mhux b’xi rakkomandazzjoni ta’ ħabib fil-qorti.

84. Is-Sinjur tagħna hu l-avukat Divin tagħha, u l-medjatur tal-fidwa tagħna m’Alla l-Missier. Hu permezz tiegħu, li għandna nitolbu flimkien mal-Knisja trijunfanti u militanti. Permezz Tiegħu aħna nersqu lejn il-Maesta’ t’Alla; għalhekk qatt ma għandna nidhru quddiem Alla, ħlief bil-fiduċja fil-merti ta’ Ġesu’ Kristu, sewwa sew kif iċ-ċkejken Ġakobb, libes il-ġild tal-gidien meta resaq lejn missieru biex jirċievi l-barka tiegħu.

85. Imma aħna għandna bżonn ta’ medjatur mal-Medjatur innifsu? Il-purita’ tagħna hi kbira biżżejjed li tiggarantilna li ningħaqdu miegħu, direttament weħidna? Jaqaw, Hu m’huwiex Alla ugwali f’kollox ma’ Missieru u għalhekk Hu nnifsu l-Qaddis tal-Qaddisin u li daqstant jistħoqqlu r-rispett tagħna? Fl-imħabba infinita’ Tiegħu, hu daħal bħala rahan u medjatur m’Alla l-Missier biex iberred il-Maesta’ Divina Tiegħu u jħallas id-djun tagħna; imma dan iġiegħlu jkollna inqas rispett u biża’ mill-Maesta’ Divina tiegħu, bħala Iben t’Alla ugwali miegħu?

Għaldaqstant aħna nirripetu bil-qawwa kollha ma’ San Bernard, li għandna bżonn ta’ Medjatur mal-Medjatur stess, u li Marija hi l-persuna l-aktar adattata biex tagħmel dan ix-xogħol ta’ karita’. Kien permezz tagħha li Ġesu’ Kristu ġie fostna; u hu permezz tagħha li aħna mmorru għandu. Jekk – għax aħna nibżgħu mill-Maesta’ Infinita’ tiegħu, inkella għax nafu biċ-ċokon u bid-dnubiet tagħna – aħna nibżgħu mmorru direttament għand Ġesu’ Kristu, Alla tagħna, mela, ejjew bil-kuraġġ infittxu l-għajnuna u l-interċessjoni ta’ Marija, Ommna. Hi qalbha tajba u ħelwa. Fiha m’hemm xejn ta’ qilla u li jbiegħdek minnha, xejn li hu sublimi żżejjed, jew li jgħammex l-għajnejn tagħna ta’ bnedmin; meta taraha aħna naraw in-natura umana tagħna. Hi mhix ix-xemx li bir-raġġi qawwija tagħha tkun qawwija żżejjed għal għajnejna debboli ta’ bnedmin; imma hi sabiħa u tiddi bħal qamar li jieħu d-dawl tiegħu mix-xemx u li jmewwet il-qawwa tad-dija tiegħu, biex aħna nkunu nistgħu nirċevuha; Hi hekk ta’ karita’, li tilqa’ lil dawk kollha li jitolbu l-interċessjoni tagħha; ikunu midinbin kemm ikunu – għaliex jgħidu l-Qaddisin, qatt ma nstama’, fl-ebda żmien li xi persuna talbet l-għajnuna tal-Verġni Mbierka bil-fiduċja u l-perseveranza, u baqgħet mingħajr għajnuna. Hi hekk setgħana quddiem Alla li t-talb tagħha qatt ma ġie rrifjutat. Id-dehra tagħha biss quddiem Binha Divin, hi fiha nfisha talba ta’ qawwa kbira. Bil-kemm tkun għamlet it-talba tagħha, li ma tiġix maqlugħa – għaliex Alla l-Iben hu dejjem mirbuħ mill-ġentilezza ħelwa u t-talb tal-Għażiża Ommu.

86. Dan kollu hu meħud minn San Bernard u San Bonaventura. Skont dawn il-qaddisin hemm tliet stadji biex nersqu lejn Alla: l-ewwel wieħed li hu l-eqreb lejna u li l-aktar jaqbel mal-ħila tagħna, hu Marija; it-tieni hu Ġesu’ Kristu, u t-tielet hu Alla l-Missier. Biex nersqu lejn Ġesu’, għandna mmorru għand Marija, għax hi l-Medjatriċi biex taqbeż għalina; biex nersqu lejn il-Missier Etern, għandna mmorru għand Ġesu’ għax hu l-medjatur tagħna tal-fidwa. Issa fid-devozzjoni li jien qed nirrikmanda f’dan il-ktieb, issibu li din l-ordni kienet perfettament rispettata.

2.5 Il-periklu li nitilfu t-teżori spiritwali tagħna (Para. 87-89)

Id-dinja hi bħalissa tant imħassra, li hu kważi impossibli li erwieħ devoti ma jittebbgħux, jekk mhux bit-tajn tagħha għallinqas bit-trab. Qisu jkun miraklu meta ruħ tibqa’ soda, f’nofs dal-kurrent ġieri ta’ ħażen ma tkunx imkaxkra miegħu! Hija l-Verġni Mbierka, li fiha s-serpent qatt ma ħa parti, li tagħmel dan il-miraklu, għal dawk li jaqduha bil-fedelta’ u l-ħlewwa. — San Alwiġi Maria De Montford

Mediatrix_wp87. Il-Ħames Verita’. Minħabba d-debbolizza u d-dgħjufija tagħna, hu diffiċli wisq għalina li nippreservaw il-grazzji u t-teżori li rċevejna mingħand Alla; (1) Għax aħna nġorru dawn it-teżori, iktar prezzjużi mis-sema u l-art, f’ġarar tal-fuħħar: “Dan it-teżor qiegħed għandna f’ġarar tal-fuħħar” (2 Kor 4,7); f’ġisem li jitħassar u f’ruħ debboli u li mhix dejjem l-istess, li l-iċken nifs ta’ tentazzjoni tpoġġiha fil-periklu.

88. (2) Għax ix-xjaten, dawk il-ħallelin fini u ħżiena, qegħdin dejjem għassa biex joħduna għal għarrieda u jneżżgħuna minn dawn it-teżori. Lejl u nhar huma jiġġerrew, biex ifittxu lil min jibilgħu; u f’ħin li ma nkunux attenti, huma jattakkaw, bi dnub mejjet wieħed li aħna nagħmlu, huma jneżżgħuna, f’kemm ilni ngħid, mill-merti kollha li nkunu ġmajna permezz ta’ snin ta’ ko-operazzjoni mal-grazzja t’Alla. Il-malizzja, l-esperjenza, il-ħżunija u n-numru tagħhom għandhom iġiegħeluna tassew nibżgħu minn din id-disgrazzja; ftakru illi bnedmin li kienu aktar għonja fil-grazzja u fil-virtu’ minna, aktar ta’ esperjenza u aktar ‘il quddiem fil-qdusija, kienu disgrazzjatament meħudin għall-għarrieda, imneżżgħin u misruqin. Kemm ġganti ta’ qdusija Ċedri tal-Libanu u kwiekeb fis-sema spiritwali, huma magħrufa, li waqgħu miżerabbilment, bid-dawl tagħhom kollu mitfi u l-għoli tal-maesta’ tagħhom imxejjen! Mnejn ġiet din il-bidla stramba u terribli? Ma ġietx minħabba nuqqas ta’ grazzja, għax il-grazzja mhi miċħuda lil ebda bniedem, iżda minħabba nuqqas ta’ umilta’. Huma kienu jqisu lilhom infushom qawwija aktar milli fil-fatt kienu, u aktar kapaċi jindukraw it-teżori tagħhom; huma afdaw fihom infushom u fuq is-setgħa tagħhom; huma ħarsu lejn darhom u ħasbu li hi ma tintrebaħx – lejn il-kaxxiforti tagħhom, u ħasbu li huma sħaħ biżżejjed biex jindukraw it-teżori prezzjużi tal-grazzja. Huma ħasbu li kienu qed jafdaw fuq il-grazzja t’Alla, waqt li fil-fatt, huma kienu qed jafdaw dejjem aktar mingħajr ma jindunaw fuq ir-riżorsi tagħhom; u minħabba f’dan, Alla ta’ Ġustizzja kbira ppermetta li jiġu mneżżgħin mit-teżori tagħhom, billi jitlaqhom għal rashom. Li kieku kienu jafu, b’din id-devozzjoni tal-għaġeb li jien se nispjega f’dal-ktieb, huma kienu jafdaw it-teżori tagħhom f’idejn il-Verġni setgħana, u fidila, li kienet tħarsihomlhom, qishom tagħha, u anke tagħmel dan bi dmir ta’ ġustizzja.

89. (3) Fl-aħħarnett hu diffiċli li tippersevera fil-grazzja minħabba t-taħsir singulari tad-dinja. Id-dinja hi bħalissa tant imħassra, li hu kważi impossibli li erwieħ devoti ma jittebbgħux, jekk mhux bit-tajn tagħha għallinqas bit-trab. Qisu jkun miraklu meta ruħ tibqa’ soda, f’nofs dal-kurrent ġieri ta’ ħażen ma tkunx imkaxkra miegħu; meta ruħ tibqa’ bla tebgħa f’nofs dan il-baħar imqalleb u mudlam bid-dnub mingħajr ma tiġi miblugħa mill-mewġ jew misruqa mill-ħallelin; meta ruħ tibla’ din l-arja maħmuġa mingħajr ma tiġi avvelenata minnha; hija l-Verġni Mbierka, li fiha s-serpent qatt ma ħa parti, li tagħmel dan il-miraklu, għal dawk li jaqduha bil-fedelta’ u l-ħlewwa.

3 KAPITLU – L-Għażla tad-Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka (Para. 90-91)

Hu meħtieġ li nagħmlu l-għażla propja tad-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka, għaliex hemm forom foloz ta’ din id-devozzjoni, li malajr tibdilhom, u taħsibhom devozzjonijiet ġenwini, u spiritwali. Billi x-xitan hu qarrieq tas-sengħa, u ta’ esperjenza u jivvinta l-falsita’, diġa’ qarraq u nganna ħafna erwieħ b’xi devozzjoni falza – anke b’devozzjoni falza lejn il-Verġni Mbierka. — San Alwiġi Maria De Montford

kk201602040703

90. Fid-dawl ta’ dawn il-ħames veritajiet, issa jsir aktar meħtieġ minn qatt qabel, li aħna nagħmlu l-għażla propja tad-Devozzjoni Vera lejn il-Verġni Mbierka, għaliex hemm forom foloz ta’ din id-devozzjoni, li malajr tibdilhom, u taħsibhom devozzjonijiet ġenwini, u spiritwali. Billi x-xitan hu qarrieq tas-sengħa, u ta’ esperjenza u jivvinta l-falsita’, diġa’ qarraq u nganna ħafna erwieħ b’xi devozzjoni falza – anke b’devozzjoni falza lejn il-Verġni Mbierka.

Jum wara l-ieħor hu juża ħażin l-esperjenza djabolika tiegħu, biex jindanna ħafna erwieħ oħra, billi jħanninhom f’sigurta’ falza fid-dnub tagħhom, bil-pretest ta’ ftit talb, magħmul ħażin u xi devozzjonijiet ta’ barra li hu jispirahom jagħmlu. Wieħed li jagħmel il-flus foloz, ġeneralment jiffalsifika biss deheb u fidda, u wisq fil-bogħod metalli oħra li anqas jiswew, li ma jiswewx ix-xogħol li jieħu; hekk ukoll id-demonju, spiss ma jagħtix kas tad-devozzjonijiet l-oħra, biex jiffalsifika dawk lejn Ġesu’ u Marija, devozzjoni lejn l-Imqaddes Sagrament u lejn il-Madonna – għaliex dawn iż-żewġ devozzjonijiet huma fost devozzjonijiet oħra, dak li d-deheb u l-fidda huma għall-metalli l-oħra.

91. Mill-bidu, għalhekk, hu tajjeb li tkun taf liema huma d-devozzjonijiet foloz lejn il-Verġni Mbierka biex inkunu nistgħu naħarbuhom; u liema hi d-devozzjoni vera, biex inkunu nistgħu nipprattikawha. Imbagħad, fost ħafna devozzjonijiet veri lejn il-Madonna, jien nispjega aktar fit-tul fit-tieni taqsima fil-ktieb.

Liema hi d-devozzjoni l-aktar perfetta, l-aktar li togħġob lil Marija, l-aktar glorjuża f’għajnejn Alla, u li l-aktar li tqaddisna, biex aħna nkunu nistgħu nħaddnuha u nikkoltivawha?

3.1 Il-karatteristiċi ta’ devozzjoni falza u tad-devozzjoni vera lejn il-Verġni Mbierka *** 3.1.1 Devozzjonijiet foloz (Para. 92)

Il-vera devozzjoni lejn Marija hi diżinteressata, jiġifieri hi tispira lir-ruħ, biex tfittex mhuxlilha nfisha imma ‘l Alla waħdu, f’Ommu l-għażiża… Iżda emm huma skarsi dawn id-devoti llum! — San Alwiġi Maria De Montford

15259253_592903327576516_7474924579214826271_o (1)92. Jien insib li hemm seba’ kwalitajiet ta’ nies li jqimu lill-Verġni Mbierka u ta’ devozzjoni falza lejha:

1. Dawk li jqimuha billi jikkritikaw;
2. Dawk li jqimuha bil-biża’;
3. Dawk li jqimuha minn barra;
4. Dawk li jqimuha bil-preżunzjoni;
5. Dawk li m’humiex kostanti fil-qima tagħhom;
6. Dawk li jippretendu li jqimuha;
7. Dawk li jqimuha għall-interessi tagħhom.