Uffiċċju 7.7 It-22 t’Awwissu – Marija Reġina

Dokument PDF: Uffiċċju 7.7 It-22 t’Awwissu – Marija Reġina
Dokument WORD: Uffiċċju 7.7 It-22 t’Awwissu – Marija Reġina

our-lady-miracle

22 TA’ AWWISSU

Tifkira (O) ta’

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA, REĠINA

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

V. Mulej, iftaħli xufftejja.
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant. Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, *
ngħannulu b’għajat ta ferħ.

Ant. Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
sultan kbir fuq l-allat kollha,
F’idejh huma l-qigħan tal-art, *
tiegħu huma l-qċaċet ta’l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; *
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna
Għaliex hu Alla tagħna, *
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.

Ant. Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bhal dak inhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant. Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi: *
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

Ant. Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Kristu s-sultan żejjen lil Ommu bil-kuruna tal-glorja: ejjew nadurawh.

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra ta’ l-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

INNU

Alla qiegħdek, o Marija,
fil-quċċata l-aktar għolja
tal-ħolqien, u għoġbu jagħżlek
is-Sultana kbira tiegħu.

Għaliex int, fost l-opri kollha
ta’ setegħtu, l-aqwa waħda,
u fi ħsiebu kont maħtura
sa minn dejjem bħal Omm Ibnu.

Ried ukoll isieħbek miegħu
fil-passjoni, u ħadt martiju
bla tixrid ta’ demm fuq l-għolja
tal-Kalvarju, fejn sirt Ommna.

Kbir hu ġiehek; iżda nafu
li, fost tant forħija u glorja,
qatt ma tinsa lil uliedek
fit-talb tiegħek, o Marija.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd mhu bħalek. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Salm 23

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *
u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej ta’ l-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *
jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;
anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *
jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.
Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha
jferrħu l-belt ta’ Alla, *
l-għamara qaddisa tal-Għoli.
Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *
igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *
iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *
għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:
“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

Salm 86

Il-Mulej bena ‘l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

O belt ta’ Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!”

U għal Sijon jingħad: *
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
iwettaqha f’postha.”

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

V. Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.
R. Hieni min iħarisha.

LEZZJONI 1 (Iżaija 7,10-14; 11,1-9)

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija

Għimmanu-El, Sultan is-sliem

F’dak iż-żmien: Il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u qallu: “Itlob sinjal għalik minn għand il-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew fil-għoli tas-smewwiet.” U Aħaż wieġeb: “Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej.”

U l-profeta Iżaija wieġeb: “Isimgħu, mela, dar David: mhux biżżejjed għalikom li tkiddu lill-bnedmin biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi? Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El-għax Alla magħna.”

Għad taħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.

Ma jiġġudikax skont ma jidher fil-għajnejn, u ma jagħtix sentenza skont ma jisma’, iżda jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, u jagħti sentenza skont is-sewwa lill-fqajrin tal-art. Isawwat l-art bix-xettru ta’ fommu, u b’nifs xofftejh jolqot lill-ħażin. Il-ħżiem ta’ ġenbejh tkun il-ġustizzja, u l-fedelta’ l-ħżiem ta’ qaddu.

Il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf, il-leopard mal-gidi, u jirgħu flimkien il-għoġol u l-ferħ tal-ljun, tfajjel żagħżugħ isuqhom. Il-baqra u l-ors jirgħu flimkien, u l-frieħ tagħhom flimkien jistrieħu. L-iljun bħal gendus jiekol it-tiben. It-tarbija tal-ħalib titliegħeb fil-ħofra tas-serp, u t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa. Ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi, għax mimlija hi l-art bil-għarfien tal-Mulej bħalma hu miksi bl-ilmijiet.

RESPONSORJU (Iżaija 7: 14; 9: 6-7)

R. Ix-xebba ssir omm u jkollha iben; * U jsemmuh Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan.
V. Joqgħod għal dejjem fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu. * U jsemmuh.

LEZZJONI II

Qari mill-Omiliji ta’ Sant’Amedew, isqof ta’ Lausanne.

Sultana tad-dinja u tal-paċi

Sa minn qabel ma ġiet imtellgħa fis-sema, l-isem ta’ Marija kien jiddi b’mod tal-għaġeb fuq id-dinja kollha; qabel ma tqiegħed is-sebh tagħha ‘l fuq mis-smewwiet, isimha kien ġa xxerred b’ġieh kbir ma’ kullimkien. U kien sewwa li jsir hekk, għax kien jixraq li, għall-ġieh ta’ Binha wkoll, l-Omm Verġni ssaltan l-ewwelnett fuq l-art, u mbagħad tikseb il-glorja fis-sema; is-setgħa tagħha tinfirex f’din il-ħajja, sa ma tilħaq il-milja qaddisa fil-ħajja l-oħra, biex bħallikieku tgħaddi minn qawwa għal qawwa u tinbidel minn glorja għal glorja fl-ispirtu tal-Mulej.

Għalhekk sa minn din id-dinja stess hija kienet diġa’ qiegħda dduq il-frott tas-saltna tas-sema, kemm għax kienet f’għoli liema bħalu f’għajnejn Alla, kemm għax kienet tagħti servizz lil għajrha bi mħabba li ma titfissirx bil-kliem. L-anġli kienu jinżlu jservuha, il-bnedmin kienu jġibulha r-rispett u jaqduha. Gabrijel, flimkien mal-anġli, waqaf magħha; Ġwanni, flimkien mal-appostli, kien jaqdiha, ferħan li taħt is-salib l-Omm Verġni ġiet afdata fl-idejn verġni tiegħu. L-anġli jifirħu xħin jaraw lis-sultana tagħhom, u l-appostli lis-sidt tagħhom, u sew dawk sew dawn jingħataw lilha b’rabta ta’ mħabba mill-qalb.

Hi, mil-għoli tal-palazz tal-virtujiet tagħha, mill-baħar tad-doni li Alla mlieha bihom, kienet tħares lejn il-fidi tal-poplu bil-għatx, u b’idejha t-tnejn miftuħa kienet ixxerred fuqu x-xmajjar tal-grazzji li bihom kienet imfawra aktar minn kulħadd. Għax kienet tagħtihom il-fejqan u s-saħħa fil-ġisem u r-ruħ, bis-setgħa tagħha li tagħti l-ħajja lil dawk li huma mejtin fil-ġisem u r-ruħ. Min qatt mar għandha u reġa’ lura marid jew imdejjaq jew imċaħħad mid-dawl dwar il-misteri tas-sema? Min ma qalax li ried minn għand Marija, Omm il-Mulej, u reġa’ lura hieni u ferħan?

Imwettqa b’kotra ta’ egħmejjel tajba bħal dawn, il-Għarusa, Omm il-Għarus waħdieni, kollha ħlewwa u għożża u għaxqa, kienet tniżżel mis-sema xmajjar ta’ sliem u xita ta’ grazzji u taħżinhom fiha nfisha biex issir qisha għajn għall-ġonna spiritwali, jew bħal bir ta’ ilmijiet ħajjin li jagħtu l-ħajja, bħal xmara ħierġa mil-Lebanon tas-sema li s-swieqi tagħha jferrħu l-belt ta’ Alla, u mbagħad kienet ixxerred dawn l-ilmijiet ma’ kullimkien, mill-muntanji ta’ Sijon sal-popli kollha tal-qrib u tal-bogħod.

Għalhekk, meta Alla u Ibnu, is-Sultan tas-slaten, tellgħu lix-Xebba tax-xebbiet fis-sema, fost il-ferħ tal-anġli u l-hena tal-arkanġli, fost l-agħjat ta’ tifħir mis-sema kollu, imbagħad seħħet il-profezija tas-Salmista li qal lill-Mulej: F’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir.

RESPONSORJU

R. Deher sinjal kbir fis-sema: mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, * U b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.
V. F’lemintek is-Sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir. * U b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.

Talba

O Alla, int ridt li Omm Ibnek tkun Ommna wkoll u Sultana tagħna; fit-tjieba tiegħek, agħtina l-għajnuna tat-talb tagħha, biex niksbu l-glorja ta’ wliedek fis-saltna tas-sema. B’Ibnek.

Inbierku l-Mulej.
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Ilbiesek dawl ix-xemx, Sultana kbira
tas-sema u l-art, bint David, ġieh ta’ Sijon,
bilqiegħda fuq tron għoli ’l fuq mill-anġli
u l-ħlejjaq kollha.

Hekk stħaqqlek tkun, għax inti, Xebba safja,
wilidt bl-Ispirtu lis-Sultan ta’ dejjem,
rabbejtu u sseħibt miegħu sa ma kiseb
ir-rebħa l-kbira.

U llum flimkien mal-ħlejjaq kollha ninżlu
quddiemu għarkobbtejna, b’tama sħiħa
li b’talbek, Ester ġdida, lkoll jeħlisna
mill-mewt ta’ dejjem.

Missier id-dawl jagħtina din il-grazzja
b’Ibnu l-Feddej għażiż, fl-Ispirtu s-Santu:
it-Trinita’ Qaddisa, Alla wieħed,
Sultan tal-glorja. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

Salm 62 (63): 2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Kantiku (Dan 3: 57-88.56)
Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.
Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.
Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.
Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.
Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.
Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.
Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Ant. 3 Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

Salm 149
Il-hena tal-qaddisin

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

LEZZJONI QASIRA (Iżaija 61: 10)

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

RESPONSORJU QASIR

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.
V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija O Marija, li nissilt lil Kristu, Sidna u Salvatur tagħna, u bqajt dejjem Verġni, inti r-Reġina tad-dinja, kif tassew jixraqlek tkun.

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija O Marija, li nissilt lil Kristu, Sidna u Salvatur tagħna, u bqajt dejjem Verġni, inti r-Reġina tad-dinja, kif tassew jixraqlek tkun.

PREĊI

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:
Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.
Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:
– agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.
Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:
– eħlisna mit-taħsir tad-dnub.
Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:
– bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..
Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:
– agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, int ridt li Omm Ibnek tkun Ommna wkoll u Sultana tagħna; fit-tjieba tiegħek, agħtina l-għajnuna tat-talb tagħha, biex niksbu l-glorja ta’ wliedek fis-saltna tas-sema. B’Ibnek.

 

It-II Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Nersqu lejk, Sultana ħelwa
tas-smewwiet, biex isserraħna
u minn fuqna tneħħi t-toqol
tad-dnubiet li qed jagħfsuna.

Agħti widen għat-talb tagħna,
o Marija, bieb il-ħajja,
int li raddejtilna t-tama
li bil-ħtija t’Eva tlifna.

Permezz tiegħek, o Sultana,
jitla’ talbna quddiem Alla,
ħa naqilgħu ż-żmien it-tajjeb
għall-frott xieraq tal-indiema.

Verġni mqaddsa, b’qalb qawwija
lejk induru u lilek ngħajtu:
int il-medjatriċi tagħna
b’sehem mill-grazzja t’Ibnek waħdu.

Ħajja, ħlewwa u tama tagħna,
bik, fit-tmiem ta’ dan l-eżilju,
nidħlu f’art il-wegħda mbierka,
fil-mistrieħ tassew, għal dejjem.

Kull tifħir u sebh jingħata
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u l-Ispirtu, li bi glorja
ta’ bla tmiem żejnuk fis-sema. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

Salm 121 (122)
Ġerusalemm, il-belt qaddisa

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

Salm 126 (127)
Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f’id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
Ma jinfixilx meta jiltaqa’
mal-għedewwa f’bieb il-belt.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

Kantiku (Efesin 1: 3-10)

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet, fi Kristu.
Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba;

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,

skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

LEZZJONI QASIRA (Galatin 4: 4-5)

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

RESPONSORJU QASIR

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek. Sliem.
V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej
miegħek. Glorja. Sliem.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Hienja int, Verġni Marija, għax emmint dak kollu li l-Mulej bagħat igħidlek: issa qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Aha, s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
-bħalma wiegħed lil missirijietna- *
b’rizq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Hienja int, Verġni Marija, għax emmint dak kollu li l-Mulej bagħat igħidlek: issa qiegħda ssaltan ma’ Kristu għal dejjem.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.
Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:
– ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.
Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-
imnikktin, aħfer lill-midinbin:
– agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.
Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:
– ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.
Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:
– agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:
– agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, int ridt li Omm Ibnek tkun Ommna wkoll u Sultana tagħna; fit-tjieba tiegħek, agħtina l-għajnuna tat-talb tagħha, biex niksbu l-glorja ta’ wliedek fis-saltna tas-sema. B’Ibnek.

Wara t-Talba tal-egħluq il-jum, xieraq li tingħad l-ant. Is-Sliem, o Sultana …

Uffiċċju 7.8 It-8 ta’ Settembru – It-Twelid ta’ Marija

Dokument PDF: Uffiċċju 7.8 It-8 ta’ Settembru – It-Twelid ta’ Marija
Dokument WORD: Uffiċċju 7.8 It-8 ta’ Settembru – It-Twelid ta’ Marija

cropped-1.jpg

8 TA’ SETTEMBRU

Festa ta’

IT-TWELID TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

V. Mulej, iftaħli xufftejja.
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant. Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, *
ngħannulu b’għajat ta ferħ.

Ant. Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
sultan kbir fuq l-allat kollha,
F’idejh huma l-qigħan tal-art, *
tiegħu huma l-qċaċet ta’l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; *
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna
Għaliex hu Alla tagħna, *
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.

Ant. Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bhal dak inhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant. Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi: *
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

Ant. Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Niċċelebraw it-Twelid tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra ta’ l-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

INNU

Verġni, Omm qaddisa t’Alla,
ġieh tad-dinja: bik, Marija
minn ilsiera ġejna ħielsa,
bik ulied id-dawl nissejħu.

Bint is-slaten, fergħa sbejħa
minn dar David, nislek għoli:
imma mżejna b’ġieh wisq ogħla,
għax int Omm ir-Re tal-glorja!

Ej’ qaċċatna miz-zokk niexef
u fil-ġdid il-ħaj laqqamna,
biex nimtlew bil-frott u nsiru
saltna u qassisin għal Alla.

Bit-talb qawwi tiegħek, ħollna
mill-irbit qadim tal-ħtija,
u, bil-merti tiegħek, naslu
bla tfixkil fil-ferħ tas-sema.

Qima u sebħ lit-tliet Persuni,
Alla wieħed, li tjubitu
sawwab fuqek, Verġni, u fawrek
bit-teżor tad-doni tiegħu. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Salm 23

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *
u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej ta’ l-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *
jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;
anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *
jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.
Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha
jferrħu l-belt ta’ Alla, *
l-għamara qaddisa tal-Għoli.
Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *
igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *
iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *
għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:
“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

Salm 86

Il-Mulej bena ‘l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

O belt ta’ Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!”

U għal Sijon jingħad: *
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
iwettaqha f’postha.”

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

V. Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.
R. Hieni min iħarisha.

LEZZJONI 1 (Ġen 3: 9-20)

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

Il-kastig tal-midneb; il-wegħda tas-salvazzjoni

Wara li Adam kiel mis-siġra, il-Mulej sejjaħlu u qallu: ‘’Fejn int?’’ U wieġbu: ‘’Għax smajt ħossok fil-ġnien, u, billi jien għarwien, bżajt u staħbejt.’’ U qallu: ‘’Min qallek li int għarwien? Jaqaw kilt mis-siġra li għidtlek ma tikolx minnha?’’ U wieġeb Adam: ‘’Il-mara li tajtni miegħi, hi tatni mis-siġra, u jiena kilt.’’

U l-Mulej qal lill-mara: ‘’X’inhu li għamilt?’’ U l-mara weġbitu: ‘’Is-serp daħak bija, u kilt.’’ U l-Mulej qal lis-serp: ‘’Talli għamilt hekk, int tkun l-iżjed misħut fost il-bhejjem kollha u fost l-annimali selvaġġi kollha. Int timxi għal żaqqek u tiekol it-trab għal ħajtek kollha. Inissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha. Hu jgħaffiġlek rasek u inti tgħattanlu għarqubu.’’

U lill-mara qalilha: ‘’Qatigħ inkattarlek l-uġigħ tat-tqala tiegħek: bit-tbatija jkun ħlasek. Żewġek ikun il-mexxej tiegħek; hu jkun sidek,’’

U lil Adam qallu: ‘’Talli smajt minn martek u kilt mis-siġra li għidtlek biex ma tikolx minnha, tkun misħuta l-art minħabba fik, u bit-tbatija tiekol minnha għal ħajtek kollha; xewk u għollieq tagħmillek, u ħaxix selvaġġ tiekol. Bil-għaraq ta’ ġbinek tiekol ħobżok sa ma terġa’ lura lejn l-art li minnha int imnissel, għax inti trab u lejn it-trab terġa’ tmur.’’

U lil martu Adam semmieha Eva, għax kienet omm il-ħajjin kollha.

RESPONSORJU (Rum 5,15; Lq 1,30; ara Salm 114,8; 17, 19)

R. Illum twieldet il-Verġni mqaddsa Marija min-nisel ta’ David; * Dawk kollha li jemmnu raw s-salvazzjoni biha; bil-ħajja glorjuża tagħha dawlet id-dinja.
V. B’qima kbira niċċelebraw it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija; * Dawk kollha li jemmnu raw s-salvazzjoni biha; bil-ħajja glorjuża tagħha dawlet id-dinja.

LEZZJONI II

Qari mid-Diskorsi tal-isqof Sant’Andrija ta’ Kreta

Il-qadim għadda, u kollox iġġedded

L-iskop tal-liġi hu Kristu li begħidna mill-ittra tal-liġi u għolliena għall-ispirtu tagħha. Dan seħħ meta Alla, li kien ta l-liġi, temm kull ma kien hemm fiha u biddel l-ittra fl-ispirtu; ta bidu ġdid fih innifsu lill-ħolqien kollu; ta bidu għall-ħajja tal-grazzja billi qiegħed il-liġi taħt is-setgħa tal-grazzja, u qabbel u għaqqad il-grazzja mal-liġi, mingħajr ma ħallat u ħawwad flimkien dak li hu tal-liġi u dak li hu tal-grazzja, iżda b’mod tassew jixraq lil Alla, biddel dak kollu li kien jassar, itaqqal u jorbot f’dak li hu ħafif u jagħti l-ħelsien, hekk li maħniex aktar ilsiera taħt l-elementi ta’ din id-dinja, kif igħid l-Appostlu, u lanqas għadna taħt il-jasar tal-ittra tal-liġi.

Hawn hu l-qofol tal-ġid kollu li tana Kristu, hawn hi r-rivelazzjoni tal-misteru ta’ Kristu, Alla u bniedem, li, fin-natura tiegħu ta’ Alla, ċekken lilu nnifsu, u fin-natura ta’ bniedem li ħa għalih, għolla l-bniedem għad-dinjita’ ta’ Alla. Din il-miġja tassew tal-għaġeb ta’ Alla fost il-bnedmin, miġja kollha dawl u dija, kien jixraq li jkollha qabilha xi ġrajja tassew ta’ ferħ, li biha jaslilna d-don għażiż tas-salvazzjoni. Din il-ġrajja qegħdin infakkruha llum biċ-ċelebrazzjoni tagħna: il-bidu tagħha hu t-twelid tal-Verġni Marija u t-tmiem tagħha hu l-għaqda tal-Verb ta’ Alla man-natura ta’ bniedem li ħa għalih. Illum titwieled Verġni, titreddgħa u titrabba, u titħejja biex tkun Omm Alla, omm is-sultan taż-żminijiet kollha.

Il-ġid li aħna niksbu miċ-ċelebrazzjoni tal-lum hu ta’ żewġ xorta: l-ewwelnett naslu għall-verita’, u mbagħad neħilsu wkoll mill-jasar tal-ittra tal-liġi u nibdew ngħixu ħajja ġdida. Dan kif? Dan għaliex? Kif id-dell igħib mal-wasla tad-dawl, hekk il-grazzja twassal għall-ħelsien mill-jasar tal-ittra. Il-festa tal-lum qiegħda bejn żmien il-jasar tal-liġi u żmien il-ħajja ħielsa fil-grazzja, għaliex il-festa tal-lum tgħaqqad il-verita’, li seħħet wara, mas-simboli u l-figuri li ħabbruha qabel, u għalhekk tbiddel l-imgħoddi fil-ġdid.

Ħa jifirħu u jithennu l-ħlejjaq kollha, biex jiċċelebraw kif jixraq dan il-jum ta’ ferħ kbir. Illum hemm festa waħda fis-sema u fl-art; illum jingħaqdu flimkien fil-ferħ kull ma hawn fid-dinja u kull ma hemm ‘il fuq mid-dinja; illum inħalaq u beda jinbena tempju xieraq għal dak li ħalaq kollox; illum tħejjiet għamara ġdida u tassew tixraq lil Dak li għamel kollox.

RESPONSORJU

R. Illum niċċelebraw b’qima kbira t-twelid ta’ Marija, Omm Alla, li baqgħet dejjem Verġni; * Bil-ħajja mfaħħra tagħha ddawwal il-Knejjes kollha.
V. B’qalbna u b’ruħna nagħtu glorja lil Kristu f’din il-festa qaddisa ta’ Marija, l-Omm kbira ta’ Alla. * Bil-ħajja mfaħħra tagħha ddawwal il-Knejjes kollha.

Lilek, O Alla, infaħħru

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b’Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta’ dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha, *
lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini *
ixandruk bla heda:

Qaddis, * Qaddis, * Qaddis *
il-Mulej Alla ta’ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija *
bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar *
il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar *
il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru *
il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha * il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta’ kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu, * id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, *
ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt, *
u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, *
fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu *
li int għad terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek, *
li inti fdejt b’demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek *
fil-glorja ta’ dejjem.

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom, *
erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor * aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum *
inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej, * ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, *
kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: *
ma jkolli qatt għax ninfixel.

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

Talba

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. B’Ibnek.

Inbierku l-Mulej.
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Verġni mqaddsa, Omm tal-għaġeb,
inti Sidt id-dinja kollha,
tas-smewwiet Sultana ħelwa,
kewkba tiddi fil-vjaġġ tagħna.

Idher fostna, bint il-hena,
iddi, tfajla kollok grazzja,
ħalli bik infittxu nilqgħu
fuq din l-art lill-Bniedem-Alla.

Jum ta’ ferħ hu l-jum solenni
ta’ twelidek, o Marija,
għax bik feġġ it-tmiem tal-jasar,
bik ersaqna lejn il-fidwa.

Minn bnedmin hekk fqar tad-dinja
sirna bik ulied is-sema:
għal darb’oħra ksibna paċi
mingħajr qies bejn Alla u bejnna.

Għalhekk nagħtu ħajr u glorja
lill-Mulej li mliek bil-grazzja,
u, biex ġiehek ikattarlek,
għoġbu jagħmlek Omm il-Knisja. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Illum it-twelid tal-Verġni glorjuża Marija, bint Abraham, imnissla mit-tribu’ ta’ Ġuda, u fergħa sabiħa miz-zokk ta’ David.

Salm 62 (63): 2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Illum it-twelid tal-Verġni glorjuża Marija, bint Abraham, imnissla mit-tribu’ ta’ Ġuda, u fergħa sabiħa miz-zokk ta’ David.

Ant. 2 Id-dinja mtliet bid-dawl fit-twelid tal-Verġni mqaddsa, għax hi l-Omm hienja li, bħal għerq qaddis, tatna frott imbierek.

Kantiku (Dan 3: 57-88.56)
Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.
Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.
Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.
Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.
Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.
Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.
Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2 Id-dinja mtliet bid-dawl fit-twelid tal-Verġni mqaddsa, għax hi l-Omm hienja li, bħal għerq qaddis, tatna frott imbierek.

Ant. 3 Niċċelebraw b’ferħ kbir it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, biex tidħol għalina quddiem Sidna Ġesu’ Kristu.

Salm 149
Il-hena tal-qaddisin

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Niċċelebraw b’ferħ kbir it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, biex tidħol għalina quddiem Sidna Ġesu’ Kristu.

LEZZJONI QASIRA (Iż 11: 1-3a)

Għad toħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuq jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.

RESPONSORJU QASIR

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.
V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Verġni Omm Alla, it-Twelid tiegħek ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha: għax minnek tnisslet ix-xemx tal-ġustizzja, Kristu Alla tagħna, li neħħa s-saħta minn fuqna u xerred il-barka, qered il-mewt u tana l-ħajja ta’ dejjem.

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Verġni Omm Alla, it-Twelid tiegħek ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha: għax minnek tnisslet ix-xemx tal-ġustizzja, Kristu Alla tagħna, li neħħa s-saħta minn fuqna u xerred il-barka, qered il-mewt u tana l-ħajja ta’ dejjem.

PREĊI

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:
Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.
Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil
Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:
– żommna safja u mbiegħda mid-dnub.
Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed
qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:
– agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.
Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:
– agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.
Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-
ġisem:
– agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.
Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:
– agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

Missierna, eċċ.

Talba

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. B’Ibnek.

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

F’din is-siegħa, nofs il-għodwa,
nerfgħu qlubna ’l fuq lejn Alla,
u bil-qima nagħtuh glorja,
għax hu ħelu t-tifħir tiegħu.

Nitolbuh biex jibagħtilna
lill-Ispirtu jgħammar fina,
kif, bħal issa, darba niżel
f’nar ta’ mħabba fuq l-appostli.

Hekk ried jagħlaq b’dan il-għaġeb
l-għemil sħiħ tal-fidwa tagħna,
ħa jmexxina ħfief għall-premju
li ħejjielna sa minn dejjem.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,
lill-Ispirtu s-Santu, Alla:
bħalma msebbaħ kien mill-bidu,
hekk jissebbaħ issa u dejjem. Ammen.

Ant. Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li bil-ġieh kbir ta’ ħajjitha dawlet il-Knejjes kollha.

Salm 119 (120)
Ix-xewqa tal-paċi

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *
u hu weġibni.

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *
u mill-ilsna qarrieqa.
X’se tieħu b’dan, u x’se jiswielek, *
ilsien qarrieq?
Vleġeġ misnuna ta’ wieħed b’saħħtu, *
u ġamar tal-ġummar.
Imsejken jien, li ngħix barrani f’Mesek; *
li ngħammar fl-għerejjex ta’ Kedar!
Ili ngħix biżżejjed *
ma’ dawk li jobogħdu s-sliem.
Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *
insibhom lesti għall-ġlied.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 120 (121)
Il-Mulej iħares il-poplu

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet; *
mnejn se tiġini l-għajnuna?
Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *
li għamel is-sema u l-art.

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod *
dak li jħares lil Iżrael.

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *
anqas il-qamar billejl.

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *
hu jħarislek ħajtek.
Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *
minn issa u għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 128
Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *
– ħa jgħid hekk Iżrael –
ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *
imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.
Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *
raddiet twal bis-swat għamluli.
Imma ġust hu l-Mulej, *
u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

Ħa jinfixlu u jmorru lura *
dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.
Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *
li jinxef qabel ma jikber,
li bih il-ħassad ma jimliex idu, *
anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †
“Il-Barka ta’ Alla fuqkom! *
Inberkukom f’isem il-Mulej!”

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li bil-ġieh kbir ta’ ħajjitha dawlet il-Knejjes kollha.

LEZZJONI QASIRA (Għan 6: 10)

Min hija din li tielgħa bħaż-żerniq, sabiħa bħall-qamar, tiddi bħax-xemx, tal-biża’ bħal eżerċtu lest għat-taqbida?

V. Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.
R. Hieni min iħarisha.

Talba

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

F’Nofsinhar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

F’dan il-ħin li jistedinna
biex nistrieħu ftit mill-ħidma
b’qalbna mħeġġa nfaħħru ’l Sidna
li ma stmerrx imut għalina.

Hu l-Ħaruf li offra ruħu
lil Missieru bħala vittma,
biex jifdna u jerġa’ jtina
bis-salib il-ġieh li tlifna.

Inroddulu ħajr għall-grazzja
tas-salib, li d-dija tiegħu
tfiet ix-xemx fuq il-Kalvarju,
iżda mliet bid-dawl lil ruħna.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,
lill-Ispirtu s-Santu, Alla:
bħalma msebbaħ kien mill-bidu,
hekk jissebbaħ issa u dejjem. Ammen.

Ant. Tiddi Marija, minn nisel is-slaten; minn qalbna u ruħna nitolbu b’qima kbira l-għajnuna tat-talb tagħha.

Salm 122 (123)
Il-Mulej it-tama tal-poplu

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

Lejk nerfa’ għajnejja, *
int li tgħammar fis-smewwiet.

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *
bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;
hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *
sa ma jkollu ħniena minna.

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *
għax mitmugħa sax-xaba’ bit-tagħjir.
Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *
biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 123 (124)
Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

Li ma kienx il-Mulej magħna *
– ħa jgħid hekk Iżrael –
li ma kienx il-Mulej magħna, *
meta qamu għalina n-nies,
ħajjin kienu jibilgħuna, *
meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

L-ilma kien jgħarraqna, *
il-wied kien jgħaddi minn fuqna;
minn fuqna kien jgħaddi *
mewġ ta’ ilma qawwi.

Imbierek il-Mulej, *
li ma telaqniex priża għal snienhom.
Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *
Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej, *
li għamel is-sema u l-art.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 124 (125)
Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

ls-sliem fuq Iżrael ta’ Alla (Gal 6,16).

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta’ Sijon, *
li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.
Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *
hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,
minn issa u għal dejjem.
Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena
fuq l-art, wirt il-ġusti, *
biex ma jiġrix li l-ġusti
jmiddu jdejhom għall-ħażen.

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *
u lil dawk ta’ qalbhom safja.
Imma ‘l dawk li jgħawwġu triqthom †
jitlaqhom il-Mulej ma’ dawk li jagħmlu l-ħażen.
Sliem għal Iżrael!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. Tiddi Marija, minn nisel is-slaten; minn qalbna u ruħna nitolbu b’qima kbira l-għajnuna tat-talb tagħha.

LEZZJONI QASIRA (Ġudit 13: 18-19)

Imbierek il-Mulej Alla, li ħalaq is-sema u l-art, għax hu illum kabbarlek ismek, hekk li l-bnedmin qatt ma jieqfu jfaħħruk, imma jibqgħu dejjem jiftakru fil-qawwa tal-Mulej.

V. Hieni l-ġuf tal-Verġni Marija.
R. Li ġiebet fid-dinja ’l Bin il-Missier etern.

Talba

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Nilqgħu l-grazzja u nħeġġu qalbna
b’dak in-nar li tkebbes f’Pietru
xħin kien tielgħa lejn it-tempju
tal-Mulej, għat-talb tat-tlieta.

U noqogħdu, b’tama kbira
bħall-magħtub, fil-bieb tal-ħniena,
biex nittallbu minn għand Alla
kull għajnuna li naħtieġu.

Aħna wkoll, bil-fidi fl-isem
ta’ Ġesu’, naqilgħu s-saħħa,
hekk li l-passi dgħajfa tagħna
jitqawwew fit-triq tas-sema.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,
lill-Ispirtu s-Santu, Alla:
bħalma msebbaħ kien mill-bidu,
hekk jissebbaħ issa u dejjem. Ammen.

Ant. B’qalbna u ruħna nfaħħru u nagħtu glorja lil Kristu f’din il-festa qaddisa ta’ Marija, l-Omm kbira ta’ Alla.

Salm 125 (126)
Ferħ u hena fil-Mulej

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon, *
konna qisna mitlufa f’ħolma;
mbagħad bid-daħk imtela fommna, *
u bl-għajat ta’ ferħ ilsienna.
Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *
“Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom!”
Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! *
U aħna bil-ferħ imtlejna.

Biddel, Mulej, xortina, *
bħall-widien tan-Negeb!
Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *
jaħsdu bl-għana ta’ ferħ.

Huma u sejrin, imorru jibku, *
jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ, *
iġorru l-qatet f’idejhom.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 130
Tama sħiħa fil-Mulej

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *
anqas ma ntrefgħu għajnejja;
jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *
jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *
bħal tarbija f’ħoġor ommha;
bħal tarbija miftuma, *
hekk hi ruħi ġewwa fija.

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *
minn issa u għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 127 (128)
Is-sliem tad-dar fil-Mulej

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

Hieni kull min jibża’ mill-Mulej, *
kull min jimxi fit-triqat tiegħu!
Mix-xogħol ta’ idejk inti tiekol; *
hieni int, u riżqek tajjeb!
Martek tkun bħal dielja għammiela *
fl-irkejjen ta’ darek;
uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *
madwar il-mejda tiegħek.

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *
li jibża’ mill-Mulej!
Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *
Jalla tara l-ġid ta’ Ġerusalemm tul ħajtek kollha!
Jalla tara wlied uliedek! *
Sliem għal Iżrael!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. B’qalbna u ruħna nfaħħru u nagħtu glorja lil Kristu f’din il-festa qaddisa ta’ Marija, l-Omm kbira ta’ Alla.

LEZZJONI QASIRA (Apok 21: 3)

Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.

V. Imbierka inti fost in-nisa.
R. U mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

Talba

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-II Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Verġni, Omm qaddisa t’Alla,
ġieh tad-dinja: bik, Marija
minn ilsiera ġejna ħielsa,
bik ulied id-dawl nissejħu.

Bint is-slaten, fergħa sbejħa
minn dar David, nislek għoli:
imma mżejna b’ġieh wisq ogħla,
għax int Omm ir-Re tal-glorja!

Ej’ qaċċatna miz-zokk niexef
u fil-ġdid il-ħaj laqqamna,
biex nimtlew bil-frott u nsiru
saltna u qassisin għal Alla.

Bit-talb qawwi tiegħek, ħollna
mill-irbit qadim tal-ħtija,
u, bil-merti tiegħek, naslu
bla tfixkil fil-ferħ tas-sema.

Qima u sebħ lit-tliet Persuni,
Alla wieħed, li tjubitu
sawwab fuqek, Verġni, u fawrek
bit-teżor tad-doni tiegħu. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Min-nisel ta’ Ġesse twieldet il-Verġni Marija, li saret għamara ta’ l-Ispirtu ta’ Alla l-Għoli.

Salm 121 (122)
Ġerusalemm, il-belt qaddisa

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Min-nisel ta’ Ġesse twieldet il-Verġni Marija, li saret għamara ta’ l-Ispirtu ta’ Alla l-Għoli.

Ant. 2 Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li Alla xeħet għajnejh fuq il-ġmiel tagħha u ġie jżurha fiċ-ċokon tagħha.

Salm 126 (127)
Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f’id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
Ma jinfixilx meta jiltaqa’
mal-għedewwa f’bieb il-belt.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li Alla xeħet għajnejh fuq il-ġmiel tagħha u ġie jżurha fiċ-ċokon tagħha.

Ant. 3 Barka u ġieh lill-Verġni mqaddsa Marija, Omm Alla, li llum qegħdin niċċelebraw it-twelid tagħha, biex bit-talb tagħha tidħol għalina quddiem il-Mulej.

Kantiku (Ef 1: 3-10)

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet, fi Kristu.
Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba;

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,

skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Barka u ġieh lill-Verġni mqaddsa Marija, Omm Alla, li llum qegħdin niċċelebraw it-twelid tagħha, biex bit-talb tagħha tidħol għalina quddiem il-Mulej.

LEZZJONI QASIRA (Rum 9: 4-5)

Tal-Iżraelin hija l-adozzjoni u s-sebh, u l-pattijiet u l-liġi, u l-liturġija u l-wegħdiet; tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom li, skont il-ġisem, ħareġ Kristu, li hu fuq kollox, Alla mbierek għal dejjem. Ammen.

RESPONSORJU QASIR

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek. Sliem.
V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek. Glorja. Sliem.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Inġeddu bil-qima t-tifkira tat-twelid tal-Verġni glorjuża Marija, li l-Mulej xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tagħha, u mat-tħabbira tal-Anġlu nisslet il-Feddej tad-dinja.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Aha, s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
-bħalma wiegħed lil missirijietna- *
b’rizq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Inġeddu bil-qima t-tifkira tat-twelid tal-Verġni glorjuża Marija, li l-Mulej xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tagħha, u mat-tħabbira tal-Anġlu nisslet il-Feddej tad-dinja.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.
Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:
– agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.
Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:
– bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.
Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu
mlejtha bil-ferħ:
– għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.
Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila tiegħek:
– bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:
– agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna, eċċ.

Talba

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej, id-don tal-grazzja tas-sema u kattar is-sliem tiegħek fuqna, miġburin għall-Festa tat-Twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li ġiebet lil Ibnek fid-dinja bħala bniedem, u hekk infetħet għalina t-triq tas-salvazzjoni. B’Ibnek.

Uffiċċju 7.9 Il-15 ta’ Settembru – Marija tad-Duluri

Dokument PDF: Uffiċċju 7.9 Il-15 ta’ Settembru – Marija tad-Duluri
Dokument WORD: Uffiċċju 7.9 Il-15 ta’ Settembru – Marija tad-Duluri

Our lady of sorrows

15 TA’ SETTEMBRU

Tifkira (O) ta’

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJATAD-DULURI

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

V. Mulej, iftaħli xufftejja.
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant. Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, *
ngħannulu b’għajat ta ferħ.

Ant. Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
sultan kbir fuq l-allat kollha,
F’idejh huma l-qigħan tal-art, *
tiegħu huma l-qċaċet ta’l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; *
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna
Għaliex hu Alla tagħna, *
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.

Ant. Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bhal dak inhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant. Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi: *
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

Ant. Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Is-Salvatur tad-dinja sieħeb miegħu lil Ommu fil-passjoni tiegħu: ejjew nadurawh.

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra ta’ l-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

INNU

Wieqfa kienet, imbikkija,
l-Omm ħdejn Binha, fit-tbatija,
fuq salib imdendel.

Ta’ din l-Omm il-qalb maqsuma
f’dak l-imrar, bl-uġigħ mitmuma,
nifed sejf in-niket.

Kemm tbatija f’qalb muġugħa,
liema dwejjaq li jifnuha
ħasset l-Omm imbierka.

X’weġgħa ġarrbet u x’kefrija
meta ratu fit-tbatija
l-Omm lil Binha, Alla!

Qalb kull bniedem tħoss għaliha
Lil Omm Kristu, u tibkiha
Xħin taraha f’dil-ħasra.

Min ma jħossx id-dwejjaq tagħha
xħin ta’ Kristu l-Omm jilmaħha
fin-niket ma’ Binha!

Għad-dnubiet ta’ ġensu ħati
lil Ġesu’ hi ratu jbati
taħt is-swat bla ħniena.

Rat lil Binha u baqgħet miegħu
f’dak l-imrar tal-mewta tiegħu
waqt li ħarġet ruħu.

O Ġesu’, meta ssejjaħli,
tkun l-Omm tiegħek li tiftaħli
għall-premju ta’ dejjem. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Salm 23

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *
u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej ta’ l-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *
jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;
anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *
jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.
Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha
jferrħu l-belt ta’ Alla, *
l-għamara qaddisa tal-Għoli.
Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *
igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *
iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *
għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:
“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

Salm 86

Il-Mulej bena ‘l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

O belt ta’ Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!”

U għal Sijon jingħad: *
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
iwettaqha f’postha.”

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

V. Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.
R. Hieni min iħarisha.

LEZZJONI 1 (Galatin 3: 22-4: 7)

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin. .

Aħna wlied Alla u werrieta tiegħu bil-fidi

Ħuti: L-Iskrittura xeħtet kollox taħt id-dnub, ħalli l-wegħda, bis-saħħa tal-fidi f’Ġesu’ Kristu, tingħata lil dawk li jemmnu.

Qabel ma ġiet il-fidi, aħna konna miżmumin priġunieri taħt il-ħarsien tal-liġi, sa ma tiġi l-fidi li kellha tkun rivelata. Il-liġi, mela, kienet tmexxina qisna tfal lejn Kristu, biex inkunu iġġustifikati permezz tal-fidi. Issa li l-fidi ġiet, ma naħtiġux aktar min imexxina. Għax intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi fi Kristu Ġesu’.

Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu ‘l Kristu. Issa ma hemmx iżjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx raġel u anqas mara; għax intom ilkoll ħaġa waħda fi Kristu Ġesu’. Imma jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skond il-wegħda.

Irrid ngħid li, sakemm idum iż-żmien li fih il-werriet ikun għadu tifel, dan ma jkunx aħjar minn ilsir, għad li hu sid il-ġid kollu; iżda jkun taħt il-ħarsien tat-tuturi u tal-amministraturi, sa ma jasal iż-żmien magħżul mill-missier. Hekk ukoll aħna: meta konna tfal, konna lsiera taħt l-elementi tad-dinja. Iżda meta, waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied!

U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba, Missier! U hekk mintix iżjed ilsir, iżda iben: u jekk iben, werriet ukoll permezz ta’ Alla.

RESPONSORJU (ara Galatin 4: 4-5; Efesin 2: 4; Rumani 8: 3)

R. Waslet il-milja taż-żminijiet, u Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja, imwieled minn Verġni, imwieled taħt il-liġi, * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.
V. Bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb. * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.

LEZZJONI II

Qari mid-Diskorsi ta’ San Bernard, abbati.

L-omm wieqfa ħdejn is-salib

Il-martirju tal-Verġni jissemma kemm fil-profezija ta’ Xmun u kemm fl-istess rakkont tal-passjoni tal-Mulej. Dan, qal ix-xwejjaħ qaddis għat-tfajjel Ġesu’, se jkun sinjal li jmeruh, u int, qal imbagħad lil Marija, sejf jinfidlek ruħek.

Tassew, Omm imbierka, is-sejf nifidlek ruħek! Kieku ma nifidlikx ruħek, ma kienx jinfed lill-ġisem ta’ Ibnek. Għax wara li miet Ġesu’, l-Iben tiegħek, – ta’ kulħadd, imma tiegħek b’mod speċjali, – il-lanza ħarxa ma missitlux ruħu; nifditlu biss ġenbu, għax anqas wara li miet ma ħelsuhielu għalkemm ma setgħux jagħmlulu ħsara iktar. Imma lilek, iva, nifditlek ruħek. Ruħ Ġesu’ ma kinitx iżjed fih, imma tiegħek ma setgħetx toħroġ. In-niket li nifidlek lil ruħek kien hekk kbir li nistgħu bir-raġun kollu nsejħulek iżjed minn martri, ladarba l-qawwa tan-niket kienet tisboq kull tbatija tal-ġisem.

Forsi ma kinitx taqta’ aktar minn sejf dik il-kelma li nifditlek tassew ruħek, kelma li tinfed sa fejn jinfirdu minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu: Mara, hawn hu ibnek? X’bidla din! Ingħatalek Ġwanni minflok Ġesu’, l-ilsir minflok is-Sid, id-dixxiplu minflok l-Imgħallem, bin Żebedew minflok Bin Alla, bniedem sempliċi minflok Alla veru! Kif jista’ jkun li kelma bħal din ma tinfidlikx il-qalb l-iżjed ħelwa tiegħek meta aħna, imqar jekk biss niftakru fiha, inħossuha taqsmilna qalbna, avolja qalb iebsa daqs il-ħadid u ż-żonqor?

Xejn tistagħġbu, ħuti, meta ngħidu li Marija hi martri fir-ruħ. Jistagħġeb dak il-bniedem li ma jiftakarx jekk qattx sema’ lil Pawlu jċanfar lill-pagani talli kienu bla mħabba u jqisilhom dan bħala wieħed mill-akbar dnubiet tagħhom. Iżda l-qalb ta’ Marija xejn ma kienet hekk, u jalla anqas aħna l-qaddejja żgħar tagħha ma nkunu hekk.

Imma wieħed għandu mnejn jistaqsi: ‘’Mela ma kinitx taf li kellu jmut?’’ Bla dubju! ‘’Ma kinitx tistenna li malajr jqum mill-imwiet?’’ B’fiduċja kbira! ‘’Allura tibki għax sallbuh?’’ U ħafna wkoll! Din kif inhi, ħabib, jew minn fejn ġibtu dan il-għerf, biex tistagħġeb iżjed bit-tbatija ta’ Marija milli bit-tbatija ta’ Binha? Jekk dak ukoll seta’ jmut bħala bniedem, din ma setgħetx issofri miegħu l-mewt f’qalbha? Dak miet bi mħabba li ħadd ma kellu akbar minnha; din mietet bi mħabba li warajha ma kienx hemm oħra bħalha.

RESPONSORJU

R. Meta waslu f’post igħidulu l-Qorriegħa, hemmhekk salbu lil Ġesu’. * Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ ommu.
V. U s-sejf tan-niket nifed lir-ruħ imbierka tagħha. * Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ ommu.

Talba

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

Inbierku l-Mulej.
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Omm u għajn ta’ mħabba għalija,
ġ’għalni nħoss dik it-tbatija,
biex jien nibki miegħek.

Kebbes f’qalbi nar l-imħabba,
la tħalliha qatt tittabba’
imħabbti għal Kristu.

Omm qaddisa, isma’ talbi:
dawk il-pjagi q’għedli f’qalbi
t’Ibnek Ġesu’ msallab.

Aqsam miegħi dit-tbatija
għal Ġesu’, li mħabba fija
xerred demmu kollu.

Ħdejn Ġesu’ nibki dnubieti,
fis-salib nara ħtijieti
sakemm ngħix dil-ħajja.

Kemm nixtieqni nibqa’ miegħek
mas-salib, u fid-dmugħ tiegħek
nissieħeb minn qalbi.

Meta jmut dal-ġisem fqajjar,
agħmel int li jien nittajjar
lejn is-sebħ tal-ġenna. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Mulej Ġesu’, miegħek tingħaqad ruħi.

Salm 62 (63): 2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Mulej Ġesu’, miegħek tingħaqad ruħi.

Ant. 2 Nifirħu, għax qegħdin nissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu.

Kantiku (Dan 3: 57-88.56)
Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.
Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.
Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.
Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.
Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.
Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.
Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2 Nifirħu, għax qegħdin nissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu.

Ant. 3 Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu bid-demm ta’ Kristu.

Salm 149
Il-hena tal-qaddisin

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu bid-demm ta’ Kristu.

LEZZJONI QASIRA (Kol 1: 24-25)

Jien issa ferħan bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f’ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu għall-ġisem tiegħu, li hu l-Knisja. Ta’ din il-Knisja jiena sirt ministru, skont ma tani Alla nagħmel għalikom, jiġifieri li nxandar il-kelma ta’ Alla.

RESPONSORJU QASIR

R. O Verġni mqaddsa Marija, * Bik ħadna s-salvazzjoni. O Verġni.
V. Mill-pjagi ta’ Kristu. * Bik ħadna s-salvazzjoni. Glorja. O Verġni.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Ifraħ, Omm tad-duluri, għax, wara l-ħafna sofferenzi tiegħek, Alla żejnek bil-kuruna tal-glorja tas-sema, u qiegħdek fuq it-tron maġenb Ibnek bħala Sultana tal-ħlejjaq kollha.

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Ifraħ, Omm tad-duluri, għax, wara l-ħafna sofferenzi tiegħek, Alla żejnek bil-kuruna tal-glorja tas-sema, u qiegħdek fuq it-tron maġenb Ibnek bħala Sultana tal-ħlejjaq kollha.

PREĊI

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:
Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.
Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:
– agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.
Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:
– eħlisna mit-taħsir tad-dnub.
Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:
– bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..
Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:
– agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu; agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

Salmodija Komplementari … imma jekk jaħbat il-Ħadd, jingħadu s-salmi tal-Ħadd tal-I ġimgħa …

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Spirtu s-Santu, li int Alla
wieħed mal-Missier u l-Iben,
ejja xxerred ġewwa fina,
ħalli bik ilkoll timliena.

Bi kliem fommna, b’qalbna w ruħna,
nerfgħu lejk it-tifħir tagħna;
int kebbisna b’nar imħabbtek,
u nxerduh fl-oħrajn madwarna.

Kun id-dawl li jtina l-għarfa
tal-Missier u l-Iben tiegħu;
żomm qawwija l-fidi tagħna
fik, l-Ispirtu li ġej minnhom. Ammen.

Ant. Għolejt bħal ċedru fuq il-Lebanon, Verġni Marija, bħal ċipressa fuq il-muntanja Ħermon.

Salm 119 (120)
Ix-xewqa tal-paċi

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *
u hu weġibni.

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *
u mill-ilsna qarrieqa.
X’se tieħu b’dan, u x’se jiswielek, *
ilsien qarrieq?
Vleġeġ misnuna ta’ wieħed b’saħħtu, *
u ġamar tal-ġummar.
Imsejken jien, li ngħix barrani f’Mesek; *
li ngħammar fl-għerejjex ta’ Kedar!
Ili ngħix biżżejjed *
ma’ dawk li jobogħdu s-sliem.
Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *
insibhom lesti għall-ġlied.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 120 (121)
Il-Mulej iħares il-poplu

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet; *
mnejn se tiġini l-għajnuna?
Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *
li għamel is-sema u l-art.

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod *
dak li jħares lil Iżrael.

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *
anqas il-qamar billejl.

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *
hu jħarislek ħajtek.
Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *
minn issa u għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 128
Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *
– ħa jgħid hekk Iżrael –
ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *
imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.
Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *
raddiet twal bis-swat għamluli.
Imma ġust hu l-Mulej, *
u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

Ħa jinfixlu u jmorru lura *
dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.
Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *
li jinxef qabel ma jikber,
li bih il-ħassad ma jimliex idu, *
anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †
“Il-Barka ta’ Alla fuqkom! *
Inberkukom f’isem il-Mulej!”

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. Għolejt bħal ċedru fuq il-Lebanon, Verġni Marija, bħal ċipressa fuq il-muntanja Ħermon.

LEZZJONI QASIRA (Ġudit 13: 22. 23b (Vg))

Bierkek il-Mulej bil-qawwa tiegħu, għax bik ġieb fix-xejn l-għedewwa tagħna. Imbierka int, binti, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

V. Marija ġiet imtellgħa fis-sema: jifirħu l-anġli.
R. Ifaħħru u jbierku lill-Mulej.

Talba

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

F’Nofsinhar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Mexxej qawwi, Alla veru,
Inti kollox tqassam sewwa:
jisbaħ jum, tagħnih bid-dija;
f’nofsu żżejnu b’dawl iħeġġeġ.

Iżda itfi l-għadab fina,
taffi s-sħana ta’ kull deni,
agħti s-saħħa ‘l min hu dgħajjef,
ġib is-sliem tassew fi qlubna.

Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
mal-Ispirtu Faraġ tagħna. Ammen.

Ant. Bil-ħaqq kollu nistqarruk b’Sultana tas-sema, Marija, li minnek, bħal mill-għamara tiegħu, ħareġ Kristu, ix-Xemx tal-ġustizzja.

Salm 122 (123)
Il-Mulej it-tama tal-poplu

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

Lejk nerfa’ għajnejja, *
int li tgħammar fis-smewwiet.

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *
bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;
hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *
sa ma jkollu ħniena minna.

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *
għax mitmugħa sax-xaba’ bit-tagħjir.
Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *
biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 123 (124)
Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

Li ma kienx il-Mulej magħna *
– ħa jgħid hekk Iżrael –
li ma kienx il-Mulej magħna, *
meta qamu għalina n-nies,
ħajjin kienu jibilgħuna, *
meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

L-ilma kien jgħarraqna, *
il-wied kien jgħaddi minn fuqna;
minn fuqna kien jgħaddi *
mewġ ta’ ilma qawwi.

Imbierek il-Mulej, *
li ma telaqniex priża għal snienhom.
Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *
Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej, *
li għamel is-sema u l-art.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 124 (125)
Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

ls-sliem fuq Iżrael ta’ Alla (Gal 6,16).

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta’ Sijon, *
li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.
Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *
hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,
minn issa u għal dejjem.
Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena
fuq l-art, wirt il-ġusti, *
biex ma jiġrix li l-ġusti
jmiddu jdejhom għall-ħażen.

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *
u lil dawk ta’ qalbhom safja.
Imma ‘l dawk li jgħawwġu triqthom †
jitlaqhom il-Mulej ma’ dawk li jagħmlu l-ħażen.
Sliem għal Iżrael!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. Bil-ħaqq kollu nistqarruk b’Sultana tas-sema, Marija, li minnek, bħal mill-għamara tiegħu, ħareġ Kristu, ix-Xemx tal-ġustizzja.

LEZZJONI QASIRA (Apok 12: 1)

Deher sinjal kbir fis-sema: mara liebsa x-xemx bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.

V. L-Omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli.
R. Fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

Talba

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Alla, int, li fik innifsek
m’hemmx tibdil lill-ħlejjaq trieġi:
lil kull siegħa tal-ġurnata
tqis id-dawl li jkun imissha.

Ibagħtilna lejla tajba,
fejn il-ħajja qatt ma tonqos,
imma tersaq lejn il-glorja,
li tkun ħlas ta’ mewt qaddisa.

Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
mal-Ispirtu Faraġ tagħna.  Ammen.

Ant. L-Omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

Salm 125 (126)
Ferħ u hena fil-Mulej

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon, *
konna qisna mitlufa f’ħolma;
mbagħad bid-daħk imtela fommna, *
u bl-għajat ta’ ferħ ilsienna.
Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *
“Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom!”
Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! *
U aħna bil-ferħ imtlejna.

Biddel, Mulej, xortina, *
bħall-widien tan-Negeb!
Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *
jaħsdu bl-għana ta’ ferħ.

Huma u sejrin, imorru jibku, *
jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ, *
iġorru l-qatet f’idejhom.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 130
Tama sħiħa fil-Mulej

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *
anqas ma ntrefgħu għajnejja;
jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *
jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *
bħal tarbija f’ħoġor ommha;
bħal tarbija miftuma, *
hekk hi ruħi ġewwa fija.

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *
minn issa u għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 127 (128)
Is-sliem tad-dar fil-Mulej

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

Hieni kull min jibża’ mill-Mulej, *
kull min jimxi fit-triqat tiegħu!
Mix-xogħol ta’ idejk inti tiekol; *
hieni int, u riżqek tajjeb!
Martek tkun bħal dielja għammiela *
fl-irkejjen ta’ darek;
uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *
madwar il-mejda tiegħek.

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *
li jibża’ mill-Mulej!
Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *
Jalla tara l-ġid ta’ Ġerusalemm tul ħajtek kollha!
Jalla tara wlied uliedek! *
Sliem għal Iżrael!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. L-Omm qaddisa ta’ Alla ġiet imtellgħa fil-għoli fuq il-qtajja’ tal-anġli fis-saltna tas-sema.

LEZZJONI QASIRA (2 Kor 5: 1)

Aħna nafu li, jekk it-tinda li għandna fl-art tintemm, Alla tana dar għal dejjem fis-sema, dar li ma għamluhiex l-idejn tal-bnedmin.

V. Marija Verġni ġiet imtellgħa fil-għoli tas-smewwiet.
R. Fejn is-Sultan tas-slaten qiegħed fuq it-tron tiegħu, imdawwar bil-kwiekeb.

Talba

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-II Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Verġni mbierka, Omm qalbiena,
uri miegħi din il-ħniena,
biex inħoss l-indiema.

Mewt Ġesu’ q’għedli quddiemi,
fuq il-pjagi jkun biss kliemi
u l-Passjoni tiegħu.

Ġ’għalni nħoss il-pjagi fija,
is-salib u kull tbatija,
u nissaffa b’Demmu.

Verġni mbierka, ieqaf miegħi
f’Jum il-ħaqq, biex fit-tmiem tiegħi
fin-nar qatt nintilef.

Meta jmut dal-ġisem fqajjar,
agħmel int li jien nittajjar
lejn is-sebh tal-ġenna. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Kristu hu s-sliem tagħna; bil-mewt tiegħu fuq is-salib reġa’ ħabbibna ma’ Alla.

Salm 121 (122)
Ġerusalemm, il-belt qaddisa

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Kristu hu s-sliem tagħna; bil-mewt tiegħu fuq is-salib reġa’ ħabbibna ma’ Alla.

Ant. 2 Nersqu lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, u lejn Ġesu’, il-medjatur tal-patt il-ġdid.

Salm 126 (127)
Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f’id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
Ma jinfixilx meta jiltaqa’
mal-għedewwa f’bieb il-belt.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Nersqu lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, u lejn Ġesu’, il-medjatur tal-patt il-ġdid.

Ant. 3 Fi Kristu għandna l-fidwa bid-demm tiegħu.

Kantiku (Ef 1: 3-10)

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet, fi Kristu.
Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba;

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,

skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Fi Kristu għandna l-fidwa bid-demm tiegħu.

LEZZJONI QASIRA (2 Tim 2: 10-12a)

Kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba ta’ dawk li huma magħżulin, biex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni, li hi ta’ sebh għal dejjem fi Kristu Ġesu’. Din hi kelma ta’ min joqgħod fuqha: jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll; jekk insofru bis-sabar, għand insaltnu miegħu wkoll.

RESPONSORJU QASIR

R. Is-Sultana tas-sema u Sidt id-dinja kienet wieqfa * Ħdejn is-salib tal-Mulej. Is-Sultana.
V. Stħaqqilha l-glorja tal-martirju li, bla ma mietet, ġarrbet * Ħdejn is-salib tal-Mulej. Is-Sultana. Glorja. Is-Sultana.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Kif Ġesu’ lemaħ lil ommu wieqfa ħdejn is-salib, u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: Mara, hawn u ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Aha, s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
-bħalma wiegħed lil missirijietna- *
b’rizq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Kif Ġesu’ lemaħ lil ommu wieqfa ħdejn is-salib, u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: Mara, hawn u ibnek. Imbagħad qal lid-dixxiplu: Hawn hi ommok.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.
Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:
– ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.
Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-
imnikktin, aħfer lill-midinbin:
– agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.
Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:
– ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.
Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:
– agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:
– agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, meta Ibnek intrefa’ fuq is-salib, int ridt li Ommu tieqaf ħdejh u tbati miegħu: agħti lill-Knisja tiegħek li tissieħeb mal-Verġni Marija fil-passjoni ta’ Kristu, biex flimkien magħha tieħu sehem ukoll fil-qawmien tal-istess Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

Uffiċċju 8. Is-7 t’Ottubru – Marija tar-Rużarju

Dokument PDF: Uffiċċju 8. Is-7 t’Ottubru – Marija tar-Rużarju
Dokument WORD: Uffiċċju 8. Is-7 t’Ottubru – Marija tar-Rużarju

Capture5

7 TA’ OTTUBRU

Tifkira (0) ta’

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAR-RUŻARJU

Din it-tifkira riedha ssir il-Papa S. Piju V fl-anniversarju ta’ meta l-flotta tal-insara ħarġet rebbieħa fuq il-għadu f’Lepanto (1571), rebħa li l-insara dejjem kienu jafuha lil Omm Alla, li tathom l-għajnuna wara li daru lejha bit-talba tar-Rużarju. Iċ-ċelebrazzjoni tal-lum tħeġġeġ lil kulħadd għall-meditazzjoni tal-misteri ta’ Kristu, f’għaqda ma’ Marija, li ssieħbet b’mod speċjali mal-Iben ta’ Alla fl-inkarnazzjoni, fil-passjoni u fil-qawmien glorjuż tiegħu mill-imwiet.

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

V. Mulej, iftaħli xufftejja.
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, *
ngħannulu b’għajat ta ferħ.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
sultan kbir fuq l-allat kollha,
F’idejh huma l-qigħan tal-art, *
tiegħu huma l-qċaċet ta’l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; *
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna
Għaliex hu Alla tagħna, *
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bhal dak inhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi: *
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Verġni mqaddsa Marija tar-Rużarju: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra ta’ l-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

INNU

F’ġuf Marija niżel igħammar
dak li s-sema, l-art u l-baħar
ixandruh u jagħtuh qima,
għax hu Alla li ħalaqhom.

Ħdan il-Verġni, mimli grazzja,
jilqa’ fih lis-Sid il-Għoli,
li jaqduh ix-xemx u l-qamar,
l-univers bil-ħlejjaq tiegħu.

Hienja l-Omm, li ġewwa ċ-ċokon
tal-ġuf safi tagħha niżel
il-ħallieq, li xejn ma jesgħu,
u f’qiegħ idu jżomm id-dinja.

Hienja dik li emmnet l-anġlu
u, bil-qawwa tal-Ispirtu,
ġiebet fostna ’l Alla bniedem,
il-mixtieq tal-ġnus mill-qedem.

Glorja lilek, Kristu Sidna,
Bin Marija, Omm u Verġni;
mal-Missier u mal-Ispirtu,
ġieh jintraddlek, issa u dejjem. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Salm 23

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *
u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej ta’ l-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *
jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;
anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *
jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.
Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha
jferrħu l-belt ta’ Alla, *
l-għamara qaddisa tal-Għoli.
Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *
igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *
iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *
għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:
“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

Salm 86

Il-Mulej bena ‘l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

O belt ta’ Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!”

U għal Sijon jingħad: *
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
iwettaqha f’postha.”

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

V. Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.
R. Hieni min iħarisha.

LEZZJONI 1

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija. (Iżaija 7,10-14; 11,1-9)

Għimmanu-El, Sultan is-sliem

F’dak iż-żmien: Il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u qallu: “Itlob sinjal għalik minn għand il-Mulej, Alla tiegħek, f’qiegħ l-art jew fil-għoli tas-smewwiet.” U Aħaż wieġeb: “Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej.”

U l-profeta Iżaija wieġeb: “Isimgħu, mela, dar David: mhux biżżejjed għalikom li tkiddu lill-bnedmin biex issa se tkiddu lil Alla tiegħi? Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El-għax Alla magħna.”

Għad taħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.

Ma jiġġudikax skont ma jidher fil-għajnejn, u ma jagħtix sentenza skont ma jisma’, iżda jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, u jagħti sentenza skont is-sewwa lill-fqajrin tal-art. Isawwat l-art bix-xettru ta’ fommu, u b’nifs xofftejh jolqot lill-ħażin. Il-ħżiem ta’ ġenbejh tkun il-ġustizzja, u l-fedelta’ l-ħżiem ta’ qaddu.

Il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf, il-leopard mal-gidi, u jirgħu flimkien il-għoġol u l-ferħ tal-ljun, tfajjel żagħżugħ isuqhom. Il-baqra u l-ors jirgħu flimkien, u l-frieħ tagħhom flimkien jistrieħu. L-iljun bħal gendus jiekol it-tiben. It-tarbija tal-ħalib titliegħeb fil-ħofra tas-serp, u t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa. Ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi, għax mimlija hi l-art bil-għarfien tal-Mulej bħalma hu miksi bl-ilmijiet.

RESPONSORJU (Iżaija 7: 14; 9: 6-7)

R. Ix-xebba ssir omm u jkollha iben; * U jsemmuh Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan.
V. Joqgħod għal dejjem fuq it-tron ta’ David u s-saltna tiegħu. * U jsemmuh.

LEZZJONI II

Qari mid-Diskorsi ta’ San Bernard, abbati

Jeħtieġ naħsbu fil-misteri tas-salvazzjoni

Dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Il-Għajn tal-Għerf, il-Verb tal-Missier fil-għoli tas-smewwiet! Dan il-Verb, bik, o Verġni mqaddsa, sar bniedem, biex hu, li jgħid: Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija, jista’ jgħid ukoll : ‘’Għax jien ħriġt mill-Missier u ġejt fid-dinja.’’

Fil-bidu kien il-Verb. L-għajn ġa qed tfawwar, għalkemm għandha biss fiha nfisha. U l-Verb kien ma’ Alla, jgħammar f’dawl li ħadd ma jista’ jersaq lejh, għax mill-bidu l-Mulej qal: Jiena naf li l-pjani li ħsibt għalikom huma pjani ta’ ġid u mhux ta’ ħsara. Iżda ħsibijietek huma moħbija fik, u x’taħseb ma nafux; għax minn qatt għaraf il-Mulej? Min qatt kien il-kunsillier tiegħu?

Il-pjan ta’ ġid sar egħmil ta’ ġid: Il-Verb sar bniedem u għammar fostna: igħammar bil-fidi fi qlubna, igħammar fil-memorja tagħna, igħammar fil-ħsieb tagħna. Għax kif jista’ l-bniedem jaħseb fuq Alla, jekk qabel ma jsawwarx xbieha tiegħu f’qalbu? Lil Alla ħadd ma jista’ jifhmu, ħadd ma jista’ jersaq lejh, ħadd ma jista jarah, u ħadd ma jista’ jaħsbu ; iżda hu ried li nagħarfuh, narawh u naħsbu fuqu.

Kif? tistaqsi. Qiegħed f’maxtura, mistrieħ f’ħdan verġni, jitkellem minn fuq għolja, jishar fit-talb, imdendel mis-salib, bl-isfura tal-mewt fuqu, ħieles fost il-mejtin, isaltan fuq is-setgħat tal-infern, imqajjem fit-tielet jum, juri lill-Appostli l-marka ta’ l-imsiemer, sinjal tar-rebħa tiegħu, u fl-aħħarnett quddiemhom tielgħa fis-smewwiet.

Kif ma naħsbux fuq dan kollu bit-tjieba u l-qdusija? Kull darba li naħseb fuq dan kollu, inkun naħseb fuq Alla, għax f’dan kollu jien insib lil Alla tiegħi. Hu għerf taħseb fuq dan kollu; hu għaqal tiftakar fil-fwieħa ta’ dan il-ward li fetaħ fil-virga saċerdotali, fwieħa li Marija rċeviet bil-kotra mis-sema u xerdet fuqna.

RESPONSORJU

R. Verġni Marija, ma hemmx oħra bħalek fost il-bniet ta’ Ġerusalemm! Inti omm is-Sultan tas-slaten, int sidt l-anġli, inti s-sultana tas-sema! * Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.
V. Is-sliem għalik, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. * Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

Talba

Sawwab f’ruħna, Mulej, il-grazzja tiegħek biex aħna li, bit-tħabbira tal-Anġlu, għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, għat-talb tal-Verġni Mqaddsa Marija, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu fis-sebħ tal-qawmien mill-imwiet. B’Ibnek.

Inbierku l-Mulej.
R. Inroddu ħajr lil Alla.

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Infaħħruk bil-qalb, Omma Verġni,
għall-ferħiet li kellek f’ħajtek,
għad-duluri li ridt tilqa’,
u għall-glorji kbar li stħaqqlek.

Sliem għalik, bil-ferħ mimlija
fit-tnissil qaddis, fiż-żjara,
fit-twelid, fl-offerta t’Ibnek,
u fit-tempju meta sibtu.

Sliem għalik, li nfejt bin-niket
fl-agunija u s-swat bla ħniena,
fix-xewk iebes u l-mewt ħarxa
ta’ Ġesu’, Omm twajba martri.

Sliem għalik, Sultana hienja
fir-rebħiet ta’ Kristu Ibnek,
fin-nirien li bagħat bl-Ispirtu,
u fil-ġieh u d-dawl tas-saltna.

Ersqu, popli, ejjew aqtgħu
minn dil-ġabra ta’ misteri
ward ifuħ: insġuh f’kuruna
lil Marija, Omm l-imħabba.

Glorja lilek, Kristu Sidna,
Bin Marija, Omm u Verġni:
mal-Missier u mal-Ispirtu,
ġieh jintraddlek, issa u dejjem. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Minn Marija twieled Ġesu’ li jsejħulu l-Messija.

Salm 62 (63): 2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Minn Marija twieled Ġesu’ li jsejħulu l-Messija.

Ant. 2 Flimkien miegħek, Omm tagħna, aħna nbierku lill-Mulej, li fis-siegħa ta’ mewtu ħalliena f’idejk bħala wliedu.

Kantiku (Dan 3: 57-88.56)
Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.
Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.
Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.
Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.
Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.
Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.
Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2 Flimkien miegħek, Omm tagħna, aħna nbierku lill-Mulej, li fis-siegħa ta’ mewtu ħalliena f’idejk bħala wliedu.

Ant. 3 Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ tal-anġli, u qegħdilha fuq rasha kuruna ta’ tnax-il kewkba.

Salm 149
Il-hena tal-qaddisin

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Il-Mulej għolla lil Marija Verġni fuq il-qtajja’ ta’ l-anġli, u qegħdilha fuq rasha kuruna ta’ tnax-il kewkba.

LEZZJONI QASIRA (Iż 61: 10)

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

RESPONSORJU QASIR

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek. Sliem.
V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek. Glorja. Sliem.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Omm Qaddisa u Verġni bla mittiefsa, Sultana glorjuża tad-dinja, agħti l-għajnuna tiegħek lil dawk kollha li jiċċelebraw din il-festa mbierka tiegħek.

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Omm Qaddisa u Verġni bla mittiefsa, Sultana glorjuża tad-dinja, agħti l-għajnuna tiegħek lil dawk kollha li jiċċelebraw din il-festa mbierka tiegħek.

PREĊI

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:
Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.
Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil
Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:
– żommna safja u mbiegħda mid-dnub.
Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed
qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:
– agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.
Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:
– agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.
Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-
ġisem:
– agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.
Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:
– agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

Missierna, eċċ.

Talba

Sawwab f’ruħna, Mulej, il-grazzja tiegħek biex aħna li, bit-tħabbira tal-Anġlu, għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, għat-talb tal-Verġni Mqaddsa Marija, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu fis-sebħ tal-qawmien mill-imwiet. B’Ibnek.

 

It-II Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Infaħħruk bil-qalb, Omma Verġni,
għall-ferħiet li kellek f’ħajtek,
għad-duluri li ridt tilqa’,
u għall-glorji kbar li stħaqqlek.

Sliem għalik, bil-ferħ mimlija
fit-tnissil qaddis, fiż-żjara,
fit-twelid, fl-offerta t’Ibnek,
u fit-tempju meta sibtu.

Sliem għalik, li nfejt bin-niket
fl-agunija u s-swat bla ħniena,
fix-xewk iebes u l-mewt ħarxa
ta’ Ġesu’, Omm twajba martri.

Sliem għalik, Sultana hienja
fir-rebħiet ta’ Kristu Ibnek,
fin-nirien li bagħat bl-Ispirtu,
u fil-ġieh u d-dawl tas-saltna.

Ersqu, popli, ejjew aqtgħu
minn dil-ġabra ta’ misteri
ward ifuħ: insġuh f’kuruna
lil Marija, Omm l-imħabba.

Glorja lilek, Kristu Sidna,
Bin Marija, Omm u Verġni:
mal-Missier u mal-Ispirtu,
ġieh jintraddlek, issa u dejjem. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 L-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Salm 121 (122)
Ġerusalemm, il-belt qaddisa

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 L-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija, u hi nisslet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Ant. 2 Wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ kien hemm ommu.

Salm 126 (127)
Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f’id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
Ma jinfixilx meta jiltaqa’
mal-għedewwa f’bieb il-belt.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ kien hemm ommu.

Ant. 3 Ifraħ, Omm Verġni, għax Kristu rxoxta mill-qabar, hallelujah.

Kantiku Ef 1: 3-10

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet, fi Kristu.
Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba;

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,

skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Ifraħ, Omm Verġni, għax Kristu rxoxta mill-qabar, hallelujah.

LEZZJONI QASIRA (Gal 4: 4-5)

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

RESPONSORJU QASIR

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; * Il-Mulej miegħek. Sliem.
V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej miegħek. Glorja. Sliem.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Marija baqgħet tgħożż f’qalba dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom fuqhom bejnha u bejn ruħha.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Aha, s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
-bħalma wiegħed lil missirijietna- *
b’rizq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Marija baqgħet tgħożż f’qalba dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom fuqhom bejnha u bejn ruħha.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.
Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:
– agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.
Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:
– bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.
Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu
mlejtha bil-ferħ:
– għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.
Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila
tiegħek:
– bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:
– agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna, eċċ.

Talba

Sawwab f’ruħna, Mulej, il-grazzja tiegħek biex aħna li, bit-tħabbira tal-Anġlu, għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, għat-talb tal-Verġni Mqaddsa Marija, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu fis-sebħ tal-qawmien mill-imwiet. B’Ibnek.

Uffiċċju 8.1 Il-21 ta’ Novembru – Il-Preżentazzjoni ta’ Marija

Dokument PDF: Uffiċċju 8.1 Il-21 ta’ Novembru – Il-Preżentazzjoni ta’ Marija
Dokument WORD: Uffiċċju 8.1 Il-21 ta’ Novembru – Il-Preżentazzjoni ta’ Marija

Sala_Albergo_Top_2_OPT-Marys-presentation-temple

21 TA’ NOVEMBRU

Tifkira (O) ta’

IL-PREŻENTAZJONI TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

F’dan il-jum tal-konsagrazzjoni (543) tal-knisja ta’ S. Marija l-Ġdida, mibnija qrib it-tempju ta’ Ġerusalemm, aħna u l-insara Orjentali niċċelebraw il-“konsagrazzjoni” ta’ Marija lil Alla, li sa minn ċkunitha tatu lilha nfisha kollha kemm hi, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu, li mlieha bil-grazzja tiegħu sa fit-tnissil tagħha bla tebgħa.

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

V. Mulej, iftaħli xufftejja.
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, *
ngħannulu b’għajat ta ferħ.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
sultan kbir fuq l-allat kollha,
F’idejh huma l-qigħan tal-art, *
tiegħu huma l-qċaċet ta’l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; *
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna
Għaliex hu Alla tagħna, *
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bhal dak inhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi: *
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Preżentazzjoni tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra ta’ l-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

L-Uffiċċju tal-qari

INNU

Insellmulek, omm tal-ħniena,
omm it-tama u omm il-maħfra,
omm ta’ Alla u omm tal-grazzja,
omm mimlija ferħ u hena.
O Marija!

Wied il-ġilji ta’ kull tjieba,
kollok għaxqa fi ħlewwietek,
omm qaddisa, ħenn għalina
fit-taħbit u n-niket tagħna.
O Marija!

Il-Missier ta’ dejjem ħalqek,
il-Verb Ibnu għamlek ommu,
u l-Ispirtu tak in-nisel:
lilhom ġieh, tifħir u glorja.
O Marija! Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Salm 23

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *
u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej ta’ l-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *
jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;
anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *
jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.
Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha
jferrħu l-belt ta’ Alla, *
l-għamara qaddisa tal-Għoli.
Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *
igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *
iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *
għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:
“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

Salm 86

Il-Mulej bena ‘l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

O belt ta’ Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!”

U għal Sijon jingħad: *
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
iwettaqha f’postha.”

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

V. Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.
R. Hieni min iħarisha.

LEZZJONI 1 (Galatin 3: 22-4: 7)

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin. .

Aħna wlied Alla u werrieta tiegħu bil-fidi

Ħuti: L-Iskrittura xeħtet kollox taħt id-dnub, ħalli l-wegħda, bis-saħħa tal-fidi f’Ġesu’ Kristu, tingħata lil dawk li jemmnu.

Qabel ma ġiet il-fidi, aħna konna miżmumin priġunieri taħt il-ħarsien tal-liġi, sa ma tiġi l-fidi li kellha tkun rivelata. Il-liġi, mela, kienet tmexxina qisna tfal lejn Kristu, biex inkunu iġġustifikati permezz tal-fidi. Issa li l-fidi ġiet, ma naħtiġux aktar min imexxina. Għax intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi fi Kristu Ġesu’.

Intom, li intom mgħammda fi Kristu, ilbistu ‘l Kristu. Issa ma hemmx iżjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas ħieles, ma hemmx raġel u anqas mara; għax intom ilkoll ħaġa waħda fi Kristu Ġesu’. Imma jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skond il-wegħda.

Irrid ngħid li, sakemm idum iż-żmien li fih il-werriet ikun għadu tifel, dan ma jkunx aħjar minn ilsir, għad li hu sid il-ġid kollu; iżda jkun taħt il-ħarsien tat-tuturi u tal-amministraturi, sa ma jasal iż-żmien magħżul mill-missier. Hekk ukoll aħna: meta konna tfal, konna lsiera taħt l-elementi tad-dinja. Iżda meta, waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied!

U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba, Missier! U hekk mintix iżjed ilsir, iżda iben: u jekk iben, werriet ukoll permezz ta’ Alla.

RESPONSORJU (Galatin 4: 4-5; Efesin 2: 4; Rumani 8: 3)

R. Waslet il-milja taż-żminijiet, u Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja, imwieled minn Verġni, imwieled taħt il-liġi, * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.
V. Bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, Alla bagħat lil Ibnu f’sura ta’ ġisem midneb. * Biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi.

LEZZJONI II

Qari mill-Ittri tal-isqof Santu Wistin

Emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi

Nitlobkom tisimgħu sewwa x’qal Kristu Sidna meta midd idu lejn id-dixxiplu tiegħu: Dawn, ara, huma ommi u ħuti; kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li bagħatni, dak huwa ħija, u oħti, u ommi. Forsi l-Veġni Marija ma għamiltx ir-rieda tal-Missier? Hija emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi, kienet magħżula biex minnha jitwildilna s-salvatur fost il-bnedmin, Kristu ħalaqha qabel ma hija nisslet lilu. Iva, il-Verġni mqaddsa għamlitha r-rieda tal-Missier, u għamlitha sewwa, u għalhekk għal Marija hi ħaġa aqwa li kienet waħda mid-dixxipli ta’ Kristu milli omm Kristu; hu ferħ akbar għaliha li kienet waħda mid-dixxipli ta’ Kristu milli omm Kristu. Għalhekk Marija kienet hienja, għax qabel ma tat l-Imgħallem lid-dinja, hija ġibitu fil-ġuf.

Araw iniex ngħid sewwa. Il-Mulej kien għaddej, b’ħafna nies warajh, u kien qed jagħmel ħafna għeġunijiet, meta waħda mara qaltlu: Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt! Il-Mulej ried juriha li l-hena ma għandniex norbtuh mal-ġisem; x’weġibha? Qalilha: Imma tassew, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha. Mela għalhekk kienet hienja Marija, għax semgħet il-kelma ta’ Alla u ħarsitha; aktar ħarset il-verita’ f’moħħha milli l-ġisem fil-ġuf. Kristu hu l-verita’, Kristu hu ġisem; Kristu l-verita’ fil-moħħ ta’ Marija, Kristu l-ġisem fil-ġuf ta’ Marija; aqwa dak li hemm fil-moħħ minn dak li hemm fil-ġuf.

Marija hi qaddisa, Marija hi hienja, iżda aħjar il-Knisja mill-Verġni Marija. Għaliex? Għax Marija hi biċċa mill-Knisja, membru qaddis, tgħaddi lill-membri l-oħra, hi wisq ‘il fuq mill-membri l-oħra, iżda b’danakollu hi membru tal-ġisem kollu. Jekk hi biss membru tal-ġisem kollu, mela l-ġisem aqwa mill-membru tal-ġisem kollu, mela l-ġisem aqwa mill-membru. Il-Mulej hu r-ras, imma r-ras u l-ġisem hu Kristu sħiħ. Xi rrid ngħid? Għandna ras divina, għandna lil Alla b’ras.

Mela żommu sewwa f’moħħkom, egħżież tiegħi: intom ukoll membri ta’ Kristu, intom ukoll il-ġisem ta’ Kristu. U araw kif intom hekk, għax qal: Dawn huma ommi u ħuti. Kif tkunu omm Kristu? Kull min jisma’, u kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi. Qis tajjeb, qiegħed nifhem aħwa subien u bniet: għax wieħed hu l-wirt, u għalhekk Kristu, fil-ħniena tiegħu, għalkemm hu Iben waħdieni, ma riedx jibqa’ waħdu, imma riedna nkunu werrieta tal-Missier, u werrieta flimkien miegħu.

RESPONSORJU (Iż 61: 10; Lq 1: 46-47)

R. Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, * Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.
V. Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi. * Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

Talba

Mulej, qegħdin nagħtu ġieh lill-Verġni Mqaddsa Marija aħna u niċċelebraw it-tifkira glorjuża tagħha; bit-talb tagħha, agħmel li aħna wkoll nieħdu bħalha mill-milja tal-grazzja tiegħek. B’Ibnek.

Inbierku l-Mulej.
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

O Marija, bint maħbuba
tas-Sultan w għarusa tiegħu,
il-għerf t’Alla sa minn dejjem
għoġbu jagħżlek fost in-nisa.

Tfajla safja u mingħajr tebgħa,
int għal Alla dar għażiża:
fuqek bagħat l-Ispirtu tiegħu
biex ifawrek bil-qdusija.

Sinjal għoli tal-imħabba,
mera ċar tal-ġid u t-tjieba,
int l-awrora tad-dawl veru,
l-arka mqaddsa ta’ Bin Alla.

O Marija, l-għeżeż ġawhra,
l-isbaħ kewkba ta’ did-dinja,
għinna ngħixu ħajja safja,
bħala tempji tal-Ispirtu.

Qima u sebħ lit-tliet Persuni,
Alla wieħed, li tjubitu
sawwab fuqek, Verġni, u fawrek
bit-teżor tad-doni tiegħu. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

Salm 62 (63): 2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Kantiku Dan 3: 57-88.56
Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.
Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.
Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.
Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.
Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.
Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.
Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Ant. 3 Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

Salm 149
Il-hena tal-qaddisin

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

LEZZJONI QASIRA (Iżaija 61: 10)

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

RESPONSORJU QASIR

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.
V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Hienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat igħidlek il-Mulej, hallelujah.

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Hienja int, Marija, għax int emmint li jseħħ kull ma bagħat igħidlek il-Mulej, hallelujah.

PREĊI

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:
Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.
Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:
– agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.
Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:
– eħlisna mit-taħsir tad-dnub.
Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:
– bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..
Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:
– agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

Missierna, eċċ.

Talba

Mulej, qegħdin nagħtu ġieh lill-Verġni Mqaddsa Marija aħna u niċċelebraw it-tifkira glorjuża tagħha; bit-talb tagħha, agħmel li aħna wkoll nieħdu bħalha mill-milja tal-grazzja tiegħek. B’Ibnek.

 

It-II Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,
Omm qaddisa u kbira t’Alla,
dejjem Verġni bla mittiefsa,
bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima
Gabrijiel qed isemmagħlek,
ibdel fiha l-isem t’Eva,
ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,
ġib id-dawl lill-għomja kollha,
biegħed minna l-ħażen tagħna,
niżżel fuqna l-ġid mis-sema.

Uri li tassew int Ommna,
wassal talbna quddiem Alla,
li fi ħnientu twieled minnek
biex isir għalina bniedem.

Verġni fost kulħadd magħżula,
ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,
itlob ’l Ibnek biex jagħtina
maħfra, safa u spirtu ħlejju.

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,
żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,
sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra
ta’ Ġesu’ għal dejjem miegħek.

Lill-Missier it-tifħir tagħna,
ġeh u setgħa ’l Kristu Sidna,
lill-Ispirtu s-Santu l-qima,
sebħ lit-Tlieta, Alla wieħed. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

Salm 121 (122)
Ġerusalemm, il-belt qaddisa

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek.

Salm 126 (127)
Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f’id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
Ma jinfixilx meta jiltaqa’
mal-għedewwa f’bieb il-belt.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek.

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

Kantiku Efesin 1: 3-10

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet, fi Kristu.
Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba;

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,

skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek.

LEZZJONI QASIRA (Galatin 4: 4-5)

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

RESPONSORJU QASIR

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek. Sliem.
V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej
miegħek. Glorja. Sliem.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Omm qaddisa ta’ Alla, Marija, dejjem Verġni, tempju tal-Mulej, santwarju tal-Ispirtu s-Santu, ħadd daqsek ma għoġob lil Sidna Ġesu’ Kristu.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Aha, s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
-bħalma wiegħed lil missirijietna- *
b’rizq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Omm qaddisa ta’ Alla, Marija, dejjem Verġni, tempju tal-Mulej, santwarju tal-Ispirtu s-Santu, ħadd daqsek ma għoġob lil Sidna Ġesu’ Kristu.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.
Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla
tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:
– ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.
Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-
imnikktin, aħfer lill-midinbin:
– agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.
Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:
– ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.
Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:
– agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:
– agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna, eċċ.

Talba

Mulej, qegħdin nagħtu ġieh lill-Verġni mqaddsa Marija aħna u niċċelebraw it-tifkira glorjuża tagħha; bit-talb tagħha, agħmel li aħna wkoll nieħdu bħalha mill-milja tal-grazzja tiegħek. B’Ibnek.

Uffiċċju 8.2 It-8 ta’ Diċembru – It-Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija

Dokument PDF: Uffiċċju 8.2 It-8 ta’ Diċembru – It-Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija
Dokument WORD: Uffiċċju 8.2 It-8 ta’ Diċembru – It-Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija

murillo_The_Assumption_of_the_Virgin

8 TA’ DIĊEMBRU

Solennita’ ta’

IT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

L-I Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Bieb tas-sema, li ġo qalbek
tiftaħ kenn għall-verġni kollha,
int, Omm Alla u dejjem Verġni,
tama tagħna u ferħ tal-ġenna.

O ħamiema bajda u safja,
ġilju qalb l-għollieq tal-ħajja,
bik mill-għerq ir-rimja ħarġet
għall-fejqan tal-ġerħa tagħna.

Reġġa’ lura, torri qawwi,
ħbit il-għadu u biegħdu minna:
bid-dawl tiegħek, kewkba tiddi,
ġewwa l-port mixtieq wassalna.

Minn kull deni ta’ qerq oħroġna,
żommna mbiegħda minn kull sikka
fost il-mewġ qalil, w iftħilna
triq is-sliem qabel nintilfu.

Lejk induru, int li b’riġlek
ras is-serp għaffiġt, għax waħdek
tnissilt safja u kont meħlusa
minn kull tebgħa u nifs ta’ ħtija.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd mhu bħalek. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Imnissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha.

Salm 112

Faħħru, qaddejja tal-Mulej, *
faħħru isem il-Mulej.
Ikun imbierek isem il-Mulej, *
minn issa u għal dejjem.

Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha *
ikun imfaħħar isem il-Mulej!
Għoli fuq il-ġnus kollha l-Mulej, *
ogħla mis-smewwiet hu sebħu.
Min hu bħal Mulej, Alla tagħna, †
li qiegħed fil-għoli? *
Hu li jħares ’l isfel, lejn is-smewwiet
u lejn l-art.

Hu li jqajjem mit-trab l-imsejken, *
u jerfa’ mill-miżbla l-fqajjar,
biex mal-kbarat iqiegħdu, *
mal-kbarat tal-poplu tiegħu.
Il-mara bla wlied iqegħedha f’darha, *
jagħmilha omm ferħana b’uliedha.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Imnissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha.

Ant. 2 Il-Mulej libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni.

Salm 147

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *
faħħar ‘l Alla tiegħek, Sijon!

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *
u jbierek ġewwa fik ‘l uliedek.
Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *
u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.
Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu; *
bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu.

Jibgħat is-silġ bħas-suf; *
ixerred bħar-rmied il-ġlata,
Jitfa’ s-silġ bħall-frak tal-ħobż; *
u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.
Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ, *
jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma!

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *
il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.
Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *
lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Il-Mulej libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni.

Ant. 3 Sliem għalik, Marija mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

Kantiku (Ef 1: 3-10)

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet, fi Kristu.
Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba;

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,

skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Sliem għalik, Marija mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek.

LEZZJONI QASIRA (Rum 8: 29. 30)

Lil dawk li Alla għarafhom mill-bidu, ippredestinhom ukoll biex jieħdu sura xbieha ta’ Ibnu: lil dawk li ippredestinhom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll.

RESPONSORJU QASIR

R. Ngħollik bit-tifħir, Alla tiegħi, * Għaliex għoġbok teħlisni. Ngħollik.
V. U ma ferraħx l-għedewwa tiegħi bija. * Għaliex għoġbok teħlisni. Glorja.
Ngħollik.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar, hallelujah.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Aha, s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
-bħalma wiegħed lil missirijietna- *
b’rizq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar, hallelujah.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.
Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:
– agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.
Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:
– bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.
Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawwmien tiegħu
mlejtha bil-ferħ:
– għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.
Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila
tiegħek:
– bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ sultana tas-sema:
– agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. B’Ibnek.

 

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

V. Mulej, iftaħli xufftejja.
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, *
ngħannulu b’għajat ta ferħ.

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
sultan kbir fuq l-allat kollha,
F’idejh huma l-qigħan tal-art, *
tiegħu huma l-qċaċet ta’l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; *
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna
Għaliex hu Alla tagħna, *
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bhal dak inhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi: *
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Niċċelebraw it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija: naduraw lil Kristu Sidna, Binha.

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra ta’ l-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

INNU

Lilek b’qalb ferħana nxandru,
Omm qaddisa u safja t’Alla:
fi tjubitek ilqa’ l-innu
ta’ tifħir li llum ninsġulek.

Aħna wlied Adam il-ħatja,
fit-tniġġis tad-dnub nitnisslu:
inti waħdek, Verġni mbierka,
qatt ma sfajt imtebbgħa bħalna.

B’riġlek sħaqt ir-ras imkabbra
tax-xitan għajjur għalina:
waħdek dhert fil-glorja kollha
bħal Adam kif ħalqu Alla.

Inti l-ġieh tan-nisel tagħna,
li neħħejt il-għajb ta’ Eva:
taħt għajnejk ħanina, żommna
mill-waqgħat fit-triq lejn Ibnek.

Bl-id setgħana tiegħek rażżan
lis-serp ħajjen u l-ħbit tiegħu,
ħalli bik, Omm twajba, niksbu
fis-smewwiet il-ferħ ta’ dejjem.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd mhu bħalek. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Fit-Tnissil tagħha Marija kellha barka minn għand il-Mulej, u sabet il-ħniena ta’ Alla, is-Salvatur tagħha.

Salm 23

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *
u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej ta’ l-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Fit-Tnissil tagħha Marija kellha barka minn għand il-Mulej, u sabet il-ħniena ta’ Alla, is-Salvatur tagħha.

Ant. 2 Alla sa minn kmieni ta l-għajnuna lil Marija: il-Għoli qaddes il-għamara tiegħu.

Salm 45

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *
jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;
anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *
jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.
Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha
jferrħu l-belt ta’ Alla, *
l-għamara qaddisa tal-Għoli.
Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *
igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *
iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *
għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:
“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Alla sa minn kmieni ta l-għajnuna lil Marija: il-Għoli qaddes il-għamara tiegħu.

Ant. 3 O belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek: il-Mulej bniek fuq il-għoljiet imqaddsa.

Salm 86

Il-Mulej bena ‘l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

O belt ta’ Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!”

U għal Sijon jingħad: *
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
iwettaqha f’postha.”

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 O belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek: il-Mulej bniek fuq il-għoljiet imqaddsa.

V. Alla li jista’ kollox ħażżimni bil-qawwa.
R. Mexxieni fi triqti bla tebgħa.

LEZZJONI 1 (Rum 5: 12-21)

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja

Ħuti: Bħalma kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub u, permezz tad-dnub, il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu – Għax sakemm kienet għadha ma waslitx il-liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja; imma d-dnub ma kienx meqjus, ladarba liġi ma kienx hemm. Madankollu l-mewt saltnet ukoll minn Adam sa Mose’, imqar fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa’ Adam, li kien xbieha ta’ dak li kellu jiġi. Imma d-don mhuwiex bħall-ħtija. Għax jekk permezz ta’ ħtija waħda mietet il-kotra, aktar u aktar il-grazzja ta’ Alla u d-don mogħti bil-grazzja ta’ bniedem wieħed, li hu Ġesu’ Kristu, xterdu bil-bosta fuq il-kotra. U d-don anqas ma hu bħall-frott ta’ dak il-wieħed li dineb. Għax tassew, il-ġudizzju mogħti fuq dnub wieħed wassal sal-kundanna, iżda d-don mogħti wara ħafna dnubiet iwassal għall-ġustifikazzjoni.

Għax jekk minħabba l-ħtija ta’ wieħed saltnet il-mewt permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don tal-ġustifikazzjoni għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed, li hu Ġesu’ Kristu. Mela bħalma bil-ħtija ta’ wieħed waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha, hekk wkoll bl-opri tal-ġustizzja ta’ wieħed waslet lill-bnedmin kollha l-ġustifikazzjoni li tagħti l-ħajja. Għax kif bid-diżubbidjenza ta’ bniedem wieħed il-ħafna saru midinbin, hekk ukoll bl-ubbidjenza ta’ wieħed il-ħafna jsiru ġusti.

Il-liġi ġiet biex joktru d-dnubiet; iżda fejn kotor id-dnub kotrot fuq li kotrot il-grazzja, biex bħalma saltan id-dnub permezz tal-mewt, hekk issa l-grazzja ssaltan permezz tal-ġustifikazzjoni għall-ħajja ta’ dejjem b’Ġesu’ Kristu Sidna.

RESPONSORJU (Rum 5,15; Lq 1,30; ara Salm 114,8; 17, 19)

R. Permezz ta’ bniedem wieħed fid-dinja daħal id-dnub, u bih il-bnedmin kollha dinbu. * Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla.
V. Il-Mulej mill-mewt ħelisli ‘l ħajti, waqaf miegħi kontra l-għedewwa. * Tibżax.

LEZZJONI II

Qari mill-Ittri tal-isqof Sant’Anselmu

O Verġni, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd

Is-sema, il-kwiekeb, l-art u l-baħar, il-jum u l-lejl, dak kollu li hu taħt is-setgħa tal-bniedem jew jiswa għall-ġid tiegħu, kollox juri l-ferħ li bis-saħħa tiegħek, Sidtna Marija, b’xi mod reġa’ ħa l-ħajja mill-ġdid u ngħatatlu grazzja ġdida liema bħalha, u ntraddlu lura wkoll il-ġieh li kien tilef. Għax kollox kien qisu mejjet. Fil-bidu tagħhom il-ħwejjeġ maħluqa kellhom id-dinjita’ li jaqdu lill-bniedem biex permezz tagħhom stess iħaddem sewwa s-setgħa tiegħu, jew iservuh għall-ġid tiegħu, u hekk il-bniedem ifaħħar ‘l Alla; għalhekk issawru fil-bidu. Iżda mbagħad tilfu din id-dinjita’, waqgħu fil-jasar u tneżżgħu minn ġmielhom, għax il-bniedem beda jinqeda ħażin bihom biex iservi l-idoli; ma kienx għalhekk li ssawru fil-bidu. Imma issa jifirħu, għax donnhom ħadu ħajja ġdida u reġgħu kisbu d-dinjita’ li kellhom; għal darb’oħra qegħdin jaqdu lill-bniedem biex iħaddem tajjeb is-setgħa tiegħu, u għandhom il-ġieh li jservuh fil-ġid, biex hekk il-bniedem ifaħħar ‘l Alla.

U jekk qabel lil Alla kienu biss iħossuh bħala s-Sid li jmexxihom mill-għoli tiegħu bla ma jidher, issa dan Alla nnifsu, dak stess li ħalaqhom, deher fosthom jinqeda bihom u jqaddishom. Dan il-ġid kollu xtered bis-saħħa tal-frott imbierek tal-ġuf imbierek ta’ Marija l-Verġni mbierka.

Għax bil-milja tal-grazzja tiegħek, o Marija, dawk li kienu marbuta f’art l-imwiet ħelsu u mtlew bil-ferħ; u dawk li huma fid-dinja qegħdin iġarrbu l-hena tat-tiġdid tagħhom. Għax permezz ta’ Ibnek il-glorjuż, o Verġni glorjuża, il-ġusti kollha, li ħallew id-dinja qabel ma hu ħa l-mewt biex jagħtina l-ħajja, ferħu għax raw il-ktajjen tal-jasar tagħhom jitqaċċtu, u l-anġli faru bil-hena meta raw il-belt nofsha mġarrfa tagħhom mibnija mill-ġdid.

O mara, mimlija fuq li mimlija bil-grazzja, daqshekk, iva, reġa’ ssaħħaħ il-ħolqien kollu meta fuqu xterdet il-grazzja li mliet lilek u faret minnek. O Verġni mbierka fuq li mbierka, il-barka tiegħek hi barka għal kulħadd, għax bik jitbierek mhux biss il-ħolqien mill-Ħallieq, iżda wkoll il-Ħallieq mill-ħolqien!

Alla minn ġo qalbu nissel lil Ibnu l-waħdieni u daqsu, ħabbu bħalma ħabb lilu nnifsu, u tah lil Marija: u minn Marija għamel għalih iben li kien l-istess wieħed, mhux ieħor; b’hekk wieħed, mhux ieħor; b’hekk wieħed hu l-iben naturali tat-tnejn, ta’ Alla u ta’ Marija. Il-ħolqien kollu ħareġ minn idejn Alla, u Alla twieled minn Marija. Alla ħalaq kollox, u Marija nislet ‘l Alla. Alla għamel kollox, u hu għamel lilu nnifsu minn Marija; u b’hekk ġedded kull ma kien għamel. Dak li bis-setgħa tiegħu għamel il-ħlejjaq kollha mix-xejn, wara li tħassru ma riedx iġeddidhom mingħajr Marija.

Għalhekk Alla hu missier il-ħolqien, Marija omm il-ħolqien il-ġdid. Alla hu missier it-tqegħid ta’ kollox, Marija omm it-twaqqif mill-ġdid ta’ kollox. Alla nissel lil dak li bih sar kollox, Marija wildet lil dak li bih ġie salvat kollox. Alla nissel lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma teżisti, Marija wildet lil dak li mingħajru ebda ħaġa ma hi sewwa.

Tassew il-Mulej miegħek, Marija, int li, bil-grazzja li tak hu, il-ħlejjaq kollha saru tant midjuna lejk talli reġgħu ngħaqdu miegħu.

RESPONSORJU (Salm 33: 4; 85: 13; Lq 1: 48)

R. Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi: * Għax kbira hi t-tjieba tal-Mulej miegħi.
V. Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja. * Għax.

Lilek, O Alla, infaħħru

Lilek, o Alla, infaħħru; * lilek b’Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta’ dejjem * id-dinja kollha tqimek.
Lilek, l-anġli kollha, *
lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom.
Lilek il-kerubini u s-serafini *
ixandruk bla heda:

Qaddis, * Qaddis, * Qaddis *
il-Mulej Alla ta’ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija *
bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar *
il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar *
il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru *
il-qtajja tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha * il-Knisja mqaddsa tistarr fik:
il-Missier * ta’ kobor bla qjies;
l-Iben tiegħek miqjum, * veru u waħdieni;
u l-Ispirtu s-Santu, * id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, *
ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt, *
u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, *
fis-sebħ tal-Missier.

Ahna nemmnu *
li int għad terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek, *
li inti fdejt b’demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek *
fil-glorja ta’ dejjem.

(+) Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, *
bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom, *
erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-iehor * aħna nberkuk:
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum *
inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej, * ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, *
kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: *
ma jkolli qatt għax ninfixel.

(+) Din l-aħħar taqsima tal-innu tista’ titħalla barra.

Talba

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. B’Ibnek.

Inbierku l-Mulej.
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Minn qiegħ qalbna toħroġ għanja
ta’ tifħir għalik, Omm Alla,
biex infakkru kif jixraqlek
l-ewwel waqt tas-sbiħ ta’ ħajtek.

Verġni mqaddsa, ġieh tad-dinja
bint id-dawl li kien minn dejjem,
Ibnek ħarsek minn kull tebgħa
sa mill-ewwel bidu tiegħek.

Minn Adam ilkoll nitnisslu
fit-tinġis tal-ewwel ħtija:
inti waħdek, wara Kristu,
qatt ma kont bil-għajb mimsusa.

Ras is-serp li qarraq bina
tgħaffġet sħiħ mal-art taħt riġlek,
bħalma t-tfajjel David xejjen
ġgant ta’ saħħa barranija.

Dħalt fid-dinja bħal ħamiema
ġewjda u mingħajr semm ta’ ħtija,
bis-sinjal tal-ħniena t’Alla,
rimja ġdida t’għerq il-grazzja.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd mhu bħalek. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.

Salm 62 (63): 2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.

Ant. 2 Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

Kantiku (Dan 3: 57-88.56)
Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.
Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.
Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.
Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.
Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.
Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.
Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2 Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.

Ant. 3 Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

Salm 149
Il-hena tal-qaddisin

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Iġbidna warajk, Xebba bla tebgħa, ejja niġru; il-fwejjaħ tiegħek fihom riħa li tgħaxxaq.

LEZZJONI QASIRA (Iż 43: 1)

Dan jgħid il-Mulej, il-ħallieq tiegħek, Ġakob, dak li sawrek, Iżrael: Tibżax, għax jiena fdejtek, sejjaħtlek b’ismek, inti tiegħi.

RESPONSORJU QASIR

R. Alla li jista’ kollox, * Ħażżimni bil-qawwa. Alla.
V. Mexxieni fi triqti bla tebgħa * Ħażżimni bil-qawwa. Glorja. Alla.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah.

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Il-Mulej Alla qal lis-serp: Innissel mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha; hi tgħaffiġlek rasek, hallelujah.

PREĊI

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:
Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.
Salvatur tad-dinja, bil-grazzja qawwija tal-fidwa tiegħek int ħarist minn qabel lil
Ommok minn kull tebgħa ta’ dnub:
– żommna safja u mbiegħda mid-dnub.
Feddej tagħna, int għamilt lill-Verġni bla tebgħa Marija għamara tiegħek l-iżjed
qaddisa u santwarju tal-Ispirtu s-Santu:
– agħmilna tempju li fih igħammar dejjem l-Ispirtu tiegħek.
Verb etern, int għallimt lil Ommok tagħżel għaliha s-sehem it-tajjeb:
– agħtina li nagħmlu bħalha, billi nfittxu l-ikel li jsaħħaħna għall-ħajja ta’ dejjem.
Sultan tas-slaten, int ridt li Ommok tkun imtellgħa ħdejk fis-sema bir-ruħ u l-
ġisem:
– agħtina l-grazzja li ħsibijietna jkunu dejjem fil-ħwejjeġ tas-sema.
Sid is-sema u l-art, int qegħidt lil Marija sultana fil-leminija tiegħek:
– agħmel li jkun jistħoqqilna nissieħbu magħha fil-glorja.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, int ridt li l-imqaddsa Marija ssir Omm Ibnek u tibqa’ Verġni, u hekk offrejt lill-bnedmin kollha l-ġid ta’ salvazzjoni għal dejjem; agħmel li nħossu l-qawwa tat-talb tagħha għalina, aħna li biha lqajna lil min tana l-ħajja, Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li hu Alla.

 

It-Talb ta’ nofs il-jum

Salmi komplementari … minflok is-salm 121 jista’ jingħad is-salm 128 u minflok is-salm 126 jista’ jingħad is-salm 130.

SALMODIJA KUMPLEMENTARI

Fid-Disgħa ta’ filgħodu

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

F’din is-siegħa, nofs il-għodwa,
nerfgħu qlubna ’l fuq lejn Alla,
u bil-qima nagħtuh glorja,
għax hu ħelu t-tifħir tiegħu.

Nitolbuh biex jibagħtilna
lill-Ispirtu jgħammar fina,
kif, bħal issa, darba niżel
f’nar ta’ mħabba fuq l-appostli.

Hekk ried jagħlaq b’dan il-għaġeb
l-għemil sħiħ tal-fidwa tagħna,
ħa jmexxina ħfief għall-premju
li ħejjielna sa minn dejjem.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,
lill-Ispirtu s-Santu, Alla:
bħalma msebbaħ kien mill-bidu,
hekk jissebbaħ issa u dejjem. Ammen.

Ant. Ħaj il-Mulej! Hu wera mħabbtu miegħi.

Salm 119 (120)
Ix-xewqa tal-paċi

Kunu kollkom sabar fil-hemm, itolbu bla waqfien (Rum 12, 12)

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt; *
u hu weġibni.

Mulej, eħlisna mix-xufftejn giddieba *
u mill-ilsna qarrieqa.
X’se tieħu b’dan, u x’se jiswielek, *
ilsien qarrieq?
Vleġeġ misnuna ta’ wieħed b’saħħtu, *
u ġamar tal-ġummar.
Imsejken jien, li ngħix barrani f’Mesek; *
li ngħammar fl-għerejjex ta’ Kedar!
Ili ngħix biżżejjed *
ma’ dawk li jobogħdu s-sliem.
Jien sliem irrid; imma, malli nitkellem, *
insibhom lesti għall-ġlied.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 120 (121)
Il-Mulej iħares il-poplu

Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma (Apok 7,16).

Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet; *
mnejn se tiġini l-għajnuna?
Il-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej, *
li għamel is-sema u l-art.

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod *
dak li jħares lil Iżrael.

Il-Mulej hu dak li jħarsek; *
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *
anqas il-qamar billejl.

Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *
hu jħarislek ħajtek.
Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *
minn issa u għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 128
Il-poplu fil-hemm iġedded it-tama

Il-Knisja tgħid x’qiegħda ġġarrab (S. Wistin)

Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *
– ħa jgħid hekk Iżrael –
ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *
imma ma rnexxilhomx jegħelbuni.
Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *
raddiet twal bis-swat għamluli.
Imma ġust hu l-Mulej, *
u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.

Ħa jinfixlu u jmorru lura *
dawk kollha li jobgħodu ‘l Sijon.
Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut, *
li jinxef qabel ma jikber,
li bih il-ħassad ma jimliex idu, *
anqas ħadd jorbtu f’qatet quddiemu.

U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †
“Il-Barka ta’ Alla fuqkom! *
Inberkukom f’isem il-Mulej!”

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. Ħaj il-Mulej! Hu wera mħabbtu miegħi.

LEZZJONI QASIRA (Ef 1: 4)

Alla għażilna fi Kristu, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba.

V. Illum it-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija.
R. Li għaffġet ras is-serp bir-riġel safi tagħha.

Talba

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

F’Nofsinhar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

F’dan il-ħin li jistedinna
biex nistrieħu ftit mill-ħidma
b’qalbna mħeġġa nfaħħru ’l Sidna
li ma stmerrx imut għalina.

Hu l-Ħaruf li offra ruħu
lil Missieru bħala vittma,
biex jifdna u jerġa’ jtina
bis-salib il-ġieh li tlifna.

Inroddulu ħajr għall-grazzja
tas-salib, li d-dija tiegħu
tfiet ix-xemx fuq il-Kalvarju,
iżda mliet bid-dawl lil ruħna.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,
lill-Ispirtu s-Santu, Alla:
bħalma msebbaħ kien mill-bidu,
hekk jissebbaħ issa u dejjem. Ammen.

Ant. Fik il-Mulej sab il-għaxqa tiegħu, thenna bik Alla tiegħek.

Salm 122 (123)
Il-Mulej it-tama tal-poplu

Żewġ għomja … qabdu jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ikollok ħniena minna (Mt 20, 30).

Lejk nerfa’ għajnejja, *
int li tgħammar fis-smewwiet.

Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; *
bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;
hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, *
sa ma jkollu ħniena minna.

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina, *
għax mitmugħa sax-xaba’ bit-tagħjir.
Mxebbgħa għall-aħħar ruħna *
biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 123 (124)
Il-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej

Il-Mulej qal lil Pawlu: “La tibżax … għax jiena miegħek (Atti 18, 9-10).

Li ma kienx il-Mulej magħna *
– ħa jgħid hekk Iżrael –
li ma kienx il-Mulej magħna, *
meta qamu għalina n-nies,
ħajjin kienu jibilgħuna, *
meta nxtegħlu bl-għadab għalina.

L-ilma kien jgħarraqna, *
il-wied kien jgħaddi minn fuqna;
minn fuqna kien jgħaddi *
mewġ ta’ ilma qawwi.

Imbierek il-Mulej, *
li ma telaqniex priża għal snienhom.
Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. *
Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.

L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej, *
li għamel is-sema u l-art.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 124 (125)
Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu

ls-sliem fuq Iżrael ta’ Alla (Gal 6,16).

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta’ Sijon, *
li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.
Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *
hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,
minn issa u għal dejjem.
Ma jkun qatt ix-xettru tal-ħżiena
fuq l-art, wirt il-ġusti, *
biex ma jiġrix li l-ġusti
jmiddu jdejhom għall-ħażen.

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *
u lil dawk ta’ qalbhom safja.
Imma ‘l dawk li jgħawwġu triqthom †
jitlaqhom il-Mulej ma’ dawk li jagħmlu l-ħażen.
Sliem għal Iżrael!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. Fik il-Mulej sab il-għaxqa tiegħu, thenna bik Alla tiegħek.

LEZZJONI QASIRA (Ef 1: 11-12a)

Fi Kristu aħna wkoll konna magħżula, iddestinati minn qabel, skont il-pjan imfassal minn qabel minn min imexxi kollox skont il-fehma tar-rieda tiegħu, sabiex inkunu għat-tifħir tiegħu.

V. Ngħanni bil-ferħ b’ruħi u ġismi.
R. Lil Alla l-ħaj.

Talba

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Nilqgħu l-grazzja u nħeġġu qalbna
b’dak in-nar li tkebbes f’Pietru
xħin kien tielgħa lejn it-tempju
tal-Mulej, għat-talb tat-tlieta.

U noqogħdu, b’tama kbira
bħall-magħtub, fil-bieb tal-ħniena,
biex nittallbu minn għand Alla
kull għajnuna li naħtieġu.

Aħna wkoll, bil-fidi fl-isem
ta’ Ġesu’, naqilgħu s-saħħa,
hekk li l-passi dgħajfa tagħna
jitqawwew fit-triq tas-sema.

Glorja lill-Missier, lill-Iben,
lill-Ispirtu s-Santu, Alla:
bħalma msebbaħ kien mill-bidu,
hekk jissebbaħ issa u dejjem. Ammen.

Ant. Alla sawwarni fis-sewwa, qabadni minn idi u ħarisni.

Salm 125 (126)
Ferħ u hena fil-Mulej

Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna (2Kor 1,7).

Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon, *
konna qisna mitlufa f’ħolma;
mbagħad bid-daħk imtela fommna, *
u bl-għajat ta’ ferħ ilsienna.
Mbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *
“Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom!”
Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! *
U aħna bil-ferħ imtlejna.

Biddel, Mulej, xortina, *
bħall-widien tan-Negeb!
Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *
jaħsdu bl-għana ta’ ferħ.

Huma u sejrin, imorru jibku, *
jġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ, *
iġorru l-qatet f’idejhom.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 130
Tama sħiħa fil-Mulej

Tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli (Mt 11, 29).

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *
anqas ma ntrefgħu għajnejja;
jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *
jew wara ħwejjeġ ogħla minni.

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ, *
bħal tarbija f’ħoġor ommha;
bħal tarbija miftuma, *
hekk hi ruħi ġewwa fija.

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *
minn issa u għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Salm 127 (128)
Is-sliem tad-dar fil-Mulej

“Ibierkek il-Mulej minn Sijon”, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu (Arnobju).

Hieni kull min jibża’ mill-Mulej, *
kull min jimxi fit-triqat tiegħu!
Mix-xogħol ta’ idejk inti tiekol; *
hieni int, u riżqek tajjeb!
Martek tkun bħal dielja għammiela *
fl-irkejjen ta’ darek;
uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *
madwar il-mejda tiegħek.

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *
li jibża’ mill-Mulej!
Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *
Jalla tara l-ġid ta’ Ġerusalemm tul ħajtek kollha!
Jalla tara wlied uliedek! *
Sliem għal Iżrael!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. Alla sawwarni fis-sewwa, qabadni minn idi u ħarisni.

LEZZJONI QASIRA (Ef 5: 25-27)

Kristu ħabb il-Knisja u ta lilu nnifsu għaliha, biex iqaddisha, u hekk ikun jista’ jressaqha quddiemu sabiħa l-Knisja, bla ebda tebgħa jew tikmixa u xejn minn dan, biex tkun qaddisa u mingħajr tebgħa.

V. It-Tnissil tiegħek bla tebgħa, Verġni Omm Alla.
R. Ħabbar il-ferħ lid-dinja kollha.

Talba

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Inbierku l-Mulej
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-II Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Bieb tas-sema, li ġo qalbek
tiftaħ kenn għall-verġni kollha,
int, Omm Alla u dejjem Verġni,
tama tagħna u ferħ tal-ġenna.

O ħamiema bajda u safja,
ġilju qalb l-għollieq tal-ħajja,
bik mill-għerq ir-rimja ħarġet
għall-fejqan tal-ġerħa tagħna.

Reġġa’ lura, torri qawwi,
ħbit il-għadu u biegħdu minna:
bid-dawl tiegħek, kewkba tiddi,
ġewwa l-port mixtieq wassalna.

Minn kull deni ta’ qerq oħroġna,
żommna mbiegħda minn kull sikka
fost il-mewġ qalil, w iftħilna
triq is-sliem qabel nintilfu.

Lejk induru, int li b’riġlek
ras is-serp għaffiġt, għax waħdek
tnissilt safja u kont meħlusa
minn kull tebgħa u nifs ta’ ħtija.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ’l-Ispirtu, li bil-grazzja
hekk imlewk li ħadd mhu bħalek. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.

Salm 121 (122)
Ġerusalemm, il-belt qaddisa

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Int kollok ġmiel, Marija: ma ttebbajtx bid-dnub tan-nisel.

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Salm 126 (127)
Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f’id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
Ma jinfixilx meta jiltaqa’
mal-għedewwa f’bieb il-belt.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalemm, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Ant. 3 Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

Kantiku (Ef 1: 3-10)

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet, fi Kristu.
Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba;

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,

skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Ilbiesek ta’ bjuda li tgħammex, bħas-silġ, u wiċċek bħax-xemx.

LEZZJONI QASIRA (Rum 5: 20-21)

Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja, biex bħal ma saltan id-dnub permezz tal-mewt, hekk issa l-grazzja ssaltan permezz tal-ġustifikazzjoni għall-ħajja ta’ dejjem b’Ġesu’ Kristu Sidna.

RESPONSORJU QASIR

R. Minn dan jien nagħraf * Li int kuntent bija. Minn dan.
V. Li l-għadu ma jifraħx minħabba fija. * Li int kuntent bija. Glorja. Minn dan.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek: imbierka inti fost in-nisa, mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, hallelujah.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Aha, s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
-bħalma wiegħed lil missirijietna- *
b’rizq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek: imbierka inti fost in-nisa, mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, hallelujah.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.
Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
Int għamilt lil Marija omm kollha ħniena:
– agħmel li dawk kollha li jinsabu fil-periklu jħossu l-ħlewwa tal-għożża tagħha ta’ omm.
Int, ridt li Marija tkun l-omm tal-familja fid-dar ta’ Ġesu’ u Ġużeppi:
– bit-talb tagħha għin lill-ommijiet kollha biex iħeġġu l-imħabba u l-qdusija fil-familji tagħhom.
Int qawwejt lil Marija biex tieqaf ħdejn is-salib ta’ Ibnek, u fil-qawmien tiegħu
mlejtha bil-ferħ:
– għin lill-bnedmin kollha fil-hemm tagħhom u wettaqhom fit-tama.
Int dawwalt lil Marija biex iżomm kelmtek fi ħsiebha u għamiltha qaddejja fidila
tiegħek:
– bit-talb tagħha agħtina l-grazzja li naqdu lil Ibnek u nkunu dixxipli tiegħu.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:
– agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek. B’Ibnek.

Uffiċċju 8.3 Il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija

Dokument PDF: Uffiċċju 8.3 Il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija
Dokument WORD: Uffiċċju 8.3 Il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija

immaculate-heart-of-mary

Is-Sibt fuq it-2 Ħadd wara Għid il-Ħamsin

Tifkira ta

IL-QALB BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

V. Mulej, iftaħli xufftejja.
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, *
ngħannulu b’għajat ta ferħ.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
sultan kbir fuq l-allat kollha,
F’idejh huma l-qigħan tal-art, *
tiegħu huma l-qċaċet ta’l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; *
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna
Għaliex hu Alla tagħna, *
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bhal dak inhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi: *
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Niċċelebraw it-tifkira tal-Qalb bla tebgħa tal-Verġni mqaddsa Marija: nifirħu u nfaħħru l-Mulej.

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra ta’ l-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

INNU

F’ġuf Marija niżel igħammar
dak li s-sema, l-art u l-baħar
ixandruh u jagħtuh qima,
għax hu Alla li ħalaqhom.

Ħdan il-Verġni, mimli grazzja,
jilqa’ fih lis-Sid il-Għoli,
li jaqduh ix-xemx u l-qamar,
l-univers bil-ħlejjaq tiegħu.

Hienja l-Omm, li ġewwa ċ-ċokon
tal-ġuf safi tagħha niżel
il-ħallieq, li xejn ma jesgħu,
u f’qiegħ idu jżomm id-dinja.

Hienja dik li emmnet l-anġlu
u, bil-qawwa tal-Ispirtu,
ġiebet fostna ’l Alla bniedem,
il-mixtieq tal-ġnus mill-qedem.

Glorja lilek, Kristu Sidna,
Bin Marija, Omm u Verġni;
mal-Missier u mal-Ispirtu,
ġieh jintraddlek, issa u dejjem. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Salm 23

Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, *
id-dinja u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, *
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħidha.

Min jista’ jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej, *
u min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, †
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, *
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
Dan ikollu barka minn għand il-Mulej, *
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; *
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakob.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.

Intrefgħu, bibien,
infetħu, intom bibien ta’ dejjem, *
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
Min hu dan is-Sultan tal-glorja? *
Hu l-Mulej ta’ l-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Marija kellha barka minn għand il-Mulej; u Alla, is-Salvatur tagħha, xerred fuqha t-tjieba tiegħu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Salm 45

Kenn u qawwa hu Alla għalina, *
għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq.
Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, *
jew jiġġarfu l-muntanji f’nofs il-baħar;
anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, *
jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu.
Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakab!

Hemm xmara li s-swieqi tagħha
jferrħu l-belt ta’ Alla, *
l-għamara qaddisa tal-Għoli.
Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; *
igħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ.
Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, *
iddewbet l-art, malli semma’ leħnu.

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, *
għemejjel tal-għaġeb fuq l-art.
Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; †
l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, *
jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid:
“Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; *
għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!”

Il-Mulej tal-eżerċti magħna, *
fortizza għalina Alla ta’ Ġakob!

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Alla l-Għoli qaddes l-għamara tiegħu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

Salm 86

Il-Mulej bena ‘l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.

O belt ta’ Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ‘il Raħab u ‘l Babel *
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!”

U għal Sijon jingħad: *
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
iwettaqha f’postha.”

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Kulħadd jgħid ħwejjeġ sbieħ fuqek, Verġni Marija.

V. Hieni min jisma’ l-kelma ta’ Alla.
R. Hieni min iħarisha.

L-ewwel lezzjoni tkun tas-Sibt tal-ġimgħa li tmiss …

LEZZJONI II

Qari mid-Diskorsi tal-isqof San Lawrenz Ġustinjani

Marija kienet iżżomm dan kollu f’qalbha

Marija qrat, semgħet u rat, u baqgħet iżżomm sewwa f’qalbha kull ma saret taf, u kienet toqgħod taħseb fuqu bejnha u bejn ruħha. Min jaf kemm kienet titqawwa fil-fidi, tikber fil-merti, tissaħħaħ fil-għerf, u titħeġġeġ dejjem iżjed bin-nar tal-imħabba! Aktar ma kienet tiftakar u taħseb fil-misteri tas-sema, aktar kienet timtela bil-ferħ, titwettaq bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, timxi lejn Alla, u tħares l-umilta’ tagħha. Dan hi l-ġid li tagħmel il-grazzja ta’ Alla: hija tgħolli ħafna lil min hu ċkejken ħafna, u tbiddlu minn glorja għal glorja.

Tassew imbierka r-ruħ tal-Verġni: l-Ispirtu s-Santu għammar fiha, u għallimha toqgħod dejjem għal dak kollu li l-Verb ta’ Alla ried minnha. Ma kinitx tagħmel dak li tħoss hi jew li jidhrilha hi, imma kienet iġġib ruħha minn barra skont mal-Gherf kien inebbahha temmen minn ġewwa.

Għax kien xieraq li l-Għerf ta’ Alla, hu u jibni l-Knisja bħala d-dar tiegħu biex igħammar fiha, jinqeda b’Marija santissma u jagħmilha eżempju ħaj tal-ħarsien tal-liġi, tas-safa tar-ruħ, tal-ħajja umli, u tal-offerta spiritwali.

Ruħ nisranija, kun ixbah lilha. Biex int tisaffa fl-ispirtu, biex iseħħlek titnaddaf mit-tiġis tal-ħtija, idħol fit-tempju ta’ qalbek. Alla hemmhekk iħares iżjed lejn is-sentimenti tagħna milli lejn dak li nagħmlu.

U għalhekk, sew jekk nieqfu mitlufa f’Alla bil-qawwa ta’ ħsibijietna, sew jekk inkunu f’sensina u nfittxu li nikbru fil-virtu’ jew naħdmu għall-ġid tal-proxxmu, dan kollu ma nagħmluhx għal ħaġa oħra ħlief għax inħossu l-imħabba ta’ Kristu ssuqna. Din hi tassew offerta safja u spiritwali li togħġob: ma ssirx f’tempju maħdum bl-idejn, imma fit-tempju ta’ qalbna, fejn Kristu l-Mulej iħobb jidħol.

RESPONSORJU

R. Verġni qaddisa u bla tebgħa, int jistħoqqlok l-ogħla tifħir, * Għax ġibt fil-ġuf lil dak li anqas is-smewwiet ma jesgħuh.
V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Għax ġibt.

Talba

O Alla, int ħejjet għamara xierqa lill-Ispirtu s-Santu fil-Qalb tal-Verġni mqaddsa Marija: fil-ħniena tiegħek, agħmel li, bit-talb tagħha, jistħoqqilna nkunu tempju tal-glorja tiegħek. B’Ibnek.

Inbierku l-Mulej.
R. Inroddu ħajr lil Alla.

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Sidt glorjuża li fil-għoli
fuq il-kwiekeb ġejt imtellgħa,
nagħtuk ġieh, għax int, b’ħalibek
safi, sqejt lil dak li ħalqek.

B’Ibnek sewwejtilna l-ħsara
li d-dnub t’Eva ġibed fuqna;
bi tjubitek ftaħt mogħdija
biex l-imsejkna jidħlu s-sema.

Inti l-bieb tas-Sultan Għoli,
bieb li minnu d-dawl feġġ fuqna;
ħa jifirħu l-ġnus mifdija,
għax bik, Verġni, sabu l-ħajja.

Agħmel int li nsebbħu f’kollox
lill-Missier, lil Kristu Ibnek,
u ’l-Ispirtu, li bħal b’libsa
ta’ ġmiel kbir żejnuk bil-grazzja. Ammen.

Ant. 1 Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

Salm 62 (63): 2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Mulej

Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Hienja int, Marija, għax bik ġie fostna s-Salvatur tad-dinja; issa qiegħda fil-glorja, ferħana quddiem il-Mulej. Idħol għalina quddiem Ibnek.

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Kantiku Dan 3: 57-88.56
Il-ħlejjaq kollha jfaħħru l-Mulej

Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddejja tiegħu kollha (Apok 19,5).

Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.
Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.
Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.
Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.
Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.
Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.
Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.
Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.
Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej.
Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.
Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.
Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.
Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx.

Ant. 2 Inti s-sebħ ta’ Ġerusalem, inti l-ferħ ta’ Iżrael, inti l-ġieh tal-poplu tagħna.

Ant. 3 Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

Salm 149
Il-hena tal-qaddisin

Ulied il-Knisja, ulied il-poplu l-ġdid, jithennew bis-Sultan tagħhom, jithennew bi Kristu (Esikju).

Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!
It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,
biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,
jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieh għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Ifraħ dejjem, Verġni Marija, għax stħaqqlek iġġib fid-dinja s-Salvatur.

LEZZJONI QASIRA (Iżaija 61: 10)

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi, għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni, bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.

RESPONSORJU QASIR

R. Għażilha l-Mulej, * U ħatarha fost kulħadd. Għażilha.
V. Daħħalha tgħammar fid-dar tiegħu. * U ħatarha fost kulħadd. Glorja. Għażilha.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Qalbi u ġismi jifirħu f’Alla l-ħaj.

Il-Messija u l-Prekursur tiegħu

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.

U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Qalbi u ġismi jifirħu f’Alla l-ħaj.

PREĊI

Is-Salvatur tagħna għoġbu jitwieled minn Marija Verġni. Infaħħruh u nitolbuh:
Tidħol għalina quddiemek Ommok, Mulej.
Xemx tal-ġustizzja, qablek feġġet ix-Xebba bla tebgħa bħad-dawl taż-żerniq:
– agħmel li ngħixu dejjem fid-dawl taż-żjara tiegħek.
Verb etern, int għażilt lil Marija biex tgħammar fiha bħal f’arka li ma titħassarx:
– eħlisna mit-taħsir tad-dnub.
Salvatur tagħna, int kellek lil Ommok wieqfa ħdejk taħt is-salib:
– bit-talb tagħha agħtina li nissieħbu ferħana fi tbatijietek..
Ġesu’ l-aktar twajjeb, minn fuq is-salib int tajt lil Marija b’omm Ġwanni:
– agħmel li bil-ħajja tagħna mingħarfu b’uliedha.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, int ħejjet għamara xierqa lill-Ispirtu s-Santu fil-Qalb tal-Verġni mqaddsa Marija: fil-ħniena tiegħek, agħmel li, bit-talb tagħha, jistħoqqilna nkunu tempju tal-glorja tiegħek. B’Ibnek.

 

It-II Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Sliem għalik, kewkba tal-baħar,
Omm qaddisa u kbira t’Alla,
dejjem Verġni bla mittiefsa,
bieb il-hena u ferħ tas-sema.

Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima
Gabrijiel qed isemmagħlek,
ibdel fiha l-isem t’Eva,
ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.

Qaċċat kull irbit lill-ħatja,
ġib id-dawl lill-għomja kollha,
biegħed minna l-ħażen tagħna,
niżżel fuqna l-ġid mis-sema.

Uri li tassew int Ommna,
wassal talbna quddiem Alla,
li fi ħnientu twieled minnek
biex isir għalina bniedem.

Verġni fost kulħadd magħżula,
ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,
itlob ’l Ibnek biex jagħtina
maħfra, safa u spirtu ħlejju.

Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,
żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,
sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra
ta’ Ġesu’ għal dejjem miegħek.

Lill-Missier it-tifħir tagħna,
ġeh u setgħa ’l Kristu Sidna,
lill-Ispirtu s-Santu l-qima,
sebħ lit-Tlieta, Alla wieħed. Ammen.

SALMODIJA

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

Salm 121 (122)
Ġerusalemm, il-belt qaddisa

Intom esraqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalemm tas-sema (Lhud 12,22).

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġà qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm!

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, *
it-tribù tal-Mulej,
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David.

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 1 Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja; il-Mulej miegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

Salm 126 (127)
Fieragħ kull taħbit mingħajr il-Mulej

Intom il-bini ta’ Alla (1Kor 3,9).

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies.

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija; *
għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġeġ f’id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija.

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
Ma jinfixilx meta jiltaqa’
mal-għedewwa f’bieb il-belt.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 2 Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek. (Ż.Għ. hallelujah).

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

Kantiku Efesin 1: 3-10

Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, *
li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet, fi Kristu.
Hekk hu għażilna fih, †
sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, *
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba;

iddestinana li nkunu għalih ulied adottivi †
permezz ta’ Ġesù Kristu, *
skond ma għoġob lir-rieda tiegħu,

għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, *
li biha mliena fl-Għażiż tiegħu.

Fih aħna għandna l-fidwa, bid-demm tiegħu, *
il-maħfra tad-dnubiet,

skond l-għana tal-grazzja tiegħu, *
li biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu:

hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu, †
skond il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel, *
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet:

jiġifieri li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu, *
kull ma hu fl-art u kull ma hu fis-sema.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. 3 Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. (Ż.Għ. hallelujah).

LEZZJONI QASIRA (Galatin 4: 4-5)

Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-liġi, biex ikollna l-adozzjoni.

RESPONSORJU QASIR

R. Sliem għalik, Marija, mimlija bil-grazzja: * Il-Mulej miegħek. Sliem.
V. Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek. * Il-Mulej
miegħek. Glorja. Sliem.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Qalbi tifraħ fil-Mulej, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.

Ir-ruħ tifraħ fil-Mulej

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Aha, s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. *
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar. *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-Ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, *
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull gid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael, il-qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
-bħalma wiegħed lil missirijietna- *
b’rizq Abraham u nislu għal dejjem.

Glorja. Kif kien mill-bidu.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Qalbi tifraħ fil-Mulej, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar.

PREĊI

Alla, il-Missier li jista’ kollox, ried li kull nisel ifaħħar lil Marija, Omm Ibnu.
Insebbħuh u ngħolluh bit-tifħir, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu:
Tidħol għalina quddiemek Marija, mimlija bil-grazzja.
Jew: Ħares lejn dik li inti mlejtha bil-grazzja, u ismagħna.
O Alla, li tagħmel l-għeġubijiet, int tellajt fis-sema, bir-ruħ u l-ġisem, lill-Verġni bla
tebgħa Marija, u seħibtha ma’ Kristu fil-glorja:
– ibqa’ mexxi l-qlub ta’ wliedek sa ma jaslu fl-istess sebħ.
Int, li tajtna lil Marija bħala Ommna, bit-talb tagħha fejjaq il-morda, farraġ l-
imnikktin, aħfer lill-midinbin:
– agħti lil kulħadd is-salvazzjoni u s-sliem.
Int sawwabt fuq Marija l-milja tal-grazzja:
– ferraħ lilna wkoll bil-kotra tal-grazzji tiegħek.
Żomm il-Knisja tiegħek magħquda qalb waħda fl-imħabba:
– agħmel li l-fidili tiegħek jibqgħu ħaġa waħda bejniethom fit-talb flimkien ma’ Marija Omm Ġesu’.
Int żejjint lil Marija bil-kuruna ta’ Sultana tas-sema:
– agħmel li ħutna l-mejtin jidħlu għal dejjem fil-hena tas-saltna tiegħek mal-qtajja’ tal-qaddisin.

Missierna, eċċ.

Talba

O Alla, int ħejjet għamara xierqa lill-Ispirtu s-Santu fil-Qalb tal-Verġni mqaddsa Marija: fil-ħniena tiegħek, agħmel li, bit-talb tagħha, jistħoqqilna nkunu tempju tal-glorja tiegħek. B’Ibnek.

Uffiċċju 8.4 Marija Omm u Xbieha tal-Knisja

Dokument PDF: Uffiċċju 8.4 Marija Omm u Xbieha tal-Knisja
Dokument WORD: Uffiċċju 8.4 Marija Omm u Xbieha tal-Knisja

Capture (5)

Tnejn fuq Għid il-Ħamsin

Tifkira (O) ta’

MARIJA OMM U XBIEHA TAL-KNISJA

It-titlu tal-Imqaddsa Marija Omm il-Knisja kellu l-bidu tiegħu meta twieled minnha Kristu, ir-Ras tal-Knisja, u hija saret omm il-mifdijin kollha qabel ma’ binha miet fuq is-Salib. Il-beatu Papa Pawlu VI ikkonferma dan it-titlu tagħha solennement fid-diskors li kien għamel lill-Isqfijiet fil-Konċilju Vatikan II fil-21 ta’ Novembru 1964 u ordna li għandha “tingħata dan il-ġieħ billi tissejjaħ b’dan l-isem ħelu li anki llum jintuża mill-poplu nisrani kollu”.

Is-sejħa għat-tifħir ’l Alla

V. Mulej, iftaħli xufftejja.
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

Salm 94

Agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum-sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum” (Lhud 3,13)

Ant. Kristu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena il-Mulej, *
ħa ngħajjtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr, *
ngħannulu b’għajat ta ferħ.

Ant. Kristu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Għax Alla kbir hu l-Mulej, *
sultan kbir fuq l-allat kollha,
F’idejh huma l-qigħan tal-art, *
tiegħu huma l-qċaċet ta’l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu; *
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.

Ant. Kristu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu, *
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna
Għaliex hu Alla tagħna, *
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ tiegħu.

Ant. Kristu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu! *
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bhal dak inhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom, *
għalkemm raw dak li jien għamilt.

Ant. Kristu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; *
u jien għidt: Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi: *
Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

Ant. Kristu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. *
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Kristu Bin Marija: ejjew nadurawh.

Minflok is-salm 94 jista’ jingħad is-salm 99, jew 66, jew 23; f’dan il-każ, jekk is-salm li jintgħażel jinzerta wkoll f’parti oħra ta’ l-Uffiċċju tal-ġurnata, minfloku f’dik l-istess parti jingħad is-salm 94.

 

L-Uffiċċju tal-qari

INNU

Verġni mbierka Omm qaddisa
Omm tal-Iben, bint minn ħalqek,
L-isbaħ, l-ogħla, l-iktar umli fost
il-bnedmin kollha għamlek.

Sa mill-bidu fil-pjan t’Alla
Fik inbeda t-twettiq tiegħu;
Inti l-ġieħ, int l-aqwa fostna
Int ġa m’Alla, f’għaqda miegħu.

Ħlejju, ġej minn nisel għoli
Dak li l-belt bena bil-ħila
Inti bħalu tmantni l-Knisja
B’qawwa kbira, lejh fidila.

Fil-ġuf tiegħek ta’ omm verġni
Nar iħeġġeġ, nar ta’ mħabba
Li bis-sħana tiegħu kabbar
Ward fuq l-art bla xejn imtabba’.

Lill-Missier, lill-Iben glorja
Lill-Ispirtu li ġej minnhom
Li b’imħabba fdaw lill-Knisja
Lil din l-Omm maħtura minnhom. Ammen.

LEZZJONI II

Qari mid-Diskors tal-Beatu Papa Pawlu VI meħud mill-atti tat-tielet sessjoni tal-Konċilju Vatikan II

Marija Omm il-Knisja

Waqt li nerġgħu naħsbu fuq ir-rabta li hemm bejn Marija u l-Knisja għall-glorja ta’ Marija Verġni u ta’ għajnuna għalina, niddikjarawha Omm il-Knisja, jiġifieri tal-poplu nisrani kollu, kemm tal-fidili kif ukoll tal-Isqfijiet, li jsejħulha omm l-aktar maħbuba; u nordnaw li minn issa ’l quddiem, aktar minn qabel, il-poplu nisrani kollu jagħti ġieħ ikbar lil Omm Alla u jersaq lejha bit-talb tiegħu.

L-aħwa venerabbli, qed nitkellmu dwar titlu li żgur kien magħruf fit-talb tal-insara; anzi l-fidili u l-Knisja kollha tħobb titlob lil Marija bħala Omm. Dan l-isem għandu l-bidu tiegħu fid-devozzjoni vera lejn Marija għaliex hija mibnija b’mod żgur fuq id-dinjità li ġiet mogħtija lil Marija għax hija Omm il-Verb ta’ Alla magħmul bniedem.

Fil-fatt, kif il-maternità divina hija l-kawża li minħabba fiha Marija għandha relazzjoni tassew waħdanija ma’ Kristu, u hija preżenti fl-opra tal-fidwa tal-bnedmin, imwettqa minn Kristu, hekk ukoll, ir-relazzjoni li teżisti bejn Marija u l-Knisja hija riżultat tal-maternità divina tagħha. Marija, hija Omm Kristu, u mill-mument li ħa fuqu n-natura tagħna l-bnedmin fil-ġuf verġinali tagħha, għaqqad miegħu, bħala l-Kap tal-Ġisem Mistiku, lill-Knisja. Għaldaqstant Marija, bħala Omm ta’ Kristu, għandha tiġi meqjusa wkoll, bħala Omm tal-fidili kollha u tal-Isqfijiet, jiġifieri tal-Knisja.

Din hija r-raġuni li aħna, mingħajr ma jistħoqqilna u dgħajfin, b’fiduċja u mimlijin b’imħabba ta’ ulied, nerfgħu ħarsitna lejha. Hi, li tatna lil Ġesù, għajn tal-grazzja sopranaturali, ma tistax ma twettaqx fil-Knisja l-maternità tagħha, speċjalment f’dan iż-żmien li fih l-Għarusa ta’ Kristu qed taħdem biex twettaq b’ħeġġa akbar il-missjoni tagħha ta’ salvazzjoni.

Aħna wkoll ċerti mir-rabtiet stretti li jeżistu bejn din l-Omm tagħna tas-sema u l-umanità li jkabbru u jissiġillaw dejjem aktar din il-fiduċja. Għalkemm Marija ġiet imżejna minn Alla b’doni l-aktar ġenerużi u tal-għaġeb, biex jixirqilha tkun l-Omm tal-Verb Inkarnat, hija madankollu tibqa’ qrib tagħna. Bħalna, hija wkoll bint Adam, u għalhekk oħtna, għaliex għandha l-istess natura umana; bil-merti futuri ta’ Kristu ġiet meħlusa mid-dnub tan-nisel, iżda mad-doni divini li rċeviet żiedet, hi stess, il-fidi perfetta tagħha, tant li stħaqqilha t-tifħir evanġeliku: “Imbierka int li emmint”.

Fil-ħajja tagħha fuq din l-art, uriet li hija dixxiplu perfetta ta’ Kristu, kienet mera ta’ kull virtù, u l-imġieba tagħha kienet tirrifletti bis-sħiħ dawk il-beatitudnijiet imxandra minn Kristu. Għalhekk il-Knisja kollha, waqt li tispjega l-ħajja tagħha u l-attività sfieqa tagħha, għandha żżomm lill-Verġni Omm Alla, bħala eżempju li fuqu għandna nimxu biex nimitaw perfettament lil Kristu.

RESPONSORJU (Lq 1 : 35)

R. L-Ispirtu s-Santu ġie fuq Marija * il-qawwa tal-Għoli xeħtet id-dell tagħha fuqha.
V. Hija kienet msieħba fil-passjoni ta’ binha, u bil-qawwa tal-Għoli saret Omm ta’ dak li tana l-fidwa * il-qawwa tal-Għoli xeħtet id-dell tagħha fuqha.

Talba

O Alla, Missier il-ħniena, Ibnek il-waħdieni, fuq is-salib, tana lil Ommu, il-Verġni Mqaddsa Marija bħala Ommna; agħmel, nitolbuk, li, bil-għajnuna tal-imħabba tagħha, il-Knisja tiegħek, hi u tifraħ bil-qdusija ta’ wliedha, tiġbor dejjem fi ħdanha l-familji kollha tal-ġnus. B’Ibnek.

 

It-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Għax int kewkba tal-imħabba
Tiddi w tilma fis-smewwiet,
Int għalina l-aqwa tama
F’tmiem il-ħajja, hawn f’dal-wied.

Inti l-aqwa Sidt imwielda
F’qalb is-Sid, l-Iben qaddis;
Min minn qalbu jdur lejk f’talbu
Mill-għajn jixrob tat-tqaddis.

Inti dejjem u minn qalbek
Tisma’ l-ilħna tal-ulied;
X’ħin fl-hemm tagħhom lejk iduru
Bit-talb tagħhom, bix-xewqiet.

Fik hemm tgħammar l-aqwa ħniena,
Hemm il-kobor tas-smewwiet,
It-teżor tat-tjieba f’qalbek,
Inti l-aqwa mill-ħlejqiet.

Lill-Missier u lill-Ispirtu
U lil Ibnek insebbħuh;
Alla għażlek b’Omm il-Knisja
Glorja lilu w ġieħ nagħtuh. Ammen.

Ant. tal-kant. ta’ Żakkarija Id-dixxipli kienu ħaġa waħda, jżommu sħiħ fit-talb, flimkien ma’ Marija, Omm Ġesù.

Talba

O Alla, Missier il-ħniena, Ibnek il-waħdieni, fuq is-salib, tana lil Ommu, il-Verġni Mqaddsa Marija bħala Ommna; agħmel, nitolbuk, li, bil-għajnuna tal-imħabba tagħha, il-Knisja tiegħek, hi u tifraħ bil-qdusija ta’ wliedha, tiġbor dejjem fi ħdanha l-familji kollha tal-ġnus. B’Ibnek.

 

It-II Għasar

V. O Alla, ejja eħlisni.
R. Mulej, fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.

INNU

Verġni mqaddsa, Omm il-Knisja,
Dejjem bieb miftuħ tas-sema;
Quddiem Ibnek kun kenn tagħna,
Lill-Missier talbek jinstema’.

Omm glorjuża t’Alla l-għoli,
Aħna nfakkru dal-ġieħ tiegħek;
Minnek twieled Iben Alla
Għalin’itlob, żommna miegħek.

Dawl fiddien, tal-baħar kewkba,
Omm qaddisa, Omm reġina,
Itlob lill-Missier u l-Iben,
Biex l-Ispirtu s-Santu jtina.

Verġni twajba, Omm ħanina
Verġni ħelwa, O Marija
Isma’ talb kull wieħed minna
F’dat-tifħir ta’ filgħaxija.

Ħu t-talb tagħna quddiem ibnek
Hu l-imsallab, hu li bata;
Li għalina ġie imsawwat,
Bix-xewk rasu nkurunata.

Kbira omm sultan is-slaten,
Dawl u bieb tal-ogħla sema,
Midinbin inxerrdu dmugħna
Ħa l-krib tagħna fis jinstema.

Glorja w ġieħ lill-Missier tagħna
Lill-Ispirtu, ’l-Iben ġufek
Li għażluk bħal Omm tal-Knisja,
Isma’ t-talb li qed noffrulek. Ammen.

Ant. tal-kant. ta’ Marija Il-Mulej qal lil ommu: Mara, hawn hu ibnek. U lid-dixxiplu qallu: Hawn hi ommok.

Talba

O Alla, Missier il-ħniena, Ibnek il-waħdieni, fuq is-salib, tana lil Ommu, il-Verġni Mqaddsa Marija bħala Ommna; agħmel, nitolbuk, li, bil-għajnuna tal-imħabba tagħha, il-Knisja tiegħek, hi u tifraħ bil-qdusija ta’ wliedha, tiġbor dejjem fi ħdanha l-familji kollha tal-ġnus. B’Ibnek.

Uffiċċju 9. Antifoni ta’ Marija

Dokument PDF: Uffiċċju 9. Antifoni ta’ Marija
Dokument WORD: Uffiċċju 9. Antifoni ta’ Marija

loretofinished

ANTIFONI TAL-IMBIERKA VERĠNI MARIJA

Avvent

Alma Redemptoris Mater

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,
int bieb illi jagħti għas-sema,
int kewkba tal-baħar, Marija!
Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,
għajnuna tal-poplu l-maħtur,
li b’għaġeb nissilt ’il min ħalqek
fis-siegħa li lqajt it-tislima
li tak Gabrijel, u bqajt xebba,
kif qabel, hekk wara t-tnissil.
Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.

Alma Redemptoris Mater, quae pervia caeli
porta manes, et stella maris, succurre cadenti,
surgere qui curat, populo: tu quae genuisti,
natura mirante, tuum sanctum Genitorem,
Virgo prius ac posterius, Gabrielis ab ore,
sumens illud Ave, peccatorum miserere.

Randan

Ave, Regina caelorum,

Is-sliem, o Sultana
tas-sema, Sidt l-anġli;
int l-għerq u l-bieb safi
mnejn ġie dawl id-dinja.
O Verġni glorjuża,
ta’ ġmiel u sbuħija,
is-sliem għalik! Itlob
lil Kristu għalina.

Ave, Regina caelorum,
Ave, Domina Angelorum:
Salve, radix, salve, porta
Ex qua mundo lux est orta:
Gaude, Virgo gloriosa,
Super omnes speciosa,
Vale, o valde decora,
Et pro nobis Christum exora.

Għid

Regina Caeli

Sultana tas-sema, ifraħ, hallelujah,
għax dak li stħaqqlek tkun Ommu, hallelujah,
qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal, hallelujah:
itlob ’l Alla għalina, hallelujah.
Ifraħ u tenna, O Verġni Marija, hallelujah,
Għax il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet, hallelujah.

Regina caeli, laetare, alleluia.
Quia quem meruisti portare, alleluia.
Resurrexit, sicut dixit, alleluia.
Ora pro nobis Deum, alleluia.
Gaude et laetare, Virgo Maria, alleluia.
Quia surrexit Dominus vere, alleluia.

Salve, Regina

Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena;
ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.
Lilek ingħajtu,
għaliex aħna tturufnati, ulied Eva.
Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu
f’dan il-wied tad-dmugħ.

Ejja, mela, avukata tagħna,
dawwar lejna
dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena;
u wrina, wara dan it-turufnament,
lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.
O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.

Salve Regina, mater misericordiae,
Vita, dulcedo, et spes nostra, salve.
Ad te clamamus, exsules filii Hevae;
Ad te suspiramus, gementes et flentes
in hac lacrymarum valle.

Eia ergo advocata nostra,
illos tuos misericordes oculos ad nos converte.
Et Jesum, benedictum fructum ventris tui,
nobis post hoc exsilium ostende.
O Clemens, o pia, o dulcis Virgo Maria.

Uffiċċju 9.1 Ringrazzjament Għall-‘Iva’ ta’ Marija

Dokument PDF: Uffiċċju 9.1 Ringrazzjament Għall-‘Iva’ ta’ Marija
Dokument WORD: Uffiċċju 9.1 Ringrazzjament Għall-‘Iva’ ta’ Marija

3954

RINGRAZZJAMENT GĦALL-‘IVA’ TA’ MARIJA

Għar-rwol ta’ Marija fl-istorja tas-salvazzjoni, wieħed jista’ jixtieq jirringrazzja u jfaħħar lil Alla bil-meditazzjoni li ġejja: kantiċi, qari mill-vanġelu, l-innu ta’ tifħir, u talba. Dan ir-ringrazzjament jista’ jingħad fi kwalunkwe ħin. Jista’ jingħad fil-bidu, bħala riflessjoni fuq il-misteru tal-miġja ta’ Kristu għan-nazzjonijiet kollha.

Ant. Ifraħ, Verġni Marija, int li stħaqqlek iġġib lil Kristu, il-ħallieq tas-sema u l-art; għax tajt lid-dinja s-Salvatur.

Kantiku I (Iżaija 61:10- -62:3)
Il-profeta jifraħ b’Ġerusalemm il-ġdida

Il-Belt Qaddisa, Ġerusalemm il-ġdida, rajtha … mhejjija bħala għarusa mżejna għall-għarus tagħha (Apokalissi 21:2)

Nifraħ fuq li nifraħ bil-Mulej, *
taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi.
Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, *
bil-mantar tal-ġustizzja għattieni,
bħal għarus imżejjen b’kuruna, *
bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.
Bħalma l-art tnibbet l-inbiet, *
bħalma l-ġnien inibbet il-miżrugħ fih,
hekk il-Mulej inibbet il-ġustizzja *
u t-tifħir quddiem kollha kemm huma l-ġnus.

Minħabba f’Sijon ma nehdiex, *
minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx.
Bħal dija għad tfeġġ il-ġustizzja tagħha, *
bħal torċa għad taqbad is-salvazzjoni tagħha.
Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus, *
u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha.
B’isem ġdid għad isejħulek, *
isem li għad jagħżlu fomm il-Mulej.
Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej, *
u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek.

Kantiku II Iżaija 62:4-7
Il-glorja ta’ Ġerusalemm il-ġdida

Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom (Apokalissi 21:3)

Ma jgħidulekx aktar “il-mitluqa”, *
anqas lil artek ma jsejħulha aktar “l-imħarbta”.
Lilek għad isejħulek “għaxqti fiha”, *
u lil artek għad isejħulha “għarusa”;
għax l-għaxqa tal-Mulej fik; *
u artek għad titgħarras.
Bħalma għarus jitgħarras xebba, *
hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek;
u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, *
hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.

Fuq swarek, Ġerusalemm, qegħedt l-għassiesa: *
lejl u nhar qatt ma jisktu.
Intom li tfaħħru l-Mulej, ma hemmx mistrieħ għalikom; †
u lilu tħalluhx jistrieħ *
sa ma jerġa’ jwaqqaf lil Ġerusalemm,
u jagħmilha l-foħrija ta’ l-art.

Kantiku III Sirak 39:17-21
Kemm tkabbru l-għemejjel tiegħek, Mulej!

Niżżi ħajr lil Alla, li jxerred ma’ kullimkien permezz tagħna l-fwieħa tat-tagħrif tiegħu (2 Korintin 2:14)

Isimgħuni, ulied qaddisa, *
u armu bħal ward imħawwel ħdejn l-ilma ġieri;
xerrdu l-fwieħa bħal lubien, *
u warrdu bħal ġilji.

Għollu leħenkom u għannu għalenija, *
u bierku l-Mulej għall-għemejjel kollha tiegħu.
Agħtu ġieħ lill-ismu, †
u xandru t-tifħir tiegħu, *
b’għana ta’ fommkom, bl-arpa u ċ-ċetra.
Dan għidu b’għajjat ta’ ferħ: *
“L-għemejjel kollha tal-Mulej tajbin ħafna!’’

Ant. Ifraħ, Verġni Marija, int li stħaqqlek iġġib lil Kristu, il-ħallieq tas-sema u l-art; għax tajt lid-dinja s-Salvatur.

Evanġelu mill-Komun tal-Imbierka Verġni Marija tal-Lezzjonarju tal-Quddiesa.

Luqa 1:26-38
Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa
Inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben.

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.” Iżda Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?” Wieġeb l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.” Mbagħad qalet Marija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek?” U l-anġlu telaq minn quddiemha.

Luqa 1:39-47
Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa
Imbierka inti li emmint

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej?” Mbagħad qalet Marija:
“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi.”

Luqa 2:15-19
Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa
Marija baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom
bejnha u bejn ruħha

Meta mbagħad l-anġli ħallewhom u telgħu s-sema, ir-rgħajja bdew jgħidu lil xulxin: “Ejjew immorru Betlehem ħa naraw x’ġara kif għarrafna l-Mulej.” Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha.

Luqa 2:27-35
Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa
U inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek

Xmun mar fit-tempju, mqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri daħlu bit-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa laqgħu fuq dirgħajh, bierek lil Alla u qal:
“Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek imur
fis-sliem, skond kelmtek,
għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek,
li int ħejjejt għall-popli kollha,
dawl biex idawwal il-ġnus,
u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.”
Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, (u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek) biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna.”

Luqa 11:27-28
Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa
Hieni l-ġuf li ġiebek

Huwa u jgħid dan, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt?” Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha.”

Ġwanni 19:25-27
Qari mill-Evanġelu ta’ San Luqa
Mara, hawn hu ibnek. Hawn hi ommok

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesu’ ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesu’ lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek,” Mbagħad qal lid-dixxplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.”

QARI
Qari mid-Diskorsi tal-isqof Sant Tumas ta’ Villanova

Ejjew inpoġġu lilna nfusna taħt il-protezzjoni ta’ Marija

X’ferħ, x’kuntentizza hemm fis-sema! Ir-rimja mill-għerq ta’ Ġesse, miżgħruha żmien ilu, fi żmien il-patrijarki, illum spuntat u bdiet tikber, u għandha tagħti Fjura li hija ddestinata biex tfejjaq id-dinja, Fjura li fwieħitha tqajjem il-mejtin, li t-togħmitha tfejjaq il-morda u sbuħietha tgħaxxaq l-anġli – Fjura bajda u ħamra li l-anġli jixxenqu li jaraw.

Kif jgħid Benard: “Ifraħ, missier Adam, imma ifraħ aktar int, omm Eva, ifirħu, intom li kontu l-ġenituri u wkoll il-qerrieda ta’ kulħadd, u agħar, qerrieda qabel ma kontu ġenituri. Għalhekk it-tnejn li intom għandkom titfarġu minħabba bintkom, u x’bint wkoll! X’kien, Adam, dak li għidt? Kienet il-mara li tatni mill-frott tas-siġra, u għalhekk jiena kilt. Issa llum ġiet mogħtija lilek mara b’mara, mara prudenti għal waħda belha’, umli għal waħda mkabbra, waħda li għandha toffrilek togħma ta’ ħajja minflok is-siġra tal-mewt, u tipproduċi l-ħlewwiet tal-frotta eterna minflok il-qrusa ta’ dak l-ikel valenuż. Verġni li tiġi ammirata u li l-aktar li jistħoqqilha unur! Mara li tiġi meqjuma b’mod uniku, sabiha fuq kull mara, is-salvatriċi tal-ġenituri tagħha u donatriċi tal-ħajja għad-dixxendenti tagħha.”

Għalhekk, ħa ninxteħtu f’riġlejn din is-Sibilla qaddisa, u nferrgħu talbna bi spirtu ferrieħi, u nkantaw tifħir filwaqt li qlubna jiżfnu bil-ferħ: ħa npoġġu lilna nfusna taħt il-ħarsien tagħha, u b’leħen għoli ngħidu: Għalhekk, int Avukata tagħna, Sinjura tagħna, għaxqa tagħna, għalhekk dawwar lejna l-għajnejn tiegħek tal-ħniena, u wara dan l-eżilju wrina ’l Ġesu`, il-frott imbierek ta’ ġufek. Huwa lilu li aħna nfittxu, lilu nixtiequ, lejh inħaffu; nixtiequh bil-ħerqa kollha ta’ qalbna. Huwa int, Verġni, li għandek tiddereġina, inti għandek tmexxina lejh, tigwidana ’l fejn huwa jsaltan, u turihulna, inkurunat bil-glorja u l-unur, imdawwar bl-anġli, mqiegħed fuq l-għola tron fuq l-id il-leminija tal-Missier, jirrenja miegħu, u jmexxi d-dinja kollha flimkien miegħu.

Għal żmien twil kont mistagħġeb u ġejt konfuż biex nifhem il-għala l-evanġelisti kellhom jitkellmu għal tant tul dwar Ġwanni l-Battista u l-appostli l-oħra u madankollu qalulna ftit wisq dwar il-Verġni Marija, li fil-ħajja u d-distinzjoni tissuperahom ilkoll. Konfuż, kif qed ngħid, biex nifhem dan, kull ma nista’ naħseb huwa li l-Ispirtu s-Santu għoġbu li jsir hekk.

Kienet mill-providenza tal-Ispirtu s-Santu li l-evanġelisti żammew lilhom infushom siekta, għaliex il-glorja tal-Verġni, kif naqraw fis-salmi, kienet kollha ġewwinija, u tabilħaqq, aktar setgħet tiġi kkonsidrata milli deskritta. It-tifsira ġenerali ta’ ħajjitha: li Ġesu` twieled minnha, huwa biżżejjed biex tgħidilna l-istorja tagħha. X’hemm xi tfittex aktar fil-Verġni? Huwa biżżejjed għalik li hi hija l-Omm t’Alla. Xi ġmiel, nistaqsi jien, x’virtu`, x’perfezzjoni, xi grazzja, xi glorja ma tappartjenix lill-Omm Alla?

L-Ispirtu s-Santu ma ddeskrivihiex bi kliem, imma ħalla f’idejk biex iġġibha f’moħħok, b’hekk inti tkun tista’ tifhem li fiha ma kienet nieqsa ebda grazzja, perfezzjoni, jew glorja li setgħet tiġi immaġinata f’moħħ ta’ bniedem kast, jew aktar preċiż li hija, fil-fatt, tissupera kull komprensjoni. Għalhekk, la darba hija kienet perfetta b’mod sħiħ, ma kienetx tkun ħaġa ġusta li tiddeskriviha f’biċċiet, minħabba l-biża’ li inti tista’ taħseb li hija seta’ jonqosha dak li ma ġiex deskritt. Li biss tgħid li l-Verġni Marija hija l-Omm t’Alla jissupera kull ma jista’ jinagħad taħt Alla.

X’mara meraviljuża, li tkun l-omm tal-Kreatur tagħha stess! X’għaġeb distint għall-mara, li jkollha Iben ugwali għal Alla. Il-Missier iħobb lil Ibnu; l-Omm tifraħ f’Binha. Il-Missier jgħid lil Ibnu: Sa minn qabel is-sebħ bħan-nida jien nissiltek; l-Omm tgħid lil Binha: Mill-ġuf, jien, verġni, ġibtek fid-dinja. Hija tinsab mistagħġba bil-glorja tagħha stess, l-anqas hi ma tista’ tifhem il-kobor tagħha, għaliex minħabba l-istess fatt li ġiet magħmulha l-Omm tal-Kreatur hija saret bl-għola dritt l-għalliema u s-Sultana tal-ħolqien kollu. Tassew Marija, huwa, li Hu s-setagħni, għamel miegħek ħwejjeġ kbar; tassew, għaliex huwa għamlek ommu stess, il-ġenerazzjonijiet kollha jsejħulek hienja.

QARI
Mill-omelija tal-Beatu Xmun ta’ Casci, saċerdot

Preżenti fl-Ispirtu fit-tħabbira

Immaġina b’liema reverenza waqaf l-anġlu quddiem din il-glorjuża tfajla tal-villaġġ, meta jaf li hija kellha tkun l-Omm tal-Iben t’Alla. Ara u kkontempla kif umilment u modestament hija semgħet u tat risposta lill-anġlu li kien ġie bħala ambaxxatur u kien jistenna t-tweġiba tagħha.

X’kont tagħmel kieku kont fil-bieb ta’ din il-kamra jew ċella u tisma’ dan id-djalogu qaddis u pjaċevoli bejn din it-tfajla mbierka u l-anġlu? Ma kenitx qalbek tinqasam ħelu ħelu b’ferħ kbir u b’konsolazzjoni bla qies? Iebsa aktar mill-ġebel u l-ħadid hija l-qalb li ma tinqasamx waqt li taqra jew tisma’ jew taħseb dwar il-kliem li l-Verġni qalet lill-anġlu u l-anġlu lill-Verġni. Ma kontx tgħolli leħnek umilment imma b’ħeġġa u b’qalbek kollha: “Madonna ħelwa, l-akbar twajba fost in-nisa, nitolbok, ikkonsenta malajr għal dan li qed jgħidlek l-anġlu, ħalli b’hekk Ibnek ikun jista’ jeħlisna mid-dannazzjoni li fiha tefgħuna l-ewwel ġenituri!”

X’kont tgħid u tagħmel, ruħ Nisranija, meta tisma’ l-Verġni Marija tgħid lill-anġlu: “Jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skond kelmtek”? F’dak il-mument, il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu ffurmat u ġġenerat immedjatament il-ġisem ta’ Kristu mid-demm pur tal-Verġni, u r-ruħ ġdida imliet dak il-ġisem, u d-divinita’ ngħaqdet inseparabilment ma dik ir-ruħ u dak il-ġisem.

Aħna għalhekk għandna nemmnu b’ċertezza li Kristu huwa veru Alla u veru bniedem, l-Iben ta’ Marija li kienet verġni qabel, matul u wara t-twelid. Dawk li ma jemmnux dan jiġu kkundannati, sakemm ma jikkonvertux għall-fidi vera.

QARI
Minn omelija ta’ Bażilju ta’ Seleucia, isqof

L-Omm ta’ Alla tiżboq il-martri kollha

Imwieled mill-Verġni Omm Alla, l-kreatur u l-Mulej ta’ kulħadd ħa n-natura umana tagħna, għaliex hu kellu tassew ġisem u ruħ anke jekk ma kellux x’jaqsam mal-ħażen tagħna. Hu m’għamel l-ebda dnub, tgħid l-Iskrittura, u ebda qerq qatt ħareġ minn fommu. O ġuf imqaddes li fih Alla ġie milqugħ, li fih it-tifkira ta’ dnubietna ġiet imħassra, li fih Alla sar bniedem filwaqt li baqa’ Alla! Huwa qaghad fil-ġuf, għoġbu li jitwieled bl-istess mod tagħna. Iżda meta huwa ġie milqugħ f’dirgħajn ommu, huwa ma ħalliex ħdan Missieru. Alla mhuwiex maqsum filwaqt li Hu jwettaq r-rieda tiegħu, imma jsalva lid-dinja mingħajr ma jġarrab l-ebda qsim fih inniffsu. Meta Gabrijel ġie fil-preżenza tal-Verġni Omm Alla, huwa ħalla s-sema warajh, imma meta l-Verb t’Alla li jimla l-ħolqien kollu ħa l-laħam fiha, huwa ma ġiex isseparat mill-qtajjiet adoraturi tas-sema.

Hemm il-bżonn li nsemmu l-profeziji kollha li jħabbru t-twelid ta’ Kristu minn Omm Alla? Liema lsien jista’ jkantalha tifħir hekk xieraq lilha li permezz tagħha rċevejna dawn il-meravilji ta’ barkiet? B’liema fjuri ta’ tifħir nistghu ninsġu kuruna li tixirqilha, lilha li minnha spuntat il-warda ta’ Ġesse, li nkurunat ir-razza tagħna bil-glorja u l-unur? Liema rigali denji nistgħu nġibulha lilha li d-dinja kollha kemm hi mhijiex denja? Jekk Pawlu seta’ jgħid għall-qaddisin l-oħra li d-dinja ma kinitx denja tagħhom, xi ngħidu mela dwar Omm Alla li tiżboq il-martri kollha anke bħalma x-xemx tiżboq l-istillel?

O Verġni, l-anġli jifirħu bik! Minħabba fik, huma li żmien ilu tefgħu fl-eżilju r-razza tagħna, issa huma mibgħuta biex jghaqqduna, u b’ferħ għalih Gabrijel huwa fdat bil-bxara tal-konċepiment tat-tarbija divina. Ifraħ l-aktar waħda favorita, ħalli l-wiċċek jiddi bil-ferħ. Inti se twelled il-ferħ tad-dinja kollha, li għandu jġib fit-tmiem is-saħta antika, jeqred il-qawwa tal-mewt u jagħti lil kulħadd it-tama tal-qawmien.

INNU, Te Deum.

TALBA TAL-GĦELUQ

Alla u Missier Sidna Ġesu’ Kristu, ħares lejn il-Verġni Marija, li l-eżistenza tagħha fuq din l-art kienet iddominata bi spirtu ta’ aċċettazzjoni ġeneruża. Agħti lilna wkoll id-doni tat-talb kontinwu u tas-silenzju, ħalli ħajjitna jkunu ttrasformati
bil-preżenza tal-Ispirtu s-Santu. Nitolbuk dan, b’Ibnek Ġesu’ Kristu Sidna, li miegħek igħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ħa nfaħħru lill-Mulej.
U nirringrazzjawh.

Uffiċċju 9.2 Talb lil Marija

Dokument PDF: Uffiċċju 9.2 Talb lil Marija
Dokument WORD: Uffiċċju 9.2 Talb lil Marija

19396654_1849133442073071_124292978857308167_n

TALB LILL-IMBIERKA VERĠNI MARIJA

It-Tislima ta’ l-Anġlu

Is-“Sliem għalik Marija” (“Ave Maria”) hija bbażata fuq Luqa 1:28,42 u hija magħrufa bħala t-“Tisslima tal-Anġlu” sa mill-bidu.

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija,
il-Mulej miegħek!
Imbierka inti fost in-nisa,
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla,
itlob għalina, midinbin,
issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna.
Ammen.

 

Talba antika lill-Verġni

Din it-talba, magħrufa mil-Latin bħala “Sub tuum praesidium” u misjuba l-ewwel f’papir Grieg, ċ. 300, hi l-eqdem talba lil Marija.
Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,
Omm qaddisa ta’ Alla:
la twarrabx minn quddiemek
it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
u eħlisna dejjem minn kull tiġrib
O Verġni glorjuża u mbierka.

 

Memorare

Il-“Memorare” huwa talba b’verżjoni tas-sittax-il seklu tal-ħmistax-il seklu. Claude Bernard (1588-1641) ippopolarizza l-ideja li l-“Memorare” kien miktub minn San Bernard.

Ftakar ja l-iżjed ħanina Omm Verġni Marija,
li qatt ma nstema’
li xi ħadd intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek,
talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalih
u inti ma smajtux.

Imqanqal minn dan il-ħsieb
għal għandek niġri,
ja Verġni Omm tiegħi:
għandek niġi, quddiemek noqgħod midneb u niedem,
ja Omm l-Iben t’Alla magħmul bniedem.
La tistmerx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni.
Ammen.

 

Marija, għajnuna ta’ min jinsab fil-bżonn

Din it-talba kienet formalment l-antifona tal-Għasar tal-Magnifikat mill-Kommun tal-Imbierka Verġni Marija.

Qaddisa Marija,
għajnuna ta’ min jinsab fil-bżonn,
agħti l-qawwa lid-dghajfa,
farraġ lill-imnikta,
itlob għall-poplu t’Alla,
assisti lis-saċerdoti,
interċedi għar-reliġjużi.
Agħmel li kull min jirrikorri għall-għajnuna tiegħek
jesperjenza l-protezzjoni li qatt ma naqset tiegħek.
Ammen.

 

Talba lil Marija

Komposta mill-Papa Ġwanni Pawlu II fis-Sena Marjana

Omm is-Salvatur,
(f’din is-sena ddedikata lilek,)
b’ferħ kbir insejħulek imbierka.

Biex il-pjan providenzjali ta’ salvazzjoni jiġi mwettaq,
Alla l-Missier għażel lilek qabel il-ħolqien tad-dinja.
Inti emmint fl-imħabba tiegħu u obdejt kelmtu.

L-Iben ta’ Alla xtaqek bħala Ommu
meta huwa sar bniedem biex isalva lir-razza umana.
Inti lqajtu b’ubbidjenza immedjata u b’qalb sħiħa.

l-Ispirtu s-Santu ħabbek bħala l-għarusa mistika tiegħu
u mliek b’doni uniċi.
Inti ħallejt lilek innifsek titmexxa
bl-azzjonijiet moħbija u qawwija tiegħu.

F’lejliet it-tielet Millenju Nisrani,
aħna nafdawlek il-Knisja
li tagħrfek u tinvokak bħala l-Omm.
Fuq l-art, inti lill-Knisja ppreċedejtha fil-pellegrinaġġ tal-fidi:
sabbarha fid-diffikultajiet u l-provi tagħha,
u agħmilha dejjem sinjal u strument
ta’ għaqda intima’ ma’ Alla
u tal-għaqda tar-razza umana kollha.

Lilek, Omm l-Insara,
aħna nafdaw b’mod speċjali
l-popli li qed jiċċelebraw
(matul is-Sena Marjana)
is-sitt Ċentinarju jew il-Millenju
tal-aċċettazjoni tal-Vanġelu.
L-istorja twila tagħhom hi profondament immarkata b’devozzjoni lejk.
Dawwar lejhom il-ħarsa ta’ mħabba tiegħek;
agħti l-qawwa li qed isofru minħabba l-fidi tagħhom.

Lilek, Omm tal-familja umana u tan-nazzjonijiet,
aħna nafdaw b’kunfidenza l-umanita’ sħiħa,
bit-tamiet u l-biżat tagħha.
Tħallix li jonqosha d-dawl tal-għerf veru.
Igwida l-passi tagħha fit-triqat tal-paċi.
Ħalli lil kullħadd jiltaqa’ ma’ Kristu,
it-Triq u l-Verita’ u l-Ħajja.

Sostnina, O Verġni Marija, fil-vjaġġ tal-fidi tagħha
u agħqlalna l-grazzja tas-salvazzjoni eterna.
O Ħanina, O Pija, O Ħelwa Omm Alla u Ommna, Marija!

 

L-Angelus

L-użanza tal-għad tal-“Ave Marija” għal tlett darbiet fid-daqq tal-qniepen, tmur lura għat-tlettax-il seklu. L-użanza tal-lum hi li tgħid l-“Angelus” tliet darbiet: filgħodu, f’nofsinhar u filgħaxija.

L-Anġlu t’ Alla ħabbar lil Marija,
u hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu. Sliema u Qaddisa.

“Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej:
Ikun minni skond kelmtek.” Sliema u Qaddisa.

U l-Iben t’Alla sar bniedem
u għammar fostna. Sliema u Qaddisa.

Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla,
biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Nitolbu.
Xerred, Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek
biex aħna li bit-tħabbira tal-anġlu
għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem,
bil-passjoni u l-mewt tiegħu
naslu għas-sebħ tal-qawmien.
Bi Kristu Sidna.
Ammen.

 

Regina Caeli

Mil-1743, din l-antifona tat-tnax-il seklu ħadet post l-Angelus fl-Istaġun tal-Għid.

Sultana tas-sema, ifraħ: Halleljah.
Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: Hallelujah.
Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah.
Itlob ‘l Alla għalina: Hallelujah.

Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.
Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah.

Nitolbu.
O Alla, bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna,
għoġbok tferraħ id-dinja;
agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija,
niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem.
Bi Kristu Sidna.
Ammen.

 

Il-Litanija tal-Imbierka Verġni Marija

Il-Litanija li ġejja hija parti mill-Ordni approvat m’ilux “Order of Crowning an Image of the Blessed Virgin Mary. Il-qalba tal-Litanija tinsab fl-ispjegazzjoni tagħha tal-Inkurunazzjoni ta’ Marija bħala Reġina.

Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena.
Mulej, ħniena.
Kristu, ismagħna.
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.
Missier Etern Alla.

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Ħenn għalina”
Iben Alla, li fdejt id-dinja.
Spirtu Qaddis Alla.
Trinità Qaddisa Alla wieħed.

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Itlob għalina”
Imqaddsa Marija.
Imqaddsa Omm Alla.
L-aktar miqjuma fost il-verġni.
Bint magħżula tal-Missier.
Omm Kristu r-Re.
Glorja tal-Ispirtu s-Santu.
Verġni, bint Sijon.
Verġni fqira w umli.
Verġni ġentili w ubbidjenti.
Qaddejja tal-Mulej.
Omm il-Mulej.
Għajnuna tar-Redentur.
Mimlija bil-grazzja.
Għajn ta’ sbuħija.
Mudell ta’ virtu’.
Frotta bnina tar-Redenzjoni.
Dixxiplu perfett ta’ Kristu.
Xbieha bla mittiefsa tal-Knisja.
Mara ttrasformata.
Mara liebsa x-xemx.
Mara inkurunata bil-kwiekeb.
Sinjura ġentili.
Sinjura tal-grazzja.
Sinjura tagħna.
Ferħ ta’ Iżrael.
Splendur tal-Knisja.
Il-kburija tar-razza umana.
Avukata tal-grazzja.
Ministru tal-qdusija.
Eroj tal-poplu t’Alla.
Reġina tal-imħabba.
Reġina tal-ħniena.
Reġina tal-paċi.
Reġina tal-anġli.
Reġina tal-patrijarki u l-profeti.
Reġina tal-appostli u l-martri.
Reġina tal-konfessuri u l-verġni.
Reġina tal-qaddisin kollha.
Reġina mnissla mingħajr dnub oriġinali.
Reġina mtellgħa s-sema.
Reġina tad-dinja kollha.
Reġina tas-sema.
Reġina tal-univers.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.

Itlob għalina qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Nitolbu…
Alla tal-ħniena, isma’ t-talb tagħna li tajna ġieh lill-qaddejja tiegħek Marija bħala Omm u Reġina. Agħtina li bil-grazzja tiegħek naqdu lilek u lill-proxxmu tagħna f’din id-dinja sa ma niġu milqugħa fis-saltna eterna tiegħek.

Nitolbu dan bi Kristu Sidna.
Ammen.

 

Il-Litanija ta’ Loreto

Fil-Litanija ta’ Loreto nsibu invokazzjonjiet li jmorru lura għat-tnax-il seklu. Ġiet dukumentata f’din il-forma preżenti (apparti minn xi ftit żidiet tal-papiet riċenti) f’Loreto fl-1558.

Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena.
Mulej, ħniena.
Kristu, ismagħna.
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.
Missier Etern Alla.

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Ħenn għalina”
Iben Alla, li fdejt id-dinja.
Spirtu Qaddis Alla.
Trinità Qaddisa Alla wieħed.

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Itlob għalina”
Imqaddsa Marija.
Imqaddsa Omm Alla.
Imqaddsa Xebba tax-xbejbiet.
Omm ta’ Kristu.
Omm il-Knisja.
Omm tal-grazzja ta’ Alla.
Omm l-iżjed safja. Omm l-iżjed nadifa.
Omm u xebba.
Omm bla tebgħa.
Omm li tistħoqq l-imħabba.
Omm tal-għaġeb.
Omm tal-parir it-tajjeb.
Omm ta’ min ħalaqna.
Omm ta’ min salvana.
Xebba kollok għaqal.
Xebba li tistħoqq kull qima.
Xebba li tistħoqq kull foħrija.
Xebba kollok setgħa.
Xebba kollok ħniena.
Xebba dejjem marbuta m’Alla.
Mera tal-qdusija.
Tron tal-għerf.
Bidu tal-ferħ tagħna.
Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Għamara ta’ kull grazzja.
Għamara ta’ kull tjieba.
Warda mistika.
Torri ta’ David. Torri tal-avorju.
Dar tad-deheb.
Arka tar-rabta l-ġdida.
Bieb tas-sema.
Kewkba ta’ filgħodu.
Saħħa tal-morda.
Kenn tal-midinbin.
Faraġ tal-imnikktin.
Għajnuna tal-insara.
Sultana tal-Anġli.
Sultana tal-Patrijarki.
Sultana tal-Profeti.
Sultana tal-Appostli.
Sultana tal-Martri.
Sultana tal-Konfessuri.
Sultana tal-Verġni.
Sultana tal-Qaddisin kollha.
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa.
Sultana mtellgħa s-sema.
Sultana tar-Rużarju Mqaddes.
Sultana tal-familja.
Sultana tal-paċi.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.

Itlob għalina qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Nitolbu…
Agħmel, Mulej Alla tagħna, li aħna l-qaddejja tiegħek inkunu dejjem qawwijin u sħaħ fir-ruħ u l-ġisem, u li, bit-talb glorjuż ta’ l-imqaddsa Marija dejjem Verġni, neħilsu mid-dwejjaq ta’ issa u niksbu l-hena ta’ dejjem.

Bl-istess Kristu Sidna.
Ammen.